22.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Ġunju 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-inklużjoni tal-linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-qbid, mill-ġarr u mill-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3310)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/345/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 14(1) u 24(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett tas-serra ġewwa l-Komunità (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-iskema Komunitarja”). Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex ittejjeb u testendi l-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett tas-serra (2) temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-qbid, il-ġarr u l-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “CO2”) fi ħdan l-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem. |
(2) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra minn attivitajiet koperti mill-iskema Komunitarja skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(3) |
Qabel l-2013, l-Istati Membri jistgħu jinkludu fl-iskema Komunitarja, b’mod unilaterali, l-attivitajiet tal-qbid, tal-ġarr u tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(4) |
L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprovdi lill-Kummissjoni bil-bażi legali biex tadotta linji ta’ gwida għal attivitajiet li jkun għadhom mhumiex koperti bl-Anness I għad-Direttiva. |
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra li ġejjin mill-attivitajiet tal-qbid, tal-ġarr u tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 bil-ħsieb li dawn l-attivitajiet jiddaħħlu fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem u li possibbilment jiddaħħlu b’mod unilaterali fl-iskema Komunitarja qabel l-2013. |
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/K (3) għandha tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2003/87/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/589/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Il-linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, u tal-attivitajiet inklużi skont l-Artikolu 24(1) ta’ dik id-Direttiva, huma mniżżlin fl-Annessi I sa XIV u XVI sa XVIII għal din id-Deċiżjoni. Il-linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-dejta dwar it-tunnellati għal kull kilometru mill-attivitajiet tal-avjazzjoni għall-għan ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE skont l-Artikoli 3e jew 3f huma mniżżlin fl-Anness XV. Dawk il-linji ta’ gwida huma msejsa fuq il-prinċipji mniżżlin fl-Anness IV għal dik id-Direttiva.” |
(2) |
It-Tabella tal-Annessi għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(3) |
L-Anness I għandu jkun emendat kif imniżżel fil-Parti A tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
(4) |
L-Anness XII għandu jinbidel bit-test imniżżel fil-Parti B tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
(5) |
L-Anness XVI għandu jiżdied kif imniżżel fil-Parti C tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
(6) |
L-Anness XVII għandu jiżdied kif imniżżel fil-Parti D tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
(7) |
L-Anness XVIII għandu jiżdied kif imniżżel fil-Parti E tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.
(3) ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.
ANNESS
A. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
B. |
L-Anness XII għandu jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS XII Linji ta’ gwida biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet jew l-ammont ta’ trasferiment ta’ gassijiet b’effett tas-serra permezz ta’ sistemi ta’ kejl kontinwu 1. IL-LIMITI U L-KOMPLETEZZA Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness japplikaw għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-attivitajiet kollha koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. F’istallazzjoni, l-emissjonijiet jistgħu jseħħu f’diversi sorsi tal-emissjonijiet. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness japplikaw għas-sistemi ta’ kejl kontinwu użati biex jiġu kkalkulati l-flussi tas-CO2 fil-pajpijiet, b’mod partikulari meta dawn jintużaw għat-trasferiment tas-CO2 bejn l-istallazzjonijiet bħal meta dan iseħħ biex is-CO2 jinqabad, jinġarr jew jinħażen b’mod ġeoloġiku. Għal dan il-għan, ir-referenzi għall-emissjonijiet fit-Taqsimiet 6 u 7.2 tal-Anness I għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-ammont ta’ CO2 ttrasferit f’konformità mat-Taqsima 5.7 tal-Anness I. 2. IL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET B’EFFETT TAS-SERRA Is-saff nru 1: Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 10 %. Is-saff nru 2: Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 7,5 %. Is-saff nru 3: Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 5 %. Is-saff nru 4: Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 2,5 %. L-approċċ ġenerali: L-emissjonijiet totali tal-gass b’effett tas-serra (il-GHG) minn sors ta’ emissjoni jew l-ammont tas-CO2 li jgħaddi mill-punt tal-kejl matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandhom ikunu kkalkulati billi tintuża l-formola ta’ hawn taħt. F’każ li jkun hemm diversi sorsi tal-emissjonijiet fi stallazzjoni waħda u f’każ li dawn ma jkunux jistgħu jitkejlu bħala sors wieħed, l-emissjonijiet minn dawn is-sorsi tal-emissjonijiet għandhom jitkejlu b’mod separat u għandhom jingħaddu flimkien mal-emissjonijiet totali tal-gass speċifiku matul il-perjodu ta’ rrappurtar fl-istallazzjoni kollha.
