10.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/28 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/42/UE
tal-1 ta’ Lulju 2010
li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw fużjonijiet ta’ fondi, strutturi prinċipali-alimentatriċi u l-proċedura tan-notifikazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinament tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 43(5), 60(6)(a) u (c), 61(3), 62(4), 64(4)(a) u 95(1) tagħha,
Billi:
(1) |
L-informazzjoni li trid tingħata lit-titolari ta’ unitajiet skont l-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2009/65/KE fil-każ ta’ fużjoni għandha tirrifletti l-ħtiġijiet differenti tat-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża u dik li tirċievi u tgħinhom jifhmu s-sitwazzjoni. |
(2) |
Il-UCITS li tkun qed tiġi fuża jew il-UCITS li tirċievi ma għandhomx ikunu meħtieġa jinkludu informazzjoni għajr dik imsemmija fl-Artikolu 43(3) tad-Direttiva 2009/65/KE u fl-Artikoli 3 sa 5 ta’ din id-Direttiva fid-dokument tal-informazzjoni. Il-UCITS li tkun qed tiġi fuża jew il-UCITS li tirċievi jistgħu madankollu jżidu informazzjoni oħra ta’ rilevanza fil-kuntest tal-fużjoni proposta. |
(3) |
Fejn id-dokument tal-informazzjoni skont l-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2009/65/KE ikun issupplimentat b’sommarju, dan m’għandux jeħles lill-UCITS mill-obbligu li tevita li tirrikorri għal spjegazzjonijiet twal jew tekniċi fil-kumplament tad-dokument tal-informazzjoni. |
(4) |
Fl-informazzjoni li trid tingħata lit-titolari ta’ unitajiet tal-UCITS li tirċievi skont l-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2009/65/KE wieħed għandu jassumi li dawk it-titolari ta’ unitajiet diġà huma raġonevolment familjari mal-karatteristiċi tal-UCITS li tirċievi, il-jeddijiet li jgawdu fuqha, u l-mod kif topera. Għaldaqstant għandha tiffoka fuq l-operazzjoni tal-fużjoni u l-impatt li jista’ jkollha fuq il-UCITS li tirċievi. |
(5) |
Il-mod kif l-informazzjoni skont l-Artikolu 43 u 64 tad-Direttiva 2009/65/KE tingħata lit-titolari ta’ unitajiet għandu jkun armonizzat. Dik l-informazzjoni hija intenzjonata biex it-titolari ta’ unitajiet ikunu jistgħu jiġġudikaw b’mod infurmat jekk iridux jkomplu jinvestu jew jitolbux tifdija, fejn il-UCITS jew tkun parti mill-fużjoni, tikkonverti f’UCITS alimentatriċi jew tbdel il-UCITS prinċipali. It-titolari ta’ unitajiet għandhom ikunu konxji minn din il-bidla kbira msemmija li minnha tkun għaddejja l-UCITS u jkunu f’pożizzjoni li jaqraw l-informazzjoni. Għal dik ir-raġuni l-informazzjoni għandha tkun indirizzata personalment lit-titolari ta’ unitajiet permezz stampat jew b’mezz li jibqa’ ieħor bħalma hija l-posta elettronika (imejl). Bl-użu ta’ mezzi elettroniċi l-UCITS għandha tkun tista’ tipprovdi l-informazzjoni b’mod kosteffikaċi. Din id-Direttiva m’għandhiex teżiġi li l-UCITS jinfurmaw direttament lit-titolari ta’ unitajiet tagħhom, imma għandhom iqisu sew l-ispeċifiċitajiet f’ċerti Stati Membri fejn il-UCITS jew il-kumpaniji maniġerjali tagħhom, għal raġunijiet legali jew prattiċi, ma jkunux jistgħu jikkuntattjaw direttament lit-titolari ta’ unitajiet. Il-UCITS għandhom ukoll ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni billi jgħadduha lid-depożitarju jew lil intermedjarji sakemm ikun żgurat li t-titolari ta’ unitajiet kollha jirċievu l-informazzjoni puntwalment. Din id-Direttiva għandha tarmonizza biss il-mod li bih l-informazzjoni skont l-Artikoli 43 u 64 tad-Direttiva 2009/65/KE tingħata lit-titolari ta’ unitajiet. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw l-għoti ta’ tipi oħra ta’ informazzjoni lit-titolari ta’ unitajiet permezz ta’ regoli nazzjonali. |
(6) |
Fil-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-UCITS alimentatriċi, li tinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tagħha fil-UCITS prinċipali, waqt li fl-istess ħin tibqa’ soġġetta għall-obbligi kollha bħala UCITS. Il-ftehim għandu għaldaqstant jiżgura li l-UCITS prinċipali tipprovdi lill-UCITS alimentatriċi bl-informazzjoni kollha meħtieġa puntwalment biex il-UCITS alimentatriċi tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tagħha stess. Għandu jistipula wkoll il-jeddijiet u d-dmirijiet l-oħrajn taż-żewġ partijiet. |
(7) |
L-Istati Membri m’għandhomx jeżiġu li l-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) ikopri elementi oħrajn għajr dawk imsemmija fil-Kapitolu VIII tad-Direttiva 2009/65/KE u l-Artikoli 8 sa 14 ta’ din id-Direttiva. Madanakollu l-ftehim jista’ jkopri elementi oħrajn, jekk il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jistipulaw hekk. |
(8) |
Fejn l-arranġamenti tan-negozju bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi ma jkunux differenti minn dawk li jkunu japplikaw għal titolari ta’ unitajiet mhux alimentatriċi kollha tal-UCITS prinċipali u fejn dawk l-arranġamenti huma stabbiliti fil-prospett tal-UCITS prinċipali, fil-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi m’hemmx għalfejn jirreplika dawk l-arranġamenti standard tan-negozju, imma jista’ jagħmel kontroreferenzi għall-partijiet rilevanti tal-prospett tal-UCITS prinċipali biex l-industrija tkun megħjuna tiffranka l-ispejjeż u tnaqqas il-piż amministrattiv. |
(9) |
Il-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi għandu jinkludi proċeduri xierqa biex jiġu indirizzati l-mistoqsijiet u l-ilmenti tat-titolari ta’ unitajiet u bil-ħsieb li tiġi ttrattata l-korrispondenza li tkun intbagħtet bi żball lill-UCITS prinċipali minflok lill-UCITS alimentatriċi jew viċeversa. |
(10) |
Biex jiġi ffrankati l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u biex ikunu evitati implikazzjonijiet negattivi ta’ taxxa, il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jista’ jogħġobhom jiftehmu dwar trasferiment ta’ assi in natura, jekk dan ma jkunx ipprojbit mil-liġi nazzjonali jew inkompatibbli mar-regoli tal-fond jew mal-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-UCITS prinċipali jew tal-UCITS alimentatriċi. Il-possibbiltà li jiġu trasferiti assi in natura lill-UCITS prinċipali għandha b’mod partikolari tkun ta’ għajnuna għal dawk il-UCITS alimentatriċi li diġà jkunu wettqu xi attivitajiet bħala UCITS, inklużi UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali differenti, biex jiġu evitati spejjeż fi tranżazzjonijiet b’riżultat ta’ bejgħ ta’ assi li fihom ikunu investew kemm il-UCITS alimentatriċi kif ukoll il-UCITS prinċipali. Il-UCITS alimentatriċi għandha tkun tista’ tirċievi wkoll, jekk ikun jogħġobha hekk, assi in natura mingħand il-UCITS prinċipali, billi dan jista’ jgħin biex jonqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u jiġu evitati implikazzjonijiet negattivi ta’ taxxa. It-trasferiment ta’ assi in natura lill-UCITS alimentatriċi m’għandux ikun limitat għall-każijiet ta’ likwidazzjoni, fużjoni jew diviżjoni tal-UCITS prinċipali, imma għandu jkun disponibbli wkoll f’ċirkostanzi oħrajn. |
(11) |
Biex tiġi priżervata l-flessibbiltà meħtieġa, waqt li fl-istess ħin jitqies l-aħjar interess tal-investituri, il-UCITS alimentatriċi li tkun irċeviet assi permezz ta’ trasferiment ta’ assi in natura għandha tkun tista’ jew tittrasferixxi xi wħud minn dawk l-assi jew kollha kemm huma lill-UCITS prinċipali fejn il-UCITS prinċipali taqbel li jsir hekk, jew tirrealizza l-assi fi flus biex tinvesti l-flus fil-UCITS prinċipali. |
(12) |
Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-istruttura prinċipali-alimentatriċi jinħtieġ li l-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi jipprevedi regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet li jidderogaw mill-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I) (2) b’tali mod li l-liġi applikabbli għal dan il-ftehim għandha tkun jew il-liġi tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-UCITS alimentatriċi, jew il-liġi tal-Istat Membru tal-UCITS prinċipali. Il-partijiet għandhom ikunu ħielsa li jevalwaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ dik l-għażla u jieħdu inkunsiderazzjoni jekk il-UCITS prinċipali għandhiex diversi UCITS alimentatriċi u jekk dawk il-UCITS alimentatriċi humiex stabbiliti biss fi Stat Membru wieħed jew f’diversi. |
