31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/28


DEĊIŻJONI ATALANTA/4/2010 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ

tad-19 ta’ Lulju 2010

dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2010/423/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2010, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/2/2010 (2) dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Jan THÖRNQVIST bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar il-Viċi Ammirall Philippe COINDREAU bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Philippe COINDREAU huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bt tas-Somalja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Awwissu 2010.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 83, 30.3.2010, p. 22.