Il-parametri tal-konċentrazzjoni tal-GHGs u tal-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni għandhom jiġu kkalkulati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 6 tal-Anness I. Għall-kejl tas-CO2 ttrasferit fil-pajpijiet, it-Taqsima 6 tal-Anness I għandha tapplika daqslikieku l-punt tal-kejl kien sors tal-emissjonijiet, kif xieraq. Għat-tali punti tal-kejl ma għandu jkun meħtieġ l-ebda kalkolu li jikkorroborah skont it-Taqsima 6.3(c). Il-konċentrazzjoni tal-GHGs Il-konċentrazzjoni tal-GHGs fil-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni tiġi kkalkulata permezz tal-kejl kontinwu f’punt rappreżentattiv. Il-konċentrazzjoni tal-GHGs tista’ titkejjel b’żewġ modi: IL-METODU A Il-konċentrazzjoni tal-GHGs titkejjel b’mod dirett. IL-METODU B Fil-każ ta’ konċentrazzjonijiet għoljin ferm tal-GHGs, bħal fil-każ tan-netwerks tat-trasport, il-konċentrazzjoni tal-GHGs tista’ tiġi kkalkulata billi jintuża bilanċ tal-massa, filwaqt li jitqiesu l-valuri mkejla tal-konċentrazzjoni tal-komponenti l-oħrajn kollha tan-nixxiegħa tal-gass kif imniżżel fil-pjan tal-monitoraġġ tal-istallazzjoni:
Il-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni Il-fluss tal-gass niexef li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni jista’ jkun ikkalkulat billi jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin. IL-METODU A Il-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni Qe jiġi kkalkulat permezz ta’ metodu tal-bilanċ tal-massa, li jqis il-parametri sinifikanti kollha bħall-piżijiet tal-materjal tad-dħul, il-fluss tal-arja tad-dħul, l-effiċjenza tal-proċess, u, fuq in-naħa tal-produzzjoni, il-produzzjoni tal-prodott, il-konċentrazzjoni tal-O2, u l-konċentrazzjonijiet tas-SO2 u tan-NOx. Il-metodu speċifiku tal-kalkolu għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan tal-monitoraġġ u tal-metodoloġija tal-monitoraġġ inkluża fih. IL-METODU B: Il-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni Qe jiġi kkalkulat permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss f’punt rappreżentattiv.” |
C. |
Għandu jiżdied l-Anness XVI li ġej: “ANNESS XVI Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-attivitajiet tal-qbid tas-CO2 bil-għan li jinġarr u jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1. IL-LIMITI U L-KOMPLETEZZA Il-linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari inklużi f’dan l-Anness japplikaw għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-qbid tas-CO2. Il-qbid tas-CO2 jista’ jsir kemm minn stallazzjonijiet apposta li jkunu qed jirċievu s-CO2 permezz ta’ trasferiment minn stallazzjonijiet oħra, jew minn stallazzjonijiet li jkunu qed iwettqu attivitajiet li joħorġu s-CO2 li għandu jinqabad taħt l-istess permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra. Il-partijiet kollha tal-istallazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-għan tal-qbid, il-ħżin intermedjarju, u t-trasferiment tas-CO2 lejn netwerk tat-trasport tas-CO2 jew lejn sit tal-ħżin ġeoloġiku tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra tas-CO2 għandhom ikunu inklużi fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra. F’każ li l-istallazzjoni twettaq attivitajiet oħra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, l-emissjonijiet ta’ dawk l-attivitajiet għandhom ikunu mmonitorjati skont l-Annessi rispettivi ta’ dawn il-Linji ta’ gwida. 2. L-EMISSJONIJIET MILL-ATTIVITAJIET TAL-QBID TAS-CO2 Fil-ħidmiet tal-qbid tas-CO2, is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet tas-CO2 jinkludu:
3. IL-KWANTIFIKAZZJONI TAL-AMMONTI TAS-CO2 TTRASFERIT U MAĦRUĠ 3.1. IL-KWANTIFIKAZZJONI FIL-LIVELL TAL-ISTALLAZZJONI L-emissjonijiet jiġu kkalkulati billi jintuża bilanċ sħiħ tal-massa, li jqis l-emissjonijiet potenzjali tas-CO2 mill-proċessi rilevanti kollha tal-emissjonijiet fl-istallazzjoni kif ukoll l-ammont ta’ CO2 li jkun inqabad u ġie ttrasferit lejn in-netwerk tat-trasport. L-emissjonijiet tal-istallazzjoni għandhom jiġu kkalkulati billi tintuża l-formola li ġejja: Etal-istallazzjoni tal-qbid = Ttad-dħul + Emingħajr il-qbid – Tgħall-ħżin Fejn:
F’każijiet fejn il-qbid tas-CO2 jsir mill-istess stallazzjoni li minnha joriġina s-CO2 li jinqabad, il-valur tat-Ttad-dħul ikun ta’ żero. Fil-każ ta’ stallazzjonijiet tal-qbid indipendenti, l-Emingħajr il-qbid tirrappreżenta l-ammont ta’ emissjonijiet li jseħħu minn sorsi oħrajn apparti s-CO2 ttrasferit lejn l-istallazzjoni għall-qbid, bħall-emissjonijiet mill-kombustjoni mit-turbini, l-kompressuri u l-ħiters. Dawn l-emissjonijiet jistgħu jiġu kkalkulati b’kalkolu jew b’kejl skont l-Anness xieraq speċifiku għall-attività partikulari. Fil-każ ta’ stallazzjonijiet tal-qbid indipendenti, l-istallazzjoni li minnha jkun qed jiġi ttrasferit is-CO2 lejn l-istallazzjoni tal-qbid għandha tnaqqas l-ammont tat-Ttad-dħul mill-emissjonijiet tagħha stess. 3.2. IL-KALKOLU TAS-CO2 TTRASFERIT L-ammont tas-CO2 ttrasferit mill-istallazzjoni tal-qbid u lejha għandu jkun ikkalkulat skont it-Taqsima 5.7 tal-Anness I permezz ta’ CEMS imwettqa skont l-Anness XII. Bħala minimu, għandu jkun applikat is-saff nru 4 kif iddefinit fl-Anness XII. Huwa biss jekk jintwera, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li dan l-approċċ tas-saff mhuwiex vijabbli b’mod tekniku, li jista’ jintuża s-saff aktar baxx li jmiss għas-sors tal-emissjoni rilevanti.” |
D. |
Għandu jiżdied l-Anness XVII li ġej: “ANNESS XVII Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-ġarr tas-CO2 permezz ta’ pajpijiet biex jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE 1. IL-LIMITI U L-KOMPLETEZZA Il-limiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet mill-ġarr tas-CO2 permezz tal-pajpijiet huma mniżżlin fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra tan-netwerk tat-trasport, inklużi l-istallazzjonijiet kollha mqabbdin b’mod funzjonali man-netwerk tat-trasport, inklużi l-istazzjonijiet bûster (‘booster’) u l-ħiters. Kull netwerk tat-trasport għandu tal-anqas punt tal-bidu u punt tal-aħħar, li kull wieħed minnhom hu mqabbad ma’ stallazzjonijiet oħrajn li jkunu qed iwettqu attività waħda jew iktar mill-qbid, il-ġarr u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. Il-punti tal-bidu u tal-aħħar jistgħu jinkludu punti fejn in-netwerk tat-trasport jinqasam fi tnejn kif ukoll fruntieri nazzjonali. Il-punti tal-bidu u tal-aħħar, kif ukoll l-istallazzjonijiet li huma mqabbdin magħhom, għandhom jitniżżlu fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra. 2. IL-KWANTIFIKAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAS-CO2 Waqt il-ġarr tas-CO2 permezz tal-pajpijiet, is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet tas-CO2 jinkludu:
Netwerk tat-trasport li jkun qed juża l-Metodu B ta’ hawn taħt ma għandux iżid is-CO2 li jkun irċieva minn stallazzjoni oħra tal-ETS mal-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu, u ma għandux inaqqas mil-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu kwalunkwe CO2 li jkun ittrasferit lejn stallazzjoni oħra tal-ETS. 2.1. L-APPROĊĊI GĦALL-KWANTIFIKAZZJONI L-operaturi tan-netwerks tat-trasport jistgħu jagħżlu wieħed mill-approċċi li ġejjin: IL-METODU A: L-emissjonijiet min-netwerk tat-trasport jiġu kkalkulati billi jintuża bilanċ tal-massa skont il-formola li ġejja:
Fejn:
IL-METODU B: L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-emissjonijiet potenzjali tas-CO2 mill-proċessi rilevanti kollha tal-emissjonijiet fl-istallazzjoni kif ukoll l-ammont ta’ CO2 li jkun inqabad u ġie ttrasferit lejn il-faċilità tat-trasport, billi tintuża l-formola li ġejja: L-emissjonijiet [t tas-CO2]= CO2 maħrub + CO2 irrilaxxat apposta + CO2 mill-avvenimenti tat-tnixxija + CO2 mill-istallazzjonijiet Fejn:
2.2. IR-REKWIŻITI TAL-KWANTIFIKAZZJONI Huwa u jagħżel liema wieħed mill-Metodi A u B sejjer jintuża, l-operatur għandu juri lill-awtorità kompetenti li l-metodoloġija magħżula sejra twassal għal riżultati li huma iktar ta’ min joqgħod fuqhom u b’inqas inċertezza dwar l-emissjonijiet ġenerali, u bl-użu tal-aqwa teknoloġija u għarfien disponibbli meta jressaq l-applikazzjoni għall-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra, mingħajr ma jwassal għal spejjeż mhux raġonevoli. Jekk jintgħażel il-Metodu B, l-operatur għandu juri, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompententi, li l-inċertezza ġenerali tal-livell annwali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra tan-netwerk tat-trasport tiegħu mhix se taqbeż is-7,5 %. 2.2.1 IR-REKWIŻITI SPEĊJALI GĦALL-METODU A L-ammont tas-CO2 ttrasferit min-netwerk tat-trasport u lejh għandu jkun ikkalkulat skont it-Taqsima 5.7 tal-Anness I permezz ta’ CEMS imwettqa skont l-Anness XII. Bħala minimu, għandu jkun applikat is-saff nru 4 kif iddefinit fl-Anness XII. Huwa biss jekk jintwera, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li dan l-approċċ tas-saff mhuwiex vijabbli b’mod tekniku, li jista’ jintuża s-saff aktar baxx li jmiss għas-sors tal-emissjoni rilevanti. 2.2.2 IR-REKWIŻITI SPEĊJALI GĦALL-METODU B: 2.2.2.1 L-emissjonijiet mill-kombustjoni L-emissjonijiet potenzjali mill-kombustjoni mill-użu tal-fjuwil għandhom ikunu mmonitorjati skont l-Anness II. 2.2.2.2 L-emissjonijiet li jaħarbu min-netwerk tat-trasport L-emissjonijiet li jaħarbu jinkludu l-emissjonijiet mit-tipi ta’ tagħmir li ġejjin:
Meta tinbeda l-ħidma, u sa mhux aktar tard minn tmiem l-ewwel sena ta’ rrappurtar li fiha n-netwerk tat-trasport ikun qed jitħaddem, l-operatur għandu jiddeċiedi dwar il-fatturi medji tal-emissjonijiet, FE, (espressi fi gr. tas-CO2 għal kull unità tal-ħin) għal kull biċċa tagħmir jew kull avveniment li jista’ jagħti lok għall-ħrib tal-emissjonijiet. L-operatur għandu jirrevedi dawn il-fatturi tal-anqas kull ħames snin fid-dawl tal-aqwa tekniki disponibbli f’dan il-qasam. L-emissjonijiet totali għandhom jiġu kkalkulati billi l-għadd ta’ bċejjeċ ta’ tagħmir f’kull kategorija jkun immultiplikat bil-fattur tal-emissjoni u billi r-riżultati tal-kategoriji separati jingħaddu flimkien kif muri fil-formola ta’ hawn taħt:
L-għadd ta’ avvenimenti huwa l-għadd tal-bċejjeċ tat-tagħmir partikulari għal kull kategorija, immultiplikat bl-għadd ta’ unitajiet tal-ħin fis-sena. 2.2.2.3 L-emissjonijiet mill-avvenimenti tat-tnixxija L-operatur tan-netwerk tat-trasport għandu jipprovdi evidenza dwar l-integrità tan-netwerk billi juża dejta rappreżentattiva dwar il-pressjoni u t-temperatura (li tkun relatata maż-żmien u mal-post). Jekk id-dejta tkun turi li seħħet tnixxija, l-operatur għandu jikkalkula l-ammont ta’ CO2 mnixxi billi juża metodoloġija xierqa ddokumentata fil-pjan tal-monitoraġġ, ibbażata fuq il-linji ta’ gwida tal-industrija għall-aqwa prassi, per eżempju billi juża d-differenzi fid-dejta dwar it-temperatura u l-pressjoni meta mqabbla mal-valuri medji għall-pressjoni u għat-temperatura relatati mal-integrità tas-sistema. 2.2.2.4 L-emissjonijiet irrilaxxati apposta Fil-pjan tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jipprovdu analiżi ta’ sitwazzjonijiet potenzjali fejn ikun hemm ir-rilaxx apposta tal-emissjonijiet, inkluż għal raġunijiet ta’ manutenzjoni u ta’ emerġenzi, u għandu jipprovdi metodoloġija xierqa ddokumentata, ibbażata fuq il-linji ta’ gwida tal-industrija għall-aqwa prassi, sabiex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ CO2 li jkun ġie rrilaxxat apposta. 2.2.2.5 Validazzjoni tar-riżultat tal-kalkolu tal-emissjonijiet li jaħarbu u tal-emissjonijiet imnixxija Minħabba li l-monitoraġġ tas-CO2 ttrasferit lejn in-netwerk tat-trasport u ‘l barra minnu se jitwettaq fi kwalunkwe każ għal raġunijiet kummerċjali, l-operatur tan-netwerk tat-trasport għandu juża l-Metodu A tal-anqas darba fis-sena sabiex jivvalida r-riżultati tal-Metodu B. F’dan ir-rigward, għall-kejl tas-CO2 ttrasferit jistgħu jintużaw is-saffi iktar baxxi ddefiniti fl-Anness XII.” |
E. |
Għandu jiżdied l-Anness XVIII li ġej: “L-ANNESS XVIII Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex is-CO2 jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE 1. IL-LIMITI Il-limiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 għandhom ikunu speċifiċi għas-sit u għandhom ikunu bbażati fuq id-delimitazzjoni tas-sit tal-ħżin u tal-kumpless tal-ħżin kif speċifikata fil-permess skont id-Direttiva 2009/31/KE. Is-sorsi kollha tal-emissjonijiet mill-faċilità tal-injezzjoni tas-CO2 għandhom ikunu inklużi fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra. Meta jkunu identifikati tnixxijiet mill-kumpless tal-ħżin u dawn iwasslu għal emissjonijiet jew għal rilaxxi tas-CO2 għal ġol-kolonna tal-ilma, dawn għandhom ikunu inklużi bħala sorsi tal-emissjonijiet għall-istallazzjoni rispettiva sakemm ikunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u l-emissjonijiet jew ir-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma minn dik it-tnixxija ma jibqgħux jinsabu iktar. 2. IL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TAS-CO2 Is-sorsi potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 jinkludu:
Sit tal-ħżin ma għandux iżid is-CO2 li jkun irċieva minn stallazzjoni oħra mal-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu, u ma għandux inaqqas mil-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu kwalunkwe CO2 li jkun ittrasferit lejn stallazzjoni oħra jew li jkun inħażen b’mod ġeoloġiku fis-sit tal-ħżin. 2.1 L-EMISSJONIJIET MILL-UŻU TAL-FJUWIL L-emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet li jseħħu ‘l fuq mill-art għandhom ikunu kkalkulati skont l-Anness II. 2.2 L-EMISSJONIJIET IRRILAXXATI APPOSTA U L-EMISSJONIJIET LI JAĦARBU MILL-PROĊESS TAL-INJEZZJONI L-emissjonijiet mir-rilaxx apposta u l-emissjonijiet li jaħarbu għandhom ikunu kkalkulati kif ġej: CO2 maħruġ [t tas-CO2] = V CO2 [t tas-CO2] + F CO2 [t tas-CO2] Fejn: V CO2 = l-ammont ta’ CO2 rrilaxxat apposta F CO2 = l-ammont ta’ CO2 mill-emissjonijiet li jaħarbu Il-V CO2 għandu jkun ikkalkulat billi tintuża CEMS skont l-Anness XII ta’ dawn il-Linji ta’ gwida. Jekk