1.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/1


REGOLAMENT (KE) Nru 767/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-ilħuq ta’ livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-annimali huwa wieħed mill-objettivi fundamentali tal-liġi dwar l-ikel, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3). Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-approċċ mill-irziezet sal-furketta li jqis l-għalf bħala stadju sensittiv fil-bidu tal-katina tal-ikel. Wieħed mill-objettivi fundamentali ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika.

(2)

Il-produzzjoni tal-għalf hija għan importanti għall-prodotti agrikoli Ewropej, meta jitqies li l-parti kbira tal-materjal użat għall-produzzjoni tal-għalf hija magħmula minn prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat. Barra minn hekk, l-għalf huwa ta’ sinifikat kruċjali għall-5 miljun bidwi li jrabbu l-annimali fil-Komunità peress li jirrappreżenta l-akbar spiża.

(3)

L-għalf jista’ jkun f’forma ta’ materjali tal-għalf, għalf kompost, addittivi tal-għalf, taħlitiet imħejjija minn qabel jew prodotti medikati għall-għalf tal-annimali. Ir-regoli għat-tqegħid fis-suq ta’ addittivi tal-għalf huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (4) u għall-materjali tal-għalf medikat fid-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta’ Marzu 1990 li tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fis-suq u l-użu fil-Komunità ta’ prodotti tal-ikel medikat (5).

(4)

Il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ materjali tal-għalf u għalf kompost li jinkludu l-ikel tal-annimal domestiċi, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-marketing ta’ għalf kompost (6), id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta’ Settembru 1993 dwar l-oġġetti tal-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari (7) (“għalf djetetiku”), id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali tal-għalf tal-bhejjem (8) u d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (9) (“bijo-proteini”), jeħtieġ li jiġu aġġornati u sostitwiti minn regolament uniku. Għall-fini ta’ ċarezza, id-Direttiva tal-Kunsill 83/228/KEE dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-evalwazzjoni ta’ ċerti prodotti użati għan-nutrizzjoni tal-annimali (10) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE tat-2 ta’ Mejju 1980 li tawtorizza, f’ċerti każi, it-tqegħid fis-suq ta’ għalf għall-annimali kompost f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati (11) għandhom jiġu mħassra.

(5)

Bħala konsegwenza tat-tħassir tad-Direttiva 79/373/KEE permezz ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva tal-Kunsill 93/113/KE tal-14 ta’ Diċembru 1993 dwar l-użu u l-bejgħ tal-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjoni tagħhom fin-nutrijenti tal-annimali (12) għandha tiġi mħassra wkoll. Barra minn dan, fid-dawl tat-tħassir tad-Direttiva 79/373/KEE, u meta jitqies li dan ir-Regolament jinkludi regoli dwar l-ittikettar ta’ għalf li jkun fih l-additivi, l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (13), li baqa’ fis-seħħ wara t-tħassir tad-Direttiva 70/524/KEE permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għandu jitħassar.

(6)

Għall-kuntrarju tad-definizzjoni ta’ ikel, skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, id-definizzjoni ta’ għalf ma tinkludix l-ilma. Barra minn hekk, peress li l-ilma mhux kummerċjalizzat għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, dan ir-Regolament m’għandux jinkludi kondizzjonijiet għall-ilma użat fin-nutrizzjoni tal-annimali. Madankollu, hija għandha tapplika għall-għalf li jingħata permezz tal-ilma. L-użu tal-ilma min-negozji tal-għalf huwa kopert mir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (14), li jistipula li għandu jintuża ilma nadif kull meta meħtieġ biex tiġi evitata kontaminazzjoni perikoluża u li l-ilma użat fil-manifattura tal-għalf għandu jkun ta’ kwalità xierqa.

(7)

Minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-katina tal-għalf u tal-ikel, huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika għall-għalf kemm tal-annimali li jipproduċu l-ikel u dawk li ma jipproduċux ikel, inklużi l-annimali selvaġġi.

(8)

Ir-responsabiltajiet tal-operaturi tan-negozju tal-għalf stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 183/2005 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, fir-rigward tal-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

(9)

Sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (15). Dawk il-kontrolli għandhom ikopru mhux biss id-dettalji tal-ittikkettar obbligatorju iżda ukoll ta’ dak volontarju. Sabiex ikun jista’ jsir kontroll tad-data dwar il-kompożizzjoni, għandhom jiġu determinati tolleranzi permissibbli għall-valuri fuq it-tikketti.

(10)

Sabiex ikunu jistgħu jiġu mmaniġġjati r-riskji ta’ sikurezza tal-għalf, il-lista ta’ materjali li t-tqegħid tagħhom fis-suq għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali huwa pprojbit, kif previst attwalment bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (16), flimkien ma’ lista ta’ materjali li t-tqegħid tagħhom fis-suq għal finijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali hija ristretta, għandha tiġi inkluża f’Anness għal dan ir-Regolament. Madankollu, l-eżistenza ta’ tali Anness m’għandhiex tkun interpretata li tfisser li l-prodotti kollha mhux elenkati jistgħu, b’dan il-mod, jitqiesu bħala sikuri.

(11)

Id-distinzjoni bejn materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf u prodotti oħra bħall-mediċini veterinarji għandha implikazzjonijiet għall-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bħal dawn. Il-materjali tal-għalf huma primarjament użati għal-ħtiġijiet tal-annimali, per eżempju, għall-enerġija, in-nutrijenti, il-minerali jew il-fibri djetetiċi. Huma normalment ma jkunux definiti sew kimikament għajr għall-kostitwenti nutrizzjonali bażiċi. Effetti li jistgħu jkunu ġustifikati permezz ta’ valutazzjoni xjentifika u li huma esklussivi għall-addittivi tal-għalf jew mediċini veterinarji għandhom jiġu esklużi mill-użijiet oġġettivi ta’ materjali tal-għalf. Għalhekk, huwa xieraq li jitfasslu linji gwida li mhumiex vinkolanti għad-distinzjoni bejn dawn it-tipi ta’ prodotti. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiċċara jekk prodott ikunx jikkostitwixxi għalf għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Id-definizzjoni ta’ materjali tal-għalf komplementari fid-Direttiva 79/373/KEE ħolqot problemi ta’ applikazzjoni f’diversi Stati Membri. Huwa xieraq li tiġi ċċarata d-distinzjoni bejn għalf komplimentari u taħlitiet imħejjija minn qabel għall-finijiet tal-applikazzjoni korretta tar-Regolament (KE) Nru 183/2005.

(13)

Sabiex tkun possibbli applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni, l-għalf komplementari m’għandux jinkludi addittivi ogħla minn ċertu livell. Madankollu, għalf konċentrat ħafna, bħal-licking buckets li fihom il-minerali, jistgħu jintużaw għat-tmigh dirett jekk il-kompożizzjoni tissodisfa l-għan nutrizzjonali partikolari fir-rigward tal-użu maħsub rilevanti. Il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta’ dan l-għalf irid jidher fuq it-tikketta sabiex ikun żgurat li r-regoli dwar il-kontenut tal-addittivi tal-għalf fir-razzjon ta’ kuljum jiġi rrispettat.

(14)

Id-Direttiva 82/471/KEE kienet immirata biex ittejjeb il-provvista ta’ għalf użat bħala sors dirett u indirett ta’ proteini fil-Komunità. Dik id-Direttiva teħtieġ proċedura ta’ awtorizzazzjoni qabel it-tqegħid fis-suq fir-rigward tal-bijo-proteini kollha possibbli. Madankollu, kienu biss ftit ħafna l-awtorizzazzjonijiet ġodda li ngħataw s’issa, u n-nuqqas ta’ għalf għoli fil-proteini għadu evidenti. Għalhekk, il-ħtieġa tal-awtorizzazzjoni ġenerali qabel it-tqegħid fis-suq instab li kienat projbittiva, u li minflok ir-riskji tas-saħħa jistgħu jiġu ttrattati permezz tal-projbizzjoni tal-prodotti riskjużi msejsa fuq is-sorveljanza tas-suq. Fil-każijiet fejn ir-riżultat tal-istima tar-riskju ta’ bijo-proteina ikun negattiv, iċ-ċirkolazzjoni jew l-użu tagħha għandha tiġi projbita. Għalhekk, il-ħtieġa speċjali ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ qabel it-tqegħid fis-suq tal-bijo-proteini għandha tiġi abolita, bil-konsegwenza li s-sistema ta’ sikurezza għal dawn il-prodotti tkun l-istess għall-materjali l-oħra kollha tal-għalf. Ir-restrizzjonijiet eżistenti jew il-projbizzjoni ta’ ċerti bijo-proteini m’għandhomx ikunu affettwati.

(15)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/74/KEE implimentati bid-Direttiva 2008/38/KE tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (17) wrew li qed jaħdmu sew. Għaldaqstant, il-lista ta’ użi maħsuba għandha tinżamm u għandhom isiru dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament għall-aġġornament tagħha. B’mod partikolari, l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel għandha tiġi kkonsultata dwar l-effikaċja u s-sikurezza ta’ tali għalf meta, abbażi ta’ informazzjoni xjentifika u teknoloġika disponibbli, ikun hemm raġunijiet li jindikaw li l-użu tal-għalf in kwistjoni jista’ ma jilħaqx l-iskop nutrizzjonali partikolari maħsub jew jista’ jkollu effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent jew it-trattament xieraq tal-annimali.

(16)

L-evidenza xjentifika għandha tkun fattur ewlieni li jrid jitqies fl-użu ta’ dikjarazzjonijiet fir-rigward tal-għalf u l-operaturi tan-negozju tal-għalf li jużaw dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġġustifikawhom. Dikjarazzjoni tista’ tkun ġustifikata xjentifikament billi titqies it-totalità tad-data xjentifika disponibbli, u billi titqies l-evidenza.

(17)

L-ittikkettar iservi għal finijiet ta’ infurzar, traċċabiltà u kontroll. Barra minn dan, it-tikkettar għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lix-xerrejja sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar għażla għall-bżonnijiet tagħhom, u għandu jkun konsistenti, koerenti, trasparenti u li jinftiehem. Billi x-xerrejja, b’mod partikolari l-bdiewa tal-annimali jagħmlu l-għażliet tagħhom mhux biss fil-punt tax-xiri fejn jistgħu jispezzjonaw il-pakketti tal-għalf, ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni tat-tikkettar għandhom japplikaw mhux biss għat-tikketti fuq il-prodott, iżda wkoll għal tipi oħra ta’ komunikazzjoni bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. Barra minn dan, dawk il-prinċipji għandhom japplikaw ukoll għall-preżentazzjoni u r-reklamar tal-għalf.

(18)

L-ittikkettar jipprovdi informazzjoni obbligatorja u volontarja. L-informazzjoni obbligatorja għandha tgħaqqad ir-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf jew għall-għalf kompost rispettivament, u rekwiżiti addizzjonali fil-każ ta’ għalf djetetiku, materjal ikkontaminat u għalf għall-annimali domestiċi.

(19)

Il-qagħda attwali fir-rigward tal-impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura ta’ materjali għall-għalf u minn għajnuniet għall-ipproċessar mhijiex sodisfaċenti. Sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ sikurezza tal-għalf u b’hekk ukoll livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika, u sabiex tittejjeb it-trasparenza, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar il-livelli aċċettabbli ta’ dawn l-impuritajiet kimiċi skont il-prattika tajba kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 183/2005.

(20)

Il-prinċipju eżistenti li ċertu addittivi tal-għalf biss għandhom jiġu ttikkettati la darba jintużaw fil-materjali tal-għalf u l-għalf kompost qed jaħdem sew. Madankollu, jeħtieġ li il-kategorizzazzjoni li tirriżulta mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tiġi aġġornata u modernizzata, ukoll minħabba l-fatt li partikolarment is-sidien tal-annimali domestiċi jistgħu jitfixklu b’xi ttikkettar tal-addittivi.

