2.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta' Diċembru 2010

fir-rigward ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għas-sena 2011, lil ċerti laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kontroll tal-ikel u l-għalf

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8350)

(It-testi bil-lingwa Daniża, Franċiża, Ġermaniża, Ingliża, Olandiża, Spanjola, Svediża u Taljana biss huma awtentiċi)

(2010/736/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kontroll tal-ikel u l-għalf jistgħu jingħataw kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 31 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Kummissjoni lil-laboratorji tal-Komunità ta' referenza għall-għalf u l-ikel tal-annimali u għas-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata jekk il-programmi ta' ħidma approvati jitwettqu b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji għandhom jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ f’ċertu limitu ta' żmien.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u kull laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea hija stipulata fi ftehim ta' sħubija li huwa sostnut minn programm ta' ħidma multiannwali.

(4)

Il-Kummissjoni evalwat il-programmi ta' ħidma u l-estimi ta' baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2011.

(5)

Għalhekk, kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea maħtura biex jikkofinanzjaw l-attivitajiet tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 jistipula regoli ta' eliġibilità għal-laqgħat ta' ħidma organizzati mil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea. Jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta' 32 parteċipant fil-laqgħat ta' ħidma. Derogi minn dik il-limitazzjoni għandhom jingħataw skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 lil xi laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea li jeħtieġu sostenn għal attendenza ta' aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat mil-laqgħat ta' ħidma tagħhom. Id-derogi jistgħu jinkisbu fil-każ li Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea jieħu t-tmexxija u r-responsabbiltà meta tiġi organizzata laqgħa ta' ħidma ma' Laboratorju ta' Referenza ieħor tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (4) tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, il-qerda tal-mard tal-annimali u l-programmi ta' kontroll (il-miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG). Barra minn hekk, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tar-Regolament jipprevedi li f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-infiq fil-qasam veterinarju (5), l-infiq marbut ma' spejjeż amministrattivi u tal-persunal imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta' għajnuna mill-FAEG għandu jitħallas mill-Fond. Għal skopijiet ta' kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’Etudes et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agro-alimentaires (LERQAP), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES, ex-AFSSA), f’Maisons-Alfort, fi Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 355 820.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.

Artikolu 2

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), f’Bilthoven, fil-Pajjiżi l-Baxxi, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella).

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 373 450.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 300.

Artikolu 3

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria y Nutrición (Ministerio de Sanidad y Política Social), f’Vigo, fi Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tal-bijotossini tal-ibħra.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 283 302.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 44 500.

Artikolu 4

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science, f’Weymouth, fir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 289 832.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 46 800.

Artikolu 5

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-Laboratoire d’etudes et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES, ex-AFSSA), f’Maisons-Alfort, fi Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar tal-Listeria monocytogenes.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 426 065.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik il-kontribuzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.

Artikolu 6

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’Etudes et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agro-alimentaires (LERQAP), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES, ex-AFSSA), f’Maisons-Alfort, fi Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta' Staphylococci pożittiv għall-Coagulase, inkluż Staphylococcus aureus.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 361 615.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik il-kontribuzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn EUR 23 000.

Artikolu 7

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), f’Ruma, fl-Italja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar tal-Escherichia coli, inkluż il-Verotoxigenic E. Coli (VTEC).

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 269 296.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik il-kontribuzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn EUR 22 000.

Artikolu 8

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), f’Uppsala, fl-Isvezja, biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tal-Campylobacter.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 305 386.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik il-kontribuzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.

Artikolu 9

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), f’Ruma, fl-Italja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, fir-rigward tal-analiżi u l-ittestjar ta' parassiti (b’mod partikolari t-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis).

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 325 010.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik il-kontribuzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.

Artikolu 10

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), f’Kopenhagen, fid-Danimarka, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tar-resistenza antimikrobjali.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 387 534.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik il-kontribuzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn EUR 67 000.

Artikolu 11

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Veterinary Laboratories Agency, f’Addlestone, fir-Renju Unit, biex twettaq il-funzjonament u d-dmirijiet stipulati fil-Kapitolu B tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) , b’mod partikolari għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 737 901.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik il-kontribuzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn EUR 70 200.

3.   B’deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jitlob l-għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta' 50 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta' ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 12

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), f’Gembloux, fil-Belġju, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta' proteini tal-annimali fi prodotti tal-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 581 716.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik il-kontribuzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30 000.

Artikolu 13

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), f’Bilthoven, fil-Pajjiżi l-Baxxi, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta' ċerti sustanzi elenkati fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (7) u msemmija permezz tal-Anness VII, it-Taqsima I, il-punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 464 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 25 000.

Artikolu 14

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants de L’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES, ex-AFSSA), f’Fougères, fi Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta' ċerti sustanzi elenkati fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE u msemmija permezz tal-Anness VII, it-Taqsima I, il-punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 464 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 25 000.

Artikolu 15

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL), f’Berlin, fil-Ġermanja biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta' ċerti sustanzi elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 96/23/KE u msemmija permezz tal-Anness VII, it-Taqsima I, il-punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 464 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 25 000.

Artikolu 16

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità, f’Ruma, fl-Italja biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta' ċerti sustanzi elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 96/23/KE u msemmija permezz tal-Anness VII, it-Taqsima I, il-punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 283 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 25 000.

Artikolu 17

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) fi Freiburg, fil-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-analiżi u l-ittestjar ta' residwi ta' pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-annimali u prodotti b’kontenut għoli ta' xaħam.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 198 900.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex tkun aktar minn EUR 110 000.

3.   B’deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jitlob għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta' 110 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta' ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 18

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), f’Kopenhagen, fid-Danimarka, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta' residwi ta' pestiċidi fiċ-ċereali u fi prodotti tal-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minnEUR 198 900.

Artikolu 19

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), fi Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta' residwi ta' pestiċidi fil-frott u l-ħaxix, inklużi l-prodotti b’kontenut għoli ta' ilma u aċtu.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 447 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik il-kontribuzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn EUR 10 000.

Artikolu 20

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) fi Stuttgart, fil-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta' residwi ta' pestiċidi permezz ta' metodi monoresidwi.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 365 000.

Artikolu 21

1.   L-Unjoni Ewropea tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) fi Freiburg, fil-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta' dijossini u PCBs fl-għalf u fl-ikel.

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex tkun aktar minn EUR 470 000.

2.   B’żieda mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, l-Unjoni tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma. Dik il-kontribuzzjoni ma għandhiex tkun aktar minn EUR 55 000.

Artikolu 22

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli minn 1 sa 21 għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

Artikolu 23

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata:

Għall-ħalib u l-prodotti magħmula mill-ħalib: lil-Laboratoire d’Etudes et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agro-alimentaires (LERQAP), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, fi Franza.

Għall-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella): lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Postbus 1, Anthony van Leeuwenhoeklaan 9, 3720 BA Bilthoven, fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Għall-monitoraġġ tal-bijotossini tal-ibħra: lil-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria y Nutrición (Ministerio de Sanidad y Política Social), Estación Maritima, s/n, 36200,Vigo, fi Spanja.

Għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi: lil-Laboratory of the Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, Barrack Road, The Nothe, Weymouth, Dorset, DT4 8UB, fir-Renju Unit.

Għal-Listeria monocytogenes: lil-Laboratoire d’Etudes et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agro-alimentaires (LERQAP), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, fi Franza.

Għal Staphylococci pożittiv għall-koagulasi, inkluż Staphylococcus aureus: lil-Laboratoire d’Etudes et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agro-alimentaires (LERQAP), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, fi Franza.

Għall-Escherichia coli, inkluż il-Verotoxigenic E. Coli (VTEC): lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, fl-Italja.

Għall-Campylobacter: lill-Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Ulls väg 2 B, 751 89 Uppsala, fl-Isvezja.

Għall-parassiti (partikolarment it-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis): lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, fl-Italja.

Għar-reżistenza antimikrobjali: lill-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Bülowsvej 27, 1790 Kopenħagen V, fid-Danimarka.

Għall-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs): lill-Veterinary Laboratories Agency, Woodham Lane, New Haw, Addlestone, Surrey KT15 3NB, fir-Renju Unit; Is-Sra Marion Simmons, tel. 004401932357564.

Għall-proteini tal-annimali fi prodotti tal-għalf: lis-Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), Chaussée de Namur 245030 Gembloux, fil-Belġju.

Għar-residwi: lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Postbus 1, Anthony van Leeuwenhoeklaan 9, 3720 BA Bilthoven, fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Għar-residwi: lil-Laboratoire d’études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants de L’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Site de Fougères, BP 90203, 35302 Fougères, fi Franza.

Għar-residwi: lill-Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit, Postfach 100214, Mauerstrasse 39-42, 10562, Berlin, fil-Ġermanja.

Għar-residwi: lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, fl-Italja.

Għall-analiżi u l-ittestjar tar-residwi ta' pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-annimali: lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 100462, Bissierstrasse 5, 79114 Freiburg, fil-Ġermanja.

Għall-analiżi u l-ittestjar tar-residwi ta' pestiċidi fiċ-ċereali: lill-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Department of Food Chemistry, Moerkhoej Bygade 19, 2860 Soeborg, fid-Danimarka.

Għall-analiżi u l-ittestjar tar-residwi ta' pestiċidi fil-frott u fil-ħaxix: lil-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Ctra. Sacramento s/n, La Kanada de San Urbano, 04120 Almeria, fi Spanja.

Għall-analiżi u l-ittestjar tar-residwi ta' pestiċidi bil-metodi monoresidwi: lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 1206, Schaflandstrasse 3/2, 70736 Stuttgart, fil-Ġermanja.

Għall-analiżi u l-ittestjar tad-dijossini u PCBs fl-għalf u fl-ikel: lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 100462, Bissierstrasse 5, 79114 Freiburg, fil-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)   ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(3)   ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

(4)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(5)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(6)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(7)   ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.