23.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 640/2009
tat-22 ta' Lulju 2009
li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għal muturi tal-elettriku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodiżinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti ta’ ekodiżinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti, u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali mingħajr ma jinvolvu spejjeż żejda. |
(2) |
L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżura implimentattiva dwar prodotti użati fis-sistemi tal-muturi tal-elettriku. |
(3) |
Il-muturi tal-elettriku huma l-iktar tip importanti ta' karga elettrika f'industriji fi ħdan il-Komunità fejn huma użati muturi fil-proċessi ta' produzzjoni. Is-sistemi li fihom joperaw dawn il-muturi jieħdu madwar 70 % tal-elettriku kkonsmat mill-industrija. Hemm potenzjal totali għal titjib kosteffikaċi tal-enerġija ta' dawn is-sistemi bil-mutur b'madwar 20 % għal 30 %. Wieħed mill-ikbar fatturi f'titjib bħal dan huwa l-użu ta' muturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Konsegwentement, il-muturi fis-sistemi ta' muturi tal-elettriku jirrappreżentaw prodott ta' prijorità li għalih iridu jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-ekodiżinn. |
(4) |
Is-sistemi ta' muturi tal-elettriku jinkludu għadd ta' prodotti li jużaw l-enerġija, bħal muturi, trażmissjonijiet, pompi jew fannijiet. Il-muturi u t-trażmissjonijiet b'veloċità varjabbli huma parti importanti minn dawn il-prodotti. Għalhekk, dan ir-Regolament jirrikjedi li ċerti tipi ta' muturi jkunu mgħammra bi trażmissjonijiet b'veloċità varjabbli. |
(5) |
Ħafna muturi huma integrati fi prodotti oħra mingħajr ma jitqiegħdu fis-suq separatament jew jitqiegħdu fis-servizz skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/32/KE u d-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Sabiex jintlaħaq il-potenzjal kollu tal-iffrankar kosteffikaċi tal-enerġija, il-muturi li huma integrati fi prodotti oħra għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li analizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-muturi tal-elettriku. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(7) |
L-istudju ta' tħejjija juri li l-muturi tal-elettriku jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità fi kwantitajiet kbar, bil-konsum tal-elettriku tagħhom fil-fażi ta' użu tkun l-iktar aspett ambjentali sinifikanti mill-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, u bil-konsum ta' elettriku annwali tagħhom jwassal sa 1 067 TWh fl-2005, li jsarrfu f'427 Mt tal-emissjonijiet ta' CO2. Fin-nuqqas ta' miżuri sabiex ikun hemm limitu għal dan il-konsum, huwa previst li l-konsum tal-enerġija se jiżdied għal 1 252 TWh fl-2020. Ġie konkluż li l-konsum tal-enerġija fiċ-ċiklu tal-ħajja u l-konsum tal-elettriku fil-fażi ta' użu jistgħu jittejbu b'mod sinifikanti, partikolarment jekk il-muturi b'veloċità varjabbli u l-applikazzjonijet ta' karga jkunu mgħammra bi trażmissjonijiet. |
(8) |
L-istudju ta' tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku fl-użu huwa l-uniku parametru ta' ekodiżinn sinifikanti relatat mad-diżinn tal-prodott kif imsemmi fl-Anness I, il-Parti 1, tad-Direttiva 2005/32/KE. |
(9) |
It-titjib fil-konsum tal-elettriku tal-muturi tal-elettriku għandu jseħħ bl-użu ta’ teknoloġiji eżistenti ta’ dominju pubbliku kosteffiċjenti u li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż totali tax-xiri u tat-tħaddim tagħhom. |
(10) |
Ir-rekwiżiti ta' ekodiżinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija għal muturi fil-Komunità kollha, u b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib fil-prestazzjoni ambjentali ta' dawn il-prodotti. |
(11) |
Għandu jingħata qafas ta' żmien xieraq lill-produtturi sabiex jiddiżinjaw mill-ġdid il-prodotti. L-iffissar ta' żmien għandu jsir b’tali mod li l-impatti negattivi fuq il-funzjonalità tal-muturi jiġu evitati, u l-impatti fuq in-nefqa għall-produtturi, partikolarment fl-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, jiġu meqjusa, filwaqt li jiġi żgurat il-ksib f'waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(12) |
Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi determinat permezz ta' metodi ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar żviluppati rikonoxxuti inkluż, fejn dawn huma disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpijiet ta' standardazzjoni Ewropej, kif imniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (3). |
(13) |
Dan ir-Regolament għandu jżid il-penetrazzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji li jtejbu l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-muturi tal-elettriku, li għandu jwassal għal iffrankar fl-enerġija tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ 5 500 PJ (4) u għal iffrankar ta’ elettriku ta' 135 TWh sal-2020, imqabbel mas-sitwazzjoni fejn ma tittieħed l-ebda miżura. |
(14) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
(15) |
Sabiex il-kontrolli ta' konformità jiġu ffaċilitati, il-produtturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/32/KE fid-dokumentazzjoni teknika. |
(16) |
Sabiex jiġi llimitat iktar l-impatt ambjentali tal-muturi, il-produtturi għandhom jipprovdu informazzjoni relevanti fuq iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi fl-aħħar tal-ħajja tagħhom. |
(17) |
Għandhom jiġu identifikati punti ta' referenza għat-teknoloġiji b'effiċjenza għolja ta' enerġija li huma attwalment disponibbli. Dan għandu jgħin sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà wiesgħa u l-aċċessibbiltà faċli tal-informazzjoni, partikolarment għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, u dan għandu jiffaċilita aktar l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji ta' diżinn għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija. |
(18) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' ekodiżinn għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta' muturi, inkluż fejn huma integrati f'prodotti oħra.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a) |
muturi ddiżinjati sabiex joperaw waqt li jkunu kompletament mgħaddsa f'likwidu; |
(b) |
muturi kompletament integrati fi prodott (pereżempju tagħmir, pompa, fann jew kompressur) fejn il-prestazzjoni tal-qawwa tagħhom ma tistax tiġi ttestjata indipendentement mill-prodott; |
(c) |
muturi speċifikament iddiżinjati sabiex jaħdmu:
|
(d) |
muturi tal-brejkijiet; |
barra fejn għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Anness 1, il-Punt 2: (3), (4), (5), (6), (12).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Flimkien mad-definizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2005/32/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Mutur” tfisser mutur ta' induzzjoni tat-tip squirrel cage, b'veloċità elettrika waħda, bi tliet fażijiet ta' 50 Hż jew 50/60 Hz li;
|
(2) |
“Trażmissjoni b'veloċità varjabbli” tfisser konvertitur tal-enerġija elettronika li jadatta kontinwament l-enerġija elettrika mogħtija lill-mutur tal-elettriku sabiex jikkontrolla l-ħruġ mekkaniku tal-enerġija tal-mutur skont il-veloċita torque karratteristika tal-karga (trażmessa mill-mutur), billi jaġġusta l-provvista ta' enerġija bi tliet fażijiet ta' 50 Hz għal frekwenza varjabbli u vultaġġ mogħti lill-mutur. |
(3) |
“Mutur ta' induzzjoni tat-tip squirrel cage” tfisser mutur tal-elettriku mingħajr faħmiet, kommutatur, ċrieki tal-kuntatt (slip rings) jew konnessjonijiet elettriċi mar-rotor. |
(4) |
“Fażi” tfisser it-tip ta' konfigurazzjoni tal-provvista tal-elettriku tal-mejns; |
(5) |
“Pol” tfisser l-għadd totali ta' poli manjetiċi tramuntana u nofsinhar prodotti mill-kamp manjetiku li jdur tal-mutur. L-għadd ta' poli jiddetermina l-veloċità bażi tal-mutur. |
(6) |
“Operazzjoni ta' ħidma kontinwa” tfisser il-kapaċità ta' mutur elettriku b'sistema ta' tkessiħ integrata sabiex jopera b'karga nominali mingħajr interruzzjoni taħt l-għoli tat-temperatura massima nominali. |
(7) |
“Mutur tal-brejk” tfisser mutur mgħammar bi brejk b'unità elettromekkanika li jopera direttament fuq ix-xaft tal-mutur mingħajr igganċjar. |
Artikolu 3
Rekwiżiti ta' ekodiżinn
Ir-rekwiżiti ta' ekodiżinn għall-muturi huma msemmija fl-Anness I.