(21)

B’konsegwenza tal-kriżijiet tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u d-dijossina, l-obbligu li jiġi indikat il-persentaġġ bil-piż tal-materjali tal-għalf kollha inkorporati fl-għalf kompost kien ġie introdott fl-2002 bid-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-għalf kompost (18) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, il-livell ta’ sikurezza fl-ikel u l-għalf tjieb b’mod sinifikanti b’riżultat tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 183/2005 u l-miżuri tal-implimentazzjoni tagħhom, b’mod partikolari b’riżultat tal-enfasi mqiegħda fuq ir-responsabbiltà tal-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel, is-sistema mtejba ta’ traċċabbiltà, l-introduzzjoni tal-prinċipju tal-analiżi tar-riskju u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) fin-negozji tal-għalf u l-ħolqien ta’ gwidi għal prattiki tajba ta’ iġjene fin-negozji tal-għalf. Fid-dawl ta’ dawn il-kisbiet pożittivi, li jirriflettu ruħhom fin-notifiki tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF), l-obbligu li jintwera l-persentaġġ bil-piż tal-materjali tal-għalf kollha inkorporati fl-għalf kompost fuq it-tikketta m’għadux meħtieġ għall-fini li jkun żgurat li jkun livell għoli ta’ sikurezza tal-għalf u b’hekk livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika. Il-persentaġġi eżatti jistgħu, madankollu, jingħataw fuq bażi volontarja bil-għan li tingħata informazzjoni adegwata lix-xerrejja. Barra minn hekk, minħabba li l-awtoritajiet kompetenti għandhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-persentaġġi eżatti skont il-piż tal-materjali kollha tal-għalf inkorporati f’għalf kompost, huma għandhom ikunu jistgħu, għal raġunijiet ta’ urġenza relatata mas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew mal-ambjent, u skont id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (19), li jipprovdu aktar informazzjoni lix-xerrejja.

(22)

Biex tkun żgurata informazzjoni xierqa lix-xerrej u biex jiġi evitat li jkun żgwidat, il-persentaġġ bil-piż eżatt għandu, madankollu, ikun meħtieġ f’dawk il-każijiet fejn il-materjal tal-għalf in kwistjoni ikun enfasizzat fuq it-tikkettar tal-għalf kompost.

(23)

Madankollu, it-turija tal-materjali tal-għalf inkorporati fl-għalf kompost f’ordni mill-itqal għall-iħfef diġà tipprovdi informazzjoni importanti dwar id-data tal-kompożizzjoni. F’ċerti oqsma fejn il-produttur mhuwiex obligat li jniżżel dettalji fuq it-tikketta, ix-xerrej għandu jkollu l-possibbiltà li jitlob aktar informazzjoni. F’każijiet bħal dawn, għandu jinżamm marġni ta’ ± 15 % tal-valur iddikjarat.

(24)

Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-produtturi għandhom jitħarsu. Għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandha tapplika d-Direttiva 2004/48/KE. Għandu jiġi rikonoxxut ukoll li l-kompożizzjoni kwantitattiva tal-għalf kompost, għall-kuntrarju tal-ismijiet tal-materjali tal-għalf li jinsabu fiha, tista’, taħt ċerti kondizzjonijiet, titqies bħala informazzjoni kunfidenzjali li għandha titħares.

(25)

Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (20) ma tapplikax għat-tikkettar ta’ għalf b’livelli eċċessivi ta’ sustanzi mhux mixtieqa. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tikkettar adegwat u implimentazzjoni sewwa tal-projbizzjoni fuq id-diluzzjoni prevista fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, sakemm dawn il-materjali kkontaminati jiġu de-tossifikati minn stabbiliment għad-de-tossifikazzjoni, approvat f’konformità mal-Artikolu 10(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, jew sakemm jitnaddfu.

(26)

Derogi mir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar għandhom jiġu previsti sakemm l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti ma tkunx meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew l-annimali jew l-interessi tal-konsumatur u tkun ta’ piż żejjed għall-produttur jew għall-operaturi tan-negozju tal-għalf responsabbli għat-tikkettar. Abbażi tal-esperjenza, tali derogi għandhom ikunu previsti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ għalf ikkonsenjat minn bidwi għal ieħor għall-użu fir-razzett tiegħu, għal kwantitajiet żgħar, għal għalf kompost mhux magħmul minn aktar minn tliet materjali tal-għalf u għal taħlitiet ta’ qmuħ mill-pjanta sħiħa, żrieragħ u frott.

(27)

Bħala regola ġenerali, għalf kompost għandu jiġi kkummerċjalizzat f’kontenituri ssiġillati, iżda derogi xierqa għandhom jiġu previsti sakemm l-applikazzjoni ta’ din il-ħtieġa ma tkunx meħtieġa biex titħares is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimal jew interessi tal-konsumatur u tirrappreżenta piż eċċessiv għall-operaturi tan-negozju tal-għalf.

(28)

Il-Parti B tal-Anness tad-Direttiva 96/25/KE u l-kolonni 2 sa 4 tal-Anness għad-Direttiva 82/471/KEE fihom listi ta’ deżinjazzjonijiet, deskrizzjonijiet u dispożizzjonijiet għat-tikkettar għal ċerti materjali tal-għalf. Dawk il-listi jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-prodott bejn il-produttur u x-xerrej. L-esperjenza tal-involviment tal-partijiet interessati biex jiġu ffissati standards volontarji permezz ta’ linji gwida Komunitarji fil-qasam tal-iġjene tal-għalf kienet dejjem pożittiva. L-elenkar aktar estensiv mill-partijiet interessati seta’ jkun aktar flessibbli, u addattat aħjar għar-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-utent milli kieku sar mil-leġiżlatur. Il-partijiet interessati jistgħu jiddeċiedu dwar l-isforzi ddedikati skont l-importanza tal-lista tal-materjal tal-għalf partikolari. Jidher, għalhekk, li jkun mixtieq li jiġi stabbilit Katalogu mhux eżawrjenti ta’ materjali tal-għalf li għandhom jintużaw mill-operaturi tan-negozju tal-għalf fuq bażi volontarja, ħlief fir-rigward tal-użu tal-isem tal-materjal tal-għalf.

(29)

Il-listi attwali ta’ materjali tal-għalf li jinsabu fil-Parti B tal-Anness għad-Direttiva 96/25/KE u l-kolonni 2 sa 4 tal-Annes għad-Direttiva 82/471/KEE għandhom jikkostitwixxu l-verżjoni inizjali tal-Katalogu Komunitarju ta’ materjali tal-għalf. Din il-verżjoni inizjali għandha sussegwentement tiġi ssupplimentata mill-partijiet interessati skont l-interessi tagħhom, inkluż biż-żieda ta’ materjali tal-għalf emerġenti.

(30)

Fl-interess tat-trasparenza, huwa xieraq li materjal tal-għalf li ma jkunx imniżżel fil-katalogu jiġi mgħarraf lir-rappreżentanti tal-partijiet interessati hekk kif dan il-materjal tal-għalf jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq.

(31)

It-tikkettar modern jiffaċilita ambjent kompetittiv tas-suq li fih l-operaturi dinamiċi, effiċjenti u innovattivi jistgħu jagħmlu użu sħiħ mit-tikkettar biex ibiegħu l-prodotti tagħhom. B’konsiderazzjoni kemm tar-relazzjoni bejn in-negozji fil-kummerċjalizzazzjoni tal-għalf għall-bhejjem u kemm dik bejn il-produttur u x-xerrej tal-ikel tal-annimali domestiċi, Kodiċijiet ta’ tikkettar tajjeb għal dawn iż-żewġ oqsma jista’ jkun mezz utli biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ tikkettar modern. Il-kodiċijiet għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet li jippermettu lix-xerrej jagħmel għażliet infurmati. Huma għandhom jagħtu wkoll lill-persuna responsabbli tat-tikkettar gwida importanti dwar elementi differenti tat-tikkettar. Huma jistgħu jassistu fl-interpretazzjoni tal-qafas għat-tikkettar volontarju jew il-preżentazzjoni ta’ tikkettar obligatorju. Il-kodiċijiet għandhom jintużaw fuq bażi volontarja, ħlief f’każijiet fejn l-użu tal-Kodiċi jkun indikat fuq it-tikkettar.

(32)

L-involviment tal-partijiet kollha interessati huwa l-element kruċjali biex tiġi żgurata l-kwalità u l-adegwatezza tal-Katalogu u l-Kodiċijiet għal tikkettar tajjeb. Sabiex jittejbu d-drittijiet tal-utenti għal informazzjoni xierqa, l-interessi tagħhom għandu jitqiesu. Dan jista’ jiġi żgurat billi l-Kummissjoni tapprova l-Katalogu u l-Kodiċijiet, bil-kondizzjoni li l-kontenut tagħhom ikun prattikabbli u li jkunu adatti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(33)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(34)

Jinħtieġ perijodu ta’ tranzizzjoni b’mod partikolari fir-rigward ta’ għalf li jissodisfa għan nutrizzjonali partikolari u fir-rigward tal-livell aċċettabbli ta’ impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess ta’ manifattura u min għajnuniet għall-ipproċessar. Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ provvisti eżistenti għandu wkoll jiġi permess sakemm dawn jispiċċaw. Barra minn hekk, jista’ jkun xieraq li jkunu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom l-għalf jista’ jingħata tikketta skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu.

(35)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza tal-ikel u għaldaqstant livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika kif ukoll li tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-utenti u l-konsumaturi u li jissaħħaħ il-funzjonament effikaċi tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(36)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (21).

(37)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-lista ta’ materjali ristretti jew projbiti għall-użu bħala għalf, biex tawtorizza għalf maħsub għal finijiet ta’ nutrizzjoni partikolari, biex tistabbilixxi lista ta’ kategoriji ta’ tikkettar ta’ materjali tal-għalf tal-annimali li ma jipproduċux ikel ħlief annimali tal-pil, biex tadotta emendi għall-Katalogu li jiffissaw l-ogħla kontenut ta’ impuritajiet kimiċi jew livelli ta’ purità botanika jew il-livelli ta’ kontenut ta’ umdità, jew dettalji li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni obligatorja, biex tadatta l-Annessi fid-dawl ta’ żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u biex tadotta miżuri tranżizzjonali. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(38)

Minħabba raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti ta’ żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitqassru għall-adozzjoni tal-aġġornamenti tal-listi ta’ użi maħsuba. Meta, għal raġunijiet ta’ urġenza imminenti, ma jistgħux jiġu rrispettati l-perijodi ta’ żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tapplika l-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ emendi għal-lista ta’ materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal finijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, huma ristretti jew ipprojbiti.

(39)

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għat-tikkettar u l-imballaġġ tal-addittivi tal-għalf u ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel. L-implimentazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw it-taħlitiet imħejjija minn qabel, b’mod partikolari kkawżat problemi prattiċi għall-industrija u l-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jippermettu tikkettar aktar konsistenti ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel, dak l-Artikolu għandu jiġi emendat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ dan ir-Regolament, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa li jarmonizza l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza tal-għalf u għaldaqstant livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika, kif ukoll biex tiġi pprovduta informazzjoni adegwata lill-utenti u l-konsumaturi u biex jissaħħaħ il-funzjonament effikaċi tas-suq intern.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf fil-Komunità kemm għall-annimali li jipproduċu l-ikel kif ukoll dawk li ma jipproduċux l-ikel, inklużi r-rekwiżiti għat-tikkettar, l-imballaġġ u l-preżentazzjoni.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità applikabbli fil-qasam tan-nutrizzjoni tal-annimali, b’mod partikolari:

(a)

id-Direttiva 90/167/KEE;

(b)

id-Direttiva 2002/32/KE;

(c)

ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (22);

(d)

ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (23);

(e)

ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (24);

(f)

ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabiltà u t-tikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament (25);

(g)

ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; u

(h)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (26).

3.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ilma, kemm jekk jingħata direttament lill-annimali u kemm jekk jiddaħħal intenzjonalment fl-għalf. Għandu madankollu, japplika għall-għalf maħsub biex jingħata lill-annimali fl-ilma.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-definizzjonijiet ta’ “għalf”, “negozju tal-għalf”, u “tqegħid fis-suq” kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b)

id-definizzjonijiet ta’ “addittiv tal-għalf”, “taħlitiet imħejjija minn qabel”, “għajnuniet ta’ pproċessar” u “razzjon ta’ kuljum” kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; u

(c)

id-definizzjonijiet ta’ “stabbiliment” u “awtorità kompetenti” kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 183/2005.

