30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/20 |
REGOLAMENT (KE) Nru 67/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-30 ta' Novembru 2009
li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej
(verżjoni kkodifikata)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 156 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 tat-18 ta’ Settembru 1995 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej (3) ġie emendat kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
L-Artikolu 155 tat-Trattat jipprevedi li l-Komunità għandha tistabbilixxi sensiela ta’ linji gwida li jkopru l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-faxex wesgħin ta’ miżuri maħsuba fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej u li tkun tista' ssostni proġetti ta' interess komuni appoġġati mill-Istati Membri fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej. Taħt dak l-Artikolu, għajnuna Komunitarja tista’ tingħata għal proġetti ta’ interess komuni identifikati fil-qafas tal-linji gwida. |
(3) |
Regoli ġenerali għandom jiġu stabbiliti għall-għoti ta' finanzjament mill-Komunità fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej, biex b’hekk jippermettu l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 155. |
(4) |
Għandu jiżdied l-involviment ta’ finanzjament bil-kapital privat ta’ netwerks trans-Ewropej u għandha tiġi żviluppata s-sħubija bejn is-setturi pubbliċi u privati. |
(5) |
L-għajnuna Komunitarja tista’ tieħu l-forma b’mod partikolari ta’ studji dwar il-fattibbiltà, il-garanziji fuq is-self jew is-sussidji fuq ir-rati tal-interessi. Dawn is-sussidji u l-garanziji għandhom x’jaqsmu b’mod partikolari mal-appoġġ finanzjarju mill-Bank Ewropew tal-Investiment jew minn korpi finanzjarji oħra privati jew pubbliċi. F’ċerti każi debitament iġġustifikati għotjiet diretti għall-investimenti jistgħu jiġu kkunsidrati. |
(6) |
Il-garanziji fuq is-self għandhom jingħataw fuq bażi kummerċjali mill-Fond Ewropew tal-Investiment jew minn organizzazzjonjiet finanzjarji oħra. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja tista’ tkopri l-intier jew parti mill-primjums imħallsin mill-benefiċjarji ta’ dawn il-garanziji. |
(7) |
L-għajnuna Komunitarja hija l-aktar maħsuba biex tegħleb xi ostakoli finanzjarji li jistgħu jinħolqu matul il-fażi tal-bidu ta’ proġett. |
(8) |
Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit limitu għall-għajnuna Komunitarja fir-rigward tal-ispiża totali tal-investiment. Madanakollu, għandha tiġi pprovduta rata għola ta’ għajnuna tal-Komunità li tippromwovi t-tlestija tal-konnessjonijiet bejn il-fruntieri għall-proġetti ta’ prijorità. |
(9) |
It-twaqqif ta’ sħubiji pubbliċi-privati (jew forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati) jitlob għal impenn finanzjarju sod minn investituri istituzzjonali li jkun suffiċjentement attraenti li jiġbor kapital privat. L-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fuq bażi ta’ ħafna snin jneħħi l-inċertezzi li qed tnaqqas ir-ritmu tal-iżvilupp ta’ proġett. Għaldaqstant għandhom jittieħdu miżuri biex jingħata appoġġ finanzjarju għall-proġetti magħżula fuq il-bażi ta’ impenn ġuridiku fuq ħafna snin. |
(10) |
L-għajnuna Komunitarja għandha tingħata għal proġetti abbażi ta’ kemm dawn jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Artikolu 154 tat-Trattat u għall-objettivi u l-prijoritajiet l-oħra koperti mil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 155 tat-Trattat. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll aspetti oħra bħall-effett stimulattiv fuq il-finanzi pubbliċi u privati, l-effetti soċjo-ekonomiċi diretti u indiretti ta’ proġetti, b’mod partikolari fuq l-impjiegi, u l-konsegwenzi għall-ambjent. |
(11) |
Huwa xieraq li wieħed jippermetti l-parteċipazzjoni ta’ kapital ta' riskju f’fondi ta’ investiment li jikkonċentraw primarjament fuq li jipprovdu dan il-kapital ta' riskju fi proġetti ta’ netwerks trans-Ewropej sa 1 % tal-ammont totali għall-perijodu 2000 sa 2006 u dan biex tinkiseb esperjenza f’dan it-tip ta’ finanzjament. Dan il-limitu jista’ jiġi miżjud sa 2 % wara reviżjoni fit-tħaddim ta’ dan l-istrument. Huwa wkoll xieraq li wieħed jistħarreġ il-possibbiltà tal-estensjoni tiegħu fil-ġejjieni. |
(12) |
Sabiex tiżdied it-trasparenza u jintlaqgħu l-aspettattivi għal proġetti jew gruppi ta’ proġetti li jkollhom ħtiġit finanzjarji importanti għal perijodu twil, hu meħtieġ li jsiru programmi ndikattivi multiannwali f’setturi jew oqsma speċifiċi. Dawk il-programmi għandhom jagħtu indikazzjoni dwar l-ammont ta' appoġġ totali u annwali li jista’ jiġi allokat għal ċertu perijodu għal tali proġett jew grupp ta’ proġetti, u li għandu jservi bħala referenza għad-deċiżjonijiet annwali li tingħata għajnuna finanzjarja skont il-limiti tal-approprjazzjonijiet baġitarji annwali, meta dawn jikkonformaw mal-programmi indikattivi multiannwali rilevanti. Madanakollu l-ammonti annwali indikati f’dawn il-programmi ma jirrappreżentawx impenji baġitarji. |
