7.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Diċembru 2010

li taħtar membru Olandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2010/752/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Olandiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Melanie BOUWKNEGT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Leon MEIJER, senior beleidsadviseur Europese Zaken, huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.