2.   Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“operatur fin-negozju tal-għalf” tfisser persuna fiżika jew ġurdika responsabbli biex tiżgura li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu fin-negozju tal-għalf taħt il-kontroll tagħhom;

(b)

“alimentazzjoni tal-annimali mill-ħalq” tfisser l-introduzzjoni ta’ għalf fil-passaġġ gastrointestinali tal-annimal mill-ħalq bil-għan li jintlaħqu l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimal u/jew tinżamm il-produttività ta’ annimali normalment b’saħħithom;

(c)

“annimal li jipproduċi l-ikel” tfisser kull annimal mitmugħ, imrobbi jew li jinżamm għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum mill-bniedem inklużi annimali li mhumiex użati għall-konsum mill-bniedem, iżda li huma ta’ speċi li normalment tintuża għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità;

(d)

“annimali li ma jipproduċux l-ikel” tfisser kwalunkwe annimal mitmugħ, imrobbi jew li jinżamm iżda li mhumiex użat għall-konsum mill-bniedem, bħal annimali tal-pil, annimali domestiċi u annimali miżmuma fil-laboratorji, zoos u ċirkli;

(e)

“annimali tal-pil” tfisser kwalunkwe annimal li ma jipproduċix l-ikel mitmugħ, imrobbi jew miżmum għall-produzzjoni tal-pil, u mhux użat għall-konsum mill-bniedem;

(f)

“annimal domestiku” tfisser kwalunkwe annimal li ma jipproduċix l-ikel li huwa ta’ speċi mitmugħa, imrobbija jew miżmuma, iżda li normalment mhuwiex użat għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità;

(g)

“materjali tal-għalf” tfisser prodotti li joriġinaw mill-ħxejjex jew l-annimali, li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippriżervati, u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar industrijali tiegħu, u sustanzi organiċi u inorganiċi, kemm jekk fihom addittivi tal-għalf u kemm jekk le, li huma maħsuba għall-użu bħala għalf mitmugħ lill-annimali mill-ħalq jew direttament bħala tali jew wara l-ipproċessar, jew fil-preparazzjoni tal-għalf kompost, jew bħala ġarriera ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel;

(h)

“għalf kompost” tfisser taħlita ta’ mill-anqas żewġ materjali tal-għalf, kemm jekk fih addittivi tal-għalf u kemm jekk le, għat-tmigħ f’forma ta’ għalf komplet jew komplementari;

(i)

“għalf komplet” tfisser għalf kompost li, permezz tal-kompożizzjoni tiegħu, huwa biżżejjed bħala razzjoni ta’ kuljum;

(j)

“għalf komplementari” tfisser għalf kompost li għandu kontenut għoli ta’ ċerti sustanzi izda li, minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, huwa suffiċjenti bħala razzjon ta’ kuljum biss jekk jintuża flimkien ma’ għalf ieħor;

(k)

“għalf minerali” tfisser għalf komplementari li fih tal-inqas 40 % rmied mhux raffinat;

(l)

“sostitut tal-ħalib” tfisser għalf kompost amministrat f’forma niexfa jew wara li jinħall fi kwantità partikolari ta’ likwidu għat-tmigħ ta’ annimali żgħar bħala żieda, jew sostitut għall-ħalib post-kolostrali jew għat-tmigħ ta’ annimali żgħar bħal għoġiela, ħrief jew gidien maħsuba għall-qatla;

(m)

“ġarrier” tfisser sustanza użata biex tħoll, tnaqqas il-konċentrazzjoni jew xort’oħra timmodifika fiżikament addittiv tal-għalf sabiex tiffaċilita l-immanniġġar, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu mingħajr ma tibdel il-funzjoni teknoloġika tiegħu u mingħajr ma toħloq l-ebda effett teknoloġiku hija nfisha;

(n)

“skop ta’ nutrizzjoni partikolari” tfisser l-għan li jkunu sodisfatti l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ nutrizzjoni tal-annimali li l-proċess ta’ assimilazzjoni, assorbiment jew metaboliżmu tagħhom ikun, jew jista’ jiġi, temporanjament jew b’mod irriversibbli danneġġjat u li għalhekk jistgħu jibbenefikaw mit-teħid ta’ għalf xieraq għall-kondizzjoni tagħhom;

(o)

“għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari” tfisser għalf li jista’ jissodisfa skop ta’ nutrizzjoni partikolari permezz tal-kompożizzjoni partikolari jew il-metodu ta’ manifattura tiegħu, li jiddistingwih b’mod ċar mill-għalf ordinarju. L-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari ma jinkludix materjali tal-għalf medikati fit-tifsira tad-Direttiva 90/167/KEE;

(p)

“materjali kkontaminati” tfisser għalf li fih livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa aktar għoli minn dak tollerat taħt id-Direttiva 2002/32/KE;

(q)

“skadenza minima ta’ ħażna” tfisser iż-żmien li waqtu, taħt kondizzjonijiet ta’ ħażna xierqa, il-persuna responsabbli għat-tikkettar tiggarantixxi li l-għalf iżomm il-karatteristiċi ddikjarati tiegħu; skadenza minima ta’ ħażna waħda biss tista’ tkun indikata fir-rigward tal-għalf fl-intier tiegħu, u hija ddeterminata fuq il-bażi tal-iskadenza minima ta’ ħażna ta’ kull wieħed mill-komponenti tiegħu;

(r)

“kunsinna” jew “lott” tfisser kwantità identifikabbli ta’ għalf li ġiet iddikjarata li għandha karatteristiċi komuni, bħal ma huma l-oriġini, il-varjetà, it-tip ta’ mballaġġ, minn ippakkjaha, il-konsenjatur jew it-tikkettar, u fil-każ ta’ proċess tal-produzzjoni, unità ta’ produzzjoni minn impjant wieħed bl-użu ta’ parametri tal-produzzjoni uniformi jew numru ta’ tali unitajiet, meta jkunu prodotti f’ordni kontinwu u maħżuna flimkien;

(s)

“tikkettar” tfisser attribuzzjoni ta’ kwalunkwe kliem, dettalji, marki tal-kummerċ, isem tal-marka, materjal jew simbolu grafiku għall-għalf billi tali informazzjoni titqiegħed fuq kwalunkwe mezz b’referenza għal dan l-għalf jew bħala akkumpanjament għalih bħal imballaġġ, kontenitur, avviż, tikketta, dokument, ċurkett, kullar jew fuq l-Internet, inkluż għal finijiet ta’ reklamar;

(t)

“tikketta” tfisser kull tabella, marka, materjal grafiku jew materjal deskrittiv ieħor, miktub, stampat, stensiljat, immarkat, imbuzzat, imprimat fuq, jew mehmuż mal-imballaġġ jew mal-kontenitur tal-għalf; u

(u)

“preżentazzjoni” tfisser l-għamla, l-apparenza jew l-imballaġġ u l-materjali tal-imballaġġ użati għall-għalf, apparti mill-mod li bih ikun irranġat u muri.

KAPITOLU 2

REKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 4

Rekwiżiti ta’ sikurezza u ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.   L-għalf jista’ jitqiegħed fis-suq u użat biss jekk:

(a)

ikun sikur; u

(b)

ma jkollux effett dirett negattiv fuq l-ambjent jew it-trattament xieraq tal-annimali.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-għalf tal-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

2.   Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi fin-negozju tal-għalf li jqiegħdu l-għalf fis-suq għandhom jiżguraw li l-għalf:

(a)

ikun tajjeb, ġenwin, mhux imħallat, tajjeb għall-iskop maħsub u ta’ kwalità tajba għall-bejgħ; u

(b)

ikun ittikkettat, imballat u ppreżentat skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u f’leġiżlazzjoni oħra Komunitarja applikabbli.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-għalf ta’ annimali li ma jipproduċux l-ikel.

3.   L-għalf għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-impuritajiet u determinanti kimiċi oħra stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Responsabiltajiet u obbligi tan-negozji tal-għalf

1.   L-operaturi fin-negozju tal-għalf għandhom jikkonformaw, mutatis mutandis, mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 18 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 fir-rigward tal-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

2.   Il-persuna responsabbli mit-tikkettar tal-għalf għandha tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni dwar il-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi ddikjarati tal-għalf li din il-persuna tqiegħed fis-suq, li tippermetti li tiġi vverifikata l-informazzjoni mogħtija fit-tikketta, inklużi l-persentaġġi eżatti bil-piż tal-materjali tal-għalf użati fl-għalf kompost.

3.   Fil-każ ta’ kwalunkwe urġenza relatata mas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew mal-ambjent u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/48/KE, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti lix-xerrej l-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni li, wara li jiġu bbilanċjati l-interessi leġittimi rispettivi tal-manifatturi u tax-xerrejja, hija tikkonkludi li l-għoti ta’ din l-informazzjoni jkun iġġustifikat. Jekk ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tagħti din l-informazzjoni bil-kondizzjoni li x-xerrej jiffirma klawsola ta’ kunfidenzjalità.

Artikolu 6

Restrizzjoni u projbizzjoni

1.   L-għalf m’għandux ikun fih jew ikun jikkonsisti minn materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali ikun ristrett jew ipprojbit. Il-lista ta’ dawn il-materjali hija stabbilita fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista ta’ materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal finijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali jkun ristrett jew ipprojbit b’kont meħud b’mod partikolari tal-evidenza xjentifika, il-progress teknoloġiku, in-notifiki skont is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) jew ir-riżultati ta’ kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).

Minħabba raġunijiet ta’ urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 28(5) bil-ħsieb li jiġu adottati dawk il-miżuri.

KAPITOLU 3

TQEGĦID FIS-SUQ TA’ TIPI SPEĊIFIĊI TA’ GĦALF

Artikolu 7

Karatteristiċi ta’ tipi ta’ għalf

1.   Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(3), il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida li jiċċaraw id-distinzjoni bejn materjali tal-għalf, addittivi tal-għalf u prodotti oħrajn bħall-mediċini veterinarji.

2.   Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun meħtieġ, tadotta miżuri sabiex tiċċara jekk prodott partikolari jikkostitwixxix għalf għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).

Artikolu 8

Kontenut ta’ addittivi tal-għalf

1.   Bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-użu previsti fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv, il-materjali tal-għalf u l-għalf komplementari m’għandux ikun fihom addittivi tal-għalf inkorporati f’livelli li jisbqu 100 darba l-kontenut massimu ffissat rilevanti fl-għalf komplet jew ħames darbiet f’każ ta’ koċċidjostati u ħistomonostati.

2.   Il-livell ta’ 100 darba l-kontenut massimu ffissat rilevanti fl-għalf komplet imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jinqabeż biss jekk il-kompożizzjoni tal-prodotti kkonċernati tissodisfa l-iskop ta’ nutrizzjoni partikolari fir-rigward tal-użu rilevanti maħsub skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ dan l-għalf jistgħu jiġu speċifikati aktar fil-lista tal-użijiet maħsuba. L-istabbiliment taħt il-kontroll ta’ produttur ta’ dan l-għalf li juża l-addittivi ta’ għalf imsemmija fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 183/2005 irid jiġi approvat skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 10(b) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 9

Kummerċjalizzazzjoni ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari

L-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss bħala tali jekk l-użu maħsub tiegħu huwa inkluż fil-lista ta’ użi maħsuba stabbilita f’konformità mal-Artikolu 10 u jekk jissodisfa l-karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali għall-iskop nutrizzjonali partikolari rispettiv stabbilit f’dik il-lista.

Artikolu 10

Lista ta’ użijiet maħsuba ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari

1.   Il-Kummissjoni tista’ taġġorna l-lista ta’ użijiet maħsuba, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/38/KE billi żżid użu maħsub, tirtira użu intiż jew billi żżid, tneħħi jew tbiddel il-kondizzjonijiet assoċjati ma’ użu maħsub partikolari.

2.   Il-proċedura għall-aġġornar tal-lista ta’ użi maħsuba tista’ tinbeda bil-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta’ applikazzjoni minn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità jew minn Stat Membru. Applikazzjoni valida għandha tinkludi dossier li juri li l-kompożizzjoni speċifika tal-għalf tilħaq l-iskop nutrizzjonali partikolari maħsub u li ma jkollu l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-applikazzjoni inkluż id-dossier lill-Istati Membri mingħajr dewmien.