Kull rekwiżit ta' ekodiżinn għandu japplika skont l-iskeda ta' żmien li ġejja:
(1) |
mis-16 ta' Ġunju 2011, il-muturi għandhom ikunu mhux inqas effiċjenti mill-livell ta' effiċjenza IE2, kif imsemmi fl-Anness I, fil-punt 1; |
(2) |
mill-1 ta’ Jannar 2015:
|
(3) |
mill-1 ta’ Jannar 2017:
|
Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-prodott għall-muturi huma kif stipulati fl-Anness I. Il-konformità mar-rekwiżiti ta' ekodiżinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-diżinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew tas-sistema ta' ġestjoni għal valutazzjoni ta' konformità stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
Fit-twettiq tal-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika definita fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Punti ta’ Referenza indikattivi
Il-punti ta’ referenza indikattivi għall-muturi bl-aqwa prestazzjoni, li huma disponibbli bħalissa fis-suq huma identifikati fl-Anness IV.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku kemm fuq il-muturi kif ukoll fuq it-trażmissjonijiet mhux iktar tard minn seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni dwar l-Ekodiżinn. Ir-reviżjoni għandha tinkludi l-effiċjenza, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tar-riżorsi u l-livell ta' dubju fil-kejl.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.
(2) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.
(3) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(4) 1 TWh = 3.6 PJ.
(5) ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1.
ANNESS I
REKWIŻITI TA' EKODIŻINN GĦALL-MUTURI
(1) REKWIŻITI TA' EFFIĊJENZA TAL-MUTUR
Ir-rekwiżiti minimi nominali ta' effiċjenza għal muturi huma stipulati fit-Tabella 1 u 2.
Tabella 1
Effiċjenzi minimi nominali (%) għal-livell ta' effiċjenza IE2 (50 Hz)
Ħruġ ta' qawwa nominali kW |
Għadd ta' poli |
||
2 |
4 |
6 |
|
0,75 |
77,4 |
79,6 |
75,9 |
1,1 |
79,6 |
81,4 |
78,1 |
1,5 |
81,3 |
82,8 |
79,8 |
2,2 |
83,2 |
84,3 |
81,8 |
3 |
84,6 |
85,5 |
83,3 |
4 |
85,8 |
86,6 |
84,6 |
5,5 |
87,0 |
87,7 |
86,0 |
7,5 |
88,1 |
88,7 |
87,2 |
11 |
89,4 |
89,8 |
88,7 |
15 |
90,3 |
90,6 |
89,7 |
18,5 |
90,9 |
91,2 |
90,4 |
22 |
91,3 |
91,6 |
90,9 |
30 |
92,0 |
92,3 |
91,7 |
37 |
92,5 |
92,7 |
92,2 |
45 |
92,9 |
93,1 |
92,7 |
55 |
93,2 |
93,5 |
93,1 |
75 |
93,8 |
94,0 |
93,7 |
90 |
94,1 |
94,2 |
94,0 |
110 |
94,3 |
94,5 |
94,3 |
132 |
94,6 |
94,7 |
94,6 |
160 |
94,8 |
94,9 |
94,8 |
200 sa 375 |
95,0 |
95,1 |
95,0 |
Tabella 2
Effiċjenzi minimi nominali (%) għal-livell ta' effiċjenza IE3 (50 Hz)