(13) |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa il-vijabbiltà ekonomika potenzjal tal-proġetti, bl-għajnuna ta’ analiżi ta’ spejjeż/benefiċċji u ta’ kriterji oħra xierqa, kif ukoll il-profitabbiltà finanzjarja tagħhom. |
(14) |
L-appoġġ finanzjarju Komunitarju taħt l-Artikolu 155(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż, tat-Trattat għandu jkun kompatibbli mal-politika Komunitarja, b’mod partikolari dwar in-netwerks u fir-rigward tal-protezzjoni ambjentali, tal-kompetizzjoni u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Il-protezzjoni ambjentali għandha tinkludi stima tal-impatt ambjentali. |
(15) |
Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-poteri u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-kontroll finanzjarju. |
(16) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa tal-attivitajiet Komunitarji kollha, speċjalment bejn il-finanzjament taħt in-netwerks trans-Ewropej, u dak tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni, tal-Fond Ewropew tal-Investiment u tal-Bank Ewropew tal-Investiment, li għandhom impatt fuq in-netwerks trans-Ewropej. |
(17) |
Għandu jkun hemm dispożizzjoni għal metodi xierqa ta’ valutazzjoni, segwitu u kontroll tal-għajnuna Komunitarja. |
(18) |
Għandu jkun hemm informazzjoni, pubbliċità u trasparenza xierqa dwar l-attivitajiet iffinanzjati. |
(19) |
Minħabba l-importanza tan-netwerks trans-Ewropej, huwa xieraq li f’dan ir-Regolament jiġi inkluż qafas finanzjarju fit-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina fuq l-estimi u t-titjib tal-proċedura dwar l-estimi (5), ta’ EUR 4 874 880 000 għall-implimentazzjoni tiegħu għall-perijodu mill-2000 sa l-2006. |
(20) |
Huwa xieraq li l-Kunsill jeżamina jekk għandux ikompli jew jemenda l-miżuri taħt dan ir-Regolament fid-dawl tar-rapport komprensiv imressaq mill-Kummissjoni qabel tmiem l-2006. |
(21) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjoni u Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ għajnuna Komunitarja taħt l-Artikolu 155 (7), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż, tat-Trattat għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej għal infrastruttura tat-telekommunikazzjoni u għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tan-netwerks għall-infrastruttura tal-enerġija u tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 20, it-tielet paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija.
Artikolu 2
Eliġibbilità
L-għajnuna Komunitarja tista’ tingħata biss għal proġetti ta’ interess komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “proġetti”) identifikati fil-qafas tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 155(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż, tat-Trattat.
Partijiet minn proġetti għandhom ikunu eliġibbli wkoll sakemm dawn jifformaw unitajiet teknikament u finanzjarjament indipendenti.
Artikolu 3
Forom ta’ għajnuna
1. L-għajnuna Komunitarja għal proġetti tista’ tieħu waħda jew diversi minn dawn il-forom li ġejjin:
(a) |
il-ko-finanzjament tal-istudji relatati ma’ proġetti, inklużi studji preparatorji, dwar il-fattibbiltà u l-valutazzjoni, u miżuri oħra ta’ appoġġ tekniku għal dawn l-istudji. Il-parteċipazzjoni Komunitarja ma tistax b’mod ġenerali tiskorri l-50 % tal-ispiża totali ta’ studju. F’każi eċċezzjonali, debitament sostanzjati, bl-inizjattiva tal-Kummissjoni u bil-kunsens tal-Istati Membri kkonċernati, il-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja tista’ tiskorri l-limitu ta’ 50 %; |
(b) |
is-sussidji tal-interessi fuq is-self mogħti mill-Bank Ewropew għall-Investiment jew minn korpi oħra finanzjarji pubbliċi jew privati. Bħala regola ġenerali, il-perijodu tas-sussidju m’għandux jiskorri l-ħames snin; |
(ċ) |
il-kontribuzzjonijiet għal primjums għal garanziji fuq is-self mill-Fond Ewropew għall-Investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra; |
(d) |
l-għotjiet diretti għal investimenti f’każi debitament ġustifikati; |
(e) |
il-parterċipazzjoni f’kapital ta' riskju għal fondi ta’ investiment jew impriżi finanzjarji komparabbli b’attenzjoni prijoritarja fuq il-provvista ta’ kapital ta' riskju għal proġetti ta’ netwerks trans-Ewropej u l-involviment ta’ investiment sostanzjali mis-settur privat; din il-parteċipazzjoni tal-kapital ta' riskju m’għandhiex tiskorri l-1 % tar-riżorsi baġitarji taħt l-Artikolu 19. Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), dan il-limitu jista’ jiżdied sa 2 % mill-2003 fid-dawl ta’ reviżjoni, li għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-Kummissjoni, dwar il-funzjonament ta’ dan l-instrument. Il-parteċipazzjoni tista’ ssir direttament fil-fond jew fl-impriża finanzjarja komparabbli jew fi struttura ta’ investiment konġunt xierqa mmexxija mill-istess amministraturi tal-fond. Modalitajiet oħra għall-implimentazzjoni ta’ din il-parteċipazzjoni f’kapital ta' riskju huma stabbiliti fl-Anness I. |
2. L-għajnuna Komunitarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kombinata fejn ikun xieraq, biex jiġi mmassimizzat l-istimulu pprovdut mir-riżorsi baġitarji li jkunu nħarġu, li għandhom jintużaw bl-aktar mod ekonomiku.