4.   Jekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli, il-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen li l-użu tal-għalf speċifiku jista’ ma jilħaqx l-iskop nutrizzjonali partikolari maħsub jew jista’ jkollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent jew it-trattament xieraq tal-annimali, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida, titlob opinjoni mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Awtorità”). L-Awtorità għandha tagħti opinjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-talba. Dan il-limitu ta’ żmien għandu jiġi estiż kull meta l-Awtorità titlob informazzjoni supplementari mill-applikant.

5.   Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida jew, fejn ikun il-każ, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament li jaġġorna l-lista ta’ użijiet maħsuba jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(6).

6.   B’deroga mill-paragrafu 5, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi applikazzjoni valida jew, fejn xieraq, wara li tkun irċeviet l-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha ttemm il-proċedura u tiddeċiedi li ma tipproċedix bl-aġġornament, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, jekk tikkunsidra li tali aġġornament ma jkunx ġustifikat. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(3).

F’każijiet bħal dawn, fejn applikabbli, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant u lill-Istati Membri direttament, billi tindika fl-ittra tagħha r-raġunijiet għaliex hija ma tikkunsidrax l-aġġornament ġustifikat.

7.   Il-Kummissjoni tista’, skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3), tadotta miżuri implimentattivi li jikkonċernaw it-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

KAPITOLU 4

TIKKETTAR, PREŻENTAZZJONI U MBALLAĠĠ

Artikolu 11

Prinċipji għat-tikkettar u l-preżentazzjoni

1.   It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-għalf m’għandhomx jiżgwidaw lill-utent, b’mod partikolari:

(a)

fir-rigward tal-użijiet maħsuba u l-karatteristiċi tal-għalf, b’mod partikolari, in-natura, il-metodu tal-manifattura jew produzzjoni, il-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabilità, l-ispeċi jew il-kategoriji tal-annimali li għalihom huwa maħsub,

(b)

billi jattribwixxi effetti jew karatteristiċi li l-għalf m’għandux jew billi jissuġġerixxi li għandu karatteristiċi speċjali meta fil-fatt kull għalf simili jkollu tali karatteristiċi, jew

(c)

fir-rigward tal-konformità tat-tikkettar mal-Katalogu tal-Komunità u l-Kodiċijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikoli 24 u 25.

2.   Il-materjali tal-għalf kompost u l-għalf kompost ikkummerċjalizzat bil-kwalntità jew f’pakketti jew kontenituri mhux issiġillati skont l-Artikolu 23(2) għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li fih id-dettalji tat-tikkettar obbligatorju kollha meħtieġa taħt dan ir-Regolament.

3.   Fejn l-għalf jiġi offrut għall-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni distanti kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (27), id-dettalji tat-tikkettar obbligatorji meħtieġa minn dan ir-Regolament, ħlief għad-dettalji previsti fl-Artikoli 15 (b), (d), (e), u 16 (2) (c) jew 17(1)(d), għandhom jidhru fuq il-materjal li jappoġġa l-bejgħ mill-bogħod jew jingħataw permezz ta’ mezzi oħra xierqa qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt mill-bogħod. Id-dettalji msemmija fl-Artikoli 15(b), (d), (e), u 16(2)(c) jew 17(1)(d) għandhom jingħataw mhux aktar tard mill-mument tal-kunsinna tal-għalf.

4.   Dispożizzjonijiet ta’ tikkettar minbarra dawk stabbiliti f’dan il-Kapitolu huma stabbiliti fl-Anness II.

5.   It-tolleranzi permessi għad-diskrepanzi bejn il-valuri kompożizzjonali ta’ materjal tal-għalf jew l-għalf kompost murija fit-tikketta u l-valuri analizzati fil-kontrolli uffiċjali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huma elenkati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Responsabbiltà

1.   Il-persuna responsabbli għat-tikkettar għandha tiżgura l-preżenza u l-eżattezza sostantiva tad-dettalji tat-tikketta.

2.   Il-persuna responsabbli għat-tikkettar għandha tkun l-operatur tan-negozju tal-għalf li l-ewwel ma jqiegħed fis-suq l-għalf, jew fejn ikun il-każ, l-operatur tan-negozju tal-għalf li f’ismu jew f’isem in-negozju tiegħu l-għalf huwa kkummerċjalizzat.

3.   Safejn l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw it-tikkettar fiin-negozju taħt il-kontroll tagħhom, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jiżguraw li l-informazzjoni provduta bi kwalunkwe mezz tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-operaturi tan-negozju tal-għalf responsabbli għall-attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut jew ta’ distribuzzjoni li ma jaffetwawx it-tikkettar għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tat-tikkettar, b’mod partikolari billi ma jipprovdux għalf li jafu jew setgħu jobsru, fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom u bħala professjonisti, li ma jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti.

5.   Fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jiżguraw li d-dettalji obbligatorji tat-tikkettar jiġu trażmessi tul il-katina tal-ikel kollha sabiex jippermettu l-għoti tal-informazzjoni lill-utent aħħari tal-għalf skont dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Affermazzjonijiet

1.   It-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ materjali tal-għalf u għalf kompost jistgħu jiġbdu l-attenzjoni partikolari għall-preżenza jew in-nuqqas ta’ sustanza fl-għalf, għal xi karatteristika jew proċess ta’ nutrizzjoni speċifiku jew għal xi funzjoni speċifika relatata ma’ kwalunkwe minn dawn, bil-kondizzjoni li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

(a)

l-affermazzjoni tkun oġġettiva, verifikabbli mill-awtoritajiet kompetenti u mifhuma mill-utent tal-għalf; u

(b)

il-persuna responsabbli għat-tikkettar tipprovdi, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, prova xjentifika tal-affermazzjoni, jew b’referenza għal evidenza xjentifika disponibbli pubblikament jew permezz ta’ riċerka dokumentata mill-kumpanija. Il-prova xjentifika għandha tkun disponsibbli fil-mument meta l-għalf jitqiegħed fis-suq. Ix-xerrejja għandu jkollhom id-dritt li jiġbdu l-attenzjoni tal-awtorità kompetenti dwar id-dubji tagħhom fir-rigward tal-verità tal-affermazzjoni. Jekk jiġi konkluż li ma tistax tingħata prova biżżejjed tal-affermazzjoni, it-tikketta dwar din l-affermazzjoni titqies bħala waħda li tiżgwida għall-finijiet tal-Artikolu 11. Fil-każ fejn l-awtorità kompetenti jkollha dubji fir-rigward tal-prova xjentifika tal-affermazzjoni kkonċernata, hija tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni. Jekk ikun il-każ u wara li tirċievi opinjoni mingħand l-Awtorità, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 28(2).

2.   Bla ħsara għall-paragrafu 1, affermazzjonijiet li jikkonċernaw l-ottimizzazzjoni tan-nutrizzjoni u s-sostenn jew il-protezzjoni tal-kondizzjonijiet fiżjoloġiċi huma permessi, sakemm ma jkunx fihom dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3.

3.   It-tikkettar jew il-preżentazzjoni ta’ materjali tal-għalf u għalf kompost m’għandhomx jaffermaw li

(a)

l-għalf ser jipprevjeni, jikkura jew ifejjaq xi marda, ħlief għall-koċċidjostati u ħistomonostati kif awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; madankollu, dan il-punt m’għandux japplika għal affermazzjonijiet li jikkonċernaw żbilanċi ta’ nutrizzjoni sakemm ma jkunx hemm sintomu patoloġiku assoċjat;

(b)

l-għalf għandu skop ta’ nutrizzjoni partikolari, kif previst fil-lista ta’ użijiet maħsuba msemmija fl-Artikolu 9, sakemm ma jissodisfax r-rekwiżiti stabbiliti fih.

4.   L-ispeċifikazzjonijiet relatati mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu inklużi fil-Kodiċijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 25.

Artikolu 14

Preżentazzjoni tad-dettalji fit-tikketti

1.   Id-dettalji obbligatorji fit-tikketti għandhom jingħataw fl-intier tagħhom f’post prominenti fuq l-imballaġġ, il-kontenitur, fuq tikketta mwaħħla miegħu jew fuq id-dokument li jakkumpanjah previst fl-Artikolu 11(2), b’mod li jidher sew, jinqara faċilment u ma jitħassarx, fil-lingwa uffiċjali jew minn tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru jew tar-reġjun li fih jitqiegħed fis-suq.

2.   Id-dettalji obbligatorji fit-tikketti għandhom ikunu faċilment identifikabbli u m’għandhomx jiġu mgħottija minn xi informazzjoni oħra. Huma għandhom jintwerew f’kulur, tipa u daqs li ma jgħattix jew jenfasizza xi parti tal-informazzjoni, sakemm tali varjazzjoni ma ssirx biex tinġibed l-attenzjoni għal xi dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni.

3.   L-ispeċifikazzjonijiet relatati mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u għall-preżentazzjoni tat-tikkettar volontarju msemmi fl-Artikolu 22 jistgħu jiġu inklużi fil-Kodiċijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 25.

Artikolu 15

Rekwiżiti ġenerali obligatorji dwar it-tikkettar

Materjal tal-għalf jew għalf kompost m’għandux jitqiegħed fis-suq sakemm id-dettalji li ġejjin ma jintwerewx fit-tikketti:

(a)

it-tip ta’ għalf: “materjal tal-għalf”, “għalf komplet jew 2għalf komplementari”, kif ikun xieraq;

għall-“għalf komplet” id-deżinjazzjoni “għalf sostitut tal-ħalib komplet” jista’ jintuża, jekk ikun il-każ;

għall-“għalf komplementari” id-deżinjazzjonijiet li ġejjin jistgħu jintużaw fejn ikun xieraq: “għalf minerali”, jew “għalf sostitut komplementari tal-ħalib”;

għall-annimali domestiċi ħlief għall-qtates u l-klieb “għalf komplet” jew “għalf komplementari” jista’ jiġi sostitwit bi “għalf kompost”;

(b)

l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-għalf responsabbli għat-tikkettar;

(c)

jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment tal-persuna responsabbli għat-tikkettar mogħti skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal stabbilimenti awtorizzati skont l-Artikolu 23(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jew skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005. Jekk persuna responsabbli mit-tikkettar ikollha diversi numri ta’ approvazzjoni hija għandha tuża dak mogħti skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005;

(d)

in-numru ta’ referenza tal-kunsinna jew tal-lott;

(e)

il-kwantità netta espressa f’unitajiet ta’ massa fil-każ ta’ prodotti solidi, u f’unitajiet ta’ massa jew volum fil-każ ta’ prodotti likwidi;

(f)

il-lista ta’ addittivi tal-għalf preċeduta mit-titolu “addittivi” skont il-Kapitolu I tal-Anness VI jew VII, kif applikabbli, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-tikkettar stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv; u

(g)

il-kontenut ta’ umdità skont il-punt 6 tal-Anness I.

Artikolu 16

Rekwiżiti speċifiċi obbligatorji dwar it-tikkettar għall-materjali tal-għalf

1.   Minbarra r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 15, it-tikkettar ta’ materjali tal-għalf għandu jinkludi wkoll:

(a)

l-isem tal-materjal tal-għalf; l-isem għandu jintuża f’konformità mal-Artikolu 24(5); u

(b)

id-dikjarazzjoni obbligatorja li tikkorrispondi għall-kategorija rispettiva kif stabbilita fil-lista fl-Anness IV; id-dikjarazzjoni obligatorja tista’ tiġi ssostitwita bid-dettalji definiti fil-Katalogu tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 24 għal kull materjal tal-għalf tal-kategorija rispettiva.

2.   Minbarra r-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1, it-tikkettar tal-materjali tal-għalf għandu jinkludi dan li ġej meta jiġu inkorporati addittivi:

(a)

l-ispeċijiet jew kategoriji tal-annimali li għalihom huwa intenzjonat il-materjal tal-għalf meta l-addittivi in kwistjoni ma jkunux awtorizzati għall-ispeċijiet kollha tal-annimali jew għal xi speċijiet ikunu awtorizzati biss sa ċerti limiti massimi;

(b)

istruzzjonijiet għall-użu tajjeb skont il-punt 4 tal-Anness II, fejn jiġi stabbilit kontenut massimu tal-addittivi in kwistjoni; u

(c)

l-iskadenza minima ta’ ħażna għall-addittivi apparti dawk teknoloġiċi.

