1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/60


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1175/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aglio Bianco Polesano (DPO)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Aglio Bianco Polesano” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 104, 6.5.2009, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE:

1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, ipproċessati jew mhumiex

L-ITALJA

Aglio Bianco Polesano (DPO)