3. Il-forom ta’ għajnuna Komunitarja msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw selettivament biex iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi tipi ta’ netwerks involuti u biex jiżguraw li din l-għajnuna ma toħloqx tfixkil fil-kompetizzjoni bejn l-impriżi fis-settur konċernat.
4. Il-finanzjament għal proġetti ta' infrastruttura tat-trasport matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 19 għandu jintuża b’mod li mill-anqas 55 % jiġi ddedikat lill-ferroviji (inkluż it-trasport kombinat) u massimu ta’ 25 % lit-toroq.
5. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi speċifikament li wieħed jirrikorri għal sorsi privati ta’ finanzjament għal proġetti finanzjati taħt dan ir-Regolament fejn l-effett multiplikatur tal-istrumenti finanzjarji Komunitarji jista’ jiġi mmassimizzat fi sħubiji pubbliċi-privati. Kull każ għandu jiġi eżaminat individwalment mill-Kummissjoni, filwaqt li titqies fejn ikun xieraq alternattiva possibbli ffinanzjata biss minn riżorsi pubbliċi. Ikun meħtieġ l-appoġġ ta’ kull Stat Membru konċernat għal kull proġett f'konformità mat-Trattat.
Artikolu 4
Kondizzjonijiet għall-għajnuna Komunitarja
1. L-għajnuna Komunitarja għandha tingħata, bħala prinċipju, biss jekk il-kisba ta’ proġett tiltaqa’ ma’ ostakli finanzjarji.
2. L-għajnuna Komunitarja m’għandhiex tiskorri l-minimu kkunsidrat neċessarju għat-tnedija ta’ proġett.
3. Irrispettivament mill-forma ta’ intervent magħżul, l-ammont totali ta’ għajnuna Komunitarja taħt dan ir-Regolament m'għandhiex tiskorri l-10 % tan-nefqa totali tal-investiment. Iżda, l-ammont totali ta’ għajnuna Komunitarja jista’ eċċezzjonalment jilħaq l-20 % tan-nefqa totali tal-investiment fil-każi li ġejjin:
(a) |
proġetti li jikkonċernaw sistemi tal-ippożizzjonar u tan-navigazzjoni permezz tas-satellita, kif previst fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (8); |
(b) |
proġetti ta’ prijorità ta’ netwerks tal-enerġija; |
(ċ) |
taqsimiet tal-proġetti ta’ interess Ewropew, bil-kondizzjoni li l-proġetti jinbdew qabel l-2010, identifikati fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE bil-għan li jiġu eliminati problemi u/jew il-mili ta’ taqsimiet nieqsa, jekk dawk it-taqsimiet ikunu bejn il-fruntieri jew jaqsmu ostakoli naturali, u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq intern f’Komunità mkabbra, jippromwovu s-sikurezza, jiżġuraw l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali u/jew jikkontribwixxu bis-sħiħ għat-tnaqqis ta’ sbilanċi bejn il-modi ta’ trasport, favur il-modi l-aktar favorevoli għall-ambjent. Din ir-rata għandha tiġi differenzjata skont il-benefiċċji għal pajjiżi oħra, b’mod partikolari Stati Membri ġirien. |
Fil-każ ta’ proġetti ta’ interess komuni identifikati fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar sensiela ta’ linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej (9), l-ammont totali tal-għajnuna Komunitarja mogħtija taħt dan ir-Regolament jista’ jilħaq it-30 % tal-ispiża totali ta’ investiment.
4. Ir-riżorsi finanzjarji previsti taħt dan ir-Regolament m’għandhomx, bħala prinċipju, jiġu assenjati għal proġetti jew stadji ta’ proġetti li jibbenefikaw minn sorsi oħra ta’ finanzjament mill-baġit Komunitarju.
5. Fil-każ tal-proġetti msemmija fil-paragrafu 3, fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, l-impenn ġuridiku għandu jkun multiannwali u l-impenji baġitarji għandhom jitħarsu fi ħlasijiet akkont fis-sena.
Artikolu 5
Programm Komunitarju multiannwali indikattiv
1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6 u sabiex titjieb l-effiċjenza tal-azzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), telabora skont is-settur programm multiannwali indikattiv (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-programm') fuq il-bażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 155(1) tat-Trattat. Il-programm ikun ibbażat fuq applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja taħt l-Artikolu 8 u jirrifletti, inter alia, informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, b’mod partikolari l-informazzjoni li tidher fl-Artikolu 9.
2. Il-programm għandu jkun magħmul esklusivament minn proġetti ta’ interess komuni u/jew gruppi koerenti ta’ proġetti ta’ interess komuni, kif identifikati minn qabel fil-qafas tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 155(1) tat-Trattat, f’oqsma speċifiċi li jkollhom ħtiġiet finanzjarji sostanzjali fuq perijodu twil.
3. Għal kull proġett jew grupp ta’ proġetti l-programm jistabbilixxi l-ammonti indikattivi għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja soġġetta għad-deċiżjonijiet annwali tal-awtorità baġitarja. Mhux aktar minn 75 % tar-riżorsi baġitarji taħt l-Artikolu 19 għandhom jintużaw għall-għanijiet tal-programmi multiannwali indikattivi.
4. Il-programm għandu jservi bħala referenza għad-deċiżjonijiet annwali li jallokaw l-għajnuna Komunitarja għal proġetti fil-limiti tal-approprjazzjonijiet baġitarji annwali. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18 (10) dwar il-progress tal-programmi u dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni fl-allokazzjoni tal-għajnuna Komunitarja għal dawk il-proġetti. Id-dokumenti sekondarji li jakkumpanjaw l-abbozz preliminari tal-budget tal-Kummissjoni għandu jkun fihom rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ kull programm multiannwali indikattiv f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
Il-programm irid jiġi rivedut, għallanqas f’nofs il-perijodu jew fid-dawl tal-progress effettiv tal-proġetti jew gruppi ta' proġetti, u jekk ikun meħtieġ rivedut, f'konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 18(2).
