26.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Frar 2010

dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Frar 2009, l-1 ta’ Marzu 2009, l-1 ta’ April 2009, l-1 ta’ Mejju 2009 u l-1 ta’ Ġunju 2009 għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi

(2010/123/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u s-sistema applikabbli għal impjegati oħrajn ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari 13(2), tal-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 613/2009 (2) ġew stabbiliti, b’applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti ta-Personal, il-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw il-pagi, mill-1 ta’ Lulju 2008, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati fil-pajjiżi terzi.

(2)

Jeħtieġ li jiġu adattati, f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-1 ta’ Frar 2009, l-1 ta’ Marzu 2009, l-1 ta’ April 2009, l-1 ta’ Mejju 2009 u l-1 ta’ Ġunju 2009, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li minn statistika li għandha l-Kummissjoni, joħroġ fid-dieher li f’ċerti pajjiżi terzi l-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skont il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, qabżet il-5 % minn meta ġiet stabbilita l-aħħar,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f’pajjiżi terzi, u li huma mħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati, huma adattati għal ċerti pajjiżi indikati fl-Anness. Dan l-Anness jinkludi ħames tabelli ta’ kull xahar li jindikaw il-pajjiżi kkonċernati kif ukoll id-dati suċċessivi għall-applikazzjoni f’kull pajjiż (l-1 ta’ Frar 2009, l-1 ta’ Marzu 2009, l-1 ta’ April 2009, l-1 ta’ Mejju 2009 u l-1 ta’ Ġunju 2009).

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill, f’isem il-President,

Catherine ASHTON

Viċi President


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 1.


ANNESS

FRAR 2009

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Frar 2009

Rati tal-kambju Frar 2009 (*)

Koeffiċjenti korrettivi Frar 2009 (**)

Azerbajġan (1)

0,9962

1,0578

94,2

Il-Belarus (2)

2 192

3 495,42

62,7

iċ-Ċilì

478,2

810,48

59,0

Iċ-Ċina

8,502

8,9653

94,8

Il-Kolombja

2 300

2 990,32

76,9

L-Indja

35,8

64,075

55,9

L-Indoneżja (Jakarta)

10 540

14 913,8

70,7

Il-Kazakistan (Almaty) (1)

150,2

161,79

92,8

Il-Kenja

78,23

103,009

75,9

Il-Lesotho

6,198

12,9979

47,7

Il-Liberja

84,28

84,6997

99,5

Il-Pakistan

48,48

101,889

47,6

Sierra Leone

3 356

3 998,59

83,9

Trinidad u Tobago

6,291

8,10395

77,6

Iż-Żambja (1)

3 331

6 548,29

50,9


MARZU 2009

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Marzu 2009

Rati ta’ kambju Marzu 2009 (***)

Koeffiċjenti korrettivi Marzu 2009 (****)

Il-Kroazja (3)

7,21

7,386

97,6

L-Istati Uniti (New York)

1,367

1,2782

106,9

L-Etjopja

12,93

14,289

90,5

Il-Kazakistan (Astana)

140,3

191,460

73,3

Il-Papwa Ginea Ġdida (3)

3,265

3,47947

93,8

Is-Sirja

50,24

60,97

82,4

Il-Venezwela (4)

2,496

2,74813

90,8


APRIL 2009

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi April 2009

Rati tal-kambju April 2009 (*****)

Koeffiċjenti korrettivi April 2009 (******)

L-Afrika t’Isfel

6,162

12,8433

48,0

Il-Beliże

1,902

2,5947

73,3

Il-Kamerun (5)

678,9

655,957

103,5

L-Eritrea

10,43

20,8173

50,1

L-Istati Uniti (Washington)

1,264

1,3193

95,8

Il-Gana

1,045

1,859

56,2

L-Iżrael

5,915

5,5288

107,0

Il-Marokk (5)

9,319

11,2015

83,2

In-Niġerja

176,4

196,571

89,7

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (5)

1 185

1 100,11

107,7


MEJJU 2009

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Mejju 2009

Rati tal-kambju Mejju 2009 (*******)

Koeffiċjenti korrettivi Mejju 2009 (********)

L-Arabja Sawdija

4,62

4,8515

95,2

Il-Belarus (6)

2 348

3 735,22

62,9

Il-Ħaiti

66,21

55,0576

120,3

Il-Kirgiżistan

53,52

56,48

94,8

Il-Libanu

1 795

1 999,85

89,8

Il-Kaledonja Ġdida

157

119,332

131,6

Is-Serbja

61,49

94,1782

65,3

Il-Venezwela (7)

2,64

2,85219

92,6


ĠUNJU 2009

Post tal-impjieg

Paritajiet ekonomiċi Ġunju 2009

Rati ta’ kambju Ġunju 2009 (*********)

Koeffiċjenti korrettivi Ġunju 2009 (**********)

L-Alġerija

80,51

100,892

79,8

L-Azerbajġan (8)

1,048

1,11513

94,0

Il-Bosnja-Ħerzegovina (Sarajevo)

1,437

1,95583

73,5

Il-Kamerun (9)

644,4

655,957

98,2

Il-Kongo (Brazzaville)

794

655,957

121,0

Il-Kroazja (10)

6,843

7,3305

93,3

Il-Ġeorġja

2,06

2,2857

90,1

Il-Ginea Bissaw

712,6

655,957

108,6

Il-Gżejjer Fiġi

1,78

2,91971

61,0

Il-Gżejjer Solomon

10,23

10,9681

93,3

Il-Kazakistan (Almaty) (8)

159,4

209,7

76,0

Il-Marokk (9)

8,821

11,2615

78,3

Il-Messiku

11,97

18,3176

65,3

In-Nikaragwa

15,79

28,0214

56,3

In-Norveġja

11,26

8,9615

125,6

L-Uzbekistan

1 053

2 032,12

51,8

Il-Papwa Ginea Ġdida (10)

3,456

3,87597

89,2

Il-Paragwaj

4 748

7 003,48

67,8

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (9)

1 277

1 083,84

117,8

Is-Sudan tan-Nofsinhar (Juba)

3,108

3,37579

92,1

L-Isvizzera (Ġinevra)

1,692

1,5117

111,9

It-Taġikistan

3,498

6,04787

57,8

It-Turkija

1,654

2,1775

76,0

L-Ukraina

8,155

10,6411

76,6

L-Urugwaj

23,59

32,7002

72,1

Il-Jemen

187,9

279,175

67,3

Iż-Żambja (8)

3 540

7 126,41

49,7


(*)  1 EURO = unitajiet ta’ munita nazzjonali (ħlief għal Kuba, l-Ekwado u El Salvador, fejn minflok jintużaw l-USD).

(**)  Brussell = 100 %.

(1)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar 2009 u għal Ġunju 2009.

(2)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar 2009 u għal Mejju 2009.

(***)  1 EURO = unitajiet ta’ munita nazzjonali (ħlief għal Kuba, l-Ekwado u El Salvador, fejn minflok jintużaw l-USD).

(****)  Brussell = 100 %.

(3)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Marzu 2009 u għal Ġunju 2009.

(4)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Marzu 2009 u għal Mejju 2009.

(*****)  1 EURO = unitajiet ta’ munita nazzjonali (ħlief għal Kuba, l-Ekwado u El Salvador, fejn minflok jintużaw l-USD).

(******)  Brussell = 100 %.

(5)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal April 2009 u għal Ġunju 2009.

(*******)  1 EURO = unitajiet ta’ munita nazzjonali (ħlief għal Kuba, l-Ekwado u El Salvador, fejn minflok jintużaw l-USD).

(********)  Brussell = 100 %.

(6)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar 2009 u għal Mejju 2009.

(7)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Marzu 2009 u għal Mejju 2009.

(*********)  1 EURO = unitajiet ta’ munita nazzjonali (ħlief għal Kuba, l-Ekwado u El Salvador, fejn minflok jintużaw l-USD).

(**********)  Brussell = 100 %.

(8)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Frar 2009 u għal Ġunju 2009.

(9)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal April 2009 u għal Ġunju 2009.

(10)  Il-Koeffiċjenti ta’ dan il-post hu adattat darbtejn: għal Marzu 2009 u għal Ġunju 2009.