4.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Marzu 2010

dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea rigward l-abbozz ta’ Deċiżjoni 1/2003 u l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni 1/2003 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/308/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/917/KE tat-3 ta’ Ottubru 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Interbus dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003.

(2)

L-Artikolu 23 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli mill-ġestjoni tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 23(3) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt huwa meħtieġ li jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(4)

Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli, skont l-Artikolu 24(2)(ċ) tal-Ftehim għall-adattament tal-Anness I għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u l-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli, skont l-Artikolu 24(2)(e) tal-Ftehim, għall-addattament tar-rekwiżiti rigward id-dispożizzjonijiet soċjali msemmija fl-Artikolu 8 tal-Ftehim sabiex jiġu inkorporati l-miżuri l-ġodda meħuda fl-Unjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 24(1) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim. Għal dan il-għan, għandha ssir rakkomandazzjoni li tkun favur l-użu ta’ rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness għall-Ftehim.

(6)

L-Unjoni hija meħtieġa tadotta pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni u l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-Kumitat Konġunt.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 23 tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni u l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni mehmużin.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BLANCO


(1)  ĠU L 321, 26.11.2002, p. 11.


Abbozz ta’ Deċiżjoni Nru 1/2003 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank

ta’ …

li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u li tadatta l-Anness I għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, l-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunisdra l-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 23(3) tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), il-Kumitat Konġunt huwa meħtieġ li jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(2)

Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli, skont l-Artikolu 24(2)(ċ) tal-Ftehim, li jadatta l-Anness I għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u l-Anness 2 għall-Ftehim dwar l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli, skont l-Artikolu 24(2)(e) tal-Ftehim, għall-adattament tar-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim sabiex jiġu inkorporati l-miżuri l-ġodda meħuda fl-Unjoni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni huma b’dan adottati.

Artikolu 2

L-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, l-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim huma b’dan adattati kif stabbilit fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, …

Il-President

Is-Segretarju


(1)  ĠU L 321, 26.11.2002, p. 13.

ANNESS I

Regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank

Artikolu 1

L-Isem tal-Kumitat Konġunt

Il-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 23 tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank għandu minn hawn ’il quddiem jissejjaħ “il-Kumitat”.

Artikolu 2

Presidenza

1.   Il-Kumitat għandu jkun ippresjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Kummissjoni”), f’isem l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni, jew fejn ikun meħtieġ id-deputat tiegħu, għandu jwettaq id-doveri ta’ President tal-Kumitat.

3.   Il-President għandu jmexxi x-xogħol tal-Kumitat.

Artikolu 3

Delegazzjonijiet

1.   Il-partijiet li għalihom il-Ftehim ikun daħal fis-seħħ (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-partijiet”) għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom fuq il-Kumitat. Id-delegazzjoni tal-Unjoni għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, assistiti minn rappreżentanti tal-Istati Membri.

2.   Kull parti għandha taħtar il-kap u, fejn hu meħtieġ, deputat kap tad-delegazzjoni tagħha.

3.   Kull parti tista’ taħtar rappreżentanti ġodda fuq il-Kumitat. Is-Segretarju tal-Kumitat għandu jiġi mgħarraf minnufih bil-miktub bi kwalunkwe tibdil ta’ dan it-tip.

4.   Rappreżentanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat bħala osservaturi. Il-President, bil-qbil tal-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni, jista’ jistieden persuni li m’humiex membri ta’ delegazzjonijiet biex jattendu laqgħa tal-Kumitat sabiex jipprovdu tagħrif dwar suġġetti speċifiċi.

5.   Mill-anqas ġimgħa qabel il-laqgħa, il-partijiet għandhom jgħarrfu lis-Segretarju tal-Kumitat bil-kompożizzjoni tad-delegazzjoni tagħhom.

Artikolu 4

Segretarjat

1.   Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Kumitat. Is-Segretarju għandu jinħatar mill-President tal-Kumitat u għandu jwettaq id-doveri tiegħu sakemm jiġi maħtur Segretarju ġdid. Il-President għandu jgħarraf lill-partijiet l-oħra l-isem u d-dettalji tas-Segretarju.