(13) |
Fil-każ ta’ likwidazzjoni, fużjoni jew diviżjoni tal-UCITS prinċipali fejn f’dan ir-rigward id-Direttiva 2009/65/KE tikkonċedi lit-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS alimentatriċi l-jedd li jitolbu tifdija, il-UCITS alimentatriċi m’għandhiex timmina dak il-jedd billi tissospendi temporanjament ix-riakkwist jew it-tifdija, ħlief meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jeżiġu li tagħmel hekk biex jitħares l-interess tat-titolari ta’ unitajiet jew tkun ordnata li tagħmel hekk mill-awtoritajiet kompetenti tagħha. |
(14) |
Peress li fużjoni jew diviżjoni tal-UCITS prinċipali tista’ sseħħ fi żmien 60 jum, il-limitu taż-żmien biex il-UCITS alimentatriċi tapplika u tikseb l-approvazzjoni tal-intenzjonijiet ġodda tagħha dwar l-investiment u biex tagħti l-jedd lit-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li jitolbu x-riakkwist jew it-tifdija fi żmien 30 jum, jista’ f’ċirkostanzi eċċezzjonali jkun qasir wisq biex il-UCITS alimentatriċi ssir taf fiċ-ċert kemm mit-titolari ta’ unitajiet tagħha jkunu se jitolbu tifdija. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-UCITS alimentatriċi għandha fil-prinċipju tkun obbligata titlob tifdija tal-unitajiet kollha tagħha fil-UCITS prinċipali. Biex jiġu evitati spejjeż bla bżonn fi tranżazzjonijiet, il-UCITS alimentatriċi għandha madankollu tkun tista’ tuża mezzi oħrajn biex tiżgura li t-titolari ta’ unitajiet tagħha jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-jedd li jitolbu tifdija, filwaqt li tkun tista’ tnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet jew tevita impatti negattivi oħrajn. Il-UCITS alimentatriċi għandha b’mod partikolari tapplika għall-approvazzjoni mill-aktar fis possibbli. Barra dan, il-UCITS alimentatriċi pereżempju m’għandhiex tkun obbligata titlob tifdija kemm-il darba t-titolari ta’ unitajiet tagħha jagħżlu li ma jagħmlux użu minn dik il-faċilità. Fejn il-UCITS alimentatriċi titlob tifdija mill-UCITS prinċipali, din għandha tikkunsidra jekk tifdija in natura tistax tnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u tevita impatti negattivi oħrajn. |
(15) |
Bil-ftehim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn id-depożitarji tal-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi għandu jkun jista’ jirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti kollha rilevanti li jkun jeħtieġ biex ikun jista’ jaqdi dmirijietu. Minħabba l-ispeċifiċità tiegħu, dan il-ftehim għandu jipprevedi l-istess regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet kif previst fil-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi li jidderogaw mill-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Ruma I. Madanakollu l-ftehim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni m’għandux jeżiġi la lid-depożitarju tal-UCITS prinċipali u lanqas lil dak tal-UCITS alimentatriċi li jwettqu kompiti pprojbiti jew mhux previsti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. |
(16) |
Ir-rapportar tal-irregolaritajiet, li jinduna bihom id-depożitarju tal-UCITS prinċipali waqt l-eżekuzzjoni tal-funzjoni tiegħu bħala depożitarju skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, huwa intenzjonat li jħares il-UCITS alimentatriċi. Għal dik ir-raġuni ma għandu jkun meħtieġ ebda rapportar meta dawk l-irregolaritajiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-UCITS alimentatriċi. Fejn irregolaritajiet fir-rigward tal-UCITS prinċipali jkollhom impatt negattiv fuq il-UCITS alimentatriċi, din tal-aħħar għandha tkun infurmata wkoll dwar jekk u kif l-irregolaritajiet ikunux ġew riżolti. Id-depożitarju tal-UCITS prinċipali għandu għaldaqstant jinforma lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi dwar kif il-UCITS prinċipali tkun irriżolviet jew qed tipproponi li tirriżolvi l-irregolarità. Jekk id-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunx sodisfatt li r-riżoluzzjoni hija fl-interess tat-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS alimentatriċi, dan għandu jirrapporta minnufih il-fehma tiegħu lill-UCITS alimentatriċi. |
(17) |
Bil-ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awdituri tal-UCITS prinċipali u tal-UCITS alimentatriċi, l-awditur tal-UCITS alimentatriċi għandu jkun jista’ jirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti kollha rilevanti li jkun jeħtieġ biex ikun jista’ jaqdi dimirijietu. Minħabba l-ispeċifiċità tiegħu, dan il-ftehim għandu jipprevedi l-istess regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet kif previsti fil-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi li jidderogaw mill-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Ruma I |
(18) |
Għandu jkun speċifikat l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tkun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi skont l-Artikolu 91(3) tad-Direttiva 2009/65/KE sabiex tkun ipprovduta ċertezza legali dwar liema kategoriji ta’ informazzjoni għandhom jiġu inklużi. |
(19) |
Biex tkun prevista sistema komuni ta’ kif id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 93(2) tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom ikunu aċċessibbli b’mezzi elettroniċi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, huwa neċessarju li kull UCITS jew il-kumpaniji maniġerjali tagħhom ikunu meħtieġa jispeċifikaw websajt fejn dawn id-dokumenti jkunu disponibbli f’format elettroniku komuni. Jinħtieġ ukoll li tiġi stabbilita proċedura għal notifika elettronika dwar tibdil f’dawn id-dokumenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, skont l-Artikolu 93(7) ta’ dik id-Direttiva. |
(20) |
Biex il-UCITS u l-kumpaniji maniġerjali tagħhom ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti l-ġodda tal-mod u l-manjiera li bihom tiġi pprovduta l-informazzjoni lit-titolari ta’ unitajiet fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 7 u 29, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu itwal għat-traspożizzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom. Dan huwa partikolarment importanti f’dawk il-każijiet fejn minħabba raġunijiet legali jew prattiċi l-UCITS jew il-kumpaniji maniġerjali tagħhom ma jkunux jistgħu jinfurmaw direttament lit-titolari ta’ unitajiet. UCITS b’ishma bearer dematerjalizzati għandhom ikunu jistgħu jħejju l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiżguraw li t-titolari ta’ unitajiet jirċievu l-informazzjoni fil-każijiet speċifikati fl-Artikoli 8 u 32. UCITS b’ishma bearer materjalizzati għandhom ikunu jistgħu jikkonvertuhom f’ishma reġistrati jew ishma bearer dematerjalizzati, jekk ikunu jridu jkunu jistgħu jwettqu fużjoni, jikkonvertu f’UCITS alimentatriċi jew jibdlu l-UCITS prinċipali. |
(21) |
Il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (3) ġie kkonsultat dwar pariri tekniċi. |
(22) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 43(5), 60(6)(a) u (c), 61(3), 62(4), 64(4)(a) u 95(1) tad-Direttiva 2009/65/KE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“ibbilanċjar mill-ġdid tal-portafoll” tfisser modifika sinifikanti fil-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ UCITS; |
2. |
“indikaturi sintetiċi tar-riskji u l-gwadanji” tfisser indikaturi sintetiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE fir-rigward tat-tagħrif ewlieni għall-investitur u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġi ssodisfati meta jingħata t-tagħrif ewlieni jew il-prospett b’mezz li jibqa’ li mhuwiex stampat jew permezz ta’ websajt (4). |
KAPITOLU II
FUŻJONIJIET TA’ UCITS
TAQSIMA 1
Kontent tal-informazzjoni dwar fużjoni
Artikolu 3
Regoli ġenerali li jirrigwardaw il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lit-titolari ta’ unitajiet
1. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lit-titolari ta’ unitajiet skont l-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2009/65/KE għandha tkun miktuba b’mod konċiż u b’lingwaġġ mhux tekniku li jkun jippermetti lit-titolari ta’ unitajiet jiġġudikaw b’mod infurmat l-impatt tal-fużjoni proposta għall-investiment tagħhom.