Il-programm għandu jagħti wkoll indikazzjoni ta’ fonti oħra ta’ finanzjament għall-proġetti konċernati, b’mod partikolari minn strumenti Komunitarji oħra u mill-Bank Ewropew tal-Investiment.
5. Fil-każ li jsir tibdil sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-proġetti jew gruppi ta' proġetti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Il-modifiki tal-ammonti globali indikattivi stabbiliti mill-programm għall-proġetti, li jistgħu jkunu meħtieġa wara dawn il-bidliet, għandhom jiġu deċiżi f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).
Artikolu 6
Kriterji għall-għażla ta’ proġetti
1. Il-proġetti għandhom jieħdu l-għajnuna skont kemm dawn jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 154 tat-Trattat u għall-objettivi u l-prijoritajiet l-oħra definiti fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 155(1) tat-Trattat.
2. Fl-implimentazzjoni tagħha ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konformità tad-deċiżjonijiet tagħha dwar l-għoti ta’ għajnuna Komunitarja mal-prijoritajiet stabbiliti fil-linji gwida għas-setturi differenti stabbiliti skont l-Artikolu 155(1) tat-Trattat. Din għandha tinkludi l-konformità tagħhom ma’ kwalunkwe rekwiżit li jista' jiġi stabbilit f’dawk il-linji gwida f’termini ta’ perċentaġġ tal-għajnuna Komunitarja totali.
3. L-għajnuna Komunitarja għandha tiġi assenjata għal proġetti li jkollhom il-potenzjal biex ikunu ekonomikament vijabbli u li l-profitt finanzjarju tagħhom fiż-żmien tal-applikazzjoni jitqies li ma jkunx suffiċjenti.
4. Id-deċiżjoni biex tingħata għajnuna Komunitarja għandha tqis ukoll:
(a) |
il-maturità tal-proġett, |
(b) |
l-effett stimulattiv tal-intervent Komunitarju fuq il-finanzi pubbliċi u privati, |
(ċ) |
is-solidità tal-pakkett finanzjarju, |
(d) |
l-effetti soċjo-ekonomiċi diretti jew indiretti, partikolarment fuq l-impjiegi, |
(e) |
il-konsegwenzi ambjentali. |
5. Speċjalment fil-każ ta’ proġetti transkonfinanti, il-koordinazzjoni dwar iż-żmien propizju tad-diversi partijiet tal-proġett għandha wkoll tiġi kkunsidrata.
Artikolu 7
Kompatibbiltà
Il-proġetti finanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mal-liġi Komunitarja u mal-politika Komunitarja, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni ambjentali, il-kompetizzjoni u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.
Artikolu 8
Sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja
L-applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati jew, bi ftehim mal-Istat(i) Membru/i, mill-impriżi jew korpi pubbliċi jew privati kkonċernati direttament.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ftehim tal-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 9
Informazzjoni neċessarja għall-istima u l-identifikazzjoni tal-applikazzjonijiet
1. Kull applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja għandha tinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja għall-eżami tal-proġett f'konformità mal-Artikoli 4, 6 u 7, u b'mod partikolari:
(a) |
jekk l-applikazzjoni tikkonċerna proġett:
|
(b) |
jekk l-applikazzjoni tkun marbuta ma’ studju, l-objettiv u l-iskop tal-istudju u l-metodi u t-teknika kkontemplati; |
(c) |
skeda ta' żmien provviżorja tax-xogħlijiet; |
(d) |
deskrizzjoni tal-miżuri ta' kontroll li għandhom jiġu operati mill-Istat Membru kkonċernat fuq l-użu tal-fondi mitluba. |
2. L-applikanti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’kull informazzjoni addizzjonali rilevanti li tkun teħtieġ, bħalma huma l-parametri, il-linji gwida u l-ipoteżijiet li fuqhom l-analiżi dwar l-ispejjeż/benefiċċji tkun ibbażata.
3. Il-Kummissjoni tista’ tfittex kull parir tekniku li jkollha bżonn biex tagħmel stima tal-applikazzjoni, inkluża l-opinjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment.
Artikolu 10
L-għoti ta’ għajnuna finanzjarja
B’konformità mal-Artikolu 274 tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tagħti għajnuna finanzjarja taħt dan ir-Regolament skont l-istima tagħha tal-applikazzjoni skont il-kriterji tal-għażla. Fil-każ ta’ proġetti identifikati fil-programm multiannwali indikattiv rilevanti stabbilit skont l-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet annwali biex tagħti l-għajnuna fl-ammonti finanzjarji indikattivi previsti f’dak il-programm. Fil-każ ta’ proġetti oħra, għandhom jiġu adottati miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2). Il-Kummissjoni għandha tgħarraf id-deċiżjoni tagħha direttament lill-benefiċjarji u lill-Istati Membri.
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. L-għajnuna Komunitarja tista’ tkopri biss in-nefqa li tkun marbuta mal-proġett minfuqa mill-benefiċjarji jew minn partijiet terzi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ proġett.
2. In-nefqa minfuqa qabel id-data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet l-applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja m’għandhiex tkun koperta.