Ħruġ ta' qawwa nominali kW |
Għadd ta' poli |
||
2 |
4 |
6 |
|
0,75 |
80,7 |
82,5 |
78,9 |
1,1 |
82,7 |
84,1 |
81,0 |
1,5 |
84,2 |
85,3 |
82,5 |
2,2 |
85,9 |
86,7 |
84,3 |
3 |
87,1 |
87,7 |
85,6 |
4 |
88,1 |
88,6 |
86,8 |
5,5 |
89,2 |
89,6 |
88,0 |
7,5 |
90,1 |
90,4 |
89,1 |
11 |
91,2 |
91,4 |
90,3 |
15 |
91,9 |
92,1 |
91,2 |
18,5 |
92,4 |
92,6 |
91,7 |
22 |
92,7 |
93,0 |
92,2 |
30 |
93,3 |
93,6 |
92,9 |
37 |
93,7 |
93,9 |
93,3 |
45 |
94,0 |
94,2 |
93,7 |
55 |
94,3 |
94,6 |
94,1 |
75 |
94,7 |
95,0 |
94,6 |
90 |
95,0 |
95,2 |
94,9 |
110 |
95,2 |
95,4 |
95,1 |
132 |
95,4 |
95,6 |
95,4 |
160 |
95,6 |
95,8 |
95,6 |
200 sa 375 |
95,8 |
96,0 |
95,8 |
(2) REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI TAL-PRODOTT DWAR IL-MUTURI
Mis-16 ta' Ġunju 2011, l-informazzjoni dwar il-muturi msemmija fil-punti (1) sa (12) għandhom jintwerew b'mod viżibbli fuq:
(a) |
id-dokumentazzjoni teknika tal-muturi; |
(b) |
id-dokumentazzjoni teknika ta' prodotti li fihom hemm inkorporati l-muturi; |
(c) |
aċċess bla ħlas għal siti tal-Internet tal-produtturi tal-muturi; |
(d) |
aċċess bla ħlas għal siti tal-Internet tal-produtturi tal-prodotti li fihom hemm inkorporati l-muturi. |
Fil-każ ta' dokumentazzjoni teknika, l-informazzjoni għandha tkun mogħtija skont l-ordni kif preżentat fil-punti (1) sa (12). Ma hemmx għalfejn jintuża l-istess kliem eżatt bħal ma hawn fil-lista. Jista’ jkun muri bl-użu ta’ grafika, ċifri jew simboli, iktar milli kliem.
(1) |
l-effiċjenza nominali (η) fuq qawwa sħiħa, 75 % u 50 % ta' karga u vultaġġ nominali (UN); |
(2) |
il-livell ta' effiċjenza: “IE2” jew “IE3”; |
(3) |
is-sena tal-manifattura; |
(4) |
l-isem tal-produttur jew it-trejdmark, in-numru ta' reġistrazzjoni kummerċjali u l-post tal-produttur; |
(5) |
in-numru tal-mudell tal-prodott; |
(6) |
l-għadd ta' poli tal-mutur; |
(7) |
il-prestazzjoni(jiet) nominali ta' potenza jew il-medda ta' prestazzjoni nominali ta' potenza (kW); |
(8) |
il-frekwenza/i tad-dħul nominali ta' frekwenza(i) tal-mutur (Hz); |
(9) |
il-vultaġġ nominali jew il-medda tal-vultaġġ nominali (V); |
(10) |
il-veloċità(jiet) nominali jew il-medda tal-vultaġġ nominali (rpm); |
(11) |
l-informazzjoni rileveanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja tiegħu; |
(12) |
l-informazzjoni dwar il-firxa ta' kundizzjonijiet operatorji li għalihom il-mutur huwa ddiżenjat speċifikament:
|
L-informazzjoni msemmija fil-punti 1, 2 u 3 għandha tkun immarkata b'mod li ma titħassarx fuq jew qrib il-pjanċja tal-klassifikazzjoni tal-mutur.
