30.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Novembru 2010
dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea
(2010/726/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u (8) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
It-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Lulju 2007. |
(2) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
(3) |
It-Tieni Protokoll Addizzjonali għandu jiġi konkluż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (2), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10 tat-Tieni Protokoll Addizzjonali.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħmel in-notifika li ġejja:
“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-Protokoll għandhom, fejn ikun il-każ, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 149.
(2) It-Tieni Protokoll Addizzjonali ġie ppubblikat fil-ĠU L 251, 26.9.2007, p. 2 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar. Ġie pubblikat Procès-verbal ta’ Rettifika għat-Tieni Protokoll Addizzjonali fil-verżjoni Spanjola fil-ĠU L 255, 23.9.2008, p. 34.