23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 333/2010

tat-22 ta’ April 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għal Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Calpis Co. Ltd. il-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Flimkien mal-applikazzjoni kien hemm id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi ġiet awtorizzata għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 (2).

(5)

Tressqet dejta ġdida b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħnienes miftuma. Fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2009 (3), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li l-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) ma għandux effett ħażin fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni tista’ ttejjeb il-prestazzjoni tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li hija parti mill-kategorija ta’ addittivi, “addittivi żootekniċi”, u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti tal-batterja fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19.

(3)  The EFSA Journal 2010; 8(1):1426.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU /kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta’ addittivi żuotekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti tal-batterja fil-musrana

4b1820

Calpis Co. Ltd. li-Ġappun, irrappreżentat fl-Unjoni Ewropea minn Calpis Co. Ltd. Europe Representative Office, Franza

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) b'minimu ta' 1,0 × 1010 CFU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori vijabbli (CFU) ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

 

Metodu analitiku (1)

 

Enumerazzjoni: il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar fil-matriċijiet kollha fil-mira (EN 15874:2009)

 

L-identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Ħnienes (miftuma)

3 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv, it-taħlita preliminari u l-għalf kompost, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Għall-ħnienes miftuma sa piż approssimattiv ta’ 35 kg.

3.

Għas-sikurezza: għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti waqt l-użu.

13 ta’ Mejju 2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives