25.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 223/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 757/2010
tal-24 ta’ Awwissu 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi I u III
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-impenji stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (minn hawn ’il quddiem ‘il-Konvenzjoni’) approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (2) u fil-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-tniggis transkonfinali tal-arja fuq firxa wiesgħa minn Pollutanti Organiċi Persistenti (minn hawn ’il quddiem ‘il-Protokoll’) approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE tad-19 ta’ Frar 2004 li għandha x’taqsam mal-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (3). |
(2) |
Wara li ntlaqgħu n-nominazzjonijiet tas-sustanzi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-Norveġja u mill-Messiku, il-Kumitat għall-Analiżi tal-Pollutanti Organiċi Persistenti stabbilit taħt il-Konvenzjoni, ikkonkluda ħidmietu fuq disa’ sustanzi proposti u nstab li dawn jissodisfaw il-kriterji tal-Konvenzjoni. Fir-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni mill-4 sat-8 ta’ Mejju 2009 (minn hawn ’il quddiem il-‘COP4’) kien hemm ftehim li d-disa’ sustanzi kollha jiddaħħlu fl-Annessi għall-Konvenzjoni. |
(3) |
Fid-dawl tad-deċiżjonijiet meħuda fil-COP4 jeħtieġ li l-Annessi I u III għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 jiġu aġġornati. L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu jiġi emendat sabiex iqis li s-sustanzi jistgħu jiġu elenkati biss fil-Konvenzjoni. |
(4) |
Fil-COP4 ġie deċiż li tmien sustanzi jiġu elenkati fl-Anness A (eliminazzjoni) għall-Konvenzjoni. Id-disa’ sustanza, l-aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan u d-derivattivi tiegħu (minn hawn ’il quddiem il-PFOS) għadha tintuża ħafna madwar id-dinja u fil-COP4 ġie deċiż li tiġi elenkata fl-Anness B (restrizzjoni) b’firxa ta’ eżenzjonijiet. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu struttura simili għall-Anness I (projbizzjoni) u l-Anness II (restrizzjoni). Il-Konvenzjoni fiha obbligi sabiex jiġu pprojbiti jew ristretti l-produzzjoni, l-użu, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-sustanzi elenkati fl-Annessi A u B. Bl-elenkar tas-sustanza koperta bid-deċiżjonijiet tal-COP4 fir-Regolament (KE) Nru 850/2004, l-ambitu tar-restrizzjoni jinġieb konformi mad-deċiżjoni tal-COP4 minħabba li r-Regolament (KE) Nru 850/2004 minbarra r-restrizzjoni għat-tqegħid fis-suq jinkludi wkoll kundizzjonijiet għall-produzzjoni, l-użu u l-ġestjoni tal-iskart. |
(5) |
It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-PFOS ġie ristrett fl-Unjoni kif stipulat fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (4). Ir-restrizzjoni eżistenti fuq il-PFOS fl-Unjoni fiha biss ftit eżenzjonijiet meta mqabbla ma’ dawk inklużi fid-deċiżjoni tal-COP4. Il-PFOS kien elenkat ukoll fl-Anness I għall-Protokoll rivedut adottat fit-18 ta’ Diċembru 2009. Għalhekk il-PFOS għandu jiġi elenkat ukoll flimkien mat-tmien sustanzi l-oħra fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Id-derogi li kienu applikabbli għall-PFOS meta kien elenkat fl-Anness XVII jitħallew u jiġu elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 bi ftit emendi biss. Id-derogi għandhom ikunu soġġetti għall-użu tal-aqwa tekniki disponibbli fejn applikabbli. Id-deroga speċifika sabiex il-PFOS jintuża bħala aġent li jnaqqas it-tensjoni tas-superfiċje (wetting agent) għall-użu f’sistemi ta’ kisi bl-elettroliżi hija limitata biż-żmien skont id-deċiżjoni tal-COP4. Jekk ikun hemm ġustifikazzjoni teknika, l-iskadenza tista’ tittawwal, soġġetta għal approvazzjoni mill-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw, kull erba’ snin, dwar l-użu tad-derogi permessi. L-Unjoni Ewropea bħala Parti fil-Konvenzjoni għandha tirrapporta lill-Konvenzjoni abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tkompli tanalizza d-derogi li baqa’ u d-disponibbiltà ta’ sustanzi jew teknoloġiji alternattivi aktar sikuri. |
(6) |
Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 rigward sustanzi li jokkorru bħala kontaminanti f’ammonti żgħar ħafna mhux intenzjonati għandhom jiġu ddefiniti għall-PFOS sabiex jiġi żgurat infurzar u kontroll armonizzati ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li fl-istess ħin tiġi ggarantita l-konformità mal-Konvenzjoni. Kif stipulat fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-PFOS seta’ jintuża fi kwantitajiet taħt ċerti valuri tal-limitu. Sa ma jkun hemm aktar tagħrif disponibbli, il-valuri tal-limitu fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-PFOS fl-oġġetti jikkorrispondu għal livell li taħtu l-PFOS ma jistax jintuża b’mod li għandu xi skop partikolari filwaqt li jippermettu kontroll u infurzar permezz tal-metodi eżistenti. Dawn il-valuri tal-limitu għalhekk jillimitaw l-użu tal-PFOS għal livell korrispondenti għal kontaminanti f’ammonti żgħar ħafna mhux intenzjonati. Għall-PFOS bħala sustanza jew fi preparazzjonijiet, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi valur tal-limitu li jikkorrispondi għal livell simili. Sabiex l-użu intenzjonat jiġi evitat għalkollox, dan il-livell għandu jkun iktar baxx mil-livell applikat fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(7) |