Artikolu 17

Rekwiżiti speċifiċi obbligatorji dwar it-tikkettar għall-għalf kompost

1.   Barra r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 15, it-tikkettar tal-għalf kompost għandu jinkludi wkoll dan li ġej:

(a)

l-ispeċijiet jew il-kategoriji ta’ annimali li għalihom hu maħsub l-għalf kompost;

(b)

l-istruzzjonijiet għall-użu tajjeb li jindikaw l-iskop li għalih l-għalf huwa maħsub; fejn applikabbli, dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-punt 4 tal-Anness II;

(c)

fil-każijiet meta l-produttur ma jkunx il-persuna responsabbli għat-tikkettar, għandhom jiġu provduti dawn li ġejjin:

l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-produttur, jew

in-numru tal-approvazzjoni tal-produttur kif imsemmi fl-Artikolu 15(c) jew numru ta’ identifikazzjoni skont l-Artikoli 9, 23 jew 24 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005; jekk tali numru ma jkunx disponibbli, numru ta’ identifikazzjoni allokat fuq it-talba tal-produttur jew tal-operaturi tan-negozju tal-importazzjoni tal-għalf li għandu jkun skont il-format stabbilit fil-Kapitolu II tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 183/2005;

(d)

l-indikazzjoni tal-iskadenza minima tal-ħażna f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

“ikkonsma qabel…” segwit mid-data li tindika ġurnata partikolari fil-każ ta’ għalf li jeħżien malajr minħabba l-proċessi ta’ degradazzjoni;

“ikkonsma preferibbilment qabel…” segwit mid-data li tindika xahar partikolari fil-każ ta’ għalf ieħor.

Jekk id-data tal-manifattura tkun indikata fit-tikketta, id-data li tindika l-iskadenza minima tal-ħażna tista’ tingħata wkoll bħala “… (perijodu ta’ żmien fi ġranet jew xhur) wara d-data tal-manifattura”;

(e)

lista tal-materjali tal-għalf li minnhom huwa kompost l-għalf, li ġġib l-intestatura “kompożizzjoni” u tindika l-isem ta’ kull materjal tal-għalf skont l-Artikolu 16(1)(a), u telenka dawk il-materjali tal-għalf f’ordni mill-itqal għall-eħfef, ikkalkolata fuq il-kontenut tal-umdità fl-għalf kompost; dik il-lista tista’ tinkludi l-persentaġġ bil-piż; u

(f)

id-dikjarazzjonijiet obbligatorji previsti fil-Kapitolu II tal-Anness VI jew VII, kif applikabbli.

2.   Fir-rigward tal-lista prevista fil-paragrafu 1(e), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

l-isem u l-persentaġġ bil-piż ta’ materjal tal-għalf għandu jiġi indikat jekk il-preżenza tiegħu hija enfassizzata fuq it-tikketta fi kliem, stampi jew grafika;

(b)

jekk il-persentaġġi bil-piż tal-materjali tal-għalf inkorporati f’għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel ma jkunux murija fuq it-tikketta, il-persuna responsabbli għat-tikketta għandha, bla ħsara għad-Direttiva 2004/48/KE, tagħmel disponibbli lix-xerrej fuq talba, l-informazzjoni dwar id-data tal-kompożizzjoni kwantitattiva f’medda ta’ +/- 15 % tal-valur skont il-formulazzjoni tal-għalf; u

(c)

fil-każ ta’ għalf kompost maħsub għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel ħlief għall-annimali tal-pil, l-indikazzjoni tal-isem speċifiku tal-materjal tal-għalf jista’ jiġi sostitwit bl-isem tal-kategorija li fiha jappartjeni l-materjal tal-għalf.

3.   F’każ ta’ urġenza relatata mas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew mal-ambjent, u bla ħsara għad-Direttiva 2004/48/KE, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti lix-xerrej l-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha taħt l-Artikolu 5(2), bil-kondizzjoni li, wara li jiġu bbilanċjati l-interessi leġittimi rispettivi tal-manifatturi u tax-xerrejja, hija tikkonkludi li l-għoti ta’ din l-informazzjoni jkun iġġustifikat. Jekk ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi din l-informazzjoni bil-kondizzjoni li x-xerrej jiffirma klawsola ta’ kunfidenzjalità.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(c), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ kategoriji ta’ materjali tal-għalf li jistgħu jiġu indikati minflok il-materjali tal-għalf individwali fit-tikketta tal-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel ħlief għall-annimali tal-pil.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).

Artikolu 18

Rekwiżiti addizzjonali obbligatorji tat-tikkettar għall-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali obbligatorji stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17, skont kif japplika, it-tikkettar tal-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni għandu jinkludi wkoll:

(a)

l-espressjoni kwalifikattiva “djetetiku”, li hu riżervat esklussivament għall-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni, maġenb id-deżinjazzjoni tal-għalf kif stabbilita fl-Artikolu 15(a);

(b)

id-dettalji preskritti għall-użu maħsub rispettiv fil-kolonni 1 sa 6 tal-lista ta’ użi maħsuba msemmija fl-Artikolu 9; u

(c)

indikazzjoni li għandha tintalab l-opinjoni ta’ espert nutrizzjonali jew veterinarju qabel l-użu tal-għalf jew qabel l-estensjoni tal-perijodu tal-użu tiegħu.

Artikolu 19

Rekwiżiti obligatorji addizzjonali dwar it-tikkettar għall-ikel tal-annimali domestiċi

Fuq it-tikketta tal-ikel tal-annimali domestiċi għandu jintwera numru tat-telefon bla ħlas jew għandhom jiġu indikati mezzi oħra ta’ komunikazzjoni sabiex jippermettu li x-xerrej jikseb informazzjoni minbarra d-dettalji obbligatorji dwar:

(a)

l-addittivi tal-għalf inkorporati fl-ikel tal-annimali domestiċi, u

(b)

il-materjali tal-għalf inkorporati li huma deżinjati bil-kategorija kif imsemmi fl-Artikolu 17(2)(c).

Artikolu 20

Rekwiżiti obbligatorji addizzjonali tat-tikkettar għall-għalf li ma jikkonformax

1.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 15, 16, 17 u 18, l-għalf li ma jikkonformax mar-rekwiżiti taħt il-liġi Komunitarja stabbiliti fl-Anness VIII, bħall-materjali kkontaminati, għandhom juru d-dettalji tat-tikkettar stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness VIII sabiex iġġibu f’konformità mal-progress leġiżlattiv lejn l-iżvilupp tal-istandards.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).

Artikolu 21

Derogi

1.   Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d), (e), u (g) u l-Artikolu 16(1) (b) m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn, qabel kull tranżazzjoni, ix-xerrej ikun iddikjara bil-miktub li m’għandux bżonn din l-informazzjoni. Tranżazzjoni tista’ tikkonsisti f’diversi kunsinni.

2.   Għall-għalf ippakkjat id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d) u (e) u l-Artikolu 16(2)(c) jew l-Artikolu 17(1)(c), (d) u (e) jistgħu jingħataw fuq l-imballaġġ barra mill-post tat-tikketta kif imsemmi fl-Artikolu 14(1). F’każijiet bħal dawn għandu jiġi indikat il-post fejn jidhru dawn id-dettalji.

3.   Bla ħsara għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d), (e), u (g) u l-Artikolu 16(1)(b) ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu obbligatorji għal materjali tal-għalf li ma fihomx addittivi tal-għalf, bl-eċċezzjoni għal priżervattivi jew addittivi tal-ħżin f’sajlo, u li huma prodotti u mwassla minn operatur tan-negozju tal-għalf skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 lil utent tal-għalf involut fil-produzzjoni primarja għall-użu fl-istabbiliment tiegħu.

4.   Id-dikjarazzjonijiet obbligatorji msemmija fl-Artikolu 17(1)(f) m’għandhomx ikunu meħtieġa għal taħlitiet ta’ qmuħ minn pjanti sħaħ, żrieragħ u frott.

5.   Fil-każ tal-għalf kompost magħmul minn mhux iktar minn tliet materjali tal-għalf id-dettalji msemmija fl-Artikolu 17(1)(a) u (b) m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn il-materjali tal-għalf użati huma indikati b’mod ċar fid-deskrizzjoni.

6.   Għall-kwantitajiet li ma jisbqux l-20 kg ta’ materjali tal-għalf jew għalf kompost maħsuba għall-utent aħħari u mibjugħa fi kwantità, id-dettalji msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17 jistgħu jinġiebu għall-attenzjoni tax-xerrej permezz ta’ avviż xieraq fil-punt tal-bejgħ. F’dawn il-każijiet, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(a) u l-Artikolu 16(1) jew l-Artikolu 17(1)(a) u (b), kif xieraq, għandhom jiġu pprovduti lix-xerrej l-aktar tard fuq l-irċevuta jew magħha.

7.   Għall-kwantitajiet ta’ ikel tal-annimali domestiċi mibjugħa f’pakketti b’diversi kontenituri, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(b), (c), (f) u (g) u l-Artikolu 17(1)(b), (c), (e) u (f) jistgħu jingħataw biss fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ minflok fuq kull kontenitur, bil-kondizzjoni li l-piż kkombinat totali tal-pakkett ma jaqbiżx l-10 kg.

8.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali għall-għalf maħsub għall-annimali miżmuma għal skopijiet xjentifiċi jew sperimentali bil-kondizzjoni li t-tikketta tiegħu turi b’mod ċar dan l-iskop. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 22

Tikkettar volontarju

1.   Minbarra r-rekwiżiti obligatorji tat-tikkettar, it-tikkettar tal-materjali għall-għalf u tal-għalf kompost jista’ jinkludi wkoll dettalji ta’ tikkettar volontarju, sakemm il-prinċipji ġenerali stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu rrispettati.

2.   Kondizzjonijiet oħra għat-tikkettar volontarju jistgħu jingħataw fil-Kodiċijiet Komunitarji msemmija fl-Artikolu 25.

Artikolu 23

Mballaġġ

1.   Il-materjali għall-għalf u l-għalf kompost jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss f’pakketti jew kontenituri ssiġillati. Il-pakketti jew il-kontenituri għandhom ikunu ssiġillati b’tali mod li, meta l-pakkett jew il-kontenitur jinfetaħ, is-siġill jinkiser u ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża.

2.   B’deroga għall-paragrafu 1, l-għalf li ġej jista’ jitqiegħed fis-suq fi kwantità jew f’pakketti jew kontenituri mhux issiġillati:

(a)

materjali tal-għalf;

(b)

għalf kompost miksub esklussivament b’taħlit ta’ qmuħ jew frott sħiħ;

(c)

kunsinni bejn il-produtturi tal-għalf kompost;

(d)

kunsinni ta’ għalf kompost direttament mill-produttur għal għand l-utent tal-għalf;

(e)

kunsinni minn produtturi tal-għalf kompost lid-ditti tal-imballaġġ;

(f)

kwantitajiet ta’ għalf kompost li ma jisbqux il-50 kilogramma fil-piż u li huma maħsuba għall-utent aħħari u meħuda direttament minn pakkett jew kontenitur issiġillat; u

(g)

blokki jew ġebliet għal-lgħiq.

KAPITOLU 5

KATALOGU TAL-KOMUNITÀ DWAR MATERJALI TAL-GĦALF U KODIĊIJIET TAL-KOMUNITÀ TA’ PRASSI TAJBA TA’ TIKKETTAR

Artikolu 24

Katalogu tal-Komunità tal-materjali tal-għalf

1.   Il-Katalogu tal-Komunità tal-materjali tal-għalf (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Katalogu”) għandu jiġi maħluq bħala għodda biex ittejjeb it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost. Il-Katalogu għandu jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-prodotti u jkun fih lista mhux eżawrjenti tal-materjali għall-għalf. Hu għandu talanqas jinkludi d-dettalji li ġejjin għal kull materjal tal-għalf elenkat:

(a)

l-isem;

(b)

in-numru tal-identifikazzjoni;

(c)

deskrizzjoni tal-materjal tal-għalf inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess tal- manifattura, jekk ikun xieraq;

(d)

dettalji li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni obligatorja għall-finijiet tal-Artikolu 16(1)(b); u

(e)

glossarju bid-definizzjoni tal-proċessi u l-espressjonijiet tekniċi differenti msemmija.