L-informazzjoni msemmija fil-punti 1 sa 12 ma hemmx għalfejn tkun ippubblikata fuq is-sit tal-internet li għandha aċċess bla ħlas tal-produttur tal-mutur għal muturi magħmulin apposta b'diżinn mekkaniku u elettroniku speċjali skont ir-rikjesta tal-klijent. L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti obbligatorji sabiex il-muturi, li ma jilħqux il-livell ta' effiċjenza IE3, ikunu mgħammra bi trasmissjoni b'veloċità varjabbli, għandha tkun esposta b'mod viżibbli fuq il-pjanċja tal-isem, id-dokumentazzjoni teknika u l-ippakkjar tal-mutur:
(a) |
mill-1 ta' Jannar 2015 għall-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 7,5-375 kW, |
(b) |
mill-1 ta' Jannar 2017 għall-muturi bi prestazzjoni nominali ta' 0,75-375 kW. |
Il-produtturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed waqt l-immuntar, l-istallazzjoni, iż-żamma jew l-użu tal-muturi bi trasmissjoni b'veloċità varjabbli fid-dokumentazzjoni teknika, inkluż informazzjoni dwar kif tista' tiġi minimizzata l-firxa elettrika u manjetika mit-trasmissjonijiet b'veloċità varjabbli.
(3) DEFINIZZJONIJIET GĦALL-FINIJIET TAL-ANNESS I
(1) |
“Effiċjenza minima nominali” (η) tfisser l-effiċjenza bir-rata massima ta' karga u vultaġġ mingħajr tolleranzi. |
(2) |
“Tolleranza” tfisser il-varjazzjoni massima permessa fir-riżultat tat-test tal-kejl ta' kwalunkwe mutur imqabbel mal-valur dikjarat fuq il-pjanċja ta' klassifikazzjoni jew fid-dokumentazzjoni teknika. |
ANNESS II
KEJL U KALKOLAZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' konformità u ta' verifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkolazzjonijiet għandhom isiru permezz ta' proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, u li r-riżultati tagħhom huma meqjusa li għandhom livell baxx ta' dubju, inkluż metodi msemmija fid-dokumenti, li n-numru ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak l-iskop f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jissodisfaw dawn il-parametri tekniċi:
L-effiċjenza tal-enerġija huwa l-proporzjoni tal-prestazzjoni ta' potenza mekkanika mal-potenza elettronika tal-konsum.
Il-livell ta' effiċjenza tal-mutur, kif speċifikat fl-Anness I, għandha tiġi determinata fuq prestazzjoni nominali ta' potenza (PN), vultaġġ nominali (UN), u frekwenza nominali (fN).
Id-differenza bejn il-prestazzjoni ta' potenza mekkanika u l-potenza elettronika tal-konsum hija kawżata mit-telf li qed iseħħ fil-mutur.
Il-kalkolu tat-telf totali għandu jsir permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:
— |
il-kejl tat-telf totali; jew |
— |
il-kalkolu tat-telf separat mgħoddi flimkien. |
ANNESS III
PROĊEDURA TA’ VERIFIKAZZJONI
Fit-twettiq tal-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.
1. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda biss. |
2. |
Il-mudell jiġi meqjus konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, jekk fl-effiċjenza nominali tal-mutur (η), it-telf (1-η) ma jvarjax mill-valuri ta' limitu stipulati fl-Anness I b'iktar minn 15 % tal-medda ta' potenza 0.75-150 kW u 10 % tal-medda ta' potenza 150-375 kW. |
3. |
Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jintlaħaqx l-awtorita' ta' sorveljanza tas-suq għandha tittestja tliet unitajiet addizzjonali magħżula bl-addoċċ, minbarra għal muturi li huma prodotti fi kwantitajiet ta' inqas minn ħamsa fis-sena. |
4. |
L-istess mudell jiġi meqjus konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, jekk fl-effiċjenza nominali medja (η), it-telf (1-η) tat-tliet unitajiet imsemmija fil-punt 3 ma jvarjax mill-valuri stipulati fl-Anness I b'iktar minn 15 % tal-medda ta' potenza 0.75-150 kW u 10 % tal-medda ta' potenza > 150-375 kW. |
5. |
Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi ma' dan ir-Regolament. |
Sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu japplika l-proċeduri msemmija fl-Anness II u metodi ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, inkluż il-metodi stipulati fl-istandards li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS IV
PUNTI TA’ REFERENZA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6
Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-muturi ġiet identifikata bħala l-livell IE3, jew mutur IE3 mgħammar b'trażmissjoni b'veloċità varjabbli kif iddefinit fl-Anness I.