Fil-każ ta’ proposta ta’ fużjoni transkonfinali, il-UCITS li tkun qed tiġi fuża u l-UCITS li tirċievi, rispettivament, għandhom jispjegaw b’lingwaġġ sempliċi t-termini jew il-proċeduri kollha relatati mal-UCITS l-oħra li jkunu differenti minn dawk applikati komunament fl-Istat Membru l-ieħor.
2. L-informazzjoni li trid tingħata lit-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandha tissodisfa l-ħtiġijiet tal-investituri li ma jkunux jafu minn qabel bil-karatteristiċi tal-UCITS li tirċievi jew bil-mod kif topera. Din għandha tiġbdilhom l-attenzjoni dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur tal-UCITS li tirċievi u tenfasizza li min wieħed jaqrah.
3. L-informazzjoni li trid tingħata lit-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tirċievi għandha tiffoka fuq l-operazzjoni tal-fużjoni u l-impatt potenzjali tagħha fuq il-UCITS li tirċievi.
Artikolu 4
Regoli speċifiċi li jirrigwardaw il-kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lit-titolari ta’ unitajiet
1. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b) tal-Artikolu 43(3) tad-Direttiva 2009/65/KE lit-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandha tinkludi wkoll:
(a) |
dettalji dwar kwalunkwe differenza fil-jeddijiet tat-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża qabel u wara li sseħħ il-fużjoni proposta; |
(b) |
jekk it-tagħrif ewlieni għall-investitur fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża u l-UCITS li tirċievi jurix indikaturi sintetiċi tar-riskji u l-gwadanji fil-kategoriji differenti, jew tidentifikax riskji materjali differenti fin-narrazzjoni li takkumpanjaha, u paragun ta’ dawk id-differenzi; |
(c) |
paragun tal-imposti, it-tariffi u l-infiq kollha taż-żewġ UCITS, abbażi tal-ammonti żvelati fit-tagħrif ewlieni għall-investitur rispettivi tagħhom; |
(d) |
jekk il-UCITS li tkun qed tiġi fuża tapplika tariffa fuq il-prestazzjoni, spjegazzjoni ta’ kif din tkun se tiġi applikata sal-mument meta sseħħ il-fużjoni; |
(e) |
jekk il-UCITS li tirċievi tapplika tariffa fuq il-prestazzjoni, kif se tiġi sussegwentement applikata biex tiżgura trattament ġust għal dawk it-titolari ta’ unitajiet li qabel kellhom unitajiet fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża; |
(f) |
f’każijiet fejn l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2009/65/KE jippermetti li l-ispejjeż assoċjati mat-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-fużjoni jiġu imposti jew fuq il-UCITS li tkun qed tiġi fuża jew fuq il-UCITS dik li tirċievu jew fuq kwalunkwe titolar ta’ unitajiet, dettalji dwar kif dawn l-ispejjeż ser jitqassmu; |
(g) |
spjegazzjoni dwar jekk il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija tal-investiment tal-UCITS li tkun qed tiġi fuża tkunx biħsiebha tagħmel xi bbilanċar mill-ġdid tal-portafoll qabel issir l-fużjoni. |
2. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b) tal-Artikolu 43(3) tad-Direttiva 2009/65/KE lit-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tirċievi għandha tinkludi wkoll spjegazzjoni dwar jekk il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija tal-investiment tal-UCITS li tirċievi tkunx qiegħda tistenna li l-fużjoni tħalli x’impatt materjali fuq il-portafoll tal-UCITS li tirċievi, u jekk tkunx biħsiebha tagħmel xi bbilanċjar mill-ġdid tal-portafoll qabel jew wara li ssir l-fużjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c) tal-Artikolu 43(3) tad-Direttiva 2009/65/KE għandha tinkludi wkoll:
(a) |
dettalji ta’ x’għandu jsir minn kwalunkwe introjtu akkumulat fil-UCITS rispettivi; |
(b) |
indikazzjoni dwar kif jista’ jinkiseb ir-rapport minn awditur indipendenti jew id-depożitarju msemmi fl-Artikolu 42(3) tad-Direttiva 2009/65/KE. |
4. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li jekk it-termini tal-fużjoni proposta jkunu jinkludu dispożizzjonijiet għal ħlas fi flus skont il-punti (p)(i) u (p)(ii) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, l-informazzjoni li trid tingħata lit-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandu jkun fiha d-dettalji dwar dak il-ħlas propost, fosthom meta u kif it-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża se jirċievu l-ħlas fi flus.
5. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-informazzjoni li tiġi pprovduta skont il-punt (d) tal-Artikolu 43(3) għandha tinkludi:
(a) |
fejn ikun rilevanti skont il-liġi nazzjonali għall-UCITS partikolari, il-proċedura li biha t-titolari ta’ unitajiet se jintalbu japprovaw il-proposta tal-fużjoni, u x’arranġamenti se jsiru biex jiġu infurmati bl-eżitu; |
(b) |
id-dettalji dwar kwalunkwe sospensjoni ta’ negożjar ta’ unitajiet maħsuba biex l-fużjoni tkun tista’ ssir b’mod effiċjenti; |
(c) |
meta tkun se ssir l-fużjoni skont l-Artikolu 47(1) tad-Direttiva 2009/65/KE. |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każijiet fejn, skont il-liġi nazzjonali għall-UCITS partikolari, il-proposta tal-fużjoni għandha tiġi approvata mit-titolari ta’ unitajiet, l-informazzjoni għandu jkun fiha rakkomandazzjoni mill-kumpanija maniġerjali jew mill-bord tad-diretturi tal-kumpanija tal-investiment rispettiva dwar x’azzjoni tkun sa tittieħed.
7. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-informazzjoni li trid tingħata lit-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża għandha tinkludi:
(a) |
il-perjodu li matulu t-titolari ta’ unitajiet ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin bis-sottoskrizzjonijiet u jitolbu tifdija ta’ unitajiet fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża; |
(b) |
iż-żmien meta dawk it-titolari ta’ unitajiet li ma jkunux għamlu użu mill-jeddijiet mogħtija lilhom skont l-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, fil-limitu taż-żmien rilevanti, ikunu jistgħu jeżerċitaw jeddijiethom bħala titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tirċievi; |
(c) |
spjegazzjoni li f’każijiet fejn il-proposta tal-fużjoni trid tiġi approvata mit-titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża skont il-liġi nazzjonali u l-proposta tiġi approvata bil-maġġoranza meħtieġa, dawk it-titolari ta’ unitajiet li jivvutaw kontra l-proposta jew li ma jivvutaw xejn, u li ma jagħmlux użu mill-jeddijiet mogħtija lilhom skont l-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2009/65/KE fil-limitu taż-żmien rilevanti, isiru titolari ta’ unitajiet fil-UCITS li tirċievi. |
8. Jekk jingħata sommarju tal-punti ewlenin tal-proposta tal-fużjoni fil-bidu tad-dokument tal-informazzjoni, għandu jkun b’kontroreferenza għall-partijiet tad-dokument tal-informazzjoni fejn tkun qiegħda tingħata aktar informazzjoni.
Artikolu 5
Tagħrif ewlieni għall-investitur
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata verżjoni aġġornata tat-tagħrif ewlieni għall-investitur tal-UCITS li tirċievi lit-titolari ta’ unitajiet eżistenti fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża.
2. It-tagħrif ewlieni għall-investitur tal-UCITS li tirċievi għandu jingħata lit-titolari ta’ unitajiet eżistenti fil-UCITS li tirċievi fejn ikun ġie emendat għall-iskop tal-fużjoni proposta.
