18.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/14


REGOLAMENT (KE) Nru 596/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2009

li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju

Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – Ir-Raba’ Parti

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2), l-Artikoli 55, 71(1), l-Artikolu 80(2), l-Artikoli 95, 152(4)(a) u (b), l-Artikolu 175(1) u l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

F’ konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzji tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4) ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (5) li daħħlet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali b’instrument bażiku adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi tħassar uħud minn dawn l-elementi jew tissupplimenta l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(2)

F’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (6) relatata mad-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti li huma diġà fis-seħħ adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawn l-istrumenti jiġu aġġustati skont il-proċeduri applikabbli.

(3)

Billi l-emendi li saru għall-istrumenti għal dan il-għan huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-Kumitat, fil-każ tad-Direttivi ma hemmx bżonn ta’ trażpożizzjoni mill-Istati Membri,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istrumenti, li l-lista tagħhom tidher fl-Anness, huma b’dan adattati f’konformità mal-Anness imsemmi, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE.

Artikolu 2

Ir-referenzi magħmula għad-dispożizzjonijiet tal-atti li jidhru fl-Anness għandhom jiġu mifhuma li huma magħmula għal dawn id-dispożizzjonijiet hekk kif adattati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strażburgu, it-18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

Š. FÜLE


(1)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 35.

(2)  ĠU C 117, 14.5.2008. p. 1.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Mejju 2009

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(5)  ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


ANNESS

1.   L-INTRAPRIŻA

1.1.   Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq  (1)

Fir-rigward tad-Direttiva 97/68/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom emendi li huma meħtieġa, fid-dawl tal-adattament għall-progress tekniku, għandhom jiġu adottati. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 97/68/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 97/68/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4(2), l-aħħar sentenza għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness VIII. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 15(2).”;

(2)

L-Artikolu 7a(4) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness VII għall-integrazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali u speċifika li tista’ tkun meħtieġa fir-rigward taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għal magni li għandhom jiġu installati fuq barkuni tal-kanali interni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).”;

(3)

L-Artikolu 14 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe emendi li huma meħtieġa biex tadatta l-Annessi għall-progress tekniku bl-eċċezzjoni tal-ħtiġijiet speċifikati fis-taqsima 1, fit-taqsimiet 2.1 sa 2.8 u fis-taqsima 4 tal-Anness I.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).”

(4)

L-Artikolu 14a għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 14a

Il-Kummissjoni għandha tistudja l-possibbiltà tad-diffikultajiet tekniċi dwar il-konformità mal-ħtiġijiet tal-istadju II għal ċerti użu ta’ magni, partikolarment makkinarju mobbli li fih il-magni tal-klassijiet SH:2 u SH:3 huma mmuntati. Jekk l-istudji tal-Kummissjoni jikkonkludu li għal raġunijiet tekniċi ċertu makkinarju mobbli, partikolarment, magni multi-pożizzjonali li jinżammu fl-idejn, intenzjonati għal użu professjonali, ma jistgħux jilħqu r-rekwiżiti tal-limiti ta’ żmien stabbiliti, għandha tippreżenta, sal-31 ta’ Diċembru 2003, rapport akkumpanjat bi proposti xierqa għall-estensjoni tal-perjodu referut fl-Artikolu 9a(7) u/jew derogi, li ma jeċċedux iż-żmien ta’ ħames snin, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, għal makkinarju bħal dan. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).”;

(5)

L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Il-paragrafu (2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu (3) għandu jiġi mħassar;

(6)

Fl-Anness I, punt 4.1.2.7, l-aħħar sentenza għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi ż-żona tal-kontroll li dwarha l-perċentwal li m’għandux ikun misbuq għandu japplika u l-kundizzjonijiet operanti tal-magni esklużi. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).”;

(7)

Fl-Anness III, l-aħħar paragrafu ta’ punt 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Qabel l-introduzzjoni tas-sekwenza tat-test kompost kiesaħ/sħun, il-Kummissjoni għandha timmodifika s-simboli (l-Anness III, is-taqsima 2.18) is-sekwenza tat-test (l-Anness III) u l-ekwazzjonijiet tal-kalkolu (l-Anness III, l-Appendiċi III). Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).”.

1.2.   Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro  (2)

Fir-rigward tad-Direttiva 98/79/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta miżuri partikolari li jimmonitorjaw is-saħħa, u biex temenda l-Anness II. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 98/79/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Fejn, għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza kif stipulat fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE biex ikunu adottati projbizzjonijiet, restrizzjonijiet jew ħtiġijiet partikolari għal ċerti prodotti.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 98/79/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 90/385/KEE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (*), filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”;"

(2)

L-Artikolu 10(5) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li n-notifiki li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 3 jiġu rreġistrati fil-pront fid-databank deskritt fl-Artikolu 12.

Il-proċeduri biex jiġi implimentat dan l-Artikolu u b’mod partikolari dawk li jirreferu għan-notifika u għall-kunċett ta’ bidla sinifikanti għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2).”;

(3)

L-Artikolu 11(5) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra bid-dettalji li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 sa 4. Il-proċeduri li jimplimentaw dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

(4)

L-Artikolu 12(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Il-proċeduri li jimplimentaw dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

(5)

L-Artikolu 13 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Fejn Stat Membru jikkunsidra, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodott partikolari jew grupp ta’ prodotti, illi, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza u/jew biex jiġi żgurat illi l-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika jkunu osservati skont l-Artikolu 36 tat-Trattat, id-disponibbiltà ta’ dawn il-prodotti għandha tiġi projbita, ristretta jew suġġetta għal ħtiġijiet partikolari, jista’ jieħu kull miżura tranżitorja meħtieġa u ġustifikata. Għandu mbagħad jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kollha, filwaqt li jagħti r-raġunijiet dwar id-deċiżjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati u mal-Istati Membri u, fejn il-miżuri nazzjonali jkunu ġustifikati, tadotta miżuri meħtieġa tal-Komunità.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 7(4).”;

(6)

L-Artikolu 14(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.   Fejn Stat Membru jikkunsidra li:

(a)

il-lista tal-mezzi fl-Anness II tiġi emendata jew estiża; jew

(b)

il-konformità ta’ mezz jew ta’ kategorija ta’ mezzi għandha tiġi stabbilita, bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9, bl-applikazzjoni ta’ proċedura waħda jew aktar meħuda minn fost dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 9,

għandu jibgħat talba debitament sostanzjata lill-Kummissjoni u jitlobha tieħu l-miżuri meħtieġa.

Fejn dawk il-miżuri jikkonċernaw kwistjonijiet msemmija f’punt (a) imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).

Fejn dawk il-miżuri jikkonċernaw kwistjonijiet msemmija f’punt (b)għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 7(2).”.

1.3.   Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom  (3)

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/5/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tadotta deċiżjoni li tispeċifika, għal apparat ta’ ċerti klassijiet ta’ tagħmir jew apparat ta’ tipi partikolari, liema mill-ħtiġijiet addizzjonali japplikaw, biex tkun stabbilita d-data tal-applikazzjoni, inkluż, fejn xieraq, perjodu tranżitorju, ta’ ċerti ħtiġijiet essenzjali addizzjonali għal klassijiet speċifiċi ta’ tagħmir jew għal tipi partikolari ta’ apparat, u biex tiddeċiedi dwar il-forma tal-identifikatur tal-klassi ta’ tagħmir li għandha tkun imwaħħla ma’ tipi speċifiċi ta’ tagħmir tar-radju. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/5/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 1999/5/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-apparat f’ċerti klassijiet ta’ tagħmir jew tipi partikolari ta’ apparat għandu jkun hekk mibni biex:

(a)

hu jaħdem permezz ta’ netwerks ma’ apparat ieħor u li jista’ jiġi mqabbad ma’ interfaces tat-tip xieraq mal-Komunità kollha; u/jew li

(b)

ma jagħmilx ħsara lin-netwerk jew fit-tħaddim tiegħu lanqas juża ħażin ir-riżorsi tan-netwerk, u b’hekk jikkawża degradazzjoni mhux aċċettabbli għas-servizz; u/jew li

(ċ)

jinkorpora salvagwardji biex jiżguraw li data personali u l-privatezza tal-utent u tal-abbonat ikunu protetti; u/jew li

(d)

isostni ċerti karatteristiċi li jiżguraw l-evitar ta’ frodi; u/jew li

(e)

isostni ċerti karatteristiċi li jiżguraw l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza; u/jew li

(f)

isostni ċerti fatturi biex jiffaċilitaw l-użu tagħhom minn utenti b’diżabilità.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15a.”;

(2)

L-Artikolu 5(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fil-każ ta’ nuqqasijiet fl-istandards armonizzati dwar il-ħtiġijiet essenzjali, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-kumitat u f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 14, tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali rakkomandazzjonijiet dwar l-interpretazzjoni tal-istandards armonizzati jew dwar il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-osservanza ta’ dawk l-istandards tagħti lok għal preżunzjoni ta’ konformità. Wara konsultazzjoni mal-kumitat u f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tirtira l-istandards armonizzati permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviz fil-Ġurnal Uffiċjali.”;

(3)

L-Artikolu 6(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-ħtiġijiet essenzjali taħt l-Artikolu 3(3), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data tal-applikazzjoni tal-ħtiġijiet.

Jekk jiġi stabbilit li klassi ta’ tagħmir teħtieġ li tkun tikkonforma ma’ ħtiġijiet essenzjali partikolari skont l-Artikolu 3(3), kull apparat fil-klassi ta’ tagħmir inkwistjoni li jitqiegħed l-ewwel fis-suq qabel id-data tal-applikazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq għal perjodu raġonevoli li tistipula l-Kummissjoni.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15a.”;

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 15a li ġej:

“Artikolu 15a

Proċedura regolatorja bi skrutinju

Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(5)

Il-punt 5 tal-Anness VII għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.