3. Id-deċiżjonijiet biex tingħata għajnuna finanzjarja meħuda mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 10 għandhom ikunu vinkolanti bħala impenji biex isir infieq awtorizzat mill-Baġit.
4. Bħala regola ġenerali, il-ħlasijiet għandhom isiru f’forma ta’ pagamenti bil-quddiem, pagamenti intermedji u pagament finali. Il-pagament bil-quddiem, li m’għandux normalment jiskorri l-50 % tal-ewwel porzjon annwali, għandu jitħallas malli tkun ġiet approvata l-applikazzjoni għall-għajnuna. Il-pagamenti intermedji għandhom isiru abbażi ta’ talbiet għall-ħlas, billi jitqies il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-proġett jew l-istudju u, jekk ikun neċessarju, billi jitqiesu l-pjani finanzjarji riveduti b’mod rigoruż u trasparenti.
5. Il-pagamenti għandhom iqisu l-fatt li l-proġetti infrastrutturali jiġu implimentati fuq perijodu ta’ snin u li għalhekk għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-finanzjament multiannwali.
6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagament finali wara l-approvazzjoni tar-rapport finali fuq il-proġett jew l-istudju, sottomess mill-benefiċjarju u li jkun jelenka l-ispiża kollha attwalment minfuqa.
7. Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-qafas għall-proċeduri, l-iskeda ta' żmien u l-ammonti għall-ħlasijiet tas-sussidji fuq ir-rati tal-interessi, tiggarantixxi sussidji fuq il-primjums u tappoġġa taħt sura ta’ parteċipazzjoni f’kapital ta' riskju, fil-fondi ta’ investiment jew f’impriżi finanzjarji komparabbli li jkollhom attenzjoni prijoritarja ffukata fuq il-provvista ta’ kapital ta' riskju għal proġetti ta’ netwerks trans-Ewropej.
Artikolu 12
Kontroll finanzjarju
1. Biex jiġi garantit li l-proġetti finanzjati taħt dan ir-Regolament jintemmu b’suċċess, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, kull wieħed skont il-kompetenza tiegħu, għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex:
(a) |
jivverifikaw fuq bażi regolari li l-proġetti u l-istudji ffinanzjati mill-Komunità jkunu saru kif xieraq; |
(b) |
jevitaw irregolaritajiet u jieħdu azzjoni kontrihom; |
(ċ) |
jirkupraw xi ammonti mitlufa bħala riżultat ta’ irregolarità, inkluż l-interessi dovuti għall-ħlas tard, skont ir-regoli adottati mill-Kummissjoni. Ħlief fejn l-Istat Membru u/jew l-awtorità pubblika li timplimenta jagħtu prova li huma ma kinux responsabbli għall-irregolarità, l-Istat Membru għandu alternattivament ikun responsabbli għar-rimbors ta’ xi ammonti li jkunu tħallsu fejn ma kinux dovuti. |
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu għal dawn l-għanijiet u, b’mod partikolari, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deskrizzjoni tas-sistemi tal-amministrazzjoni u l-kontroll stabbiliti biex jassiguraw l-implimentazzjoni effiċjenti ta’ proġetti u studji.
3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni kwalunkwe rapporti nazzjonali xierqa dwar il-kontroll tal-proġetti.
4. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżuri ta’ kontroll li jkunu saru mill-Istati Membri skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijet amministrattivi nazzjonali u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 246 tat-Trattat u l-miżuri ta’ kontroll li saru skont l-Artikolu 279 tat-Trattat, l-uffiċjali jew l-aġenti tal-Kummissjoni jistgħu jagħmlu verifiki fuq il-post, inklużi verifiki ta' kampjuni, fir-rigward ta’ proġetti ffinanzjati taħt dan ir-Regolament u jistgħu jeżaminaw is-sistemi ta' kontroll u l-miżuri stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali, li għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu għal dak il-għan.
5. Qabel ma ssir verifika fuq il-post, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru konċernat bil-għan li tikseb l-għajnuna kollha neċessarja. Jekk il-Kummissjoni tagħmel verifiki fuq il-post mingħajr ma tkun avżat, hija tkun soġġetta għall-ftehimiet milħuqa skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. L-uffiċjali jew l-aġenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jieħdu parti f’dawn il-verifiki.
Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jagħmel verifika fuq il-post biex jiċċekkja l-korrettezza tat-talbiet għall-pagament. L-uffiċjali jew l-aġenti tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-verifiki, u għandhom jagħmlu hekk jekk l-Istat Membru kkonċernat hekk jitlob.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe verifiki li tagħmel isiru b’mod koordinat biex jiġu evitati verifiki ripetuti fir-rigward tal-istess suġġett matul l-istess perijodu. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw immedjatament kull informazzjoni rilevanti rigward ir-riżultati tal-verifiki li jkunu saru.
6. Fil-każ ta’ għajnuna Komunitarja mogħtija lil impriżi jew organizzazzjonijiet pubbliċi u privati direttament ikkonċernati, il-miżuri ta’ kontroll għandhom isiru mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, skont kif xieraq.
7. Il-korpi u l-awtoritajiet responsabbli u l-impriżi pubbliċi jew privati jew il-korpi direttament konċernati għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni d-dokumenti sekondarji dwar in-nefqa fuq kwalunkwe proġett għal perijodu ta’ ħames snin wara l-aħħar ħlas fir-rigward tal-proġett.