2.   L-ewwel verżjoni tal-Katalogu tal-Komunità għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 28(2) sa mhux iktar tard mill-21 ta’ Marzu 2010 u l-elementi mdaħħla fih għandom jikkonsistu f’dawk elenkati fil-Parti B tal-Anness għad-Direttiva 96/25/KE u l-kolonni 2 sa 4 tal-Anness għad-Direttiva 82/471/KEE. Il-punt IV tal-Parti A tal-Anness tad-Direttiva 96/25/KE għandu jikkostitwixxi l-glossarju.

3.   Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 għandha tapplika għall-emendi fil-Katalogu.

4.   L-Artikolu japplika mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta’ sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 4.

5.   L-użu tal-Katalogu mill-operaturi tan-negozju tal-għalf għandu jkun volontarju. Madankollu, l-isem ta’ materjal tal-għalf imniżżel fil-Katalogu jista’ jintuża biss jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-Katalogu jiġu rrispettati.

6.   Il-persuna li, għall-ewwel darba, tqiegħed fis-suq materjal tal-għalf li ma jkunx imniżżel fil-lista tal-Katalogu għandha minnufih tgħarraf bl-użu tagħha lir-rappreżentanti tal-oqsma tan-negozju tal-għalf Ewropej imsemmija fl-Artikolu 26(1). Ir-rappreżentanti tal-oqsma tan-negozju tal-għalf Ewropej għandhom jippubblikaw reġistru ta’ dawn in-notifiki fuq l-Internet u jaġġornaw ir-reġistru fuq bażi regolari.

Artikolu 25

Kodiċi tal-Komunità dwar prattiki tajba ta’ tikkettar

1.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ żewġ Kodiċijiet tal-Komunità ta’ prattika tajba ta’ tikkettar (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Kodiċijiet”), wieħed għall-ikel tal-annimali domestiċi u wieħed għall-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel, li jistgħu jinkludu taqsima li tikkonċerna għalf kompost għal annimali tal-pil.

2.   Il-Kodiċijiet għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-adegwatezza tat-tikkettar. Huma għandhom, b’mod partikolari, jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni ta’ dettalji tat-tikkettar previsti fl-Artikolu 14, dwar it-tikkettar volontarju previst fl-Artikolu 22 u dwar l-użu tad-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 13.

3.   Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 għandha tapplika għall-istabbiliment tal-Kodiċijiet u għal kull emenda li ssirilhom.

4.   L-użu tal-Kodiċijiet mill-operaturi tan-negozju tal-għalf għandu jkun volontarju. Madankollu, l-użu ta’ kwalunkwe Kodiċijiet jista’ jiġi indikat fuq it-tikketta bil-kondizzjoni li d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha ta’ dan il-Kodiċi jkunu rrispettati.

Artikolu 26

Stabbiliment tal-Kodiċijiet u emendi għall-Katalogu tal-Komunità u l-Kodiċijiet tal-Komunità

1.   L-abbozz ta’ emendi għall-Katalogu tal-Komunità u l-abbozzi tal-Kodiċijiet kif ukoll kwalunkwe abbozz ta’ emendi għalihom għandhom jiġu żviluppati u emendati mir-rappreżentanti kollha xierqa tas-setturi Ewropej tan-negozju tal-għalf:

(a)

b’konsultazzjoni mal-partijiet l-oħra kkonċernati, bħalma huma l-utenti tal-għalf;

(b)

f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mal-Awtorità;

(c)

b’konsiderazzjoni tal-esperjenzi rilevanti mill-opinjonijiet mogħtija mill-Awtorità u l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

2.   Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tapprova l-miżuri għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 28(2).

3.   Għandhom jiġu adottati emendi għall-Katalogu tal-Komunità li jiffissaw il-kontenut massimu ta’ impuritajiet kimiċi kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness I jew il-livelli ta’ purità botanika msemmija fil-punt 2 tal-Anness I jew jew il-livelli ta’ kontenut ta’ umdità msemmija fil-punt 6 tal-Anness I jew id-dettalji li jissostitwixxu d-dikjarazzjoni obligatorja msemmija fl-Artikolu 16(1)(b). Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).

4.   Il-miżuri taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bil-kondizzjoni biss li jiġu rrispettati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn ikunu ġew żviluppati skont il-paragrafu 1;

(b)

il-kontenut tagħhom jista’ jiġi applikat fil-Komunità kollha għas-setturi li għalihom jirreferu; u

(c)

ikunu adegwati sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-Katalogu għandu jiġi ppubblikat fis-Serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. It-titolu u r-referenzi tal-Kodiċijiet għandhom ikunu ppubblikati fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 27

Miżuri implimentattivi

1.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi sabiex taddattahom fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi u teknnoloġiċi.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).

2.   Miżuri implimentattivi oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(3), sakemm ma jkunx previst speċifikament mod ieħor.

Artikolu 28

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali mwaqqaf permezz tal-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/K, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

6.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahrejn, xahar u xahrejn, rispettivament.

Artikolu 29

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

fejn ikun xieraq, in-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment li jimmanifattura jew iqiegħed fis-suq l-addittivi tal-għalf jew tat-taħlita mħejjija minn qabel skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (*) jew, jekk ikun il-każ, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 95/69/KE;

(*)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.”;"

(b)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-aħħar tal-paragrafu 1:

“Fil-każ ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel, il-punti (b), (d), (e) u (g) m’għandhomx japplikaw għall-additivi tal-għalf inkorporati.”;

(2)

Il-Paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Minbarra l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-imballaġġ jew il-kontenitur tal-addittivi tal-għalf li jappartjenu għal grupp funzjonali speċifikat fl-Anness III jew ta’ taħlita mħejjija minn qabel li fiha addittiv li jappartjeni għal grupp funzjonali speċifikat fl-Anness III għandu jkollu l-informazzjoni, ippreżentata f’mod li jidher sew, jinqara faċilment u li ma jitħassarx, indikata f’dak l-Anness.”;

(3)

Il-Paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Fil-każ ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel, il-kelma ‘taħlita mħejjija minn qabel’ għandha tidher fuq it-tikketta. Il-ġarriera għandhom jiġu ddikjarati, fil-każ ta’ materjali tal-għalf, f’konformità mal-Artikolu 17(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf (**), u, meta l-ilma jintuża bħala ġarrier, għandu jiġi ddikjarat il-kontenut ta’ umdità tat-taħlita mħejjija minn qabel. Skadenza minima ta’ ħażna waħda biss tista’ tiġi indikata fir-rigward ta’ kull taħlita mħejjija minn qabel fl-intier tagħha; din l-iskadenza minima ta’ ħażna għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-iskadenza minima ta’ ħażna ta’ kull wieħed mill-komponenti tagħha.

(**)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.”."

Artikolu 30

Tħassir

L-Artikolu 16 tad-Direttiva 70/524/KEE u d-Direttivi 79/373/KEE, 80/511/KEE, 82/471/KEE, 83/228/KE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni 2004/217/KE huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Settembru 2010.

Referenzi għad-Direttivi mħassra u għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 31

Penalijiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penalijiet applikabbli għall-ksur tad- disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-penalijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 32

Miżuri tranżitorji

1.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33, l-għalf li jitqiegħed fis-suq jew li jingħata tikketta skont id-Direttivi 79/373/KEE, 82/471/KEE, 93/74/KEE u 96/25/KE qabel l-1 ta’ Settembru 2010 jista’ jitqiegħed jew jibqa’ fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

2.   B’deroga mill-Artikolu 8(2), tipi ta’ għalf imsemmija f’dak l-Artikolu li diġà tqiegħdu fis-suq legalment qabel l-1 ta’ Settembru 2010 jistgħu jitqiegħdu jew jibqgħu fis-suq sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-aġġornar tal-lista tal-użijiet maħsuba msemmija fl-Artikolu 10, bil-kondizzjoni li din l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata qabel l-1 ta’ Settembru 2010.

3.   B’deroga mil-punt 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament, il-materjali tal-għalf jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiġu użati sakemm jiġi ffissat il-kontenut speċifiku massimu tal-impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura u mill-għajnuniet għall-ipproċessar, bil-kondizzjoni li dawn ikunu talanqas konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti A, Titolu II tal-Anness għad-Direttiva 96/25/KE. Madankollu, din id-deroga m’għandhiex tibqa’ tapplika fl-1 ta’ Settembru 2012.

4.   Jistgħu jiġu addottati miżuri sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, jistgħu jiġu speċifikati kondizzjonijiet li fihom għalf jista’ jingħata tikketta b’konformità ma’ dan ir-Regolament qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu. Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2010.

Madankollu, l-Artikoli 31 u 32 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU C 77, 31.3.2009, p. 84.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2009 (għadha mhix piublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009.

(3)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(5)  ĠU L 92, 7.4.1990, p. 42.

(6)  ĠU L 86, 6.4.1979, p. 30.

(7)  ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23.

(8)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 35.

(9)  ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8.

(10)  ĠU L 126, 13.5.1983, p. 23.

(11)  ĠU L 126, 21.5.1980, p. 14.

(12)  ĠU L 334, 31.12.1993, p. 17.

(13)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(14)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

(15)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(16)  ĠU L 67, 5.3.2004, p. 31.

(17)  ĠU L 62, 6.3.2008, p. 9.

(18)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 23.

(19)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.

(20)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(21)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(22)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(23)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(24)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(25)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(26)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(27)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.


ANNESS I

Dispożizzjonijiet tekniċi dwar impuritajiet, sostitut tal-ħalib, materjali tal-għalf għat-tgħaqqid jew denaturizazzjoni, il-livell tal-irmied u l- kontenut tal-umdità kif msemmija fl-Artikolu 4

1.

B’konformità mal-prattika tajba kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, il-materjali tal-għalf għandhom ikunu ħielsa minn impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura tagħhom u mill-għajnuniet tal-iproċċessar, sakemm ma jkunx ġie ffissat kontenut massimu speċifiku fil-Katalogu msemmi fl-Artikolu 24.

2.

Il-purità botanika tal-materjal tal-għalf m’għandhiex tkun inqas minn 95 %, sakemm ma jkunx ġie stabbilit livell differenti fil-Katalogu kif imsemmi fl-Artikolu 24. L-impuritajiet botaniċi jinkludu l-impuritajiet ta’ materjali ta’ pjanti li m’għandhomx effett ħażin fuq l-annimali bħal pereżempju tiben u żrieragħ u speċi oħrajn ta’ ħaxix selvaġġ ikkoltivat. Fir-rigward tal-impuritajiet botaniċi bħal ma huma r-residwi ta’ żrieragħ taż-żejt oħra jew frott taż-żejt ieħor miksuba minn proċess preċedenti ta’ manifattura, m’għandux jisboq iż-0,5 % għal kull tip ta’ żerriegħa taż-żejt jew frott.

3.

Il-livell tal-ħadid fl-għalf sostitut tal-ħalib għall-għoġiela ta’ piż ħaj inqas minn jew daqs 70 kilogramma għandu jkun minn tal-inqas 30 milligramm kull kilogramm tal-għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %.

4.

Fejn il-materjal tal-għalf jintuża biex jiddenatura jew jgħaqqad materjali tal-għalf oħra, il-prodott jista’ xorta waħda jiġi kkunsidrat bħala materjal tal-għalf. L-isem, in-natura u l-kwantità tal-materjal tal-għalf użat biex jgħaqqad jew jiddenatura għandu jkun ittikkettat. Jekk materjal tal-għalf ikun mgħaqqad b’materjal tal-għalf ieħor il-persentaġġ ta’ dan tal-aħħar m’għandux jisboq it-3 % tal-piż totali.

5.

Il-livell ta’ rmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku m’għandux jisboq it-2,2 % tal-materjal niexef. Il-livell ta’ 2,2 % jista’ jinqabeż, għal:

materjali tal-għalf,

għalf kompost li fih aġenti minerali li jgħaqqdu awtorizzati,

għalf minerali,

għalf kompost li fih iżjed minn 50 % ross jew pitravi taz-zokkor jew prodotti li ġejjin minnhom,

għalf kompost maħsub għall-ħut tal-farm li fih kontenut ta’ dħin tal-ħut ta’ iżjed minn 15 %,

bil-kondizzjoni li l-livell ikun iddikjarat fuq it-tikketta.

6.

Bil-kondizzjoni li l-ebda livell ieħor ma jiġi stabbilit fl-Anness V jew il-Katalogu msemmi fl-Artikolu 24 il-kontenut tal-umdità tal-għalf għandu jiġi ddikjarat jekk jisboq:

il-5 % fil-każ ta’ għalf minerali li ma fihx sustanzi organiċi,

is-7 % fil-każ ta’ għalf sostitut tal-ħalib u għalf kompost ieħor li fih kontenut ta’ prodott tal-ħalib li jisboq 40 %,

l-10 % fil-każ ta’ għalf minerali li fih sustanzi organiċi,

l-14 % fil-każ ta’ għalf ieħor.


ANNESS II

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar it-tikkettar kif imsemmija fl-Artikolu 11(4)

1.

Il-kontenut u l-livelli indikati jew li għandhom jiġu dikjarati jirrelataw għall-piż tal-għalf, għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor.

2.

L-indikazzjoni numerika tad-dati għandha ssegwi l-ordni ta’ jum, xahar u sena u l-format għandu jiġi indikat fuq it-tikketta permezz tat-taqsiriet li ġejjin: “JJ/XX/SS”.

3.

Espressjonijiet sinonimi f’ċerti lingwi:

(a)

Biċ-Ċek id-deżinjazzjoni “krmiva” tista’ tiġi sostitwita bi “produkty ke krmení” kif ikun applikabbli; il-Ġermaniż id-deżinjazzjoni “Einzelfuttermittel” tista’ tiġi sostitwita bi “Futtermittel-Ausgangserzeugnis”; bil-Grieġ “πρώτη ύλη ζωοτροφών” tista’ tiġi sostitwita bi “απλή ζωοτροφή”; bit-Taljan “materia prima per mangimi” tista’ tiġi sostitwita bi “mangime semplice”;

(b)

Fid-deżinjazzjoni tal-ikel tal-annimali domestiċi l-espressjonijiet li ġejjin għandhom jiġu permessi: bil-Bulgaru “храна”; bl-Ispanjol “alimento”; biċ-Ċek id-deżinjazzjoni “kompletní krmná směs” tista’ tiġi sostitwita bi “kompletní krmivo” u “doplňková krmná směs” tista’ tiġi sostitwita bi “doplňkové krmivo”; bl-Ingliż “pet food”; bit-Taljan “alimento”; bl-Ungeriż “állateledel”; bl-Olandiż ‘samengesteld voeder’; bil-Pollakk “karma”; bis-Sloven “hrana za hišne živali”; bil-Finlandiż “lemmikkieläinten ruoka”.

4.

L-istruzzjonijiet għall-użu adatt tal-għalf komplementari u materjali tal-għalf li fihom addittivi li jisbqu l-livelli massimi ffissati għall-għalf komplet għandhom jiddikjaraw il-kwantità massima

fi grammi jew kilogrammi jew unitajiet ta’ massa ta’ għalf komplementari u materjali tal-għalf kull annimal kull jum, jew

persentaġġ tar-razzjon ta’ kuljum, jew

għal kull kilo ta’ għalf komplet jew persentaġġ ta’ għalf komplet,

sabiex ikun żgurat li l-kontenuti massimi rispettivi tal-addittivi tal-ikel fir-razzjon ta’ kuljum ikunu rispettati.

5.

Mingħajr ma jiġu affettwati l-metodi analitiċi, għall-ikel tal-annimali domestiċi l-espressjoni “proteini mhux raffinati” tista’ tiġi sostitwita bi “proteini”, “żjut jew xaħmijiet mhux raffinati” tista’ tiġi sostitwita bi “kontenut ta’ xaħam” u “irmied mhux raffinat” tista’ tiġi sostitwita bi “residwu tal-inċinerazzjoni” jew “materjal inorganiku”.


ANNESS III

Lista tal-materjali li t-tqegħid fis-suq tagħhom jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali huwa ristrett jew ipprojbit kif imsemmi fl-Artikolu 6

 

Kapitolu 1: Materjali pprojbiti

(1)

Ħmieġ tal-imsaren, urina u kontenut separat tal-parti diġestiva bħala riżultat tat-tneħħija jew l-iżvujtjar tal-parti diġestiva, irrispettivament jekk ikunx għadda minn xi forma ta’ trattament jew taħlita.

(2)

Ġild tal-annimali trattat b’sustanzi tal-kunzatura, inkluż l-iskart tiegħu.

(3)

Żerrieġħa u materjal ieħor imnissel mill-pjanti li, wara l-ħsad, ġew mogħtija trattament speċifiku bi prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti għall-użu (tixrid) intenzjonat tagħhom u kull prodott miksub indirettament.

(4)

Injam, inklużi serratura u materjali oħra miksubin mill-injam, li ġew trattati bi preservanti tal-injam kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (1).

(5)

Kull skart miksub mid-diversi fażijiet ta’ ilma użat urban, domestiku u industrijali kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma użat urban (2), irrispettivament jekk kienx hemm proċessar ulterjuri ta’ dan l-iskart u irrispettivament ukoll għall-oriġini tal-ilmijiet.

(6)

Skart solidu urban, bħall-iskart tad-djar.

(7)

L-imballaġġ mill-użu ta’ prodotti mill-industrija tal-ikel agrikolu, u partijiet minnu.

 

Kapitolu 2: Materjali ristretti


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.


ANNESS IV

Tolleranzi permessi għat-tikkettar tal-kompożizzjoni ta’ materjali tal-għalf jew għalf kompost kif imsemmija fl-Artikolu 11(5)

1.

It-tolleranzi stabbiliti f’dan l-Anness jinkludu devjazzjonijiet tekniċi u analitiċi. Ladarba t-tolleranzi li jkopru l-inċertezzi fil-kejl u l-varjazzjonijiet proċedurali jiġu ffissati fil-livell Komunitarju, il-valuri stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati kif meħtieġ biex ikopru biss it-tolleranzi tekniċi.

2.

Meta l-kompożizzjoni ta’ materjal tal-għalf jew ta’ għalf kompost tinstab li tmur lil hinn mill-kompożizzjoni ddikjarata b’mod li tnaqqas il-valur tagħha, it-tolleranzi li ġejjin huma permessi:

(a)

għall-proteini mhux raffinati, zokkrijiet, lamtu u inulina:

3 unitajiet għal kontenuti dikjarati ta’ 30 % jew aktar,

10 % tal-kontenut dikjarat għal kontenuti ddikjarati ta’ inqas minn 30 % iżda mhux inqas minn 10 %,

1 unità għal kontenuti dikjarat ta’ inqas minn 10 %.

(b)

għall-fibri mhux raffinati, żjut u xaħmijiet mhux raffinati:

2,2 unitajiet għal kontenut dikjarat ta’ 15 % jew aktar,

15 % tal-kontenut dikjarat għal kontenuti ddikjarati ta’ inqas minn 15 % iżda mhux inqas minn 5 %,

0,8 ta’ unità għal kontenut dikjarat ta’ inqas minn 5 %.

(c)

għall-umdità, irmied mhux raffinat, irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku u kloruri bħal NaCl, fosfru totali, sodju, karbonat tal-kalċju, kalċju, manjeżju, indiċi tal-aċidu u materjal insolubbli f’petroljum ħafif:

1,5 unitajiet għal kontenut dikjarat (valuri) ta’ 15 % (15) jew aktar, kif ikun xieraq,

10 % tal-kontenut dikjarat (valur) għal kontenut dikjarat (valuri) ta’ inqas minn 15 % (15), iżda mhux inqas minn 2 % (2), jekk ikun il-każ,

0,2 ta’ unità għal kontenut dikjarat (valuri) ta’ inqas minn 2 % (2), kif ikun xieraq.

(d)

għall-valur enerġetiku 5 % u għall-valur proteiku 10 %;

(e)

għall-addittivi tal-għalf (1):

10 % jekk il-kontenut dikjarat hu 1 000 unità jew aktar,

100 unità għal kontenut dikjarat ta’ inqas minn 1 000 unità iżda mhux inqas minn 500 unità,

20 % tal-kontenut dikjarat ta’ inqas minn 500 unità iżda mhux inqas minn 1 unità,

0,2 ta’ unità għal kontenut dikjarat ta’ inqas minn 1 unità iżda mhux inqas minn 0,5 ta’ unità,

40 % tal-kontenut dikjarat ta’ inqas minn 0,5 ta’ unità.

Dawn it-tolleranzi għandhom japplikaw ukoll għal-livelli massimi tal-addittivi tal-ikel fl-ikel kompost.

3.

Sakemm ma jinqabiżx il-livell massimu ffissat għal kull addittiv tal-għalf, id-devjazzjoni mill-kontenut dikjarat tista’ tkun sa tliet darbiet it-tolleranza relevanti stabbilita fil-paragrafu 2.

4.

Għall-addittivi tal-ikel li jappartjenu lill-grupp ta’ mikro-organiżmi, il-limitu massimu għandu jikkorrispondi mal-livell massimu ffissat.


(1)  Unità waħda f’dan il-paragrafu tfisser 1 mg, 1 000 IU, 1 × 109 CFU jew 100 unità ta’ attività tal-enżimi tal-addittiv tal-għalf rispettiv.


ANNESS V

Dikjarazzjoni obbligatorja għall-materjali tal-għalf kif imsemmija fl-Artikolu 16(1)(b)

 

Materjal tal-għalf li jikkonsisti fi

Dikjarazzjoni obbligatorja ta’

1.

Għalf għal bhejjem u għalf oħxon

Proteina mhux raffinata, jekk > 10 %

Fibra mhux raffinata

2.

Qamħ taċ-ċereali

 

3.

Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-qamħ taċ-ċereali

Lamtu, jekk > 20 %

Proteina mhux raffinata, jekk > 10 %

Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 %

Fibra mhux raffinata

4.

Żerriegħa taż-żejt, frott taż-żejt

 

5.

Il-prodotti ta’ u l-prodotti li ġejjin miż-żerriegħa taż-żejt, mil-frott taż-żejt

Proteina mhux raffinata, jekk > 10 %

Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 %

Fibra mhux raffinata

6.

Żerriegħa tal-legumi

 

7.

Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji miż-żerriegħa tal-legumi

Proteina mhux raffinata, jekk > 10 %

Fibra mhux raffinata

8.

Tuberi, għeruq

 

9.

Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mit-tuberi u mill-għeruq

Lamtu

Fibra mhux raffinata

Irmied ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa

10.

Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-industrija tal-ipproċessar tal-pitrava taz-zokkor

Fibra mhux raffinata, jekk > 15 %

Zokkor totali, ikkalkulat bħala zokkor tal-kannamieli

Irmied ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa

11.

Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-industrija tal-ipproċessar taz-zokkor tal-kannamieli

Fibra mhux raffinata, jekk > 15 %

Zokkor totali ikkalkulat bħala zokkor tal-kannamieli

12.

Żerriegħa u frott ieħor, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom, ħlief dawk imsemmija fil-punti 2-7

Proteina mhux raffinata

Fibra mhux raffinata

Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 10 %

13.

Pjanti oħra, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom, ħlief dawk imsemmija fil-punti 8-11

Proteina mhux raffinata, jekk > 10 %

Fibra mhux raffinata

14.

Prodotti tal-ħalib u l-prodotti sekondarji minnhom

Proteina mhux raffinata

Umdità, jekk > 5 %

Lattosju, jekk > 10 %

15.

Prodotti tal-annimali tal-art u l-prodotti sekondarji minnhom

Proteina mhux raffinata, jekk > 10 %

Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 %

Umdità, jekk > 8 %

16.

Ħut, annimali marini oħra, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom

Proteina mhux raffinata, jekk > 10 %

Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 5 %

Umdità, jekk > 8 %

17.

Minerali

Kalċju

Sodju

Fosfru

Minerali relevanti oħra

18.

Mixxellanji

Proteina mhux raffinata, jekk > 10 %

Fibra mhux raffinata

Żejt u xaħmijiet mhux raffinati, jekk > 10 %

Lamtu, jekk > 30 %

Zokkor totali, bħala zokkor tal-kannamieli, jekk > 10 %

Irmied ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3,5 % ta’ materja niexfa


ANNESS VI

Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u l-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel

Il-Kapitolu I:   It-tikkettar tal-addittivi tal-għalf kif imsemmija fl-Artikoli 15(f) u 22(1)

1.

L-addittivi li ġejjin għandhom jiġu elenkati bl-isem speċifiku tagħhom kif definit fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv tal-għalf in kwistjoni, l-ammont miżjud, in-numru tal-identifikazzjoni u l-isem tal-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew il-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament:

(a)

addittivi fejn il-kontenut massimu jkun iffissat għal kull tip ta’ speċi fil-mira;

(b)

addittivi li jappartjenu lill-kategoriji “addittivi zootekniċi” u “koċċidjostati u ħistomonostati”;

(c)

addittivi li jappartjenu lill-grupp funzjonali ta’ “l-urea u d-derivattivi tagħha” tal-kategorija “addittivi nutrizzjonali” kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

2.

L-isem kif stabbilit fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv in kwistjoni tal-għalf u l-ammont miżjud tal-addittiv tal-għalf għandhom jiġu indikati jekk il-preżenza tal-addittiv tkun enfasizzata fuq it-tikketta permezz ta’ kliem, stampi jew grafika.

3.

Il-persuna responsabbli mit-tikketta għandha turi l-ismijiet, in-numru ta’ identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 lix-xerrej fuq talba tiegħu.

4.

Addittivi tal-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu indikati volontarjament fil-forma stabbilita fil-paragrafu 1 jew parzjalment.

5.

Jekk addittiv tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ikun ittikkettat fuq bażi volontarja, l-ammont miżjud tiegħu għandu jiġi indikat.

6.

Jekk addittiv jappartjeni għal aktar minn grupp funzjonali wieħed, il-grupp funzjonali jew kategorija li jikkorrispondi għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf partikolari għandu jintwera.

Il-Kapitolu II:   It-tikkettar ta’ kostitwenti analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(f) u 22(1)

1.

Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel għandha titniżżel fuq it-tikketta kif ġej:

Għalf

Kostitwenti analitiċi u l-livelli

Speċijiet fil-mira

Għalf komplet

Proteina mhux raffinata

L-ispeċijiet kollha

Fibra mhux raffinata

L-ispeċijiet kollha

Żejt u xaħmijiet mhux raffinati

L-ispeċijiet kollha

Irmied mhux raffinat

L-ispeċijiet kollha

Liżin

Ħnieżer u tjur

Metjonina

L-ispeċijiet kollha

Kalċju

L-ispeċijiet kollha

Sodju

L-ispeċijiet kollha

Fosfru

L-ispeċijiet kollha

Għalf komplementari – Minerali

Liżin

Ħnieżer u tjur

Metjonina

Ħnieżer u tjur

Kalċju

L-ispeċijiet kollha

Sodju

L-ispeċijiet kollha

Fosfru

L-ispeċijiet kollha

Manjeżju

Annimali li jixtarru

Għalf komplementari – Oħrajn

Proteina mhux raffinat

L-ispeċijiet kollha

Fibra mhux raffinat

L-ispeċijiet kollha

Żejt u xaħmijiet mhux raffinati

L-ispeċijiet kollha

Irmied mhux raffinat

L-ispeċijiet kollha

Liżin

Ħnieżer u tjur

Metjonina

Ħnieżer u tjur

Kalċju ≥ 5 %

L-ispeċijiet kollha

Sodju

L-ispeċijiet kollha

Fosfru ≥ 2 %

L-ispeċijiet kollha

Manjeżju ≥ 0,5 %

Annimali li jixtarru

2.

Jekk l-amino aċidi, vitamini u/jew elementi traċċa huma indikati taħt it-titolu tal-kostitwenti analitiċi, huma għandhom jiġu ddikjarati bl-ammont totali tagħhom.

3.

Jekk il-valur enerġetiku u/jew il-valur tal-proteina jkunu indikati, dik l-indikazzjoni għandha ssir skont il-metodu tal-KE, jekk ikun disponibbli jew skont il-metodu nazzjonali uffiċjali rispettiv fl-Istat Membru fejn l-għalf jitqiegħed fis-suq, jekk ikun disponibbli.


ANNESS VII

Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u l-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel

Il-Kapitolu I:   It-tikkettar tal-addittivi tal-għalf kif imsemmija fl-Artikoli 15(f) u 22(1)

1.

L-addittivi li ġejjin għandhom jiġu elenkati, bl-isem speċifiku tagħhom kif definit fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv tal-għalf in kwistjoni u/jew in-numru tal-identifikazzjoni tiegħu, l-ammont miżjud u l-isem tal-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew il-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament:

(a)

addittivi fejn il-kontenut massimu jkun iffissat għal kull tip ta’ speċi fil-mira;

(b)

addittivi li jappartjenu lill-kategoriji “addittivi zootekniċi” u “koċċidjostati u ħistomonostati”;

(c)

addittivi li jappartjenu lill-grupp funzjonali ta’ “l-urea u d-derivattivi tagħha” tal-kategorija “addittivi nutrizzjonali” kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

2.

B’deroga mill-paragrafu 1, għall-addittivi tal-gruppi funzjonali “preservanti”, “antiossidanti” u “koloranti” kif stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-grupp funzjonali in kwistjoni biss jista’ jiġi indikat.

F’dan il-każ l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tingħata mill-persuna responsabbli għat-tikketta lix-xerrej, fuq talba ta’ dan tal-aħħar.

3.

L-isem kif stabbilit fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv in kwistjoni tal-għalf u l-ammont miżjud tal-addittiv tal-għalf għandhom jiġu indikati jekk il-preżenza tal-addittiv tkun enfasizzata fuq it-tikketta permezz ta’ kliem, stampi jew grafika.

4.

Il-persuna responsabbli mit-tikkettar għandha turi l-ismijiet, in-numru ta’ identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 lix-xerrej fuq talba tiegħu.

5.

Addittivi tal-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu indikati volontarjament fil-forma skont kif stabbiliti fil-paragrafu 1 jew parzjalment.

6.

Jekk addittiv tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ikun ittikkettat fuq bażi volontarja, għandu jiġi indikat l-ammont miżjud tiegħu.

7.

Jekk addittiv jappartjeni għal aktar minn grupp funzjonali wieħed, il-grupp funzjonali jew il-kategorija li jikkorrispondu għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf partikolari għandhom jintwerew.

8.

Il-persuna responsabbli għat-tikkettar tal-għalf għandha tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali kwalunkwe informazzjoni dwar il-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi ddikjarati tal-għalf li jqiegħdu fis-suq li tippermetti li tiġi verifikata ċ-ċarezza tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketti, inkluża l-informazzjoni kompleta dwar l-addittivi kollha użati.

Kapitolu II:   It-tikkettar tal-kostitwenti analitiċi kif imsemmija fl-Artikolu 17(1)(f) u 22(1)

1.

Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel għandha titniżżel fuq it-tikketta kif ġej:

Għalf

Kostitwenti analitiċi

Speċijiet fil-mira

Għalf komplet

Proteina mhux raffinata

Qtates, klieb u annimali tal-fer

Fibri mhux raffinati

Qtates, klieb u annimali tal-fer

Żejt u xaħmijiet mhux raffinati

Qtates, klieb u annimali tal-fer

Irmied mhux raffinat

Qtates, klieb u annimali tal-fer

Għalf komplementari — Minerali

Kalċju

L-ispeċijiet kollha

Sodju

L-ispeċijiet kollha

Fosfru

L-ispeċijiet kollha

Għalf komplementari — Oħrajn

Proteina mhux raffinata

Qtates, klieb u annimali tal-fer

Fibri mhux raffinati

Qtates, klieb u annimali tal-fer

Żejt u xaħmijiet mhux raffinati

Qtates, klieb u annimali tal-fer

Irmied mhux raffinat

Qtates, klieb u annimali tal-fer

2.

Jekk l-amino aċidi, vitamini u/jew elementi traċċa huma indikati taħt it-titolu tal-kostitwenti analitiċi, huma għandhom jiġu ddikjarati bl-ammont totali tagħhom.

3.

Jekk il-valur enerġetiku u/jew il-valur tal-proteina jkunu indikati, dik l-indikazzjoni għandha ssir skont il-metodu tal-KE, jekk ikun disponibbli jew skont il-metodu nazzjonali uffiċjali rispettiv fl-Istat Membru fejn l-għalf jitqiegħed fis-suq, jekk ikun disponibbli.


ANNESS VIII

Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tikkettar tal-għalf li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tas-sikurezza u l-kummerċjalizzazzjoni taħt il-liġi komunitarja kif imsemmi fl-Artikolu 20(1)

1.

Il-materjali kkontaminati għandhom jitniżżlu fit-tikketta bħala “għalf b’livell(i) għoli/għolja ta’ … (deżinjazzjoni tas-sustanza/i mhux mixtieqa skont l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE), u biex jintuża biss bħala għalf wara ditossifikazzjoni fi stabbilimenti awtorizzati”. L-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti għandha tkun konformi mal-Artikolu 10(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005.

2.

Fil-każ li jkun hemm l-intenzjoni li l-kontaminazzjoni titnaqqas jew tiġi eliminata bit-tindif, it-tikkettar ta’ materjali kontaminati għandu jkun fih il-kliem addizzjonali li ġej “għalf b’livell(i) eċċessiv(i) ta’ … (deżinjazzjoni tas-sustanza(i) mhux mixtieqa skont l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE), li għandha tintuża biss bħala għalf wara tindif adegwat”.


ANNESS IX

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 79/373/KEE

Direttiva 96/25/KE

Atti oħra: Direttivi 80/511/KEE (1), 82/471/KEE (2), 93/74/KEE (3), 93/113 KE (4) jew Deċiżjoni 2004/217/KE (5)

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1

(2), (4): Article 1

(3): Artikolu 4

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2

(2), (3): Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 4(1)

Artikolu 3

Artikolu 3

(3): Artikolu 1(2)

Artikolu 4(2)

 

Artikolu 4

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(1)

Artikolu 12

 

(3): Artikolu 10(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 10a(3)

Artikolu 11(b)

(2): Artikolu 8

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

 

 

(3): Artikolu 3

Artikolu 9

 

 

(3): Artikolu 6

Artikolu 10

Artikolu 5e

 

 

Artikolu 11(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(1)

(2): Artikolu 5(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 5(6)

Artikolu 4 u 6(4)

 

Artikolu 11(4)

Artikolu 6

Artikolu 4

 

Artikolu 11(5)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

 

Artikolu 12

Artikolu 5e

Artikolu 5(2)

(3): Artikolu 5(6)

Artikolu 13

Artikolu 5(1), Artikolu 11

Artikolu 5(1), Artikolu 9

 

Artikolu 14

Artikolu 5(1) u 5(5)(c)

Artikolu 5(1)

(4): Artikolu 7(1)E u Direttiva 70/524/KEE: Artikolu 16

Artikolu 15

 

Artikolu 5(1)(c), (d) u 7

 

Artikolu 16

Artikolu 5(1), 5c u 5d

 

 

Artikolu 17(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 5c(3)

 

 

Artikolu 17(3)

 

 

(3): Artikolu 5(1), (4), (7) u 6(a)

Artikolu 18

Artikolu 19

 

Artikolu 8

 

Artikolu 20

 

Artikolu 6(1)(a)

 

Artikolu 21(1)

Artikolu 5(5)(d)

 

 

Artikolu 21(2)

 

Artikolu 6(3)(a)

 

Artikolu 21(3)

Artikolu 5(5)(b)

 

 

Artikolu 21(4)

Artikolu 5(5)(a)

 

 

Artikolu 21(5)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3), 6(1)(b)

 

Artikolu 21(6)

Artikolu 21(7)

Artikolu 14(c)

 

 

Artikolu 21(8)

Artikolu 5(3), 5c(4) u 5e

Artikolu 5(2)

 

Artikolu 22

Artikolu 4(1)

 

(1): Artikolu 1

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 10

Artikolu 11

 

Artikolu 27

Artikolu 13

Artikolu 13

(2): Artikolu 13 u 14

(3): Artikolu 9

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 33

Anness Parti A(2), (3), (4)

Anness Parti A(II), (VI),

 

Anness I

Annex Part A(1) and

Artikolu 5(6)

Artikolu 6(4)

 

Anness II

 

 

(5): Anness

Anness III

Anness Parti A(5), (6)

Anness Parti A(VII)

 

Anness IV

 

Anness Parti C

 

Anness V

Anness Parti B

 

 

Anness VI

Anness Parti B

 

 

Anness VII