27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 358/2010
tat-23 ta' April 2010
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-restrizzjonijiet fuq likwidi, aerosols u ġellijiet ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti tal-Unjoni joħolqu diffikultajiet operattivi f’dawn l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (2) jistipula wkoll eżenzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk ir-restrizzjonijiet biex jiġu mogħtija jekk jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet. Wara li ġie vverifikat li ntlaħqu dawk il-kundizzjonijiet f'ċerti ajruporti f'ċerti pajjiżi terzi u li dawk il-pajjiżi għandhom rekord tajjeb ta' kooperazzjoni mal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni stipulat l-eżenzjonijiet imsemmija. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) 820/2008 huwa mħassar mid-29 ta' April 2010 u b'hekk dawk l-eżenzjonijiet jitħassru wkoll. Madanakollu, ir-restrizzjonijiet fuq likwidi, aerosols u ġellijiet li jġorru magħhom il-passiġġieri li jaslu b'titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f'ajruporti tal-Unjoni jibqgħu japplikaw kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 297/2010 tad-9 ta' April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (3). |
(4) |
L-eżenzjonijiet għall-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq likwidi, aerosols u ġellijiet li jġorru magħhom il-passiġġieri li jaslu b'titjiriet minn pajjiżi terzi għandhom b'hekk jiġu estiżi filwaqt li dawk ir-restrizzjonijiet għandhom jibqgħu xorta waħda, sakemm dawk il-pajjiżi terzi jkomplu jilħqu dawk il-kundizzjonijiet li taħthom jingħataw l-eżenzjonijiet. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (4) għandu għalhekk jiġi emendat skont il-każ. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 297/2010 tad-9 ta' April 2010 għandu japplika mid-29 ta' April 2010. Id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament huwa urġenti billi għandu japplika mill-istess data. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili imwaqqaf bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 185/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-29 ta' April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.
ANNESS
Il-Kapitolu 4 tal-Anness huwa emendata kif ġej:
(1) |
Il-punt 4.0.4 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Il-punt 4.1.3.4 hu mibdul b'dan li ġej:
|
(3) |
Tiżdied l-Hemża 4-D li ġej: “HEMŻA 4-D Ajruport(i) li minnhom jitilqu t-titjiriet lejn ajruporti fl-Unjoni:
|