Artikolu 13
Tnaqqis, sospensjoni u tħassir tal-għajnuna
1. Jekk l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni tidher li ma tiġġustifikax, fl-intier jew parzjalment, l-għajnuna finanzjarja allokata lilha, il-Kummissjoni għandha tagħmel eżami xieraq dwar il-każ, li b’mod partikolari titlob lill-Istat Membru, jew lill-awtoritajiet jew lill-korpi nominati minnu biex iwettqu l-operazzjoni, biex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'perijodu ta’ żmien speċifikat.
2. Wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas, tissospendi jew tħassar l-għajnuna fir-rigward tal-operazzjoni in kwistjoni jekk l-eżami jikxef irregolarità jew nuqqas ta' konformità ma’ waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni biex tingħata l-għajnuna, u b’mod partikolari kull tibdil sinifikanti li jaffettwa n-natura, jew il-kondizzjonijiet biex jitwettaq, il-proġett li għalih l-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma tkunx intalbet.
Kwalunkwe akkumulazzjoni mhux dovuta għandha twassal għall-irkupru ta’ ammonti mħallsa fejn mhux suppost.
3. Ħlief f’każi debitament ġustifikati quddiem il-Kummissjoni, għajnuniet mogħtija għal proġetti li ma jkunux inbdew fi żmien sentejn wara d-data li fiha jkunu mistennija li jibdew, kif indikat fid-deċiżjoni tal-għoti tal-għajnuna, jiġu massra mill-Kummissjoni.
4. Kwalunkwe ammont li għandu jiġi rkuprat minħabba li ma jkunx dovut għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni.
5. Jekk, 10 snin wara li tkun ingħatat l-għajnuna finanzjarja, l-operazzjoni in kwistjoni tkun għadha ma tlestietx, il-Kummissjoni tista’ titlob rimborż tal-għajnuna imħallsa, b’kont debitu għall-prinċipju tal-proporzjonalità, u wara li jittieħed kont tal-fatturi kollha rilevanti.
Artikolu 14
Koordinazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni u l-koerenza bejn il-proġetti u l-programmi msemmija fl-Artikolu 5(1) li jkunu qegħdin isiru skont dan ir-Regolament u l-proġetti li jkunu qed isiru bl-għajnuna tal-baġit tal-Komunità, tal-Bank Ewropew għall-Investiment, tal-Fond Ewropew tal-Investiment u ta’ strumenti finanzjarji Komunitarji oħra.
Artikolu 15
Stima, monitoraġġ u valutazzjoni
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-proġetti taħt dan ir-Regolament tkun soġġetta għal monitoraġġ u valutazzjoni effettivi. Il-proġetti jistgħu jiġu adattati skont ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni.
2. Biex jiġi żgurat li l-għajnuna Komunitarja tintuża b’mod effiċjenti, il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom b’mod sistematiku jagħmlu monitoraġġ tal-progress tal-proġetti, fejn ikun xieraq bil-kooperazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment jew korpi oħra xierqa.
3. Meta tirċievi applikazzjoni għall-għajnuna, u qabel tapprovaha, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima biex tqis jekk il-proġett ikunx jikkonforma mal-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 4 u 6. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment jew lil korpi oħra xierqa biex jikkontribwixxu f’din l-istima.
4. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-mod li bih il-proġetti u l-programmi jkunu twettqu u jivvalutaw l-impatt tal-implimentazzjoni tagħhom, sabiex jevalwaw jekk l-għanijiet oriġinali jistgħux jintlaħqu, jew ikunux intlaħqu diġà. Din il-valutazzjoni għandha, fost l-oħrajn, tkopri l-impatt tal-proġetti dwar l-ambjent, waqt li jitqiesu l-liġijiet Komunitarji fis-seħħ. Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-Istat Membru kkonċernat, titlob ukoll li l-benefiċjarju jipprovdi valutazzjoni speċifika fuq proġetti jew gruppi ta’ proġetti ffinanzjati skont dan ir-Regolament, jew li jipprovdilha l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa biex din tivvaluta dawn il-proġetti.
5. Il-monitoraġġ għandu jsir, fejn ikun xieraq, b’referenza lejn l-indikaturi fiżiċi u finanzjarji. L-indikaturi għandhom ikunu relatati mal-karattru speċifiku tal-proġett u l-għanijiet tiegħu. Dawn għandhom jitqiegħdu b’tali mod li jindikaw:
(a) |
l-istadju milħuq fil-proġett b’relazzjoni mal-pjan u l-għanijiet operattivi oriġinarjament stabbiliti; |
(b) |
il-progress milħuq mil-lat maniġerjali u kwalunkwe problemi relatati. |
6. Meta tgħarbel l-applikazzjonijiet individwali għall-għajnuna, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra r-riżultati tal-istimi u tal-valutazzjonijiet li jkunu saru skont dan l-Artikolu.
7. Il-proċeduri għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ, kif previst fil-paragrafi 4 u 5, għandhom jiġu stabbiliti fid-Deċiżjonijiet li japprovaw il-proġetti u/jew fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna finanzjarja.
Artikolu 16
Informazzjoni u pubbliċità
1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport annwali dwar l-attivitajiet li jkunu twettqu skont dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-istima tagħhom. Dan ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni tar-riżultati milħuqa bl-għajnuna Komunitarja f'oqsma ta’ applikazzjoni differenti, f' termini tal-għanijiet oriġinali, kif ukoll kapitolu dwar is-sustanza u l-implimentazzjoni tal-programmi multiannwali attwali, b’mod speċjali deskrizzjoni tar-reviżjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4).
