10.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Awwissu 2010

li temenda l-Anness XI għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5420)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/435/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ċerti miżuri preventivi bl-għan li jiżdiedu l-kuxjenza u t-tħejjija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola għal dik il-marda.

(2)

Dawk il-miżuri preventivi jinkludu obbligu fuq l-Istati Membri biex jassiguraw li l-immaniġġjar tal-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għar-riċerka u d-dijanjożi jitwettaq biss fil-laboratorji approvati elenkati fil-Parti A u l-manifatturar ta’ jew l-antiġeni inattivati għall-produzzjoni ta’ tilqim jew it-tilqim u riċerka relatata jitwettqu biss fl-istabbilimenti u l-laboratorji approvati elenkati fil-Parti B tal-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE.

(3)

Il-Bulgarija infurmat uffiċjalment lill-Kummissjoni li wara l-ispezzjonijiet li twettqu skont l-Artikolu 66 tad-Direttiva 2003/85/KE, il-laboratorju ta’ referenza nazzjonali tagħhom ma għadux ikkunsidrat li jissodisfa l-istandards ta’ bijosigurtà stipulati fl-Artikolu 65(d) tad-Direttiva 2003/85/KE.

(4)

Il-Pajjiżi l-Baxxi infurmaw uffiċjalment lill-Kummissjoni b’xi tibdil relatat mal-isem ta’ laboratorju elenkat fil-Parti B tal-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE li jinsab fil-Pajjiżi l-Baxxi.

(5)

Għal raġunijiet ta’ sigurtà, huwa importanti li l-lista ta’ laboratorji stipulata fl-Anness IX għad-Direttiva 2003/85/KE tinżamm aġġornata.

(6)

Skont dan, huwa neċessarju li tiġi mħassra l-entrata għall-Bulgarija fil-lista ta’ laboratorji stipulata fil-Parti A u li tiġi sostitwita l-entrata għall-Pajjiżi l-Baxxi fil-lista ta’ laboratorji stipulata fil-Parti B tal-Anness IX għad-Direttiva 2003/85/KE. L-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE hu emendat kif ġej:

1.

Fil-Parti A, l-entrata għall-Bulgarija titħassar

2.

Fil-Parti B, l-entrata għall-Pajjiżi l-Baxxi tinbidel b’dan li ġej:

“NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Merial S.A.S., Lelystad Laboratory, Lelystad”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.