l-applikazzjoni tas-CEMS twassal għal spejjeż mhux raġonevoli, l-operatur jista’ jinkludi metodoloġija xierqa fil-pjan tal-monitoraġġ ibbażata fuq l-aqwa prassi tal-industrija, u suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. L-F CO2 għandu jitqies bħala sors wieħed. Dan ifisser li r-rekwiżiti tal-inċertezza tal-Anness XII u tat-Taqsima 6.2 tal-Anness I japplikaw għall-valur totali u mhux għall-punti individwali tal-emissjonijiet. Fil-pjan tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jipprovdi analiżi tas-sorsi potenzjali tal-emissjonijiet li jaħarbu, u għandu jipprovdi metodoloġija xierqa ddokumentata, ibbażata fuq il-linji ta’ gwida tal-industrija għall-aqwa prassi, sabiex jiġi kkalkulat jew imkejjel l-ammont tal-F CO2. Sabiex jiġi kkalkulat l-F CO2, tista’ tintuża d-dejta dwar il-faċilità tal-injezzjoni miġbura skont l-Artikolu 13 u skont il-paragrafu 1.1(e) sa (h) tal-Anness II tad-Direttiva 2009/31/KE, f’każ li din tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dawn il-Linji ta’ gwida. 2.3. L-EMISSJONIJIET IRRILAXXATI APPOSTA U L-EMISSJONIJIET LI JAĦARBU MILL-ĦIDMIET TAL-IRKUPRU MTEJJEB TAL-IDROKARBONJU Wisq probabbli, l-użu tal-irkupru mtejjeb tal-idrokarbonju (EHR) flimkien mal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2, jipprovdi sors ieħor tal-emissjonijiet, jiġifieri l-ħruġ tas-CO2 mal-idrokarboni prodotti. Is-sorsi addizzjonali tal-emissjonijiet mill-ħidmiet tal-EHR jinkludu:
Kwalunkwe emissjoni li taħrab li sseħħ, normalment terġa’ tiddawwar lejn sistema taż-żamma tal-gass, lejn in-nar jew lejn sistema tat-tindif tas-CO2. Kwalunkwe tali emissjonijiet jew CO2 rrilaxxat apposta, per eżempju mis-sistema tat-tindif tas-CO2, għandu jiġi kkalkulat skont it-Taqsima 2.2 ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet miċ-ċumnija t-twila fejn jitqabbad il-gass għandhom jiġu kkalkulati skont l-Anness II, filwaqt li jitqies is-CO2 potenzjali inerenti fil-gass taċ-ċumnija. 3. IT-TNIXXIJA MILL-KUMPLESS TAL-ĦŻIN Għandu jinbeda l-monitoraġġ f’każ li kwalunkwe tnixxija twassal għal emissjonijiet jew għal rilaxxi għal ġol-kolonna tal-ilma. L-emissjonijiet li ġejjin minn rilaxx tas-CO2 għal ġol-kolonna tal-ilma għandhom jitqiesu li huma daqs l-ammont irrilaxxat għal ġol-kolonna tal-ilma. Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet jew tar-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma minn tnixxija għandu jitkompla sakemm jittieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u sakemm l-emissjonijiet jew ir-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma ma jibqgħux jinsabu iktar. L-emissjonijiet u r-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma għandhom ikunu kkwantifikati kif ġej:
Fejn:
Jistgħu jiġu applikati metodi oħrajn għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet jew tar-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma mit-tnixxijiet jekk dawn ikunu approvati mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi li huma iktar preċiżi mill-metodu ta’ hawn fuq. L-ammont tal-emissjonijiet imnixxija mill-kumpless tal-ħżin għandu jkun ikkwantifikat għal kull avveniment tat-tnixxija li jkollu inċertezza massima ġenerali matul il-perjodu ta’ rrapurtar ta’ ± 7,5 %. F’każ li l-inċertezza ġenerali tal-approċċ tal-kwantifikazzjoni applikat tkun ta’ iktar minn ± 7,5 %, għandu jkun applikat aġġustament, kif ġej: CO2,Irrappurtat [t tas-CO2] = CO2,Ikkwantifikat [t tas-CO2] × (1 + (L-inċertezzaTas-sistema [%]/100) – 0,075) Fejn:
|