Artikolu 6
Titolari ta’ unitajiet ġodda
Bejn id-data ta’ meta d-dokument tal-informazzjoni skont l-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jingħata lit-titolari ta’ unitajiet u d-data li fiha ssir l-fużjoni, id-dokument tal-informazzjoni u t-tagħrif ewlieni għall-investitur aġġornat tal-UCITS li tirċievi għandhom jingħataw lil kull persuna li tixtri jew tissottoskrivi unitajiet kemm fil-UCITS li tkun qed tiġi fuża jew f’dik li tirċievi jew li titlob li tirċievi kopji tar-regoli tal-fond jew tal-istrumenti tal-inkorporazzjoni, il-prospett jew it-tagħrif ewlieni għall-investitur ta’ kwalunkwe mill-UCITS.
TAQSIMA 2
Il-metodu tal-għoti tal-informazzjoni
Artikolu 7
Il-metodu tal-għoti tal-informazzjoni lit-titolari ta’ unitajiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UCITS li tkun qed tiġi fuża u dik li tirċievi jipprovdu lit-titolari ta’ unitajiet l-informazzjoni stampata jew b’mezz li jibqa’ ieħor skont l-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2009/65/KE.
2. Fejn l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lit-titolari ta’ unitajiet kollha jew lil x’uħud minnhom bl-użu ta’ mezz li jibqa’ li mhumiex stampat, għandhom ikunu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:
(a) |
l-għoti tal-informazzjoni jrid ikun jixraq lill-kuntest li fih isir in-negozju bejn it-titolar ta’ unitajiet u l-UCITS li tkun qed tiġi fuża jew dik li tirċievi jew, fejn rilevanti, il-kumpanija maniġerjali rispettiva jew ikun ser isir; |
(b) |
it-titolar ta’ unitajiet li għandu jiġi pprovdut bl-informazzjoni, meta offrut jagħżel bejn informazzjoni stampata u b’mezz li jibqa’ ieħor, speċifikament jagħżel dak il-mezz li jibqa’ li mhuwiex stampat. |
3. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-għoti ta’ informazzjoni permezz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jsir kif jixraq lill-kuntest li fih isir in-negozju bejn il-UCITS li tkun qed tiġi fuża u dik li tirċievi jew il-kumpaniji maniġerjali rispettivi tagħhom u t-titolar ta’ unitajiet jew ikun ser isir fih jekk ikun hemm evidenza li t-titolar ta’ unitajiet għandu aċċess regolari għall-Internet. L-għoti ta’ indirizz elettroniku mit-titolar ta’ unitajiet għall-iskopijiet ta’ twettiq ta’ dak in-negozju għandu jitqies bħala din l-evidenza.
KAPITOLU III
STRUTTURI PRINĊIPALI-ALIMENTATRIĊI
TAQSIMA 1
Ftehim u r-regoli interni dwar il-kondotta fin-negozju bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali
Sottotaqsima 1
Kontenut tal-ftehim bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi
Artikolu 8
Aċċess għall-informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-ftehim bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jinkludi dan li ġej dwar l-access għall-informazzjoni:
(a) |
kif u meta l-UCITS prinċipali tipprovdi lill-UCITS alimentatriċi b’kopja tar-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni, il-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investitur tagħha jew ta’ kwalunkwe emenda tagħhom; |
(b) |
kif u meta l-UCITS prinċipali tinforma lill-UCITS alimentatriċi bid-delega tal-funzjonijiet tal-immaniġġjar tal-investiment u l-immaniġġjar tar-riskji lil partijiet terzi skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(c) |
fejn ikun applikabbli, kif u meta l-UCITS prinċipali tipprovdi lill-UCITS alimentatriċi b’dokumenti interni operazzjonali, bħalma huma r-rapporti dwar il-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji u tal-konformità tagħha; |
(d) |
ta’ liema dettalji u kif u meta l-UCITS prinċipali għandha tinnotifika lill-UCITS alimentatriċi dwar ksur min-naħa tal-UCITS prinċipali tal-liġi, tar-regoli tal-fond jew tal-istrumenti tal-inkorporazzjoni u tal-ftehim bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi; |
(e) |
fejn il-UCITS alimentatriċi tuża strumenti finanzjarji derivati għal skopijiet ta’ ħħeġġjar, kif u meta l-UCITS prinċipali se tipprovdi lill-UCITS alimentatriċi b’informazzjoni dwar l-iskopertura reali tagħha għall-istrumenti finanzjarji derivati biex il-UCITS alimentatriċi tkun tista’ tikkalkula l-iskopertura globali tagħha stess kif previst bil-punt (a) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 58(2) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(f) |
dikjarazzjoni li l-UCITS prinċipali tinforma lill-UCITS alimentatriċi dwar kwalunkwe arranġament ieħor għall-iskambju tal-informazzjoni miftiehem ma’ partijiet terzi u fejn ikun applikabbli, kif u meta l-UCITS prinċipali tagħmel dawk l-arranġamenti l-oħra dwar l-iskambju tal-informazzjoni disponibbli għall-UCITS alimentatriċi. |
Artikolu 9
Bażi tal-investiment u ċ-ċessjoni mill-UCITS alimentatriċi
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jkun jinkludi dan li ġej fir-rigward tal-bażi tal-investiment u ċ-ċessjoni mill-UCITS alimentatriċi:
(a) |
dikjarazzjoni dwar liema klassijiet ta’ ishma tal-UCITS prinċipali huma disponibbli għall-investiment mill-UCITS alimentatriċi; |
(b) |
l-imposti u l-infiq li trid tagħmel tajjeb għalihom il-UCITS alimentatriċi, u d-dettalji dwar kwalunkwe rebate jew retroċessjoni ta’ imposti jew spejjeż mill-UCITS prinċipali; |
(c) |
jekk ikun applikabbli, it-termini li fuqhom kwalunkwe trasferiment inizjali jew sussegwenti ta’ assi in natura jkun jista’ jsir mill-UCITS alimentatriċi għal għand il-UCITS prinċipali. |
Artikolu 10
Arranġamenti standard tan-negozju
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jkun jinkludi dan li ġej fir-rigward tal-arranġamenti standard tan-negozjar:
(a) |
koordinament tal-frekwenza tal-proċess tal-kalkolu tal-valur tal-assi netti u l-pubblikazzjoni tal-prezzijiet tal-unitajiet, kif ukoll ta’ meta dawn għandu jsiru; |
(b) |
koordinament tat-trażmissjoni ta’ ordnijiet tan-negozjar mill-UCITS alimentatriċi, inklużi, fejn ikun applikabbli, ir-rwol tal-aġenti tat-trasferimenti jew xi parti terza oħra; |
(c) |
fejn ikun applikabbli, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex tingħata kunsiderazzjoni lill-fatt li xi waħda mill-UCITS, jew it-tnejn li huma. ikunu kkwotati jew innegozjati f’suq sekondarju; |
(d) |
fejn ikun meħtieġ, miżuri xierqa oħrajn biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 60(2) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(e) |
fejn l-unitajiet tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkunu denominati f’muniti differenti, il-bażi tal-konverżjoni tal-ordnijiet tan-negozjar; |
(f) |
iċ-ċikli tas-saldu u d-dettalji tal-pagamenti tal-akkwisti jew sottoskrizzjonijiet u riakkwist jew tifdija ta’ unitajiet tal-UCITS prinċipali inklużi, fejn ikun maqbul bejn il-partijiet, it-termini li fuqhom il-UCITS prinċipali tkun tista’ tħallas it-talbiet għas-saldu tat-tifdija permezz ta’ trasferiment ta’ assi in natura lill-UCITS alimentatriċi, notevolment fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 60(4) u (5) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(g) |
proċeduri biex ikun żgurat li l-mistoqsijiet u l-ilmenti tat-titolari ta’ unitajiet jiġu indirizzati sew; |
(h) |
fejn ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni u l-prospett tal-UCITS prinċipali jagħtuha ċerti jeddijiet jew poteri relatati mat-titolari ta’ unitajiet, u l-UCITS prinċipali tagħżel li tillimita jew tirrinunzja għall-eżerċitar ta’ dawn il-jeddijiet u l-poteri kollha jew xi wħud minnhom b’rabta mal-UCITS alimentatriċi, dikjarazzjoni tat-termini li fuqhom tkun qiegħda tagħmel hekk. |
Artikolu 11
Avvenimenti li jaffettwaw l-arranġamenti tan-negozjar
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jkun jinkludi dan li ġej rigward l-avvenimenti li jaffettwaw l-arranġamenti tan-negozjar:
(a) |
il-mod kif u meta ssir notifika minn waħda mill-UCITS tas-sospensjoni temporanja u l-bidu mill-ġdid ta’ riakkwist, tifdija, akkwist jew sottoskrizzjoni ta’ unitajiet ta’ dik il-UCITS; |