2. Il-benefiċjarji għandhom jiżguraw li tingħata pubbliċità xierqa lill-għajnuna mogħtija taħt dan ir-Regolament biex il-pubbliku jiġi informat dwar ir-rwol eżerċitat mill-Komunità fl-implimentazzjoni tal-proġetti.
Dawn għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni dwar kif dan għandu jsir.
Artikolu 17
Implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 18
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jaħtar rappreżentant fil-kumitat li m'għandux id-dritt li jivvota.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit bħala wieħed ta’ tliet xhur.
Artikolu 19
Iffinanzjar
Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perijodu 2000 sa 2006 għandu jkun ta’ EUR 4 874 880 000.
L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-perspettiva finanzarja.
L-allokazzjoni ta’ fondi għandha tkun marbuta mal-livell kwalitattiv u kwantitattiv tal-implimentazzjoni.
Artikolu 20
Klawsola ta' reviżjoni
Qabel it-tmiem tal-2006 il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv dwar l-esperjenza li nkisbet mill-mekkaniżmi taħt dan ir-Regolament għall-għoti ta’ għajnuna Komunitarja, b’mod partikolari l-mekkaniżmi u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu b’konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 156 tat-Trattat, għandhom jeżaminaw jekk u taħt liema kondizzjonijiet il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jitkomplew jew jiġu emendati wara tmiem il-perijodu msemmi fl-Artikolu 19.
Artikolu 21
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 2236/95 huwa mħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-30 ta’ Novembru 2009
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J BUSEK
Għall-Kunsill
Il-President
Å. TORSTENSSON
(1) Opinjoni tal-20 ta' Ġunju 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009.
(3) ĠU L 228, 23.9.1995, p. 1.
(4) Ara l-Anness II.
(5) ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(7) ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.
(9) ĠU L 183, 11.7.1997, p. 12.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.
ANNESS I
Modalitajiet għall-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 (1)(e)
1. Kondizzjonijiet għal kontribuzzjoni Komunitarja ta’ kapital ta' riskju
L-applikazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 3(1)(e) għandhom jinkludu din l-informazzjoni, li tkun sodisfaċenti għall-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18(1), bħala bażi għad-deċiżjonijiet biex tingħata l-għajnuna:
— |
memorandum ta’ informazzjoni li jkun fih id-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dokumentazzjoni statutorja tal-fond inkluża l-istruttura legali u amministrattiva tiegħu, |
— |
il-linji gwida dettaljati tiegħu rigward l-investiment u li jkun fihom l-informazzjoni dwar il-proġetti mmirati, |
— |
l-informazzjoni dwar l-involviment tal-investituri privati, |
— |
l-informazzjoni dwar il-firxa ġeografika, |
— |
l-informazzjoni dwar il-vijabbiltà finanzjarja tal-fond, |
— |
l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-investituri li jieħdu azzjoni ta’ rimedju f’każ li l-obbligi li jsirulhom ma jiġux onorati mill-fond, |
— |
l-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet għall-ħruġ mill-fond u l-arranġamenti għax-xoljiment tal-fond, |
— |
id-drittijiet tar-rappreżentanza fil-kumitat tal-investituri. |
Qabel id-deċiżjoni biex tingħata għajnuna, il-fond tal-investiment intermedjarju jew istituzzjoni finanzjarja komparabbli oħra għandu jintrabat li jinvesti mhux anqas minn somma ekwivalenti għal darbtejn u nofs tal-kontribuzzjoni Komunitarja, fil-proġetti li qabel ikunu ġew identifikati bħala proġetti ta’ interess komuni skont l-Artikolu 155(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż, tat-Tratttat.
L-għajnuna Komunitarja għal fondi tal-investiment jew impriżi finanzjarji komparabbli, jekk tingħata f’forma ta’ parteċipazzjoni f’kapital ta' riskju, għandha tingħata biss, bħala prinċipju, jekk il-kontribuzzjoni Komunitarja tkun tlaħħaq pari passu f’termini ta’ riskju ma’ investituri oħra fil-fond.
Fondi ta’ dħul ta’ investiment jew impriżi finanzjarji komparabbli għandhom jimxu fuq prinċipji ta' tmexxija finanzjarja soda.
2. Limiti għall-interventi u investiment massimu
Il-kontribuzzjonijiet taħt l-Artikolu 3(1)(e) m’għandhomx jiskorru l-1 % tal-ammont totali għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 19. Madanakollu dan il-limitu jista’ jiżdied skont l-imsemmi Artikolu 3(1)(e).
L-għajnuna Komunitarja taħt l-Artikolu 3(1)(e) m’għandhiex tiskorri l-20 % tal-kapital totali ta’ fond ta’ investiment jew impriża finanzjarja komparabbli.
3. Ġestjoni tal-kontribuzzjoni Komunitarja
Il-ġestjoni tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tiġi żgurata mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI). It-termini u l-kondizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-għajnuna Komunitarja skont l-Artikolu 3(1)(e), inkluż il-monitoraġġ u l-kontroll tagħha, għandhom jiġu stabbiliti fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-FEI, waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness.
4. Dispożizzjonijiet oħra
Id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-istima, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni kif speċifikat f’dan ir- Regolament għandhom japplikaw fl-intier tagħhom għall-Artikolu 3(1)(e), inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet għall-għajnuna Komunitarja, dwar il-kontroll finanzjarju u t-tnaqqis, is-sospensjoni u t-tħassir tal-għajnuna. Din għandha, inter alia, tkun żgurata permezz ta’ dispożizjonijiet xierqa fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-FEI u ftehiem xierqa ma’ fondi ta’ investituri jew impriżi finanzjarji komparabbli li jistipulaw il-kontrolli meħtieġa fil-livell ta’ proġetti individwali ta’ interess komuni. Għandhom isiru arranġamenti xierqa biex jippermettu lill-Qorti tal-Awdituri li teżerċita l-missjoni tagħha b’mod partikolari sabiex tivverifika r-regolarità tal-ħlasijiet li jkunu saru.