It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-etere tal-pentabromodifenil u l-etere tal-ottabromodifenil ġew ristretti fl-Unjoni kif stipulat fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b’limitu tal-konċentrazzjoni massima ta’ 0,1 % skont il-piż. Taħt dan il-limitu ma jitqisux bħala ristretti. Fil-COP4 ġie deċiż li jiġu elenkati l-konġeneri preżenti f’forom kummerċjali tal-eteri tal-pentabromodifenil u l-eteri tal-ottabromodifenil li għandhom karatteristiċi tal-POP. Għal raġunijiet ta’ koerenza l-elenkar fir-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu jsegwi l-approċċ tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal dawk id-derivattivi li l-KOP4 identifikathom bħala derivattivi li għandhom karatteristiċi tal-POP; għalhekk id-derivattivi tal-etere tal-eżabromodifenil, l-etere tal-ettabromodifenil, l-etere tat-tetrabromodifenil u l-pentabromodifenil għandhom jiġu elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 850/2004. |
(8) |
Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 rigward sustanzi li jokkorru bħala kontaminanti f’ammonti żgħar ħafna mhux intenzjonati għandhom jiġu ddefiniti għall-eteri tad-difenil polibrominati (PBDEs) sabiex jiġi żgurat infurzar u kontroll armonizzati ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li fl-istess ħin tiġi ggarantita l-konformità mal-Konvenzjoni. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi valur tal-limitu fiss sabiex jitqiesu l-kontaminanti f’ammonti żgħar ħafna mhux intenzjonati fir-rigward tal-PBDEs f’sustanzi, perparazzjonijiet u oġġetti. Skont aktar tagħrif li jsir disponibbli u analiżi mill-Kummissjoni, f’konformita mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-valuri tal-limitu fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-PBDEs f’oġġetti prodotti minn materjali riċiklati għandhom jillimitaw l-użu tal-PBDEs għal kontaminanti f’ammonti żgħar ħafna mhux intenzjonati minħabba li jitqiesu li jikkorrispondu għal livell li taħtu l-PBDES ma jistgħux jintużaw b’mod li għandu xi skop partikolari filwaqt li jippermettu kontroll u infurzar permezz tal-metodi eżistenti. Għall-PBDEs bħala sustanzi, fi preparazzjonijiet jew f’oġġetti, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi valur tal-limitu li jikkorrispondi għal livell simili. |
(9) |
Jeħtieġ li jiġi ċċarat il-fatt li l-projbizzjoni fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 ma tapplikax għal oġġetti li jkun fihom il-PBDEs u l-PFOS li diġà kienu jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament. |
(10) |
Id-DDT u l-Eżakloroċikloeżani (HCH), inkluż il-lindan, għandhom jiġu elenkati mingħajr derogi. Il-Parti A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tippermetti li l-Istati Membri jżommu l-produzzjoni u l-użu eżistenti tad-DDT għall-produzzjoni tad-dikofol. Attwalment l-ebda Stat Membru mhuwa juża d-deroga. Barra minn hekk, id-dikofol ma tħalliex jiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (5) kif ukoll fid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (6). Għalhekk dik id-deroga għandha titħassar. L-HCH, inkluż il-lindan, huwa elenkat fil-Parti B tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 850/2004, b’żewġ derogi speċifiċi għal ċerti użi speċifiċi. Id-derogi skadew fl-1 ta’ Settembru 2006 u fil-31 ta’ Diċembru 2007 u għandhom għalhekk jitħassru. |
(11) |
F’konformità mad-deċiżjonijiet tal-COP4, il-pentaklorobenżin għandu jiddaħħal fl-Annessi I u III għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 sabiex isir soġġett għal projbizzjoni ġenerali kif ukoll għad-dispożizzjonijiet ta’ tnaqqis ta’ emissjoni f’dak ir-Regolament. Il-klordekon u l-eżabromodifenil għandhom jiġu ttrasferiti fl-Anness I, il-Parti A, minħabba li issa huma elenkati fiż-żewġ strumenti internazzjonali. |
(12) |
Skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni, l-emendi għall-Annessi A, B u C għaliha jidħlu fis-seħħ sena wara d-data tal-komunikazzjoni mid-depożitarju tal-emenda, jiġifieri fis-26 ta’ Awwissu 2010. Konsegwentement u għal raġunijiet ta’ koerenza, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti. |
(13) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 67/548/KEE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u III għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-26 ta’ Awwissu 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.
(2) ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1.
(3) ĠU L 81, 19.3.2004, p. 35.
(4) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(6) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
ANNESS
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS I Il-Parti A – Sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll kif ukoll sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni biss
Parti B – Sustanzi elenkati biss fil-Protokoll
|
(2) |
Fl-Anness III għandha tiżdied is-sustanza li ġejja: “Pentaklorobenżin (Nru tal-CAS 608-93-5)” |