(b) |
arranġamenti dwar kif jiġu nnotifikati u riżolti l-iżbalji fil-prezzar mill-UCITS prinċipali. |
Artikolu 12
Arranġamenti standard dwar ir-rapport tal-awditjar
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jinkludi dan li ġej dwar l-arranġamenti standard dwar ir-rapport tal-awditjar:
(a) |
fejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkollhom l-istess snin finanzjarji, il-koordinament tal-produzzjoni tar-rapporti perjodiċi tagħhom; |
(b) |
fejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkollhom snin finanzjarji differenti, arranġamenti biex il-UCITS alimentatriċi tikseb kull informazzjoni meħtieġa mill-UCITS prinċipali biex tkun tista’ tipproduċi r-rapporti perjodiċi tagħha fil-ħin u li jiżguraw li l-awditur tal-UCITS prinċipali jkun f’pożizzjoni li jipproduċi r-rapport ad hoc fid-data tal-għeluq tal-UCITS alimentatriċi skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 62(2) tad-Direttiva 2009/65/KE. |
Artikolu 13
Tibdil fl-arranġamenti eżistenti
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE ikun jinkludi dan li ġej fir-rigward tat-tibdil fl-arranġamenti eżistenti:
(a) |
il-mod kif u meta tingħata notifika mill-UCITS prinċipali dwar emendi proposti u effettivi fir-regoli tal-fond u fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni, fil-prospett u fit-tagħrif ewlieni għall-investitur tagħha, jekk dawn id-dettalji jkunu differenti mill-arranġamenti standard għan-notifikazzjoni lit-titolari ta’ unitajiet stabbiliti fir-regoli tal-fond, fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni jew fil-prospett tal-UCITS prinċipali; |
(b) |
il-mod kif u meta tingħata notifika mill-UCITS prinċipali ta’ likwidazzjoni, fużjoni, jew diviżjoni ppjanata jew proposta; |
(c) |
il-mod kif u meta tingħata notifika minn kwalunkwe mill-UCITS li ma tkunx baqgħet jew ma tkunx se tibqa’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kwalifikazzjoni biex tkun UCITS alimentatriċi jew UCITS prinċipali rispettivament; |
(d) |
il-mod kif u meta tingħata notifika minn kwalunkwe mill-UCITS li tkun biħsiebha tibdel il-kumpanija maniġerjali tagħha, id-depożitarju tagħha, l-awditur tagħha jew kwalunkwe parti terza li tkun ingħatat il-mandat li teżegwixxi l-funzjonijiet tal-immaniġġjar tal-investiment jew l-immaniġġjar tar-riskji; |
(e) |
il-mod kif u meta tingħata n-notifika dwar tibdil ieħor fl-arranġamenti eżistenti li l-UCITS prinċipali timpennjat ruħha li tipprovdi. |
Artikolu 14
Għażla tal-liġi applikabbli
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru, il-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi, msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, ikun jipprovdi li l-liġi ta’ dak l-Istat Membru għandha tapplika għall-ftehim u li ż-żewġ partijiet jaqblu dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dak l-Istat Membru.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, il-ftehim ta’ bejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi, msemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, ikun jipprovdi li l-liġi applikabbli għandha tkun jew il-liġi tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi jew inkella li għandha tkun dik tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS prinċipali u li ż-żewġ partijiet jaqblu dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu jkunu stipulaw li għandha tkun applikabbli għall-ftehim.
Sottotaqsima 2
Kontenut tar-regoli interni dwar il-kondotta fin-negozju
Artikolu 15
Konflitti ta’ interess
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli interni dwar il-kondotta fin-negozju tal-kumpanija maniġerjali msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom jinkludu miżuri xierqa biex jiġu mmitigati l-konflitti ta’ interess li jistgħu jinqalgħu bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali, jew bejn il-UCITS alimentatriċi u titolari ta’ unitajiet oħrajn fil-UCITS prinċipali, sakemm dawn ma jkunux qegħdin jiġu indirizzati biżżejjed bil-miżuri li tkun qiegħda tieħu l-kumpanija maniġerjali biex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikoli 12(1)(b) u 14(1)(d) tad-Direttiva 2009/65/KE u l-Kapitolu III tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/43/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti organiżazzjonali, il-konflitti ta’ interess, il-kondotta fin-negozju, l-immaniġġjar tar-riskji u l-kontenut tal-ftehim bejn depożitarju u kumpanija maniġerjali (5).
Artikolu 16
Bażi tal-investiment u ċ-ċessjoni mill-UCITS alimentatriċi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli interni dwar il-kondotta fin-negozju tal-kumpanija maniġerjali msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej rigward il-bażi tal-investiment u ċ-ċessjoni mill-UCITS alimentatriċi:
(a) |
dikjarazzjoni dwar liema klassijiet ta’ ishma tal-UCITS prinċipali huma disponibbli għall-investiment mill-UCITS alimentatriċi; |
(b) |
l-imposti u l-ispejjeż li trid tagħmel tajjeb għalihom il-UCITS alimentatriċi, u d-dettalji dwar kwalunkwe rebate jew retroċessjoni ta’ imposti jew infiq mill-UCITS prinċipali; |
(c) |
fejn ikun applikabbli, it-termini li fuqhom kwalunkwe trasferiment inizjali jew sussegwenti ta’ assi in natura jkun jista’ jsir mill-UCITS alimentatriċi għal għand il-UCITS prinċipali. |
Artikolu 17
Arranġamenti standard tan-negozjar
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli interni dwar il-kondotta fin-negozju tal-kumpanija maniġerjali msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej rigward arranġamenti standard tan-negozjar:
(a) |
koordinament tal-frekwenza tal-proċess tal-kalkolu tal-valur tal-assi netti u l-pubblikazzjoni tal-prezzijiet tal-unitajiet, kif ukoll ta’ meta dawn għandu jsiru; |
(b) |
koordinament tat-trażmissjoni ta’ ordnijiet ta’ negozjar mill-UCITS alimentatriċi, inkluż, jekk ikun applikabbli, ir-rwol tal-aġenti tat-trasferimenti jew kwalunkwe parti terza oħra; |
(c) |
fejn ikun applikabbli, kwalunkwe arranġament kollha meħtieġ biex tingħata kunsiderazzjoni lill-fatt li xi waħda mill-UCITS jew it-tnejn li huma jkunu kkwotati jew negozjati f’suq sekondarju; |
(d) |
miżuri xierqa biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 60(2) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(e) |
fejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkunu denominati f’muniti differenti, il-bażi tal-konverżjoni tal-ordnijiet tan-negozjar; |
(f) |
iċ-ċikli tas-saldu u d-dettalji dwar pagamenti ta’ akkwist u tifdijai ta’ unitajiet tal-UCITS prinċipali inklużi, fejn ikun maqbul bejn il-partijiet, it-termini li fuqhom il-UCITS prinċipali tkun tista’ tħallas it-talbiet għas-saldu permezz ta’ trasferiment ta’ assi in natura lill-UCITS alimentatriċi, notevolment fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 60(4) u (5) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(g) |
fejn ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni u l-prospett tal-UCITS prinċipali jagħtuha ċerti jeddijiet jew poteri relatati mat-titolari ta’ unitajiet, u l-UCITS prinċipali tagħżel li tillimita jew tirrinunzja l-eżerċitar ta’ dawn il-jeddijiet u l-poteri kollha jew kwalunkwe minnhom relatati mal-UCITS alimentatriċi, dikjarazzjoni tat-termini li fuqhom tkun qiegħda tagħmel hekk. |
Artikolu 18
Avvenimenti li jaffettwaw l-arranġamenti tal-negozjar
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli interni dwar il-kondotta fin-negozju tal-kumpanija maniġerjali msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej rigward avvenimenti li jaffettwaw l-arranġamenti tal-negozjar:
(a) |
il-mod kif u meta tinħareġ in-notifika minn xi UCITS minnhom tas-sospensjoni temporanja u l-bidu mill-ġdid ta’ riakkwist, tifdija, akkwist jew sottoskrizzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS; |
(b) |
arranġamenti dwar kif jiġu nnotifikati u riżolti l-iżbalji fil-prezzar mill-UCITS prinċipali. |
Artikolu 19
Arranġamenti standard dwar ir-rapport tal-awditjar
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli interni dwar il-kondotta fin-negozju tal-kumpanija maniġerjali msemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom jinkludi tal-anqas dan li ġej rigward arranġamenti standard dwar ir-rapport tal-awditjar:
(a) |
fejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkollhom l-istess snin finanzjarji, il-koordinament tal-produzzjoni tar-rapporti perjodiċi tagħhom; |
(b) |
fejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkollhom snin finanzjarji differenti, arranġamenti biex il-UCITS alimentatriċi tikseb kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħand il-UCITS prinċipali biex tkun tista’ tipproduċi r-rapporti perjodiċi tagħha fil-ħin u li jiżguraw li l-awditur tal-UCITS prinċipali jkun f’pożizzjoni li jipproduċi rapport ad hoc fid-data tal-għeluq tal-UCITS alimentatriċi skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 62(2) tad-Direttiva 2009/65/KE. |
TAQSIMA 2
Likwidazzjoni, fużjoni jew diviżjoni tal-UCITS prinċipali
Sottotaqsima 1
Proċeduri fil-każ ta’ likwidazzjoni
Artikolu 20
Applikazzjoni għall-approvazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-UCITS alimentatriċi tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti tagħha mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data li fiha l-UCITS prinċipali tkun infurmatha bid-deċiżjoni li torbot li se tillikwida, dan li ġej:
(a) |
fejn il-UCITS alimentatriċi tkun biħsiebha tinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tagħha f’unitajiet f’UCITS prinċipali oħra skont l-Artikolu 60(4)(a) tad-Direttiva 2009/65/KE:
|
(b) |
fejn il-UCITS alimentatriċi tkun biħsiebha tikkonverti ruħha f’UCITS li mhijiex UCITS alimentatriċi skont l-Artikolu 60(4)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE:
|
(c) |
fejn il-UCITS alimentatriċi tkun biħsiebha tillikwida ruħha, notifika ta’ dik l-intenzjoni. |
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn il-UCITS prinċipali tkun infurmat lill-UCITS alimentatriċi bid-deċiżjoni li torbota tillikwida aktar minn ħames xhur qabel id-data li fiha tkun sa tibda l-likwidazzjoni, il-UCITS alimentatriċi għandha tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti tagħha l-applikazzjoni jew notifikazzjoni tagħha skont wieħed mill-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 mhux aktar tard minn tliet xhur qabel dik id-data.
3. Il-UCITS alimentatriċi għandha tinforma lit-titolari ta’ unitajiet tagħha bl-intenzjoni tagħha li tillikwida ruħha mingħajr dewmien bla bżonn.
Artikolu 21
Approvazzjoni
1. Il-UCITS alimentatriċi għandha tiġi informata fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara s-sottomissjoni kompleta tad-dokumenti msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 20(1) rispettivament, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux taw l-approvazzjonijiet meħtieġa.
2. Hekk kif tirċievi l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1, il-UCITS alimentatriċi għandha tinforma lill-UCITS prinċipali dwarha.
3. Il-UCITS alimentatriċi għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 64 tad-Direttiva 2009/65/KE mill-aktar fis possibbli wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjonijiet meħtieġa skont il-punt (a) tal-Artikolu 20(1) ta’ din id-Direttiva.
4. Fejn il-ħlas tar-rikavat tal-likwidazzjoni tal-UCITS prinċipali jkollu jsir qabel id-data li fiha l-UCITS alimentatriċi għandha tibda tinvesti jew f’UCITS prinċipali differenti skont il-punt (a) tal-Artikolu 20(1) jew inkella skont l-għanijiet u l-politika ġodda tagħha dwar l-investiment skont il-punt (b) tal-Artikolu 20(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS alimentatriċi għandhom jagħtu l-approvazzjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-UCITS alimentatriċi għandha tirċievi r-rikavat tal-likwidazzjoni:
|
(b) |
kwalunkwe flus miżmuma jew irċevuti skont dan il-paragrafu jistgħu jiġu investiti mill-ġdid biss għal skop tal-immaniġġjar effiċjenti tal-flus qabel id-data li fiha l-UCITS alimentatriċi se tibda tinvesti f’UCITS prinċipali differenti jew inkella skont l-għanijiet u l-politika ġodda tagħha dwar l-investiment. |
Fejn japplika l-punt (a)(ii) tal-ewwel sottoparagrafu, il-UCITS alimentatriċi tkun tista’ fi kwalunkwe ħin tirrealizza fi flus kwalunkwe parti tal-assi trasferiti in natura.
Sottotaqsima 2
Proċeduri fil-każ ta’ fużjoni jew diviżjoni
Artikolu 22
Applikazzjoni għall-approvazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-UCITS alimentatriċi tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti, mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha l-UCITS alimentatriċi tkun irċeviet l-informazzjoni tal-fużjoni jew id-diviżjoni ppjanata skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 60(5) tad-Direttiva 2009/65/KE, dan li ġej:
(a) |
fejn il-UCITS alimentatriċi tkun biħsiebha tibqa’ UCITS alimentatriċi tal-istess UCITS prinċipali:
|
(b) |
fejn il-UCITS alimentatriċi tkun biħsiebha ssir UCITS alimentatriċi f’UCITS prinċipali oħra li tirriżulta mill-fużjoni jew id-diviżjoni proposta tal-UCITS prinċipali jew fejn il-UCITS alimentatriċi tkun biħsiebha tinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tagħha f’unitajiet f’UCITS prinċipali oħra li ma tkunx irriżultat mill-fużjoni jew id-diviżjoni:
|
(c) |
fejn il-UCITS alimentatriċi tkun biħsieba tikkonverti ruħha f’UCITS li mhijiex UCITS alimentatriċi skont l-Artikolu 60(4)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE:
|
(d) |
fejn il-UCITS alimentatriċi tkun biħsiebha tillikwida ruħha, notifika ta’ dik l-intenzjoni. |
2. Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-paragrafi 1 (a) u (b) għandu jittieħed inkunsiderazzjoni dan li ġej:
L-espressjoni “tibqa’ UCITS alimentatriċi tal-istess UCITS prinċipali” tirreferi għal każijiet fejn:
(a) |
il-UCITS prinċipali tkun il-UCITS li tirċievi fil-fużjoni proposta; |
(b) |
il-UCITS prinċipali tibqa’ teżisti mingħajr ma tinbidel materjalment bħala waħda mill-UCITS li jirriżultaw mid-diviżjoni proposta. |
L-espressjoni “ssir UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali oħra li tirriżulta mill-fużjoni jew mid-diviżjoni proposta tal-UCITS prinċipali” tirreferi għal każijiet fejn:
(a) |
il-UCITS prinċipali tkun il-UCITS li tkun qed tiġi fuża u, minħabba l-fużjoni, il-UCITS alimentatriċi ssir titolar ta’ unitajiet fil-UCITS li tirċievi; |
(b) |
il-UCITS alimentatriċi ssir titolar ta’ unitajiet f’UCITS li tirriżulta minn diviżjoni li tkun materjalment differenti mill-UCITS prinċipali. |
3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, f’każijiet fejn il-UCITS prinċipali tkun ipprovdiet l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva 2009/65/KE jew informazzjoni paragunabbli magħha lill-UCITS alimentatriċi aktar minn erba’ xhur qabel id-data effettiva proposta, il-UCITS alimentatriċi għandha tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti tagħha l-applikazzjoni jew notifikazzjoni tagħha skont wieħed mill-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data effettiva proposta għall-fużjoni jew id-diviżjoni tal-UCITS prinċipali.
4. Il-UCITS alimentatriċi għandha tinforma lit-titolari ta’ unitajiet fiha u lill-UCITS prinċipali bl-intenzjoni tagħha li tillikwida ruħha mingħajr dewmien bla bżonn.
Artikolu 23
Approvazzjoni
1. Il-UCITS alimentatriċi għandha tiġi nfurmata fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara s-sottomissjoni kompleta tad-dokumenti msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 22(1) rispettivament, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux taw l-approvazzjonijiet meħtieġa.
2. Hekk kif tirċievi l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni skont il-paragrafu 1, il-UCITS alimentatriċi għandha tinforma lill-UCITS prinċipali dwarha.
3. Wara li l-UCITS alimentatriċi tkun ġiet infurmata li l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjonijiet meħtieġa skont il-punt (b) tal-Artikolu 22(1) ta’ din id-Direttiva, il-UCITS alimentatriċi għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 64 tad-Direttiva 2009/65/KE mingħajr dewmien bla bżonn.
4. Fil-każ tal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 22(1) ta’ din id-Direttiva, il-UCITS alimentatriċi tista’ teżerċita l-jedd li titlob riakkwist jew tifdija tal-unitajiet tagħha fil-UCITS prinċipali skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 60(5) u l-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux ikkonċedew l-approvazzjonijiet neċessarji meħtieġa skont l-Artikolu 22(1) ta’ din id-Direttiva sal-jum tax-xogħol qabel l-aħħar jum tax-xogħol li fih il-UCITS alimentatriċi tista’ titlob riakkwist u tifdija tal-unitajiet tagħha fil-UCITS prinċipali qabel issir l-fużjoni jew id-diviżjoni.
Il-UCITS alimentatriċi għandha teżerċita wkoll dan il-jedd biex tiżgura li l-jedd tat-titolari ta’ unitajiet tagħha stess li jitolbu riakkwist jew tifdija tal-unitajiet tagħhom fil-UCITS alimentatriċi skont l-Artikolu 64(1)(d) tad-Direttiva 2009/65/KE ma jiġix affettwat.
Qabel l-eżerċitar tal-jedd imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu, il-UCITS alimentatriċi għandha tikkunsidra soluzzjonijiet alternattivi disponibbli li jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet jew impatti negattivi oħrajn fuq it-titolari ta’ unitajiet tagħha stess.
5. Fejn il-UCITS alimentatriċi titlob riakkwist jew tifdija tal-unitajiet tagħha fil-UCITS prinċipali, din għandha tirċievi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
rikavat mir-riakkwist jew it-tifdija fi flus; |
(b) |
ir-riakkwist jew it-tifdija kollu jew ftit minnu bħala trasferiment ta’ assi in natura fejn il-UCITS alimentatriċi tkun tixtieq hekk u fejn il-ftehim bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkun jipprevedi dan. |
Fejn ikun japplika l-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, il-UCITS alimentatriċi dejjem tkun tista’ tirrealizza fi flus kwalunkwe parti tal-assi trasferiti.
6. L-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS alimentatriċi għandhom jagħtu l-approvazzjoni bil-kundizzjoni kwalunkwe flus miżmuma jew irċevuti skont il-paragrafu 5 jistgħu jiġu investiti mill-ġdid biss għal skop ta’ mmaniġġjar effiċjenti tal-flus qabel id-data li fiha l-UCITS alimentatriċi tkun se tibda tinvesti jew fil-UCITS prinċipali l-ġdida jew skont l-għanijiet u l-politika ġodda tagħha dwar l-investiment.
TAQSIMA 3
Depożitarji u awdituri
Sottotaqsima 1
Depożitarji
Artikolu 24
Kontenut tal-ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn id-depożitarji
Il-ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn id-depożitarju tal-UCITS prinċipali u d-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi msemmija fl-Artikolu 61(1) tad-Direttiva 2009/65/KE għandu jinkludi dan li ġej:
(a) |
l-identifikazzjoni tad-dokumenti u l-kategoriji ta’ informazzjoni li għandhom jiġu kondiviżi bejn iż-żewġ depożitarji b’rutina, u jekk din l-informazzjoni jew dawn id-dokumenti jkunux ġew ipprovduti minn depożitarju lill-ieħor jew kinux disponibbli fuq talba; |
(b) |
il-mod kif u meta, inkluża kwalunkwe data ta’ skadenza applikabbli, tiġi trażmessal-informazzjoni mid-depożitarju tal-UCITS prinċipali lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi; |
(c) |
il-koordinament tal-involviment taż-żewġ depożitarji, sakemm ikun xieraq meta wieħed iqis id-dmirijiet rispettivi tagħhom skont il-liġi nazzjonali b’rabta mal-kwistjonijiet operazzjonali, inklużi:
|
(d) |
il-koordinament ta’ proċeduri ta’ tmiem is-sena finanzjarja; |
(e) |
x’dettalji dwar ksur min-naħa tal-UCITS prinċipali tal-liġi u r-regoli tal-fond jew tal-istrumenti tal-inkorporazzjoni għandu jipprovdi d-depożitarju tal-UCITS prinċipali lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi u l-mod kif u meta dawn jiġu pprovduti; |
(f) |
il-proċedura għall-immaniġġar ta’ talbiet ad hoc għall-assistenza minn depożitarju għall-ieħor; |
(g) |
l-identifikazzjoni ta’ avvenimenti kontinġenti partikolari li għandhom jiġu nnotifikati abbażi ad hoc minn depożitarju għall-ieħor, u l-mod kif u meta dan isir. |
Artikolu 25
Għażla tal-liġi applikabbli
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkunu daħlu fi ftehim skont l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, il-ftehim bejn id-depożitarji tal-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkun jipprovdi li l-liġi tal-Istat Membru li tkun tapplika għal dak il-ftehim skont l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn iż-żewġ depożitarji u li ż-żewġ depożitarji jaqblu dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dak l-Istat Membru;
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-ftehim ta’ bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkun inbidel b’regoli interni dwra il-kondotta fin-negozju skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, il-ftehim bejn id-depożitarji tal-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkun jipprovdi li l-liġi li tapplika għall-ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn iż-żewġ depożitarji għandha tkun jew dik tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi jew, fejn ikun differenti, dik tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS prinċipali, u li ż-żewġ depożitarji jaqblu dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikabbli għall-ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni.
Artikolu 26
Rappurtar ta’ irregolaritajiet mid-depożitarju tal-UCITS prinċipali
L-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 61(2) tad-Direttiva 2009/65/KE li jinduna bihom id-depożitarju tal-UCITS prinċipali waqt l-eżekuzzjoni tal-funzjoni tiegħu skont il-liġi nazzjonali u li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-UCITS alimentatriċi għandhom jinkludu, imma mhumiex ristretti għal dawn:
(a) |
żbalji fil-kalkulazzjoni tal-valur tal-assi netti tal-UCITS prinċipali; |
(b) |
żbalji fit-tranżazzjonijiet jew is-saldu ta’ akkwist, sottoskrizzjoni, jew talba ta’ riakkwist jew tifdija ta’ unitajiet fil-UCITS prinċipali li tagħmel il-UCITS alimentatriċi; |
(c) |
żbalji fil-pagament jew kapitalizzazzjoni tal-introjtu li joriġina mill-UCITS prinċipali, jew fil-kalkulazzjoni ta’ kwalunkwe taxxa mis-sors; |
(d) |
ksur tal-għanijiet, politika jew strateġija tal-investiment tal-UCITS prinċipali, kif deskritt fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni, fil-prospett jew fit-tagħrif ewlieni għall-investitur tagħha; |
(e) |
ksur tal-limiti tal-investiment u s-self stabbiliti fil-liġi nazzjonali jew fir-regoli tal-fond, fl-istrument tal-inkorporazzjoni, fil-prospett jew fit-tagħrif ewlieni għall-investitur. |
Sottotaqsima 2
Awdituri
Artikolu 27
Ftehim dwar l-iskambju tal-iinformazzjoni bejn l-awdituri
1. Il-ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awditur tal-UCITS prinċipali u l-awditur tal-UCITS alimentatriċi msemmi fl-Artikolu 62(1) tad-Direttiva 2009/65/KE għandu jinkludi dan li ġej:
(a) |
l-identifikazzjoni tad-dokumenti u l-kategoriji ta’ informazzjoni li għandhom jiġu kondiviżi bejn iż-żewġ awdituri b’rutina, |
(b) |
jekk l-informazzjoni jew id-dokumenti msemmija fil-punt (a) għandhomx jiġu pprovduti minn awditur lill-ieħor jew jingħatawx fuq talba; |
(c) |
il-mod kif u meta tiġi trażmessal-informazzjoni mill-awditur tal-UCITS prinċipali lill-awditur tal-UCITS alimentatriċi, inkluża kwalunkwe data ta’ iskadenza applikabbli; |
(d) |
il-koordinament tal-involviment ta’ kull awdituri fil-proċeduri ta’ tmiem is-sena finanzjarja għall-UCITS rispettivi |
(e) |
l-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet li għandhom jiġu ttrattati bħala irregolaritajiet żvelati fir-rapport tal-awditjar tal-awditur tal-UCITS prinċipali għall-iskopijiet tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 62(2) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(f) |
il-mod kif u meta jiġu mmaniġġati talbiet ad hoc għall-assistenza minn awditur lill-ieħor, inkluża talba għal aktar informazzjoni dwar irregolaritajiet żvelati fir-rapport tal-awditjar tal-awditur tal-UCITS prinċipali. |
2. Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija tar-rapporti tal-awditjar msemmija fl-Artikoli 62(2) u 73 tad-Direttiva 2009/65/KE u l-mod kif u meta jiġi pprovdut ir-rapport tal-awditjar tal-UCITS prinċipali u abbozzi tiegħu lill-awditur tal-UCITS alimentatriċi.
3. Fejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkollhom dati differenti għal tmiem is-sena finanzjarja, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-mod kif u meta l-awditur tal-UCITS prinċipali għandu jagħmel ir-rapport ad hoc meħtieġ skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 62(2), id-Direttiva 2009/65/KE u jipprovdih flimkien ma’ abbozzi tiegħu lill-awditur tal-UCITS alimentatriċi..
Artikolu 28
Għażla tal-liġi applikabbli
1. L-Istat Membru għandu jiżgura li fejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkunu daħlu fi ftehim skont l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, il-ftehim bejn l-awdituri tal-UCITS prinċipali u tal-UCITS alimentatriċi jipprovdi li l-liġi tal-Istat Membru li tkun tapplika għal dak il-ftehim skont l-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn iż-żewġ awdituri u li ż-żewġ awdituri jaqblu dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ dak l-Istat Membru.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-ftehim bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jkun inbidel b’regoli interni dwar il-kondotta fin-negozju skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, il-ftehim bejn l-awdituri tal-UCITS prinċipali u tal-UCITS alimentatriċi jipprovdi li l-liġi li tapplika għall-ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn iż-żewġ awdituri għandha tkun jew dik tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS alimentatriċi jew, fejn ikun differenti, dik tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS prinċipali, u li ż-żewġ awdituri jaqblu dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikabbli għall-ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni.
TAQSIMA 4
Il-mod kif tiġi pprovduta l-informazzjoni lit-titolari ta’ unitajiet
Artikolu 29
Il-mod kif tiġi pprovduta l-informazzjoni lit-titolari ta’ unitajiet
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UCITS alimentatriċi tipprovdi l-informazzjoni lit-titolari ta’ unitajiet skont l-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2009/65/KE bl-istess mod kif stipulat fl-Artikolu 7 ta’ din id-Direttiva.
KAPITOLU IV
PROĊEDURA TAN-NOTIFIKAZZJONI
Artikolu 30
Ambitu tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu aċċessibbli skont l-Artikolu 91(3) tad-Direttiva 2009/65/KE
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kategoriji ta’ informazzjoni li ġejjin dwar il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti jkunu aċċessibbli skont l-Artikolu 91(3) tad-Direttiva 2009/65/KE:
(a) |
id-definizzjoni tat-terminu “kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ UCITS” jew it-terminu legali ekwivalenti jew kif jissemma fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u kemm kif żviluppat fil-prattika; |
(b) |
ir-rekwiżiti għall-kontenut, il-format u l-mod tal-preżentazzjoni tal-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, inklużi kull twissija mandatarja u restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċertu kliem jew frażijiet; |
(c) |
mingħajr ħsara għall-Kapitolu IX tad-Direttiva 2009/65/KE, id-dettalji dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi żvelata lill-investituri; |
(d) |
id-dettalji dwar kwalunkwe eżenzjoni mir-regoli jew rekwiżiti li jirregolaw l-arranġamenti li jkunu saru għall-kummerċjalizzazzjoni applikabbli f’dak l-Istat Membru għal ċerti UCITS, ċerti klassijiet ta’ ishma ta’ UCITS jew ċerti kategoriji ta’ investituri; |
(e) |
ir-rekwiżiti għar-rapportar jew trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, u l-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ verżjonijiet aġġornati tad-dokumenti meħtieġa; |
(f) |
ir-rekwiżiti għal kwalunkwe tariffa jew somma oħra li trid titħallas lill-awtoritajiet kompetenti jew lil kwalunkwe korp statutorju ieħor f’dak l-Istat Membru, meta tibda l-kummerċjalizzazzjoni jew inkella perjodikament minn hemm ‘il quddiem; |
(g) |
ir-rekwiżiti relatati mal-faċilitajiet li jridu jkunu disponibbli għat-titolari ta’ unitajiet kif meħtieġ bl-Artikolu 92 tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(h) |
il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS f’dak l-Istat Membru minn UCITS b’domiċilju fi Stat Membru ieħor; |
(i) |
il-kontenut iddettaljat tal-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru li jrid ikun inkluż fil-PartiB tal-ittra ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 1 tar-[ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forma u l-kontenut ta’ ittra standard ta’ notifika u l-attestazzjoni tal-UCITS, l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-iskop ta’ notifika, u proċeduri ta’ verifiki u investigazzjonijiet fuq il-post u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti] (6); |
(j) |
l-indirizz tal-posta elettronika (tal-imejl) intenzjonat għall-iskop tal-Artikolu 32. |
2. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 fil-forma ta’ deskrizzjoni narrattiva, jew kumbinazzjoni ta’ deskrizzjoni narrattiva u serje ta’ referenzi jew konnessjonijiet ma’ dokumenti sors.
Artikolu 31
Aċċess għad-dokumenti mill-Istat Membru ospitanti tal-UCITS
1. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-UCITS jiżguraw li kopja elettronika ta’ kwalunkwe dokumenti msemmi fl-Artikolu 93(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tkun disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-UCITS, jew is-sit elettroniku tal-kumpanija maniġerjali li timmaniġġja dik il-UCITS, jew fuq websajt ieħor speċifikat mill-UCITS fl-ittra ta’ notifika mibgħuta skont l-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jew kwalunkwe aġġornamenti tagħha. Kwalunkwe dokument li jkun disponibbli fuq il-websajt għandu jkun ipprovdut f’format elettroniku komuni.
2. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-UCITS tiżgura li l-Istat Membru ospitanto tal-UCIT ikollu aċċess għas-sit imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 32
Aġġornamenti ta’ dokumenti
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw indirizz tal-posta elettronika (tal-imajl) biex jirċievu notifikazzjoni tal-aġġornamenti u l-emendi tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 93(2) tad-Direttiva 2009/65/KE, skont l-Artikolu 93(7) tad-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-UCITS tinnotifika kwalunkwe aġġornament jew emenda tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 93(2) tad-Direttiva 2009/65/KE, skont l-Artikolu 93(7) tad-Direttiva 2009/65/KE bil-posta elettronika fl-indirizz tal-posta elettronika msemmi fil-paragrafu 1.
L-imajl li tinnotifika t-tali aġġornament jew emenda tista’ jew tiddeskrivi l-aġġornament jew l-emenda li tkun saret, jew tahmeż verżjoni ġdida tad-dokument.
3. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li kull dokument mehmuż mal-posta elettronika msemmija fil-paragrafu 2, għandu jiġi pprovdut mill-UCITS f’format elettroniku komuni.
Artikolu 33
Żvilupp ta’ sistemi komuni tal-ipproċessar ta’ dejta
1. Biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni jew id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 93(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2009/65/KE mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn il-UCITS ikunu bbażati, għall-iskop tal-Artikolu 93(7) ta’ dik id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jikkoordinaw l-istabbiliment ta’ sistemi elettroniċi soffistikati tal-ipproċessar u storjar ċentrali ta’ dejta u li jkunu komuni għall-Istati Membri kollha.
2. Il-koordinament bejn l-Istati Membri msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fil-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 34
Trażpożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 7 u 29 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġi ppubblikati. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir-referenza għandha ssir.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 35
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 36
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(3) ĠU L 25, 29.1.2009, p. 18.
(4) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) Ara paġna 42 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Ara paġna 16 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.