Il-ħlasijiet taħt l-Artikolu 3(1)(e) għandhom ikunu irregolati mill-Artikolu 11(7), minkejja l-Artikolu 11(6). Wara tmiem il-perijodu tal-investiment jew qabel skont kif ikun il-każ, kwalunkwe bilanċ li jirriżulta minn radd lura ta’ kapital investit jew minn distribuzzjoni ta’ profitti u qliegħ kapitali jew minn kull distribuzzjoni u mid-distribuzzjonijiet l-oħrajn kollha dovuti lill-investituri għandhom ikunu ritornati lill-baġit Komunitarju.
Id-deċiżjonijiet kollha biex jiġu pprovduti parteċipazzjonijiet f’kapital ta' riskju taħt l-Artikolu 3(1)(e) għandhom jitressqu lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18(1).
Il-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-imsemmi Kumitat dwar l-implimentazzjoni tal-parteċipazzjonijiet f’kapital ta' riskju taħt l-Artikolu 3(1)(e).
Qabel it-tmiem tal-2006, il-Kummissjoni għandha fil-qafas tal-Artikolu 15 tipprovdi valutazzjoni tal-azzjonijiet li jkunu ttieħdu taħt l-Artikolu 3(1)(e), b’mod partikolari fl-utilizzazzjoni tiegħu, l-effetti tiegħu fuq l-implimentazzjoni tal-proġetti tan-netwerks trans-Ewropej appoġġati u l-involviment ta’ investituri privati fil-proġetti ffinanzjati.
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien mal-emendi tiegħu
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1655/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 788/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
l-Artikolu 1 biss |
Ir-Regolament (KE) Nru 807/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1159/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
ANNESS III
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 2236/95 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2 |
Artikolu 4(1)(a) sa (e) |
Artikolu 3(1)(a) sa (e) |
Artikolu 4(1)(f) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 3(5) |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5a |
Artikolu 5 |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(1a) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 6(3), kliem tal-bidu |
Artikolu 6(4), kliem tal-bidu |
Artikolu 6(3), l-ewwel inċiż |
Artikolu 6(4)(a) |
Artikolu 6(3), it-tieni inċiż |
Artikolu 6(4)(b) |
Artikolu 6(3), it-tielet inċiż |
Artikolu 6(4)(c) |
Artikolu 6(3), ir-raba' inċiż |
Artikolu 6(4)(d) |
Artikolu 6(3), il-ħames inċiż |
Artikolu 6(4)(e) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8, l-ewwel sentenza |
Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 8, it-tieni sentenza |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(1), kliem tal-bidu |
Artikolu 9(1), kliem tal-bidu |
Artikolu 9(1)(a), kliem tal-bidu |
Artikolu 9(1)(a), kliem tal-bidu |
Artikolu 9(1)(a), l-ewwel inċiż |
Artikolu 9(1)(a)(i) |
Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż |
Artikolu 9(1)(a)(ii) |
Artikolu 9(1)(a), it-tielet inċiż |
Artikolu 9(1)(a)(iii) |
Artikolu 9(1)(a), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 9(1)(a)(iv) |
Artikolu 9(1)(a), il-ħames inċiż |
Artikolu 9(1)(a)(v) |
Artikolu 9(1)(a), is-sitt inċiż |
Artikolu 9(1)(a)(vi) |
Artikolu 9(1)(a), is-seba’ inċiż |
Artikolu 9(1)(a)(vii) |
Artikolu 9(1)(a), it-tmin inċiż |
Artikolu 9(1)(a)(viii) |
Artikolu 9(1)(b), (ċ) u (d) |
Artikolu 9(1)(b), (c) u (d) |
Artikolu 9 (2) u (3) |
Artikolu 9 (2) u (3) |
Artikolu 10 u 11 |
Artikolu 10 u 11 |
Artikolu 12(1), kliem tal-bidu |
Artikolu 12(1), kliem tal-bidu |
Artikolu 12(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 12(1)(a) |
Artikolu 12(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 12(1)(b) |
Artikolu 12(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 12(1)(c) |
Artikolu 12(2) sa (7) |
Artikolu 12(2) sa (7) |
Artikolu 13(1) u (2) |
Artikolu 13(1) u (2) |
Artikolu 13(2a) |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 13(5) |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15(1) sa (4) |
Artikolu 15(1) sa (4) |
Artikolu 15(5), kliem tal-bidu |
Artikolu 15(5), kliem tal-bidu |
Artikolu 15(5), l-ewwel inċiż |
Artikolu 15(5)(a) |
Artikolu 15(5), it-tieni inċiż |
Artikolu 15(5)(b) |
Artikolu 15(6) u (7) |
Artikolu 15(6) u (7) |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 16(2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 16(2), it-tieni sentenza |
Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 17(1) |
Artikolu 17 |
Artikolu 17(2), l-ewwel sentenza |
Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 17(2), it-tieni sentenza |
Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 18(2) |
Artikolu 17(4) |
— |
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
Artikolu 19, l-ewwel sentenza |
Artikolu 20, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 19, it-tieni sentenza |
Artikolu 20, it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 21 |
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |