20.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/17


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/19/UE

tad-9 ta’ Marzu 2010

li temenda, għall-għanijiet ta' adattament għall-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tat-trażżin tal-isprej ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE, u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tas-27 ta’ Marzu 1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 39 (2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/226/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mas-sistemi ta' trażżin tal-isprej ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (2) hija waħda mid-direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita skont id-Direttiva 2007/46/KE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/46/KE dwar sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għall-vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 91/226/KEE.

(2)

Fid-dawl tal-applikazzjoni obbligatorja tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE għall-kategoriji kollha ta' vetturi koperti bid-Direttiva 2007/46/KE, jeħtieġ li jiġu pprovduti rekwiżiti armonizzati fir-rigward tat-trażżin tal-isprej għall-kategoriji kollha ta' vetturi koperti bid-Direttiva 91/226/KEE. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dawn ir-rekwiżiti mhumiex obbligatorji għall-vetturi off-road. Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jeħtieġ li d-Direttiva 91/226/KEE u, bħala konsegwenza, l-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE għall-progress tekniku jiġu addattati.

(3)

Id-Direttivi 91/226/KEE u 2007/46/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku - Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 91/226/KEE se tiġi emendata kif ġej:

(1)

il-Lista tal-Annessi u l-Annessi I, II, u III huma emendati skont l-Anness I ta' din id-Direttiva;

(2)

L-Anness mingħajr numru bl-isem ta' “Figuri” jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-annotazzjoni 43 tal-Anness IV u l-Anness XI, l-Appendiċijiet 2 u 4 tad-Direttiva 2007/46/KE se jinbidlu b'li ġej:

“43

Sistemi ta' trażżin tar-raxx

Direttiva 91/226/KEE

L 103, 23.4.1991, p. 5.

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X”

Artikolu 3

1.   B'effett mid-9 ta’ April 2011 l-Istati Membri, għal raġunijiet ta' trażżin tar-raxx, ma għandhomx jiċħdu li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew nazzjonali lil vettura jew komponent konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/226/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.

2.   B'effett mid-9 ta’ April 2011 l-Istati Membri, għal raġunijiet ta' trażżin tar-raxx, għandhom jiċħdu li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew nazzjonali lil vettura jew komponent mhux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/226/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.

3.   Fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' vettura sħiħa skont id-Direttiva 2007/46/KE, it-tipi ta' vettura li ngħataw approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew tal-KE li tkopri t-trażżin tar-raxx, ma għandhomx għalfejn ikunu konformi mar-rekwiżiti tat-trażżin tar-raxx stabbiliti fid-Direttiva 91/226/KEE.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ April 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f'konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-8 ta’ April 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, id-9 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 103, 23.4.1991, p. 5.


ANNESS I

1.

Il-Lista tal-Annessi tad-Direttiva 91/226/KEE tiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titlu marbut mal-Appendiċi 3 tal-Anness II jinbidel b'dan li ġej:

“Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti”;

(b)

It-titolu marbut mal-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“Anness III

:

Rekwiżiti dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward tat-tqegħid ta' sistemi ta' trażżin tar-raxx

Appendiċi 1

:

Dokument ta' informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' vettura

Appendiċi 2

:

Mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-vetturi”;

(c)

il-linja “ĊIFRI: (1 sa 9)” tinbidel b'dan li ġej:

“L-Anness V

:

Figuri 1 sa 9”.

2.

L-Anness I tad-Direttiva 91/226/KEE huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti 9, 10 u 11 jinbidlu b'dan li ġej:

“9.   Fus li jista' jiġi miġbud lura

‘Fus li jista’ jiġi miġbud lura' tfisser fus kif iddefinit fl-Anness I punt 2.15 tad-Direttiva 97/27/KE.

10.   Vettura mhux mgħobbija

‘Vettura mhux mgħobbija’ tfisser vettura li taħdem kif iddefinit fil-punt 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill (*).

11.   Il-profil ta' wiċċ it-tajer

“Il-profil ta' wiċċ it-tajer” hija l-parti tat-tajer kif iddefinit fil-punt 2.8 tal-Anness II tad-Direttiva 92/23/KEE.

(*)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.”;"

(b)

Jiżdiedu l-punti 13, 14 u 15:

“13.   Vettura tal-irmonk tas-semitrailers

‘Vettura tal-irmonk tas-semitrailers’ tfisser vettura tal-irmonk kif iddefinit fil-punt 2.1.1.2.2. tal-Anness I tad-Direttiva 97/27/KE.

14.   Massa ta' tagħbija massima teknikament permissibbli.

‘Il-massa ta' tagħbija massima teknikament permissibbli’ tfisser il-massa massima tal-vettura kif iddefinit fil-punt 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 97/27/KE.

15.   Tip ta' vettura

‘Tip ta' vettura’ tfisser, fir-rigward tat-trażżin tar-raxx, vetturi kompluti, mhux kompluti jew ikkompletati, li mhumiex differenti fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:

it-tip ta' strument ta' trażżin tar-raxx (installat fuq il-vettura),

tismija tat-tip tas-sistema ta' trażżin tar-raxx tal-manifattur.”

3.

L-Anness II tad-Direttiva 91/226/KEE huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti 2 sa 3.4.3. jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2007/46/KE ta' tip ta' strument għat-trażżin tar-raxx għandha tintbagħat mill-manifattur.

2.2.   Mudell tad-dokument ta’ informazzjoni jinsab fl-Appendiċi 3.

2.3.   Dawn li ġejjin għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:

Erba' kampjuni: tlieta minnhom għat-testijiet u r-raba' biex jinżamm mil-laboratorju għal xi verifika sussegwenti. Il-laboratorju tat-testijiet jista' jeħtieġ aktar kampjuni.

2.4.   Immarkar

Kull kampjun irid jiġi mmarkat b'mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka tad-ditta u indikazzjoni tat-tip u jinkludi spazju li jkun kbir biżżejjed għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip KE għall-komponenti.

3.   Għoti ta’ approvazzjoni tat-tip KE għall-komponenti

3.1.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip KE skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2007/46/KE għandha tingħata.

3.2.   Mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE jinsab fl-Appendiċi 4.

3.3.   Numru ta' approvazzjoni f'konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE għandu jingħata lil kull tip ta' strument ta' trażżin tar-raxx approvat. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru għal xi tip ieħor ta’ strument ta' trażżin tar-raxx.

3.4.   Kull strument ta' trażżin tar-raxx f'konformità ma' tip approvat skont din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għall-komponenti li tkun imwaħħla b'mod li ma titħassarx u li tinqara malajr anke meta l-istrument jitqiegħed fil-vettura.

3.5.   Is-simbolu ‘A’ għal strumenti tat-tip li jtaffu l-enerġija jew ‘S’ għal strumenti tat-tip tas-separatur arja/ilma għandhom jiżdiedu mal-marka ta' approvazzjoni skont il-punt 1.3. tal-Appendiċi tal-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.”

(b)

L-appendiċijiet 1 sa 4 jinbidlu b’dan li ġej:

Appendiċi 1

Testijiet fuq strumenti għat-trażżin tar-raxx tat-tip li jtaffu l-enerġija

1.   Il-prinċipju

L-għan ta' dan it-test huwa li tiġi kkwantifikata l-ħila ta' strument li jilqa' fih l-ilma mmirat lejh permezz ta' sensiela ta' ġettijiet. L-apparat tat-test huwa maħsub biex joħloq mill-ġdid il-kundizzjonijiet li fihom l-istrument se jitħaddem meta jitqiegħed fuq vettura fir-rigward tal-volum u l-veloċità tal-ilma li jitla' mill-art mill-profil ta' wiċċ it-tajer.

2.   Tagħmir

Ara Figura 8 fl-Anness V għal deskrizzjoni tal-apparat tat-test.

3.   Kundizzjonijiet tat-test

3.1.

It-testijiet iridu jitwettqu f'kamra magħluqa b'ambjent ta' arja qiegħda.

3.2.

It-temperatura tal-ambjent u t-temperatura tal-biċċiet tat-test trid tkun 21 (± 3) °C.

3.3.

Irid jintuża ilma dejonizzat.

3.4.

Il-biċċiet tat-test iridu jitlestew għal kull test bit-tixrib.

4.   Proċedura

4.1.

Orbot tajjeb kampjun wiesa' 500 (+ 0/– 5) mm u għoli 750 mm tat-tagħmir li jrid jiġi ttestjat mal-pjanċa vertikali tat-tagħmir ta' ttestjar, filwaqt li tiżgura li l-kampjun jinsab sewwa fi ħdan il-limiti tar-reċipjent fejn jinġema' l-ilma, u li ebda ostaklu ma jista' jtajjar l-ilma 'l bogħod, kemm qabel kif ukoll wara l-impatt.

4.2.

Irregola r-rata tal-fluss tal-ilma għal 0,675 (+/– 0,01) l/s u mmira tal-inqas 90 1 u tal-aktar 120 1 għal fuq il-kampjun minn distanza orizzontali ta' 500 (+/– 2) mm (Figura 8 tal-Anness V).

4.3.

Ħalli l-ilma jqattar mill-kampjun fir-reċipjent tal-ilma. Ikkalkula l-perċentwali ta' ilma miġbur imqabbel mal-kwantità ta' ilma li jtir bħala raxx.

4.4.

Irrepeti t-test ħames darbiet fuq il-kampjun skont il-punti 4.2 u 4.3. Ikkalkula l-perċentwali medja tas-sensiela ta' ħames testijiet.

5.   Riżultati

5.1.

Il-perċentwali medja kkalkulata fil-punt 4.4 trid tkun 70 % jew iktar.

5.2.

Jekk fi ħdan sensiela ta' ħames testijiet l-ogħla perċentwali u l-perċentwali l-iktar baxxa ta' ilma miġbur jitbiegħdu mill-perċentwali medja b'aktar minn 5 %, is-sensiela ta' ħames testijiet iridu jerġgħu jsiru.

Jekk fi ħdan it-tieni sensiela ta' ħames testijiet l-ogħla perċentwali u l-perċentwali l-iktar baxxa ta' ilma miġbur għal darb'oħra jitbiegħdu mill-perċentwali medja b'aktar minn 5 % u jekk l-iżgħar valur ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-punt 5.1., ma għandhiex tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

5.3.

Ittestja jekk il-pożizzjoni wieqfa tal-istrument tinfluwenzax ir-riżultati miksuba. Jekk dan ikun il-każ, il-proċedura deskritta fil-punti 4.1 sa 4.4 trid terġa' ssir fil-pożizzjoni li tagħti l-ogħla perċentwali u l-perċentwali l-iktar baxxa ta' ilma miġbur; ir-rekwiżiti tal-punt 5.2 jibqgħu fis-seħħ.

Il-medja tar-riżultati individwali għandha mbagħad tittieħed biex toħroġ il-perċentwali medja. Din il-perċentwali medja trid tkun ta' 70 jew iktar.

Appendiċi 2

Testijiet fuq strumenti għat-trażżin tar-raxx tat-tip tas-separatur arja/ilma

1.   Il-prinċipju

Dan it-test huwa maħsub biex tiġi ddeterminata l-effikaċja ta' materjal poruż maħsub biex iżomm fih l-ilma li jitraxxex fuqu permezz ta' pulverizzatur ilma/arja li jaħdem bil-pressa.

It-tagħmir li jintuża għat-test irid joħloq mill-ġdid il-kundizzjonijiet li fihom isib ruħu l-materjal, fir-rigward ta' volum u veloċità tar-raxx tal-ilma ġġenerat mit-tajers, kieku kellu jitqiegħed fuq vettura.

2.   Tagħmir

Ara Figura 9 fl-Anness V għal deskrizzjoni tal-apparat tat-test.

3.   Kundizzjonijiet tat-test

3.1.

It-testijiet iridu jitwettqu f'kamra magħluqa b'ambjent ta' arja qiegħda.

3.2.

It-temperatura tal-ambjent u t-temperatura tal-biċċiet tat-test trid tkun 21 (± 3) °C.

3.3.

Irid jintuża ilma dejonizzat.

3.4.

Il-biċċiet tat-test iridu jitlestew għal kull test bit-tixrib.

4.   Proċedura

4.1.

Orbot kampjun 305 × 100 mm bil-wieqaf fl-apparat tat-test, ivverifika li m'hemmx spazju bejn il-kampjun u l-pjanċa milwija ta' fuq u li t-trej jinsab sewwa f'postu. Imla t-tank tal-pulverizzatur b'1 ± 0,005 litri ta' ilma u dan qiegħdu kif deskritt fid-dijagramma.

4.2.

Il-pulverizzatur irid jiġi regolat kif ġej:

 

pressjoni (fil-pulverizzatur): 5 bar + 10 %/– 0 %

 

rata ta' fluss: 1 litru/minuta ± 5 sekondi

 

pulverizzazzjoni: ċirkulari, 50 ± 5 mm bħala dijametru b'distanza ta' 200 ± 5 mm mill-kampjun, żennuna 5 ± 0,1 mm bħala dijametru.

4.3.

Ippulverizza sakemm ma jibqax aktar ilma u żomm nota tal-ħin meħud. Ħalli l-ilma joħroġ mill-kampjun fit-trej għal 60 sekonda u kejjel il-volum ta' ilma miġbur. Kejjel il-kwantità ta' ilma li jibqa' fit-tank tal-pulverizzatur. Ikkalkula l-perċentwali bil-volum ta' ilma miġbur imqabbel mal-volum ta' ilma ppulverizzat.

4.4.

Irrepeti t-test ħames darbiet u kkalkula l-perċentwali medja tal-kwantità miġbura. Ivverifika qabel kull test li t-trej, it-tank tal-pulverizzatur u l-kontenitur tal-kejl ikunu nixfin.

5.   Riżultati

5.1.

Il-perċentwali medja kkalkulata fil-punt 4.4 trid tkun 85 % jew aktar.

5.2.

Jekk fi ħdan sensiela ta' ħames testijiet l-ogħla perċentwali u l-perċentwali l-iktar baxxa ta' ilma miġbur jitbiegħdu mill-perċentwali medja b'aktar minn 5 %, is-sensiela ta' ħames testijiet jridu jsiru mill-ġdid. Jekk fi ħdan it-tieni sensiela ta' testijiet l-ogħla perċentwali u l-perċentwali l-iktar baxxa ta' ilma miġbur għal darb'oħra jitbiegħdu mill-perċentwali medja b'aktar minn 5 % u l-iżgħar valur ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-punt 5.1., ma għandhiex tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

5.3.

Fejn il-pożizzjoni wieqfa tal-istrument tinfluwenza r-riżultati miksuba, il-proċedura deskritta fil-punti 4.1 sa 4.4 trid issir mill-ġdid fil-pożizzjonijiet li jagħtu l-ogħla perċentwali u l-iktar perċentwali baxxa ta' ilma miġbur; ir-rekwiżiti tal-punt 5.2 jibqgħu fis-seħħ.

Ir-rekwiżit tal-punt 5.1 jibqa' fis-seħħ biex jingħataw ir-riżultati ta' kull test.

Appendiċi 3

Dokument ta' informazzjoni Nru … marbut mal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti ta' strumenti ta' trażżin tar-raxx (Direttiva 91/226/KEE)

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, trid tiġi pprovduta fi tliet kopji u trid tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala adatta u b’detall suffiċjenti fuq daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, iridu juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, trid tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar it-tħaddim tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.

Tip:

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:

0.7.

Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, post u metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni KE:

0.8.

L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

1.   DESKRIZZJONI TAL-ISTRUMENT

1.1.

Deskrizzjoni teknika tal-istrument ta' trażżin tar-raxx li tindika l-prinċipju fiżiku operattiv u t-test rilevanti li għalih irid jiġi suġġett.

1.2.

Materjali użati:

1.3.

Disinn(i) b'biżżejjed dettall u ta' skala xierqa biex dan (jew dawn) jiġi/jiġu identifikat/i. Id-disinn irid juri l-ispazju maħsub għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti:

Data

Iffirmat

Appendiċi 4

Image

Test ta 'immaġni

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-istrumenti ta' trażżin tar-raxx fir-rigward tad-Direttiva 91/226/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2010/19/UE

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.

Prinċipju operattiv tal-istrument: separatur assorbiment ta' enerġija/arja/ilma (1):

1.2.

Karatteristiċi tal-istrumenti ta' trażżin tar-raxx (deskrizzjoni fil-qosor, marka jew isem, numru/i):

5.

Rimarki (jekk hemm):

4.

L-Anness III tad-Direttiva 91/226/KEE jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punti 0.1 u 0.2 jinbidlu b’dan li ġej:

“AMBITU

0.1.

Il-vetturi tal-kategorija N u O, għajr għall-vetturi off-road kif iddefinit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, għandhom jinbnew u/jew ikollhom fuqhom sistemi ta' trażżin tar-raxx b'tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Anness. Fil-każ ta' vetturi bix-xażi/kabina, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu applikati biss għar-roti mgħottija mill-kabina.

Għall-vetturi tal-kategorija N1 u N2 b'massa ta' tagħbija massima permissibbli li ma taqbiżx 7.5 tunnellati, ir-rekwiżiti tad-Direttiva 78/549/KEE (**) jistgħu jiġu applikati bħala alternattiva għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva fuq talba tal-manifattur.

0.2.

Ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness marbuta mal-istrumenti tat-trażżin tar-raxx, kif iddefinit fil-punt 4 tal-Anness I, mhumiex mandatorji għall-vetturi tal-katogoriji N, O1 u O2 b'massa ta' tagħbija massima permissibbli li ma taqbiżx 7.5 tunnellati, vetturi bix-xażi/kabina, vetturi mingħajr bodi jew vetturi li fuqhom il-preżenza ta' strumenti ta' trażżin tar-raxx tkun inkompatibbli mal-użu tagħhom. Iżda, jekk dawn l-istrumenti jitqiegħdu fuq dawn il-vetturi, iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

(**)  ĠU L 168, 26.6.1978, p. 45.”;"

(b)

Il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Pożizzjoni tal-valance ta' barra

Id-distanza ‘c’ bejn il-wiċċ lonġitudinali tanġenzjali mal-wiċċ ta' barra tat-tajer, apparti minn xi nefħa fit-tajer qrib l-art, u t-tarf ta' ġewwa tal-valance ma jistax jaqbeż il-100 mm (Figuri 1a u 1b tal-Anness V).”;

(c)

Il-punti 4.1. u 4.2 huma mħassra;

(d)

Il-punt 7.1.1. jinbidel b'dan li ġej:

“7.1.1.

Il-madgards iridu jgħattu ż-żona minnufih fuq in-naħa ta' fuq, ta' quddiem u ta' wara t-tajer jew tajers bil-mod li ġej:

(a)

fil-każ ta' fus wieħed jew aktar minn fus wieħed, it-tarf ta' quddiem (C) irid jinġibed 'il quddiem biex jilħaq linja O-Z fejn θ (theta) ma tkunx aktar minn 45° 'il fuq mill-orizzontali.

It-tarf ta' wara nett (Figura 2 tal-Anness V) irid jinġibed 'l isfel b'mod li ma jkunx aktar minn 100mm 'il fuq minn linja orizzontali li tgħaddi miċ-ċentru tar-rota;

(b)

fil-każ ta' aktar minn fus wieħed l-angolu θ huwa marbut biss mal-fus ta' quddiem nett u r-rekwiżit marbut mal-għoli tat-tarf ta' wara nett japplika biss għall-fus ta' wara nett;

(c)

il-madgard irid ikollu wisa' totali ‘q’ (figura 1a tal-Anness V) li tkun tal-inqas biżżejjed biex tgħatti l-wisa' tat-tajer ‘b’ jew il-wisa' kollha taż-żewġ tajers ‘t’ fil-każ ta' roti doppji, filwaqt li jittieħed kont tal-estremitajiet għall-unità tajer/rota speċifikata mill-manifattur. Id-dimensjonijiet ‘b’ u ‘t’ għandhom jitkejlu mal-għoli tal-ħabb, esklużi xi marki, strixxi, faxxi ta' protezzjoni, eċċ, fuq il-ġnub tat-tajer.”;

(e)

Il-punt 7.1.3. jinbidel b'dan li ġej:

“7.1.3.

Jekk il-madgards ikunu magħmula minn ħafna komponenti, meta jitqiegħdu, dawn ma għandux ikun fihom xi ftuħ li jippermetti lir-raxx joħroġ waqt li l-vettura tkun miexja. Dan ir-rekwiżit jitqies bħala li huwa sodisfatt jekk, meta l-vettura tkun mgħobbija jew mhux mgħobbija, kull titjir radjali li jispara 'l barra miċ-ċentru tar-rota minn fuq il-wisa' kollha tal-wiċċ tat-tajer li jkun qed idur u fi ħdan il-medda mgħottija mill-madgard jolqot dejjem xi parti mis-sistema tat-trażżin tar-raxx.”;

(f)

Il-punti 7.2.1, 7.2.2 u 7.2.3 jinbidlu b'dan li ġej:

“7.2.1.

Fil-każ ta' fus wieħed, it-tarf ta' taħt tal-valance ta' barra ma jistax ikun lil hinn mid-distanzi jew ir-raġġi li ġejjin, kif jitkejjel miċ-ċentru tar-rota, għajr għat-trufijiet ta' taħt nett li jistgħu jkunu għat-tond (Figura 2 tal-Anness V).

Sospensjoni tal-arja:

(a)

Fusien ma' sterings jew roti self-stering:

 

Mit-tarf ta' quddiem (lejn in-naħa ta' quddiem tal-vettura) (il-ponta C)

 

Lejn it-tarf ta' wara (lejn in-naħa ta' wara tal-vettura) (il-ponta A)

Rv ≤ 1,5 R

(b)

Fusien ma' roti mingħajr stering:

 

Mit-tarf ta' quddiem (il-ponta C)

 

Lejn it-tarf ta' wara (il-ponta A)

Rv ≤ 1,25 R

Saspenxin mekkanika

(a)

każ ġenerali } Rv ≤ 1,8 R

(b)

roti mingħajr stering għal vetturi b'massa ta' tagħbija teknikament permissibbli ta' aktar minn 7,5 t } Rv ≤ 1,5 R

fejn R huwa r-raġġ tat-tajer imwaħħal fuq il-vettura, u Rv id-distanza, espressa bħala raġġ, li fiha jinsab it-tarf ta' isfel tal-valance ta' barra.

7.2.2.

Fil-każ ta' aktar minn fus wieħed ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 7.2.1. ma japplikawx bejn l-uċuħ trasversali weqfin li jgħaddu miċ-ċentru tal-ewwel u l-aħħar fus fejn il-valance ta' barra jista' jkun dritt biex jiżgura l-kontinwità tas-sistema ta' trażżin tar-raxx. (Figura 4 tal-Anness V).

7.2.3.

Id-distanza bejn l-ogħla punti u l-iktar punti baxxi tas-sistema ta' trażżin tar-raxx (madgard u valance ta' barra) imkejla fi kwalunkwe profil bi dritt mal-madgard (ara l-figuri 1b u 2 fl-Anness V) ma tridx tkun ta' inqas minn 45 mm fil-punti kollha fuq in-naħa ta' wara ta' linja wieqfa li tgħaddi miċ-ċentru tar-rota jew tal-ewwel rota fil-każ ta' aktar minn fus wieħed. Din id-dimensjoni tista' titnaqqas bil-ftit il-ftit quddiem din il-linja.”;

(g)

Jiddaħħlu l-punti 7.2.5 u 7.2.6. li ġejjin:

“7.2.5.

Ir-rekwiżiti tal-punti 7.2.3 u 7.2.4 jistgħu ma jiġux rispettati lokalment meta l-valance tkun magħmula minn elementi differenti b'moviment relattiv.

7.2.6.

It-tractors għas-semitrailers b'xażi baxx (iddefinit fil-punt 6.20 tal-istandard ISO 612 tl-1978), jiġifieri dawk li jista' jkollhom għoli tal-kavilja mill-art ta' 1 100 mm jew inqas, jistgħu jkunu ddisinjati b'mod li jiġu eżentati mir-rekwiżiti tal-punti 7.1.1.a, 7.1.3 u 7.2.4. F'dan ir-rigward, mudgards u valances jistgħu ma jgħattux iż-żona minnufih 'il fuq mit-tajers tal-fusien ta' wara, meta dawn it-trakters jiġu gganċjati ma' semi-trailer, sabiex jiġi evitat li titfarrak is-sistema ta' trażżin tar-raxx. Iżda, il-madgards u l-valances ta' dawn il-vetturi jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punti ta' hawn fuq, f'setturi li huma aktar minn 60° mil-linja wieqfa li tgħaddi miċ-ċentru tar-rota, quddiem u wara dawn it-tajers.

Dawn il-vetturi għalhekk iridu jkunu ddisinjati b'mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel paragrafu meta jitħaddmu mingħajr semi-trailer.

Sabiex ikunu jistgħu jilħqu dawn ir-rekwiżiti, il-madgards u l-valances jistgħu, pereżempju, ikun fihom parti li tinqala'.”;

(h)

Il-punt 7.3.1. jinbidel b'dan li ġej:

“7.3.1.

Il-wisa' tal-widna trid tissodisfa r-rekwiżit għal ‘q’ fil-punt 7.1.1 (c), għajr fejn il-widna tkun ġewwa l-madgards, f'liema każ trid tal-inqas tkun daqs il-wisa' ta' wiċċ it-tajer.

Il-wisa' tal-parti tal-widna ta' kontra x-xita li tkun taħt il-madgard trid tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita f'dan il-paragrafu b'tolleranza ta' 10 mm fuq kull naħa.”;

(i)

Il-punt 7.3.3. jinbidel b'dan li ġej:

“7.3.3.

L-għoli massimu tat-tarf ta' taħt ma jridx jaqbeż 200 mm (Figura 3 tal-Anness V).

Id-distanza tiżdied sa 300 mm fil-każ tal-aħħar fus fejn id-distanza radjali tat-tarf ta' taħt tal-valancing ta' barra, Rv, ma jaqbiżx id-dimensjonijiet tar-raġġ tat-tajers imqiegħda fuq ir-roti ta' dan il-fus.

L-għoli massimu tat-tarf ta' isfel tal-widna ta' kontra x-xita apparagun mal-art, jista' jogħla sa 300 mm jekk il-manifattur jidhirlu li huwa teknikament xieraq fir-rigward tal-karatteristiċi tas-saspenxin.”;

(j)

Fil-punt 7.3.5., ir-referenza għall-“Figura 4b” tinbidel b'referenza għall-“Figura 4 tal-Anness V”.

(k)

Il-punt 9.3.2.1. jinbidel b'dan li ġej:

“9.3.2.1.

It-tarf ta' isfel tal-istrument ta' trażżin tar-raxx ma għandux ikun aktar minn 200 mm mill-art.

L-għoli massimu tat-tarf ta' isfel tal-widna ta' kontra x-xita apparagun mal-art, jista' jogħla sa 300 mm jekk il-manifattur jidhirlu li huwa teknikament xieraq fir-rigward tal-karatteristiċi tas-saspenxin.”;

(l)

Jiddaħħal il-punt 10 li ġej:

“(10)

Fil-każ ta' aktar minn fus wieħed, is-sistema ta' trażżin tar-raxx ta' fuss minnhom, li mhuwiex dak li qiegħed l-aktar lura, jista' ma jkollhiex għalfejn tgħatti l-wisa' kollha ta' wiċċ it-tajer fejn hemm, lokalment, il-possibilità ta' ndħil bejn is-sistema ta' trażżin tar-raxx u l-istruttura tal-fusien jew tas-saspenxin jew tat-tilar tal-vettura.”;

(m)

l-Appendiċi jitħassar;

(n)

jiżdiedu l-Appendiċijiet 1 u 2 kif gej:

Appendiċi 1

DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI Nru. … MARBUT MAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAT-TQEGĦID TA' SISTEMI TA' TRAŻŻIN TAR-RAXX (DIRETTIVA 91/226/KEE, KIF EMENDATA L-AĦĦAR BID-DIRETTIVA 2010/19/UE) (***)

(Għan-Noti ta' Spjegazzjoni jekk jogħġbok irreferi għall-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE)

L-informazzjoni li ġejja, jekk applikabbli, trid tiġi pprovduta fi tliet kopji u trid tinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala adatta u b’detall suffiċjenti fuq daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, iridu juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi individwali għandhom kontrolli elettroniċi, trid tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar it-tħaddim tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.   Tip:

0.2.1.

Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura (b)

0.3.1.

Fejn jinsab l-immarkar:

0.4.   Kategorija tal-vettura (c):

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur:

0.8.   L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

1.   KARATTERISTIĊI TA’ KONSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

1.3.   L-għadd tal-fusien u roti:

1.3.1.

L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien b'roti doppji:

1.3.2.

Għadd u pożizzjoni tal-fusien bi stering

2.   MASES U DIMENSJONIJIET (f) (g)

(f’kg u mm) (Irreferi għad-disinn fejn applikabbli)

2.1.   Il-bażi minn fus sa fus (mgħobbi kompletament) (g) (l):

2.6.   Il-massa tal-vettura miexja (massimu u minimu għal kull varjant)

Il-massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta' vettura tal-irmonk ta' kategorija għajr għal M1, b'tagħmir ta' gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew il-massa tax-xażi jew tax-xażi bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta' gganċjar jekk il-manifattur ma jqegħidx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta' gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) (h) (massimu u minimu għal kull varjant):

2.6.1.

Distribuzzjoni ta’ din il-massa fost il-fusien u, fil-każ ta’ semi-trailer jew trailer b’fus fin-nofs, tagħbija fuq il-punt ta’ gganċjar (massimu u minimu għal kull varjant):

2.8.   Massa massima ta' tagħbija teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur (i) (3):

9.   KAROZZERIJA

9.20.   Sistema ta' trażżin tar-raxx

9.20.0.

Preżenza: iva/le/mhux kompluta (1)

9.20.1.

Deskrizzjoni qasira tal-vettura fir-rigward tas-sistema ta’ trażżin tar-raxx tagħha u l-komponenti konstitwenti:

9.20.2.

Disinji dettaljati tas-sistema ta' trażżin tar-raxx u l-pożizzjoni tagħha fuq il-vettura li juru d-dimensjonijiet speċifikati fil-Figuri fl-Anness V tad-Direttiva 91/226/KEE u meqjusa l-estremitajiet tal-kombinazzjonijiet tajer/rota:

9.20.3.

Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip tal-istrument(i) ta' trażżin tar-raxx, jekk disponibbli:

Data, Fajl

Appendiċi 2

Image

Test ta 'immaġni

Addendum

GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE Nru … DWAR L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA FIR-RIGWARD TAD- DIRETTIVA 91/226/KEE KIF EMENDATA L-AĦĦAR BID-DIRETTIVA 2010/19/KE

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.

Karatteristiċi tal-istrumenti tat-trażżin tar-raxx (tip, deskrizzjoni fil-qosor, marka jew isem, numru/i tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti):

5.   Kummenti (jekk hemm)


(1)  Ħassar fejn ma japplikax.

(***)  Għall-vetturi tal-kategorija N1 u dawk tal-kategorija N2 b'massa massima ta' tagħbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-7.5 tunnellati bl-użu tad-deroga tal-punt 0.1 tal-Anness III ta' din id-Direttiva, jista' jintuża d-dokument ta' informazzjoni stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 78/549/KEE.


ANNESS II

“ANNESS V

FIGURI

Figura 1a

Wisa' (q) tal-madgard (a) u pożizzjoni tal-valance (j)

Image

Figura 1b

Eżempju ta' kejl tal-valance ta' barra

Image

Figura 2

Dimensjonijiet tal-madgard u l-valance ta' barra

Image

Figura 3

Pożizzjoni tal-madgard u l-widna ta' kontra x-xita

Image

Figura 4

Dijagramma li turi apparat ta' sistema ta' trażżin tar-raxx (madgard, widna ta' kontra x-xita, valance ta' barra) li fih strumenti ta' trażżin tar-raxx (assorbituri tal-enerġija) għal aktar minn fus wieħed

Image

Figura 5

Dijagramma li turi apparat ta' sistema ta' trażżin tar-raxx li fih strumenti ta' trażżin tar-raxx (assorbenti tal-enerġija) għal fusien fuq roti mingħajr stering jew self-steering

(Anness III - punti 6.2 u 8)

Image

Image

Figura 6

Dijagramma li turi apparat ta' sistema ta' trażżin tar-raxx li fih strumenti ta' trażżin tar-raxx b'separaturi arja/ilma għal fusien fuq roti mingħajr stering jew self-steering

Image

Figura 7

Dijagramma li turi apparat ta' sistema ta' trażżin tar-raxx li fih strumenti ta' trażżin tar-raxx (madgard, widna ta' kontra x-xita, valance ta' barra) għal aktar minn fus wieħed fejn id-distanza bejn it-tajers ma taqbiżx 300 mm

Image

Figura 8

Apparat ta' ttestjar għal strumenti ta' trażżin tar-raxx li jassorbu l-enerġija

(Anness II, Appendiċi 1)

Image

Figura 9

Apparat ta' ttestjar għal strumenti ta' trażżin tar-raxx bis-separatur arja/ilma

(Anness II, Appendiċi 2)

Image

Image