2.   Is-Segretarju għandu jkun responsabbli għall-komunikazzjoni bejn id-delegazzjonijiet, inkluża t-trażmissjoni ta’ dokumenti, u għandu jissorvelja d-doveri segretarjali.

Artikolu 5

Laqgħat tal-Kumitat

1.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ fuq it-talba ta’ mill-anqas parti waħda. Din għandha tkun organizzata mill-President.

2.   Il-President għandu jibgħat l-avviż tal-laqgħa, flimkien mal-abbozz tal-aġenda u d-dokumenti tal-laqgħa, lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet l-oħra mill-anqas 15-il ġurnata ta’ xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   Parti tista’ titlob lill-President iqassar il-perijodi tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 2 biex iqis l-urġenza ta’ kwistjoni partikolari.

4.   Sakemm il-kapijiet tad-delegazzjonijiet ma jiddeċidux xort’oħra, il-laqgħat tal-Kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi.

5.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ fi Brussell, sakemm il-partijiet ma jiddeċidux li jiltaqgħu band’oħra.

Artikolu 6

Aġenda

1.   Il-President, mgħejjun mis-Segretarju, għandu jfassal l-abbozz tal-aġenda għal kull laqgħa u għandu jiffissa d-data u l-post tal-laqgħa wara li jkun ikkonsulta lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet l-oħra. Il-President għandu jibgħat l-aġenda proviżorja lill-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni mill-anqas 15-il ġurnata ta’ xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. L-aġenda għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta’ ħidma kollha meħtieġa.

2.   Il-perijodu tal-avviż stipulat fil-paragrafu 1 m’għandux japplika għal-laqgħat urġenti msejħa b’konformità mal-Artikolu 5(3).

3.   Kull parti tista’ tipproponi punt wieħed jew aktar li għandhom jiżdiedu mal-aġenda proviżorja mill-anqas 24 siegħa qabel il-bidu tal-laqgħa. Talbiet għaż-żieda ta’ punti mal-aġenda għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-President, b’indikazzjoni tar-raġuni għal dan.

4.   Fil-bidu tal-laqgħa, il-Kumitat għandu jadotta l-aġenda. Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li jżid mal-aġenda punt li ma jinsabx fuq l-aġenda proviżorja.

Artikolu 7

Adozzjoni ta’ atti

1.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jiġu adottati b’vot unanimu tal-partijiet rappreżentati, b’konformità mal-Artikolu 23(5) u (6) tal-Ftehim. Ir-rakkomandazzjonijiet, u b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 24(2)(g) tal-Ftehim, għandhom jittieħdu b’kunsens bejn id-delegazzjonijiet tal-partijiet rappreżentati. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom iġibu t-titolu ta’ “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” segwiti b’numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u indikazzjoni tal-kontenut tagħhom.

2.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għandhom iġibu l-firma tal-President u tas-Segretarju. Dawn għandhom jintbagħtu mis-Segretarju lill-Kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni.

3.   Kull parti tista’ tiddeċiedi li tippubblika kwalunkwe att adottat mill-Kumitat.

4.   L-atti tal-Kumitat jistgħu jiġu adottati permezz tal-proċedura bil-miktub fejn dan ġie miftiehem mill-kapijiet tad-delegazzjoni. Il-President għandu jippreżenta l-abbozz tal-att lill-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni li għandhom jindikaw bħala tweġiba jekk jaċċettawx jew ma jaċċettawx l-abbozz, jekk jipproponux emendi għall-abbozz jew jekk jeħtiġux aktar żmien biex jikkunsidrawh. Jekk l-abbozz jiġi adottat, il-President għandu jiffinalizza d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni b’konformità mal-paragrafi 1 u 2.

5.   Ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet għandhom jiġu mfassla bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, u dawn it-testi huma awtentiċi. Kull parti għandha tkun responsabbli mit-traduzzjoni korretta tar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet għal-lingwa jew lingwi uffiċjali tagħha. It-traduzzjoni f’lingwi oħra tal-Unjoni għandha ssir mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Minuti

1.   Is-Segretarju għandu jfassal, taħt ir-responsabbiltà tal-President, abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa tal-Kumitat fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol wara l-laqgħa.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta’ kull punt fuq l-aġenda:

dettalji tad-dokumenti ppreżentati lill-Kumitat,

dikjarazzjonijiet li parti talbet li jiġu rreġistrati,

id-deċiżjonijiet li ttieħdu, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-konklużjonijiet adottati.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat għall-approvazzjoni b’konformità mal-proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(4). Jekk din il-proċedura ma titlestiex, il-minuti għandhom jiġu adottati mill-Kumitat fil-laqgħa tiegħu li jmiss.

4.   Ladarba adottati mill-Kumitat, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u mis-Segretarju u miżmuma mis-Segretarju. Għandha tintbagħat kopja mis-Segretarju lill-kapijiet l-oħra tad-delegazzjoni.

Artikolu 9

Kunfidenzjalità

Minkejja d-dispożizzjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ atti stipulata fl-Artikolu 7(3), id-deliberazzjonijiet tal-laqgħat u d-dokumenti tal-Kumitat għandhom ikunu rregolati mis-sigriet professjonali.

Artikolu 10

Spejjeż

1.   Kull parti għandha tħallas l-ispejjeż li tonfoq biex tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat.

2.   Il-Kumitat għandu jiddeċiedi dwar ir-rimborż ta’ spejjeż konnessi ma’ missjonijiet assenjati lil persuni msejħa mill-President b’konformità mal-Artikolu 3(4).

Artikolu 11

Korrispondenza

Il-korrispondenza kollha mal-President tal-Kumitat jew mingħandu għandha tintbagħat lis-Segretarju tal-Kumitat. Is-Segretarju għandu jibgħat kopja tal-korrispondenza kollha relatata mal-Ftehim lid-delegazzjonijiet kollha.

Artikolu 12

Lingwi

Il-lingwi użati fil-laqgħat tal-Kumitat u f’dokumenti għandhom jiġu deċiżi mill-Kumitat. M’għandu jkun hemm l-ebda obbligu għall-parti li tkun qed tospita l-laqgħa li tipprovdi interpretazzjoni għal-lingwi l-oħra.

ANNESS II

Adattament tal-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, tal-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim  (1)

1.   Adattament tal-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri

L-att li ġej tal-Unjoni huwa miżjud mal-Anness 1 għall-Ftehim:

“Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51)”.

2.   Adattament tal-Anness 2 għall-Ftehim li jikkonċerna l-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabankijiet u l-kowċijiet

1.

Fl-Artikolu 1 tal-Anness 2 għall-Ftehim, il-punti (a), (b), (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

Testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq:

Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12);

Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1) kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta’ April 2003 (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 37);

(b)

Apparat li jillimita l-veloċità:

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8);

(ċ)

Dimensjonijiet massimi u piżijiet massimi:

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tipprovdi rigward ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fil-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47);

Id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1997 dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE (ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1) kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/19/KE tal-21 ta’ Marzu 2003 (ĠU L 79, 26.3.2003, p. 6);

(d)

Tagħmir ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2009 tas-16 ta’ Diċembru 2009 li jadatta, għall-għaxar darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat tar-reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq għall-progress tekniku (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 3) jew regoli ekwivalenti stabbiliti mill-Ftehim AETR inklużi l-Protokolli tiegħu.”

2.

L-Artikolu 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

it-test li ġej jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu u qabel it-tabella:

 

“Emissjonijiet tal-egżost:

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu gassużi u ta’ partikolati minn magni b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu b’gass naturali jew gass likwidu tal-pitroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE tal-10 ta’ April 2001 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ sustanzi li li jniġġsu gassużi u ta’ partikolati minn magni b’ compression-ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ sustanzi gassużi li jniġġsu minn magni b’ positive-ignition li jaħdmu b’gass naturali jew gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 107, 18.4.2001, p. 10);

Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/74/KE tat-18 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 51);

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (EURO VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1);

 

Duħħan:

Id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta’ Awwissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu minn magni bid-diesel għall-użu fil-vetturi (ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1) kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/21/KE tas-7 ta’ Marzu 2005 (ĠU L 61, 8.3.2005, p. 25);

 

Emissjonijiet ta’ ħsejjes:

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-egżost tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE tal-14 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 49);

 

Apparat tal-ibbrejkjar:

Id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-KUmmissjoni 2002/78/KE tal-1 ta’ Ottubru 2002 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 267, 4.10.2002, p. 23);

 

Tajers:

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 li tirrigwarda t-tajers ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/11/KE tas-16 ta’ Frar 2005 (ĠU L 46, 17.2.2005, p. 42);

 

Apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl:

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/89/KE tal-24 ta’ Settembru 2008 li temenda, għall-għanijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE rigward l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 257, 25.9.2008, p. 14);

 

Tankijiet tal-karburant:

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu mat-tankijiet ta’ karburant likwidu u mezzi ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 76, 6.4.1970, p. 23) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/20/KE tas-17 ta’ Frar 2006 (ĠU L 48, 18.2.2006, p. 16);

 

Mirja tal-veduta ta’ wara:

Id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni skont it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħassar id-Direttiva 71/127/KEE (ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/27/KE tad-29 ta’ Marzu 2005 (ĠU L 81, 30.3.2005, p. 44);

 

Ċintorini tas-sigurtà - Installazzjoni:

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin f’vetturi bil-mutur (ĠU L 220, 29.8.1977, p. 95) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 146);

 

Ċintorini tas-sigurtà - Ankoraġġi għaċ-ċintorini tas-sigurtà:

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal- ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 24, 30.1.1976, p. 6) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 149);

 

Sedili:

Id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE tat-22 ta’ Lulju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi nterni ta’ vetturi bil-mutur (saħħa tas-sedili u tal-ankoraġġi tagħhom) (ĠU L 221, 12.8.1974, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 143);

 

Kostruzzjoni interna (prevenzjoni mir-riskju tat-tixrid tan-nar):

Id-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-mod kif iġibu ruħhom fi ħruq ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni minn ġewwa ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 1);

 

Arranġament intern (Ħruġ ta’ emerġenza, aċċessibbiltà, dimensjoni tas-sedili, reżistenza tas-sovrastruttura, eċċ.):

Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tirrigwarda d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta’ passiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b’żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE (ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1).”

(b)

it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Intestatura

Regolament NU-KEE/l-aħħar serje ta’ emendi

Att tal-Unjoni (oriġinali - l-aktar reċenti)

Emissjonijiet tal-egżost

49/01

49/02, approvazzjoni tat-tip A

49/02, approvazzjoni tat-tip B

Direttiva 88/77/KEE

Direttiva 2001/27/KE

Direttiva 2005/55/KE

Direttiva 2008/74/KE

Regolament (KE) Nru 595/2009

Duħħan

24/03

Direttiva 72/306/KEE

Direttiva 2005/21/KE

Emissjonijiet ta’ ħsejjes

51/02

Direttiva 70/157/KEE

Direttiva 2007/34/KE

Apparat tal-ibbrejkjar

13/11

Direttiva 71/320/KEE

Direttiva 2002/78/KE

Tajers

54

Direttiva 92/23/KEE

Direttiva 2005/11/KE

Apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl

48/01

Direttiva 76/756/KEE

Direttiva 2008/89/KE

Tank tal-karburant

34/02

67/01

110

Direttiva 70/221/KEE

Direttiva 2006/20/KE

Mirja tal-veduta ta’ wara

46/01

Direttiva 2003/97/KE

Direttiva 2005/27/KE

Ċintorini tas-sigurtà - Installazzjoni

16/06

Direttiva 77/541/KEE

Direttiva 2005/40/KE

Ċintorini tas-sigurtà - Ankoraġġi

14/07

Direttiva 76/115/KEE

Direttiva 2005/41/KE

Sedili

17/08

80/01

Direttiva 74/408/KEE

Direttiva 2005/39/KE

Kostruzzjoni interna (prevenzjoni mir-riskju tat-tixrid tan-nar)

118

Direttiva 95/28/KE

Arranġament intern (ħruġ ta’ emerġenza, aċċessibbiltà, dimensjoni tas-sedili)

107.02

Direttiva 2001/85/KE

Protezzjoni fil-każ ta’ qlib

66.01

Direttiva 2001/85/KE”

3.   Adattament tar-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet soċjali msemmijin fl-Artikolu 8 tal-Ftehim

1.

Wara l-inklużjoni tad-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajbin għat-triq (ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1), l-Artikolu 8 tal-Anness 2 għall-Ftehim, l-Anness IIa għall-Ftehim u l-Anness IIb għall-Ftehim huma mħassrin.

2.

L-atti tal-Unjoni elenkati fl-Artikolu 8 tal-Ftehim huma sostitwiti bl-atti tal-Unjoni li ġejjin: (2)

“—

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88);

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2009 tas-16 ta’ Diċembru 2009 li jadatta, għall-għaxar darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat tar-reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq għall-progress tekniku (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 3);

Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III għad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45);

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9);

Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35);

Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).”


(1)  L-aġġornament tal-atti jieħu kont tal-miżuri l-ġodda adottati mill-Unjoni Ewropea sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(2)  L-aġġornament tal-atti jieħu kont tal-miżuri l-ġodda adottati mill-Unjoni Ewropea sal-31 ta’ Diċembru 2009.


Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni 1/2003 tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank

ta’…

li tikkonċerna l-użu ta’ rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunisdra l-Ftehim Interbus dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank, u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Interbus dwar it-trasport okkażjonali internazjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003.

(2)

Skont l-Artikolu 24(1) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim. Għal dan il-għan, għandha ssir rakkomandazzjoni li tkun favur l-użu ta’ rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness 2 għall-Ftehim.

JIRRAKKOMANDA LI:

il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ħlief l-Unjoni għandhom jużaw rapport tekniku għall-kowċijiet u għax-xarabankijiet fil-forma stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament, soġġett għar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Anness għall-Ftehim.

Magħmul fi Brussell,

Il-President

Is-Segretarju

ANNESS

Rapport tekniku għall-kowċijiet u x-xarabankijiet

Marka u tip tal-vettura

Numru ta’ reġistrazzjoni u kodiċi tal-pajjiż

Data tal-ewwel reġistrazzjoni

Numru tax-chassis

 

Leġislazzjoni tal-Unjoni

Regolament NU-KEE

Numru tal-approvazzjoni

Marka/indikazzjoni fuq il-vettura

Apparat li jillimita l-veloċità

Direttiva 92/6/KEE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/85/KE

 

 

Dimensjonijiet massimi

Direttiva 96/53/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/7/KE Direttiva 97/27/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/19/KE

 

 

Takografu

Regolament (KEE) Nru 3821/85 kif emendat l-aħħar mir- Regolament (UE) Nru 1266/2009

 

 

Emissjonijiet tal-egżost

Direttiva 88/77/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2001/27/KE

Direttiva 2005/55/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2008/74/KE

Regolament (KE) Nru 595/2009

49/01

49/02, approvazzjoni tat-tip A

49/02, approvazzjoni tat-tip B

 

 

Duħħan

Direttiva 72/306/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2005/21/KE

24/03

 

 

Emissjonijiet ta’ ħsejjes

Direttiva 70/157/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2007/34/KE

51/02

 

 

Apparat tal-ibbrejkjar

Direttiva 71/320/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2002/78/KE

13/11

 

 

Tajers

Direttiva 92/23/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2005/11/KE

54

 

 

Apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl

Direttiva 76/756/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2008/89/KE

48/01

 

 

Tank tal-karburant

Direttiva 70/221/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2006/20/KE

34/02

67/01

110

 

 

Mirja tal-veduta ta’ wara

Direttiva 2003/97/KE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/27/KE

46/01

 

 

Ċintorini tas-sigurtà – Installazzjoni

Direttiva 77/541/KEE kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2005/40/KE

16/06

 

 

Ċinturin tas-sigurtà – Ankoraġġi

Direttiva 76/115/KEE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/41/KE

14/07

 

 

Sedili

Direttiva 74/408/KEE kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/39/KE

17/08

80/01

 

 

Kostruzzjoni interna (prevenzjoni mir-riskju tat-tixrid tan-nar)

Direttiva 95/28/KE

118

 

 

Arranġament intern (ħruġ ta’ emerġenza, aċċessibbiltà, dimensjoni tas-sedili)

Direttiva 2001/85/KE

107.02

 

 

Protezzjoni fil-każ ta’ qlib

Direttiva 2001/85/KE

66.01