L-identifikatur tal-klassi ta’ tagħmir għandu jieħu forma li għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15a.”.

1.4.   Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni  (4)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta definizzjonijiet ta’ “prodott mediċinali simili” u “klinikament superjuri”. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 141/2000, inter alia billi jissupplimentawh b’elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fil-forma ta’ Regolament tal-implimentazzjoni f konformità mal-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 10a(2).”;

(2)

L-Artikolu 5(8) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“8.   L-Aġenzija għandha minnufih tibgħat l-opinjoni finali tal-Kumitat lill-Kummissjoni, li għandha tadotta d-deċiżjoni fi żmien 30 ġurnata mill-wasla tal-opinjoni. Meta, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, id-deċiżjoni abbozz ma tkunx f’ konformità mal-opinjoni tal-Kumitat, id-deċiżjoni għandha tkun adottata f’ konformità mal-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 10a(2). Id-deċiżjoni għandha tkun notifikata lis-sostenitur u komunikata lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.”;

(3)

L-Artikolu 8(4) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta definizzjonijiet ta’ ‘prodott mediċinali simili’ u ‘klinikament superjuri’ fil-għamla ta’ Regolament tal-implimentazzjoni.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10a(3).”;

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

“Artikolu 10a

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem, imsemmi fl-Artikolu 121(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (**).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (***), filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(**)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67."

(***)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”."

1.5.   Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta’ prattika korretta ta’ klinika fit-twettiq ta’ provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem  (5)

Fir-rigward tad-Direttiva 2001/20/KE il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta l-prinċipji relatati mal-prattika klinika tajba u regoli dettaljati konformi ma’ dawk il-prinċipji, sabiex tistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi u biex tadatta ċerti dispożizzjonijiet. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2001/20/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, i-Direttiva 2001/20/KE hija emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-prinċipji ta’ prattika klinika tajba u regoli dettaljati konformi ma’ dawn il-prinċipji u għandha jekk meħtieġ, tirrevedi dawk il-prinċipji u r-regoli dettaljati biex tqis il-progress tekniku u xjentifiku […]. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).

Il-prinċipji u regoli dettaljati għandhom ikunu pubblikati mill-Kummissjoni.”;

(2)

L-Artikolu 13(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-manifattura jew l-importazzjoni ta’ prodotti mediċinali investigattivi tkun suġġetta għall-pussess ta’ awtorizzazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi li l-applikant u, sussegwentament, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissodisfa biex jikseb l-awtorizzazzjoni.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).”;

(3)

L-Artikolu 20 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Il-Kummissjoni għandha tadatta din id-Direttiva biex tikkunsidra l-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).”;

(4)

L-Artikolu 21 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 21

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem, imsemmi fl-Artikolu 121(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (****).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(****)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.”."

1.6.   Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji  (6)

Fir-rigward tad-Direttiva 2001/82/KE il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tadatta ċerti dispożizzjonijiet u annessi, u biex tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi ta’ applikazzjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2001/82/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2001/82/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   B’deroga mill-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ sostanzi essenzjali għall-kura tal-equidae u li għal-liema l-perjodu tal-irtirar m’għandux ikun inqas minn sitt xhur skont il-mekkaniżmi ta’ kontroll stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 93/623/KEE u 2000/68/KE.

Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(2)

Fl-Artikolu 11(2), it-tielet subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Madankollu, il-Kummissjoni tista’ timmodifika dawk il-perjodi speċifiċi ta’ rtirar. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”

(3)

Fl-Artikolu 13(1), ir-raba’ subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Madankollu, il-perjodu ta’ għaxar snin previst fit-tieni subparagrafu għandu jiġi estiż għal 13-il sena f’każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji għall-ħut jew naħal jew speċi oħra nominati mill-Kummissjoni.

Dik il-miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(4)

Fl-Artikolu 17(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Jekk jidher ġustifikat fid-dawl ta’ xhieda xjentifika ġdida, il-Kummissjoni tista’ tadatta l-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(5)

Fl-Artikolu 39(1), ir-raba’ subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ regolament ta’ implimentazzjoni. Dik il-miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(6)

L-Artikolu 50a(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta kull emenda li tista’ tkun meħtieġa biex tadatta d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’ konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(7)

Fl-Artikolu 51, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-prinċipji u linji ta’ gwida tal-prattika tajba tal-manifattura għall-prodotti mediċinali veterinarji msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 50 għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ Direttiva indirizzata lill-Istati Membri. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(8)

Fl-Artikolu 67, il-punt (aa) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(aa)

prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet minn din il-ħtieġa skont il-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni. It-twaqqif ta’ dawk il-kriterji, jiġifieri miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandu jkun adottat f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).

L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali jew:

(i)

sad-data tal-applikazzjoni tad-deċiżjoni adottata skont l-ewwel paragrafu; jew

(ii)

sal-1 ta’ Jannar 2007, jekk l-ebda deċiżjoni ma tiġi adottata sal-31 ta’ Diċembru 2006;”;

(9)

L-Artikolu 68(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta kull emenda għal-lista tas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(10)

L-Artikolu 75(6) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-paragrafu 5 fid-dawl tal-esperjenza miksuba mit-tħaddim tagħha.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(11)

L-Artikolu 79 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 79

Il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe emenda li jistgħu jkunu meħtieġa biex ikunu aġġornati l-Artikoli 72 sa 78 biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(12)

L-Artikolu 88 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 88

Il-Kummissjoni għandha tadotta kull tibdil li jista’ jkun meħtieġ biex tadatta l-Anness I biex jittieħed kont tal-progress tekniku.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 89(2a).”;

(13)

L-Artikolu 89 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

(b)

Il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.   Ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Permanenti għandhom isiru pubbliċi.”.

1.7.   Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju  (7)

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/42/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aġġornament tal-lista indikattiva tal-komponimenti tas-sigurtà u għall-miżuri dwar ir-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ makkinarju potenzjalment perikoluż. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/42/KE, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2006/42/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Miżuri speċifiċi

1.   Il-Kummissjoni tista’ tieħu kwalunkwe miżura xierqa relatata ma’ li ġej:

(a)

l-aġġornament tal-lista indikattiva ta’ komponenti tas-sigurtà fl-Anness V msemmi fil-punt (c) fl-Artikolu 2;

(b)

ir-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-makkinarju msemmija fl-Artikolu 9.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

2.   Il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 22(2), tista’ tieħu kwalunkwe miżura xierqa f’konnessjoni mal-applikazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva, inkluż miżuri neċessarji sabiex tiżgura l-koperazzjoni bejn Istati Membri u mal-Kummissjoni, kif previst fl-Artikolu 19(1).”;

(2)

L-Artikolu 9(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri u l-partijiet oħra interessati filwaqt li tindika l-miżuri li għandha intenzjoni li tieħu sabiex, fuq livell Komunitarju tiżgura, livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni.

Filwaqt li tagħti kunsiderazzjoni xierqa lir-riżultati ta’ din il-konsultazzjoni, għandha tadotta l-miżuri neċessarji.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinjumsemmija fl-Artikolu 22(3).”;

(3)

L-Artikolu 22 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jiġi mħassar.

2.   L-AMBJENT

2.1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar id-disponiment mill-bifenili poliklorinati u t-terfenili poliklorinati (PCB/PCT)  (8)

Fir-rigward tad-Direttiva 96/59/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa sabiex twaqqaf il-metodi ta’ referenza għall-kejl biex jistabbilixxu l-kontenut tal-PCB f’materjal kontaminat u l-istandards tekniċi għall-metodi l-oħra tad-disponiment tal-PCBs, u, jekk meħtieġ, biex tistabbilixxi, għall-iskop tal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9 biss, sostituti inqas perikolużi għall-PCBs. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 96/59/KE billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 96/59/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10a(2), lista tal-ismijiet tal-produzzjoni tal-akkumulaturi tal-elettriku, reżistenzi u kolji tal-inductance li jkun fihom il-PCBs.

2.   Il-Kummissjoni għandha:

(a)

twaqqaf metodi ta’ referenza għall-kejl biex jistabbilixxu l-kontenut tal-PCB f’materjal kontaminat. Kejl meħud qabel it-twaqqif tal-metodi ta’ referenza għandhom jibqgħu validi;

(b)

jekk ikun hemm bżonn tistabbilixxi, għall-iskop tal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9 biss, sostituti anqas perikolużi għall-PCBs.

Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għall-metodi l-oħra tad-disponiment tal-PCBs imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 8(2).

Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10a(3).”;

(2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10a

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE (*****).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*****)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9”."

2.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem  (9)

Fir-rigward tad-Direttiva 98/83/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadatta l-Annessi II u III għall-progress xjentifiku u tekniku u biex toħloq ċerti dettalji dwar il-monitoraġġ fl-Anness II. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 98/83/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 98/83/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7(4), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.   Jistgħu jinħolqu linji ta’ gwida Komunitarji għall-kontrolli preskritti f’dan l-Artikolu f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).”;

(2)

L-Artikolu 11(2), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   tal-anqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha temenda l-Annessi II u III biex tagħmel l-adattamenti meħtieġa għall-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

(3)

L-Artikolu 12-(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(4)

L-Artikolu 13(4), għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.   Il-formati u t-tagħrif minimu li għandhom ikunu inklużi fir-rapporti kif stabbilit fil-paragrafu 2 għandhom jiġu determinati wara kunsiderazzjoni speċjali lill- miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 5(2) u (3), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(6) u (7) u l-Artikolu 15(1), u jekk ikun meħtieġ għandhom jiġu emendati f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).”;

(b)

il-paragrafu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6.   Flimkien mal-ewwel rapport fuq din id-Direttiva kif imsemmi fil-paragrafu 2 l-Istati Membri għandhom jipproduċu wkoll rapport li jrid jingħata lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu jew ippjanaw li jieħdu biex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 6(3) u n-nota 10 tal-Parti B tal-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tissottometti, kif xieraq, proposta dwar il-format ta’ dan ir-rapport f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).”;

(5)

L-Artikolu 15(3), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Dik it-talba għandha tkun eżaminata f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2).”;

(6)

Fl-Anness I, Parti Ċ, nota 10, il-punt 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa taħt in-Nota 8 dwar kemm għandhom ikunu spissi l-kontrolli, u taħt in-Nota 9 dwar il-frekwenza u l-metodi ta’ kontrolli, u l-aktar imkejjen rilevanti għall-punti ta’ kontroll fl-Anness II. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

Meta telabora dwar dawk il-miżuri l-Kummissjoni għandha tikkunsidra inter alia d-dispożizzjonijiet rilevanti taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti jew programmi xierqa ta’ kontrolli li jinkludu riżultati ta’ monitoraġġ kif derivati minnhom.”;

(7)

Fl-Anness II, tabella A, il-punt 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Immonitorjar tal-verifika

L-iskop ta’ mmonitorjar tal-verifika huwa li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiddetermina jekk qed ikunx hemm jew le konformità mal-valuri parametriċi tad-Direttiva. Il-parametri kollha stabbiliti skont l-Artikolu 5(2) u (3) għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-verifika sakemm ma jistax ikun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti, għal perjodu determintat minhhom li, parametru x’akarx mhux preżenti f’forniment f’konċentrazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal possibilità ta’ ksur ta’ valur parametriku rilevanti. Dan il-punt ma japplikax għall-parametri għal radjuattività, li, suġġett għan-Noti 8, 9 u 10 fl-Anness I, Parti C, se jkunu mmonitorjati f’ konformità mar-rekwiżiti ta’ mmonitorjar adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

(8)

Fl-Anness III, il-punt 1, l-ewwel subparagrafu, għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Dawn il-prinċipji għal metodi ta’ parametri mikrobijoloġiċi huma mogħtija jew għar-referenza kull meta jingħata metodu CEN/ISO, jew bħala gwida, skont jekk fil-ġejjieni jiġux adottati mill-Kummissjoni aktar metodi internazzjonali CEN/ISO għal dawk il-parametri. L-Istati Membri jistgħu jużaw metodi oħra, sakemm jiġu mħarsa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(5).

Dawk il-miżuri dwar iktar metodi internazzjonali CEN/ISO, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”.

2.3.   Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu  (10)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex temenda l-Anness VI; sabiex tistabbilixxi u tnaqqas il-livell kalkolat ta’ bromid tal-metil li jista’ jitqiegħed fis-suq jew jintuża mill-importaturi jew il-produttori għalihom infushom għal skop ta’ kwarantina u qabel il-kunsinna; sabiex tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ livelli kalkolati ta’ bromid tal-metil lil kull produttur u importatur; sabiex tadotta, jekk meħtieġ, modifiki u, fejn xieraq, limiti ta’ żmien għall-eliminazzjoni gradwali tal-użu kritiku tal-aloni elenkati fl-Anness VII; sabiex tiddeċiedi jekk tadattax id-data tal-għeluq tal-projbizzjoni tal-użu tal-idroklorofluworokarbonji; sabiex timmodifika l-lista u d-dati fir-rigward ta’ kontroll tal-użu tal-idroklorofluworokarbonji; sabiex timmodifika l-lista ta’ oġġetti relatata mat-talba għal liċenzja ta’ importazzjoni u l-Anness IV; sabiex temenda l-lista ta’ prodotti li għandhom sostanzi kontrollati u tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Kumbinata fl-Anness V; u sabiex tmexxi ‘l quddiem id-data tal-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ aloni għall-użu kritiku li jkunu rkuprati, riċiklati u riklamati, u sabiex timmodifika l-ħtiġijiet tar-rappurtar. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 inter alia billi jissupplimentawh b’elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, is-16-il inċiż għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

‘aġent tal-ipproċessar’ tfisser sostanzi kontrollati użati bħala aġenti kimiċi ta’ proċessar f’dawk l-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness VI, fi stallazzjonijiet eżistenti fl-1 ta’ Settembru 1997, u fejn l-emissjonijiet huma insinifikanti. Il-Kummissjoni għandha, fid-dawl ta’ dawk il-kriterji, u f’ konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(2), tistabbilixxi lista ta’ intrapriżi li fihom l-użu ta’ sostanzi kontrollati bħala aġenti ta’ proċessar għandu jkun permess, waqt li tistabbilixxi livelli massimi ta’ emissjoni għal kull intrapriża konċernata.

Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida jew żviluppi tekniċi, inkluż ir-reviżjoni pprovduta fid-Deċiżjoni X/14 tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll, il-Kummissjoni tista’:

(a)

temenda l-lista ta’ intrapriżi riferiti hawn fuq f’konformità mal-proċedura tal-amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(2);

(b)

temenda l-Anness VI. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(2)

'L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

it-tielet subparagrafu tal-punt (iii) tal-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri sabiex tnaqqas il-livell kalkolat ta’ bromid tal-metil li produtturi u importaturi jistgħu jpoġġu fuq is-suq jew jużaw huma stess għall-kwarantina jew għal qabel il-kunsinna fid-dawl ta’ sostanzi jew teknoloġiji alternattivi teknikament u ekonomikament disponibbli, u tal-iżviluppi internazzjonali relevanti taħt il-Protokoll. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(b)

il-punt (ii) tal-paragrafu 3, għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(ii)

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-mekkaniżmu għall-allokazzjoni ta’ kwoti lil kull produttur u importatur tal-livelli kalkolati stabbiliti fil-punti (d) sa (f), applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2003 u f’kull perjodu ta’ wara ta’ 12-il xahar.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(ċ)

Il-punt (iv) tal-paragrafu 4, għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(iv)

Il-paragrafu 1(ċ) m’għandux japplika għat-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta’ aloni li jkunu ġew irkuprati, riċiklati jew riklamati f’sistemi eżistenti ta’ protezzjoni kontra n-nar sal-31 ta’ Diċembru 2002 jew għat-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta’ aloni għal użu kritiku kif stabbilit fl-Anness VII. Kull sena l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ aloni użati għal użu kritiku, il-miżuri meħuda sabiex jitnaqqas l-emissjoni tagħhom u stima ta’ dawn l-emissjonijiet, u l-attivitajiet kurrenti biex ikunu identifikati u jintużaw alternattivi adegwati.

Kull sena l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-użu kritiku mniżżla fl-Anness VII u, jekk meħtieġ, tadotta modifiki u, fejn xieraq, żmien stipulat għal tneħħija gradwali, filwaqt li jittieħed kont jekk ikunux disponibbli alternattivi jew teknoloġiji aċċettabbli mil-lat ta’ ambjent u saħħa li jkunu kemm teknikament u kemm ekonomikament prattiċi.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(3)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Il-ħames subparagrafu tal-punt (c)(v) tal-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-riżultat tar-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Hi għandha, kif xieraq, tieħu deċiżjoni dwar jekk tadattax id-data tal-1 ta’ Jannar 2015. Dik il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(b)

il-paragrafu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni tista’, fid-dawl tal-esperjenza fl-operat ta’ dan ir-Regolament jew biex tirrifletti l-progress tekniku, temenda l-lista u d-dati stabbiliti fil-paragrafu 1, imma fl-ebda każ ma testendi l-perjodi hemmhekk stabbiliti, mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet provduti fil-paragrafu 7.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(4)

L-Artikolu 6(5) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-lista tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 3 u l-Anness IV.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(5)

L-Artikolu 9(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Lista ta’ prodotti li jkun fihom sostanzi kontrollati u tal-kodiċi tan-Nomenklatura Kumbinata hija mogħtija fl-Anness V għall-gwida tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista’ żżid ma’, tħassar oġġetti minn jew temenda dik il-lista fid-dawl tal-listi stabbiliti mill-Partijiet.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(6)

Il-punt (d) tal-Artikolu 11(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(d)

l-aloni maħżuna għall-użu kritiċi li jkunu rikoverati, riċiklati u riklamati f’faċilitajiet awtorizzati jew immexxija mill-awtorità kompetenti biex jissodisfaw użu kritiċi elenkati fl-Anness VII sal-31 ta’ Diċembru 2009, u prodotti u tagħmir li jkollhom fihom l-aloni biex jissodisfaw l-użu kritiċi elenkati fl-Anness VII. Wara reviżjoni li saret mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2005 dwar l-esportazzjoni ta’ dawn l-aloni għall-użu kritiċi li jkunu rikoverati, riċiklati u riklamati l-Kummissjoni tista’ tipprojbixxi din l-esportazzjoni aktar qabel il-31 ta’ Diċembru 2009. Dik il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(7)

L-Artikolu 18(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(8)

L-Artikolu 19(6) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-ħtiġijiet tar-rapporti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 sabiex tissodisfa l-impenji taħt il-Protkoll jew biex ittejjeb l-applikazzjoni prattika ta’ dawk il-ħtiġijiet ta’ rappurtaġġ.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”.

2.4.   Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti  (11)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 166/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(3); sabiex tadatta l-Anness II jew III għall-progress xjentifiku jew tekniku; u sabiex tadatta l-Annessi II u III bħala riżultat tal-adozzjoni mil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll tal-UNECE dwar ir-Reġistri għar-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti ta’ kwalunkwe emenda għall-Annessi ta’ dak il-Protokoll. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li ma teżisti ebda data dwar rilaxxi minn sorsi diffużi, għandha tieħu miżuri sabiex jinbena rappurtar dwar rilaxxi ta’ inkwinanti relevanti minn sors diffuż wieħed jew iktar billi tuża, fejn xieraq, metodoloġiji internazzjonalment approvati.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).”;

(2)

L-Artikolu 18 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha tagħmel kwalunkwe emendi meħtieġa fl-annessi għal dawn ir-raġunijiet:

(a)

l-adattament tal-Anness II jew III għall-progress xjentifiku jew tekniku;

(b)

l-adattament tal-Annessi II u III bħala riżultat tal-adozzjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ kwalunkwe emenda għall-Annessi tal-Protokoll.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).”;

(3)

Fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

2.5.   Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma  (12)

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/7/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tadatta, fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku, il-metodi ta’ analiżi għall-parametri u r-regoli għal ġbir ta’ kampjuni stabbiliti fl-Anness I u fl-Anness V rispettivament, u sabiex tispeċifika l-istandard tal-EN/ISO dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/7/KE inter alia billijissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2006/7/KE, hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 15 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Adattamenti tekniċi u miżuri ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 16(2) tistabbilixxi dan li ġej:

(a)

regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 8(1), il-punt (a) tal-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 12(4);

(b)

linji ta’ gwida għal metodu komuni għall-istima ta’ kampjuni singoli

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-ispeċifikazzjoni tal-istandard tal-EN/ISO dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi għall-finijiet tal-Artikolu 3(9);

(b)

kwalunkwe emendi meħtieġa sabiex jiġu adattati l-metodi ta’ analiżi għall-parametri stabbiliti fl-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku;

(ċ)

kwalunkwe emendi meħtieġa sabiex jiġi adattat l-Anness V fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 f’dak li jirrigwarda l-punt (a) tal-Artikolu 12(1) sal-24 ta’ Marzu 2010. Qabel tagħmel dan, għandha tikkonsulta r-rappreżentanti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet turistiċi u tal-konsumaturi kkonċernati u partijiet interessati oħra. Wara l-adozzjoni ta’ regoli rilevanti, għandha tippubblikhom permezz tal-Internet.”;

(2)

L-Artikolu 16(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

2.6.   Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni  (13)

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/21/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 13(6); sabiex tikkompleta r-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart li jinsabu fl-Anness II; sabiex tinterpreta d-definizzjoni fil-punt 3 tal-Artikolu 3; sabiex tiddefinixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III; sabiex tistabbilixxi standards armonizzati għall-metodi ta’ ġbir ta’ kampjuni u analiżi; u sabiex tadatta l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/21/KE inter alia billi jissupplimentawhab’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2006/21/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 22 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 22

1.   Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), tadotta dan li ġej:

(a)

id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-armonizzazzjoni u t-trażmissjoni regolari tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(5) u fl-Artikolu 12(6);

(b)

linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14(2);

(ċ)

linji gwida tekniċi għall-ispezzjonijiet skont l-Artikolu 17.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għal dan li ġej, waqt li l-punti (b), (c) u (d) jieħdu prijorità:

(a)

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 13(6), inklużi r-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tad-definizzjoni taċ-ċjanur dissoċjabbli b’aċtu dgħajjef u l-metodu ta’ kejl tiegħu;

(b)

l-ikkompletar tar-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart li jinsabu fl-Anness II;

(ċ)

l-interpretazzjoni tad-definizzjoni li tinsab f’punt 3 tal-Artikolu 3;

(d)

id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III;

(e)

id-determinazzjoni ta’ kwalunkwe standards armonizzati għall-metodi ta’ ġbir ta’ kampjuni u analiżi meħtieġa għall-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-emendi meħtieġa għall-Annessi għall-fini li tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk l-emendi għandhom isiru bil-għan li jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien ambjentali.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).”;

(2)

L-Artikolu 23(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

3.   EUROSTAT

3.1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur  (14)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tadotta regoli li jridu jkunu segwiti sabiex tiġi żgurata l-komparabiltà tal-HIPC u sabiex jinżammu u jtejbu l-affidabbiltà u r-rilevanza tagħhom. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-kliem “fl-Artikolu 14” għandu jiġi mibdul bil-kliem “fl-Artikolu 14(2)”;

(2)

Fl-Artikolu 4, it-tielet paragrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni (il-Eurostat), għandha tadotta regoli li għandhom ikunu segwiti sabiex tiġi żgurata l-paragunabilità tal-HICP. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(3)

Artikolu 5,(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Wara konsultazzjoni mal-BĊE, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni għal dan ir-Regolament li huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-paragunabilità tal-HICP u biex jinżammu u jittejbu l-affidabbiltà u r-rilevanza tagħhom. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). Il-Kummissjoni għandha titlob lill-BĊE għal opinjoni dwar il-miżuri li għandha l-ħsieb li tressaq quddiem il-Kumitat.”;

(4)

Fl-Artikolu 8(3) il-kliem “fl-Artikolu 14” għandu jiġi mibdul bil-kliem “fl-Artikolu 14(2)”;

(5)

L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Preżentazzjoni ta’ riżultati

L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-informazzjoni miġbura sabiex jiġi preżentat l-HICP, li għandu jkun indiċi tat-tip Laspeyres, li jkopri l-kategoriji tal-klassifikazzjoni internazzjonali Coicop (klassifikazzjoni ta’ konsum individwali skont l-iskop) (******), li għandu jiġi adattat mill-Kummissjoni għall-iskopijiet sabiex jiġu stabbiliti HICPs komparabbli. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-metodi, il-proċeduri u l-formuli sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ paragunabilità. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

(******)  Ippubblikat min-Nazzjonijiet Uniti, serje F Nru 2, reviżjoni 3, tabella 6.1, emendat mill-OECD (DES/NI/86.9), Pariġi 1986.”;"

(6)

Fl-Artikolu 11, il-kliem “fl-Artikolu 14” għandu jiġi mibdul bil-kliem “fl-Artikolu 14(2)”;

(7)

L-Artikolu 14 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (*******), minn issa msejjaħ “il-Kumitat”.

2.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (********), filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*******)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47."

(********)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”;"

(8)

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15, għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“F’dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha ssemmi l-opinjonijiet tagħha dwar l-operat tal-proċeduri deskritti fl-Artikolu 14 u għandha tipproponi dawk l-elementi li tqis xierqa.”.

3.2.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità  (15)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 577/98, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex iżżid varjabbli addizzjonali, tadatta d-definizzjonijiet, l-edits li għandhom jiġu użati u l-kodifikazzjoni tal-attribwiti u tistabbilixxi l-lista ta’ varjabbli strutturali, il-qies minimu tal-kampjun kif ukoll il-frekwenza tal-istħarriġ. Dawk il-miżuri, li huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 577/98 inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 577/98 għandu b’dan jiġi emendat hekk kif ġej:

(1)

Fit-tielet inċiż tal-ħames sottoparagrafu tal-Artikolu 1, il-kliem “fl-Artikolu 8” jiġu mibdula bil-kliem “fl-Artikolu 8(2)”;

(2)

Il-paragrafi 2, 3 u 4 fl-Artikolu 4, għandhom jiġu mibdula bit-test li ġej:

“2.   Sett ieħor ta’ attribwiti, minn issa ‘l quddiem magħrufa bħala ‘taqsimiet ad hoc’, jista’ jiġi miżjud biex jissupplimenta l-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 1.

Kull sena, il-Kummissjoni tadotta programm ta’ taqsimiet ad hoc li jkopri bosta snin:

Dak il-programm għandu jispeċifika, għal kull taqsima ad hoc, is-suġġett, il-perjodu ta’ referenza, id-daqs tal-kampjun (indaqs jew inqas mid-daqs tal-kampjun iffissat skont l-Artikolu 3) u d-data tal-aħħar li r-riżultati għandhom jintbagħtu (li tista’ tkun differenti mid-data tal-aħħar skont l-Artikolu 6).

Il-lista tal-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati kif ukoll il-lista dettaljata ta’ informazzjoni li għandha tinġabar fit-taqsima ad hoc jiġu adottati mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza għal dik it-taqsima.

Il-volum tat-taqsima ad hoc għandu jkun limitat għal ħdax-il varjabbli.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).

3.   Id-definizzjonijiet, l-edits li għandhom jiġu użati, il-kodifikazzjoni tal-attribwiti, l-aġġustament tal-lista tal-attribwiti tal-istħarriġ li jsiru meħtieġa minħabba l-evoluzzjoni tat-teknika u l-kunċetti, u lista tal-prinċipji għall-formulazzjoni tal-mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu mal-istat ta’ mpjieg, għandhom ikunu mfassla mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).

4.   Fuq proposta mill-Kummissjoni, lista ta’ varjabbli, minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘varjabbli strutturali’, tista’ tkun identifikata minn fost il-karatteristiċi tal-istħarriġ speċifikati fil-paragrafu 1 li għandhom jiġu mistħarrġa biss bħala medji annwali b’referenza għal 52 ġimgħa pjuttost milli medji ta’ kull kwart ta’ sena. Dik il-lista ta’ varjabbli strutturali, il-qies minimu tal-kampjun u l-frekwenza tal-istħarriġ huma mfassla mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3). Spanja, il-Finlandja u r-Renju Unit jistgħu jistħarrġu l-varjabbli strutturali b’referenza għal kwart wieħed ta’ sena matul perjodu ta’ tranżizzjoni sat-tmiem tal-2007.”;

(3)

L-Artikolu 8 għandu jiġimibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 8

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (*********).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (**********), filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*********)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47."

(**********)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”;"

3.3.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir  (16)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1165/98, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tapprova u timplimenta skemi Ewropej ta’ ġbir ta’ kampjuni, sabiex tadatta l-Annessi u sabiex tistabbilixxi l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri biex jakkomodaw l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi rigward il-ġabra u l-ipproċessar statistiku ta’ data u t-trażmissjoni tal-varjabbli. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1165/98, inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

Il-punt (d) fl-Artikolu 4(2), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(d)

parteċipazzjoni fi skemi Ewropej ta’ ġbir ta’ kampjuni kkoordinati mill-Eurostat sabiex jiġu prodotti estimi Ewropej.

Id-dettalji tal-iskemi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kif speċifikat fl-Annessi. Miżuri għall-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

Għandhom jiġu stabbiliti skemi kampjun meta l-iskemi nazzjonali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti Ewropej. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu sehem fi skemi kampjun Ewropej meta skemi bħal dawn joħolqu possibbiltajiet għal tnaqqis sostanzjali fl-ispiża tas-sistema statistika jew fil-piż fuq in-negozju involut biex ikunu sodisfatti l-ħtiġiet Ewropej. Il-parteċipazzjoni fi skema kampjun Ewropea għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ Stat Membru għall-fornitura tal-varjabbli kkonċernat konformement mal-objettiv ta’ skema bħal din. L-iskemi kampjun Ewropej jistgħu jistipulaw il-kundizzjonijiet, il-livell ta’ dettal u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data.”;

(2)

Fl-Artikolu 16(1), il-kliem “fl-Artikolu 18” għandu jiġi mibdul bil-kliem “fl-Artikolu 18(2)”;

(3)

L-Artikoli 17 u 18 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri biex jiġu akkomodati l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi rigward il-ġabra u l-ipproċessar statistiku ta’ data u t-trażmissjoni tal-varjabbli. Waqt li jsir dan, għandu jitqies il-prinċipju li l-benefiċċji tal-miżura jridu jkunu akbar mill-ispiża tagħha, u tal-prinċipju li m’għandhomx ikunu involuti riżorsi addizzjonali għall-Istati Membri jew għall-intrapriżi kif imqabbla mad-dispożizzjonijiet oriġinali ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu:

(a)

l-użu ta’ unitajiet partikolari (l-Artikolu 2);

(b)

l-aġġornament tal-lista tal-varjabbli (l-Artikolu 3);

(ċ)

it-tifsiriet u l-forom xierqa tal-varjabbli trażmessi (l-Artikolu 3);

(d)

it-twaqqif ta’ skemi Ewropej ta’ ġbir ta’ kampjuni (l-Artikolu 4);

(e)

il-frekwenza tal-ġbir tal-istatistika (l-Artikolu 5);

(f)

il-livelli ta’ sotto-diviżjonijiet u aggregazzjoni li għandhom jiġu applikati lill-varjabbli (l-Artikolu 6);

(g)

iż-żmien tal-għeluq biex issir it-trażmissjoni (l-Artikolu 8);

(h)

il-kriterji għall-kejl tal-kwalità (l-Artikolu 10);

(i)

il-perijodi ta’ tranżizzjoni u d-derogi mogħtija matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni (Artikolu 13(1));

(j)

derogi mogħtija waqt il-perjodi ta’ tranżizzjoni (Artikolu 13(2));

(k)

it-twaqqif tal-istudji pilota (l-Artikolu 16);

(l)

l-ewwel sena ta’ bażi li għandha tapplika għal serje ta’ żmien fin-NACE Rev. 2;

(m)

għal serje ta’ żmien qabel l-2009, li jrid ikun trażmess skont in-NACE Rev. 2, il-livell ta’ dettall, il-forma, l-ewwel perjodu ta’ referenza, u l-perjodu ta’ referenza.

Il-miżuri msemmija fil-punti (j) u (k) għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).

Il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (i) u (l) u (m), miżuri biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

Artikolu 18

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (***********).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (************), filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(***********)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47."

(************)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”;"

(4)

L-Anness A (“Industrija”) għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Il-punt (a) (“Kamp ta’ applikazzjoni”) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(a)   Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet kollha elenkati fit-Taqsimiet B sa E tan-NACE Rev. 2, jew skont kif ikun il-każ, għall-prodotti elenkati fit-Taqsimiet B sa E tas-CPA. L-informazzjoni mhix meħtieġa għas-37, 38.1, 38.2 u 93 tan-NACE Rev. 2. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-lista ta’ attivitajiet. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(b)

Fil-punt (b) (“L-Unità t’osservazzjoni”), il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.

L-użu ta’ unitajiet ta’ osservazzjoni oħra jista’ jiġi deċiż mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(ċ)

Il-punt (c) (“Lista tal-varjabbli”) għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(i)

Fil-paragrafu 2, l-aħħar sentenza għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex tiżgura l-kwalità tad-data meħtieġa. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(ii)

Il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“3.

Mill-bidu tal-ewwel perjodu ta’ referenza l-informazzjoni fuq ordnijiet ġodda (Nri 130, 131, 132) tista’ tiġi approssimata minn indikatur alternattiv ewlieni, li jista’ jiġi kkalkulat mid-data tal-istħarriġ dwar l-opinjoni fuq in-negozju. Din l-approssimazzjoni hi permessa għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż sa ħames snin oħra sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni differenti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

4.

Mill-bidu tal-ewwel perjodu ta’ referenza l-informazzjoni dwar persuni impjegati (Nru 210) tista’ tiġi approssimata minn numru ta’ impjegati (Nru 211). Din l-approssimazzjoni hi permessa għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż sa ħames snin oħra sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni differenti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(iii)

Fil-paragrafu 8, l-aħħar sentenza għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-lista ta’ attivitajiet. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(iv)

Fil-paragrafu 10, l-aħħar sentenza għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-lista ta’ attivitajiet. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(d)

Fil-punt (d) (“Il-forma”), il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.

Barra minn hekk, il-varjabbli tal-produzzjoni (Nru 110) u l-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandhom jiġu trażmessi f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol.

Kull fejn varjabbli oħra juru effetti ta’ ġurnata ta’ xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrasmettu dawk il-varjabbli f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol. Il-lista ta’ varjabbli li għandha tiġi trażmessa f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(e)

Fil-punt (f) (“Il-livell ta’ dettall”), il-paragrafi 8 u 9 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“8.

Għall-varjabbli tal-prezz tal-importazzjoni (Nru 340), il-Kummissjoni tista’ tiddetermina t-termini għall-applikazzjoni ta’ skema Ewropea kif definita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

9.

Il-varjabbli dwar is-swieq mhux domestiċi (Nri 122, 132 u 312) għandhom jiġu trażmessi skont id-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet B sa E tan-NACE Rev. 2, il-MIGs, il-livell ta’ Taqsima (ittra waħda), u tad-Diviżjoni b’żewġ ċifri tan-NACE Rev. 2. L-informazzjoni dwar in-NACE Rev. 2 D u E mhix meħtieġa għall-varjabbli 122. Barra minn hekk, il-varjabbli tal-prezz tal-importazzjoni (Nru 340) għandu jiġi trażmess skont id-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro. Id-distinzjoni għandha tiġi applikata għat-total tal-industrija definita bħala t-Taqsimiet Ċ u E tas-CPA, il-MIGs, il-livell ta’ Taqsima (ittra waħda) u tad-Diviżjoni b’żewġ ċifri tas-CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina t-termini għall-applikazzjoni ta’ skemi Ewropej ta’ ġbir ta’ kampjuni kif definiti fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). L-iskema Ewropea ta’ kampjuni tista’ tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-varjabbli tal-prezz ta’ importazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro. Id-distinzjoni bejn iż-żona tal-euro u ż-żona mhux tal-euro għall-varjabbli 122,132, 312 u 340 m’għandhiex għalfejn tiġi trażmessa minn dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom.”;

(f)

Fil-punt (j) (“Il-perjodu ta’ tranżizzjoni”), ir-referenzi kollha għall-Artikolu 18 għandhom jiġu mibdula b’referenzi għall-Artikolu 18(2);

(5)

L-Anness B (“Kostruzzjoni”) għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Fil-punt (b) (“L-unità ta’ osservazzjoni”), il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.

L-użu ta’ unitajiet oħra ta’ osservazzjoni jista’ jiġi deċiż mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(b)

Il-punt (c) (“Lista tal-varjabbli”) għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(i)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.

Mill-bidu tal-ewwel perjodu ta’ referenza l-informazzjoni dwar persuni impjegati (Nru 210) tista’ tiġi approssimata min-numru ta’ impjegati (Nru 211). Din l-approssimazzjoni hi permessa għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż sa ħames snin oħra sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(ii)

Fil-paragrafu 6, l-aħħar subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sa mhux iżjed tard mill-11 ta’ Awwissu 2008 jekk hix se tinvoka l-Artikolu 17(b) sabiex tibdel il-varjabbli tal-ispejjeż ta’ kostruzzjoni bil-varjabbli tal-prezz ta’ produzzjoni b’effett mis-sena bażi 2010. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(ċ)

Fil-punt (d) (“Il-Forma”), il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.

Barra minn hekk, il-varjabbli ta’ produzzjoni (Nri 110, 115, 116) u l-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandhom jiġu trażmessi f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol. Kull fejn varjabbli oħra juru effetti ta’ ġurnata ta’ xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jittrasmettu dawk il-varjabbli f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol. Il-lista ta’ varjabbli li għandha tiġi trażmessa f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(d)

Fil-punt (j) (“Il-perjodu ta’ tranżizzjoni”), ir-referenzi kollha għall-Artikolu 18 għandhom jiġu mibdula b’referenzi għall-Artikolu 18(2);

(6)

L-Anness Ċ (“Negozji bl-imnut u tat-tiswija”) għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Fil-punt (b) (“L-unità ta’ osservazzjoni”), il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.

L-użu ta’ unitajiet ta’ osservazzjoni oħra jista’ jiġi deċiż mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(b)

il-punt (c) (“Lista tal-varjabbli”) għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(i)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.

Mill-bidu tal-ewwel perjodu ta’ referenza l-informazzjoni dwar persuni impjegati (Nru 210) tista’ tiġi approssimata minn numru ta’ impjegati (Nru 211). Din l-approssimazzjoni hi permessa għal perjodu ta’ ħames snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż sa ħames snin iżjed sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(ii)

l-aħħar subparagrafu fil-paragrafu 4, għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sa mhux iżjed tard mill-11 ta’ Awwissu 2008 jekk hix ser tinvoka l-Artikolu 17(b), sabiex jiġu inklużi l-varjabbli ta’ sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli ta’ pagi u salarji grossi (Nru 230) b’effett mis-sena bażi 2010. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(ċ)

il-paragrafu 2 fil-punt (d) (“Il-forma”), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.

Il-varjabbli tal-fatturat (Nru 120) u l-varjabbli tal-volum tal-bejgħ (Nru 123) għandhom jiġu trażmessi f’forma aġġustata ta’ ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħra juru effetti ta’ ġranet ta’ xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jitrasmettu dawk il-varjabbli f’forma aġġustata ta’ ġranet ta’ xogħol. Il-lista ta’ varjabbli li għandha tiġi trażmessa f’forma aġġustata għal ġranet ta’ xogħol tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(d)

il-paragrafu 2 fil-punt (g) (“Iż-żmien tal-għeluq għat-trażmissjoni tad-data”), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.

Il-varjabbli għandhom jiġu trażmessi għall-fatturat (Nru 120) u d-deflator tal-bejgħ/volum ta’ bejgħ (Nri 330/123) fi żmien xahar għal-livell ta’ dettall speċifikat fil-paragrafu 3 taħt l-intestatura (f) ta’ dan l-Anness. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw għall-varjabbli tal-fatturat u d-deflator tal-bejgħ/volum ta’ bejgħ Nri 120 u 330/123 b’kontribuzzjonijiet skont l-allokazzjoni ta’ skema Ewropea ta’ ġbir ta’ kampjuni kif definita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2). It-termini tal-allokazzjoni għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(e)

Fil-punt (j) (“Il-perjodu ta’ tranżizzjoni”), ir-referenzi kollha għall-Artikolu 18 għandhom jiġu mibdula b’referenzi għall-Artikolu 18(2);

(7)

L-Anness D (“Servizzi oħra”) għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 fil-punt (b) (“L-unità ta’ osservazzjoni”), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.

L-użu ta’ unitajiet ta’ osservazzjoni oħra jista’ jiġi deċiż mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(b)

il-punt (c) (“Lista tal-varjabbli”) għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(i)

il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.

Mill-bidu tal-ewwel perjodu ta’ referenza l-informazzjoni dwar persuni impjegati (Nru 210) tista’ tiġi approssimata minn numru ta’ impjegati (Nru 211). Din l-approssimazzjoni hi permessa għal perjodu ta’ ħames snin mid-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament. Il-perjodu għandu jiġi estiż sa ħames snin iżjed sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(ii)

l-aħħar subparagrafu fil-paragrafu 4, għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sa mhux iżjed tard mill-11 ta’ Awwissu 2008 jekk hix ser tinvoka l-Artikolu 17(b), sabiex jiġu inklużi l-varjabbli ta’ sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli ta’ pagi u salarji grossi (Nru 230) b’effett mis-sena bażi 2010. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(ċ)

il-paragrafu 2 fil-punt (d) (“Il-forma”), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.

Il-varjabbli tal-fatturat (Nru 120) għandu jiġi trażmess f’forma aġġustata ta’ ġurnata tax-xogħol. Kull fejn varjabbli oħra juru effetti ta’ ġranet ta’ xogħol, l-Istati Membri jistgħu wkoll jitrasmettu dawk il-varjabbli f’forma aġġustata ta’ ġranet ta’ xogħol. Il-lista tal-varjabbli li għandha tiġi trażmessa f’forma aġġustata ta’ ġranet ta’ xogħol tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(d)

l-aħħar sentenza fil-punt (e) (“Il-perjodu ta’ referenza”), għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi sa mhux iżjed tard mill-11 ta’ Awwissu 2008 jekk hix ser tinvoka l-Artikolu 17(e) b’konnessjoni ma’ reviżjoni tal-kumpilazzjoni tal-varjabbli tal-fatturat. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(e)

Fil-punt (f) (“Il-Livell ta’ dettall”), il-paragrafu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6.

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-lista ta’ attivitajiet u raggruppamenti sa mhux iżjed tard mill-11 ta’ Awwissu 2008. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(f)

Fil-punti (i) (“L-ewwel perjodu ta’ referenza”) u (j) (“Il-perjodu ta’ tranżizzjoni”), ir-referenzi kollha għall-Artikolu 18 għandhom jiġu mibdula b’referenza għall-Artikolu 18(2).

3.4.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol  (17)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 530/1999, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadatta d-definizzjonijiet u r-rendikont ta’ informazzjoni li għandha tiġi pprovduta, kif ukoll tistabilixxi l-kriterji għal valutazzjoni tal-kwalità. Dawk il-miżuri, li huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 530/1999 inter alia billi jissuplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikoli 11 u 12 għandhom jiġu mibdula bit-test li ġej:

“Artikolu 11

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li ġejjin, inklużi miżuri biex jittieħed kont tal-bidliet ekonomiċi u tekniċi, huma adottati mill-Kummissjoni għal kull perjodu ta’ referenza mill-inqas disa’ xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza:

(i)

id-definizzjoni u r-rendikont tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta (l-Artikolu 6),

(ii)

il-format tekniku approprjat għat-trażmissjoni tar-riżultati (l-Artikolu 9),

(iii)

il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità (l-Artikolu 10),

(iv)

id-derogi, f’każijiet iġġustifikati kif imiss, għas-snin 2004 u 2006, rispettivament (l-Artikolu 13(2)).

Il-miżuri msemmija fil-punti (ii) u (iv) jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).

Il-miżuri msemmija fil-punti (i) u (iii), li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fil-proċedura stipulata fl-Artikolu 12(3).

Artikolu 12

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (*************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (**************), filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*************)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47."

(**************)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”;"

(2)

L-Artikolu 13(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għas-snin 2004 u 2006 rispettivament, jistgħu jiġu deċiżi derogi mill-Artikoli 3 u 6 sakemm is-sistema nazzjonali statistika teħtieġ adattamenti kbar, f’konformità mal-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 12(2).”.

3.5.   Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol  (18)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 450/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadatta d-definizzjonijiet kif ukoll temenda l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, tintegra taqsimajiet ġodda fl-istħarriġ, tadatta r-rendikont tal-indiċijiet skont l-attività ekonomika, tiddefinixxi l-kriterji ta’ kwalità, tistabbilixxi studji ta’ possibbiltà u tadotta d-Deċiżjonijiet skont ir-riżultati ta’ dawn kif ukoll tiddetermina l-metodoloġija li għandha tintuża għall-ikkatenar tal-indiċi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 inter alia billi jissupplimentawh b’ elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 (4) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri sabiex l-ispeċifikazzjoni teknika tal-indiċi u r-reviżjonijiet għall-istruttura tal-piż jiġu ddefiniti mill-ġdid. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

(2)

L-Artikolu 3(2) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“2.   L-inklużjoni tal-attivitajiet ekonomiċi ddefiniti fin-NACE Rev. 2 taqsimiet O sa S fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni, waqt li jingħata kont tal-istudji ta’ possibbiltà stipulati fl-Artikolu 10. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

(3)

L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 4

Analiżi dettaljata tal-varjabbli

1.   Id-data għandha tiġi mqassma skont l-attivitajiet ekonomiċi definiti fis-taqsimajiet tan-NACE Rev.2 u b’aktar diżaggreggazzjonijiet, definiti mill-Kummissjoni, mhux ‘l hinn mil-livell tad-diviżjonijiet tan-NACE Rev.2 (livell b’2 figuri) jew gruppi ta’ diviżjonijiet, li jagħtu kont għall-kontribuzzjonijiet ta’ okkupazzjoni totali u tal-ispejjeż tax-xogħol fil-livell tal-Komunità u dawk nazzjonali. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3)

Indiċijiet tal-ispiża tax-xogħol għandhom jiġu provduti separatament għat-tliet kategoriji tal-ispiża tax-xogħol identifikati hawn taħt:

(a)

l-ispejjeż totali tax-xogħol;

(b)

pagi u salarji definiti b’referenza għall-partita D.11 fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1726/1999;

(ċ)

il-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem miżjuda b’taxxi mħallsa minn min iħaddem imnaqqsa bis-sussidji riċevuti minn min iħaddem, kif definiti bis-somma tal-partiti D.12 u D.4 nieqes D.5 fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1726/1999.

2.   Indiċi li jistima l-ispejjeż totali tax-xogħol, esklużi bonuses, fejn bonuses huma definiti b’D.11112 fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1726/1999, għandu jiġi provdut, imqassma skont l-attività ekonomika definita mill-Kummissjoni, u għandu jkun ibbażat fuq il-klassifikazzjoni NACE Rev.2, waqt li jagħti kont tal-istudji ta’ possibbiltà definiti fl-Artikolu 10. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adotatti f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

(4)

L-Artikolu 8 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 8

Kwalità

1.   Id-data kurrenti u d-data b’lura trażmessa għandha tissodisfa kriterji ta’ kwalità li għandhom jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

2.   L-Istati membri għandhom jipprovdu rapporti annwali tal-kwalità lill-Kummissjoni, li għandhom jibdew fl-2003. Il-kontenut tar-rapporti għandu jkun definit mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

(5)

L-Artikoli 11 u 12 għandhom jiġu mibdula bit-test li ġej:

“Artikolu 11

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li ġejjin, inklużi miżuri biex jagħtu kont tal-bidliet ekonomiċi u tekniċi, jiġu adottati mill-Kummissjoni:

(a)

id-definizzjoni, skont l-Artikolu 4(1) tad-diżaggregazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fl-istruttura fissa;

(b)

l-ispeċifikazzjoni teknika tal-indiċi (l-Artikolu 2);

(ċ)

l-inklużjoni tan-NACE Rev.1 taqsimajiet O sa S (l-Artikolu 3);

(d)

it-tqassim tal-indiċijiet skont l-attività ekonomika (l-Artikolu 4);

(e)

il-format għat-trażmissjonijiet tar-riżultati u l-proċeduri ta’ aġġustament li għandhom jiġu applikati (l-Artikolu 6);

(f)

il-kriterji separati ta’ kwalità għal data kurrenti u ta’ lura trażmessa u l-kontenuti tar-rapporti tal-kwalità (l-Artikolu 8);

(g)

il-perjodu tranżitorju (l-Artikolu 9);

(h)

l-istabbiliment ta’ studji ta’ possibbiltà u d-deċiżjonijiet adottati skont ir-riżultati tagħhom (l-Artikolu 10); u

(i)

il-metodoloġija li għandha tintuża għall-ikkatenar tal-indiċi (Anness).

Il-miżuri msemmija fil-punti e), g) u h) huma adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).

Il-miżuri msemmija fil-punti a), b), c), d), f) u i), li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fil-proċedura stipulata fl-Artikolu 12(3).

Artikolu 12

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom (***************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(***************)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.”;"

(6)

Il-punt 3 tal-Anness għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.

Il-metodoloġija biex indiċi jkun marbut mal-perjodu preċedenti (chaining the index) għandha tkun definita mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”.

3.6.   Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar statistika li tirrigwarda t-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi  (19)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1552/2005, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadatta d-definizzjonijiet u l-metodi għall-ġbir ta’ kampjuni, tiddefinixxi d-data speċifika li għandha tinġabar, kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ kwalità fir-rigward tad-data miġbura u t-trażmissjoni tagħha. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1552/2005 inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolartorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(2) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“2.   B’kont meħud tad-distribuzzjoni speċifika, skont id-daqs, ta’ intrapriżi f’livell nazzjonali u l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-politika, l-Istati Membri jistgħu jestendu d-definizzjoni ta’ unità statistika f’pajjiżhom. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tiddeċiedi li testendi dik id-definizzjoni, jekk tali estensjoni ttejjeb sostanzjalment il-kwalità ta’ rappreżentazzjoni u l-kwalità tar-riżultat tal-istħarriġ fl-Istati Membri kollha. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(2)

L-Artikolu 7(3) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“3.   Il-metodu għall-ġbir ta’ kampjuni u r-rekwiżiti għall-preċiżjoni, id-daqs tal-kampjuni meħtieġa biex jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tan-NACE Rev. 2 u l-kategoriji tad-daqs skont liema r-riżultati jistgħu jiġu analizzati statistikament għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(3)

L-Artikolu 8(2) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“2.   Id-data speċifika li ser tinġabar rigward l-intrapriżi għat-taħriġ u l-intrapriżi li mhumiex għat-taħriġ u rigward il-forom differenti ta’ taħriġ vokazzjonali huma stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(4)

L-Artikolu 9(4) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“4.   Il-ħtiġijiet ta’ kwalità fir-rigward ta’ data miġbura u trażmessa għall-istatistiċi tal-Komunità dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, l-istruttura tar-rapporti dwar il-kwalità msemmija fil-paragrafu 2 u kull miżura meħtieġa biex il-kwalità tad-data tiġi evalwata u mtejba huma stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(5)

L-Artikolu 10(2) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ewwel sena ta’ referenza li għaliha għandha tiġi miġbura d-data. Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(6)

L-Artikoli 13 u 14 għandhom jiġu mibdula bit-test li ġej:

“Artikolu 13

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-miżuri meħtieġa biex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi rigward il-ġbir, it-trażmissjoni u l-ipproċess ta’ data, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Miżuri oħra għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li għandhom x’jaqsmu mal-format tekniku xieraq u l-istandard tal-iskambju għat-trażmissjoni elettronika tad-data, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 14

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom (****************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(****************)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.”."

4.   IS-SUQ INTERN

4.1.   Ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabularju Komuni tal-Akkwist (CPV)  (20)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2195/2002, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex taġġorna l-istruttura u l-kodiċijiet tas-CPV u li tipproċedi għall-adattamenti tekniċi tal-annessi kollha ta’ dak ir-Regolament sabiex ikun hemm disponibbli strument adattat għall-ħtiġijiet tal-utenti u għall-iżviluppi fis-swieq. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2195/2002, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Fejn, għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza kif stipulat fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ emendi ta’ natura purament teknika.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

“Artikolu 2

Il-Kummissjoni tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għar-reviżjoni tas-CPV. Billidawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 3(2). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 3(3).

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE (*****************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.2.   Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali  (21)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/17/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tipproċedi għal adattamenti tekniċi ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva u tal-Annessi tagħha, skont il-progress tekniku jew l-iżvilupp fl-Istati Membri, u tirrevedi l-livelli minimi ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/17/KE, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, u minħabba restrizzjonijiet tal-limiti taż-żmien imposti bil-proċeduri stabbiliti għall-kalkolu u l-pubblikazzjoni, il-limiti ta’ żmien li huma normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jiġu mqassra għar-reviżjoni ta’ ċerti livelli.

Fejn, għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien li huma normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza stipulata fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ emendi ta’ natura purament teknika.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/17/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 68 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 68

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE (******************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u 5 b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b), u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu erba’ ġimgħat, ġimgħatejn, u sitt ġimgħat rispettivament.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(******************)  ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15.”;"

(2)

fl-Artikolu 69 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-livelli minimi stabbiliti fl-Artikolu 16 kull sentejn mit-30 ta’ April 2004, u għandha, jekk ikun meħtieġ rigward it-tieni sottoparagrafu tirrevedihom. Billi dawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 68(4). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 68(5).”;

(b)

l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2, għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Fl-istess waqt li tkun qed twettaq ir-reviżjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tallinea l-livelli minimi preskritti fl-Artikolu 61 (kuntesti ta’ disinn) mal-livelli minimi riveduti applikabbli għal kuntratti ta’ servizzi. Billi dawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 68(4). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 68(5).”;

(3)

L-Artikolu 70 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 70

Emendi

1.   Il-Kummissjoni tista’ temenda, f’konformità mal-proċedura kosultattiva msemmija fl-Artikolu 68(2):

(a)

il-proċedura biex jintbagħtu u jiġu pubblikati fatti magħrufa (data) riferiti fl-Anness XX fuq bażi ta’ progress tekniku jew għal raġunijiet amministrattivi;

(b)

il-proċeduri għat-tfassil, it-trażmissjoni, l-irċevuta, it-traduzzjoni, il-ġbir u d-distribuzzjoni tal-avviżi riferiti fl-Artikoli 41, 42, 43 u 63;

(ċ)

fl-interessi ta’ semplifikazzjoni skont l-Artikolu 67(3), il-proċeduri għall-użu, it-tfassil, it-trażmissjoni, l-irċevuta, it-traduzzjoni, il-ġbir u d-distribuzzjoni tar-rapporti statistiċi riferiti fl-Artikolu 67(1) u (2).

2.   Il-Kummissjoni tista’ temenda dawn li ġejjin:

(a)

il-lista ta’ entitajiet kontraenti fl-Annessi I sa X sabiex iwettqu l-kriterji dikjarati fl-Artikoli 2 sa 7;

(b)

il-proċeduri għal referenzi speċifiċi għal pożizzjonijiet partikolari fin-nomenklatura tal-VKA fl-avviżi;

(ċ)

in-numri ta’ referenza fin-nomenklatura dikjarata fl-Anness XVII, sakemm dan ma jbiddilx l-iskop materjali ta’ din id-Direttiva, u l-proċeduri għal referenza fl-avviżi għal pożizzjonijiet partikolari f’din in-nomenklatura fil-kategoriji ta’ servizzi mniżżla f’lista fl-Anness;

(d)

in-numri ta’ referenza fin-nomenklatura dikjarata fl-Anness XII, sakemm dan ma jbiddilx l-iskop materjali ta’ din id-Direttiva, u l-proċeduri għal referenza għal pożizzjonijiet partikolari f’din in-nomenklatura fl-avviżi;

(e)

l-Anness XI;

(f)

id-dettalji tekniċi u l-karatteristiċi tal-mezzi għal irċevuta elettronika riferiti f’punti (a), (f) u (g) tal-Anness XXIV;

(g)

il-proċeduri tekniċi għall-metodi ta’ kalkolu stabbilti fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 69 (1) u fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 69(2).

Billi dawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 68(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 68(5).”.

4.3.   Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi  (22)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/18/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tipproċedi għall-adattamenti tekniċi ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva u tal-Annessi tagħha, skont il-progress tekniku jew l-iżvilupp fl-Istati Membri, u tirrevedi l-limiti ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/18/KE, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, u minħabba restrizzjonijiet tal-limiti taż-żmien stabbiliti bil-proċeduri stabbiliti għall-kalkolu u l-pubblikazzjoni, il-limiti ta’ żmien li huma normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, għandhom jiġu mqassra għar-reviżjoni ta’ ċerti livelli.

Fejn għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien li huma normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza stipulata fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ emendi ta’ natura purament teknika.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/18/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 77 għandu jiġimibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 77

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE (*******************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u 5b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 5a (3) c), (4) b), u (4) e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu stabbiliti għal erba’ ġimgħat, ġimgħatejn u sitt ġimgħat rispettivament.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*******************)  ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15.”;"

(2)

L-Artikolu 78 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

l-ewwel sottoparagrafu fil-paragrafu 1, għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 7 kull sentejn mit-30 ta’ April 2004 u għandha, jekk neċessarju, tirrevedihom. Billi dawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 77(4). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 77(5).”;

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“2.   Fl-istess waqt li tkun qed twettaq ir-reviżjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tallinja l-livelli minimi preskritti kif ġej:

(a)

il-limiti stabbiliti fil-punt a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, l-Artikolu 56 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(1), dwar il-limitu rivedut li japplika għal kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi;

(b)

il-limitu stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 67(1), dwar il-limitu rivedut li japplika għal kuntratti ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Anness IV;

(ċ)

il-limiti stabbiliti fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 u fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 67(1), dwar il-limitu rivedut li japplika għal kuntratti ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti diversi minn dawk imsemmija fl-Anness IV.

Billi dawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 77(4). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 77(5).”;

(3)

L-Artikolu 79 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 79

Emendi

1.   F’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 77(2), il-Kummissjoni tista’ temenda:

(a)

il-proċeduri għat-tfassil, trażmissjoni, riċeviment, traduzzjoni, kollezzjoni u distribuzzjoni tal-avviżi msemmija fl-Artikoli 35, 58, 64 u 69 u r-rapporti statistiċi previsti fl-Artikolu 35(4), ir-raba’ subparagrafu, u fl-Artikoli 75 u 76;

(b)

il-proċedura biex tintbagħat u tippubblika d-data msemmija fl-Anness VIII fuq raġunijiet ta’ progress tekniku jew għal raġunijiet amministrattivi.

2.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-elementi li ġejjin:

(a)

il-proċeduri tekniċi għal metodi ta’ kalkulazzjoni ddikjarati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(1) u fl-Artikolu 78(3);

(b)

il-proċeduri għar-referenza speċifika għal pożizzjonijiet speċifiċi fin-nomenklatura CPV fl-avviżi;

(ċ)

il-lista tal-korpi u kategoriji ta’ korpi governati mil-liġi pubblika fl-Anness III, meta, fuq il-bażi ta’ notifiki mill-Istati Membri, emenda bħal din tirriżulta neċessarja;

(d)

il-lista tal-awtoritajiet tal-gvern ċentrali fl-Anness IV, wara l-adattazzjonijiet neċessarji biex jagħtu effett lil dan il-Ftehim;

(e)

in-numri ta’ referenza fin-nomenklatura ddikjarati fl-Anness I, sakemm dawn ma jbiddlux l-iskop materjali ta’ din id-Direttiva, u l-proċeduri għar-referenza għal pożizzjonijiet partikolari ta’ dik in-nomenklatura fl-avviżi;

(f)

in-numri ta’ referenza fin-nomenklatura ddikjarati fl-Anness II, sakemm dawn ma jbiddlux l-iskop materjali ta’ din id-Direttiva, u l-proċeduri għar-referenza għal pożizzjonijiet partikolari ta’ dik in-nomenklatura ġewwa l-kategoriji ta’ servizzi elenkati fl-Anness;

(g)

id-dettalji tekniċi u l-karatteristiċi tal-istrumenti għar-riċeviment elettroniku msemmija f’punti (a), (f) u (g) tal-Anness X.

Billi dawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 77(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 77(5).”.

5.   IS-SAĦĦA U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATURI

5.1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel  (23)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 315/93, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tistabbilixxi t-tolleranzi massimi għal kontaminanti speċifiċi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KEE) Nru 315/93 billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Kwalunkwe dewmien fit-twaqqif tat-tolleranzi massimi għal kontaminanti speċifiċi jista’ jirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali. Meta, għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti taż-żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza stipulata fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ dawn it-tolleranzi.

Għal din ir-raġuni r-Regolament (KE) Nru 315/93 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

l-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 2(3), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika u skont paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ fejn neċessarju, tistabbilixxi tolleranzi massimi għall-kontaminanti speċifiċi. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 8(4).”;

(2)

L-Artikolu 4(2), għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina r-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibbli fil-Kumitat Permanenti għall-Ikel, imwaqqaf b’Deċiżjoni 69/414/KEE (********************) u għandha twassal l-opinjoni tagħha immedjatament u tieħu kwalunkwe miżuri neċessarji intenzjonati biex jikkonfermaw, jemendaw jew iħassru l-miżura nazzjonali, skont il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 8(2).

(********************)  ĠU L 291, 19.11.1969, p. 9.”;"

(3)

Fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 5(3), il-kliem “Artikolu 8” jiġi mibdul bil-kliem “Artikolu 8(2)”;

(4)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (*********************), filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*********************)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”;"

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

5.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta’ Settembru 1993 dwar l-oġġetti tal-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari  (24)

Fir-rigward tad-Direttiva 93/74/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta l-lista tal-użi maħsuba, id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-indikazzjonijiet li hemm fil-lista tal-użi maħsuba u biex tadotta l-emendi, minħabba l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, għal-lista tal-użi maħsuba u d-dispożizzjonijiet ġenerali li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-indikazzjonijiet li hemm fil-lista tal-użi maħsuba. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 93/74/KEE inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

L-oġġetti tal-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari għandhom rwol importanti fid-dieta tal-annimali tal-gost kif ukoll fit-tkabbir tal-bhejjem produttivi tal-oqsma. Il-kompożizzjoni u t-tħejjija tal-għalf iridu jkunu ddiżinjati b’mod speċjali għalbiex jilħqu l-ħtiġijiet partikolari tan-nutriment tal-kategoriji tal-annimali tal-gost jew tal-bhejjem produttivi tal-oqsma illi l-proċess tagħhom tal-assimilazzjoni, l-assorbiment jew il-metaboliżmu jista’ jiġi ddanneġġjat għal ftit taż-żmien jew iddanneġġjat temporanjament jew b’mod irriversibbli. Għalhekk, mingħajr telf taż-żmien, l-utent tal-għalf maħsub għal għanijiet partikolari tan-nutriment jeħtieġ illi jiġi pprovdut b’tagħrif eżatt u li jkun fih tifsira sabiex ikun jista’ jagħmel l-għażla adattata. Meta, fuq bażijiet imperattivi ta’ urġenza, il-limiti taż-żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jistgħux jiġu segwiti, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-indikazzjonijiet imsemmija fil-lista tal-użi maħsuba u għall-adozzjoni, minħabba fl-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, tal-emendi għal-lista tal-użi maħsuba u għad-dispożizzjonijiet ġenerali li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-indikazzjonijiet imsemmija fil-lista tal-użi maħsuba.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 93/74/KEE għandha tiġi emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 6

Il-Kummissjoni għandha tadotta:

(a)

lista tal-użi maħsuba skont l-Anness mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1994 f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2). Din il-lista għandu jkun fiha:

l-indikazzjonijiet riferiti fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 5(1), u,

meta approprjat, l-indikazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 5(2), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4);

(b)

id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-indikazzjonijiet riferiti fil-punt (a), li jinkludu t-tolleranzi applikabbli;

(ċ)

il-miżuri adottati skont il-punti (a) u (b) jistgħu jiġu mmodifikati, wara l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.

Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c), mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, u biex jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 9(4).”;

(2)

L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għadha tiftaħ malajr kemm jista’ jkun il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 9(2) bil-ħsieb li tadotta kull miżura approprjata intenzjonata biex tikkonferma, temenda jew tħassar il-miżura nazzjonali.”;

(3)

L-Artikolu 9(3) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

5.3.   Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE  (25)

Fir-rigward tad-Direttiva 96/23/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadotta emendi għall-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dik id-Direttiva u biex jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 96/23/KE hija emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Il-pjan għandu jikkonforma mal-livelli u l-frekwenzi tal-kampjuni stabbiliti fl-Anness IV. Madankollu, fuq it-talba ta’ Stat Membru l-Kummissjoni, f’ konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2), tista’ taġġusta l-ħtiġijiet minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Anness IV għall-Istati Membri kkonċernati sakemm hu stabbilit b’mod ċar li dawn l-aġġustamenti jżidu l-effettività globali tal-pjan fejn għandu x’jaqsam l-Istat Membru kkonċernat u b’ebda mod ma jnaqqsu l-abilità tagħhom li jidentifikaw residwi ta’, jew każijiet ta’ trattament illegali b’sustanzi mniżżla fl-Anness I.

2.   L-eżami mill-ġdid tal-gruppi ta’ residwi li għandu jkun hemm kontroll għalihom skont l-Anness I u l-iffissar tal-livelli u l-frekwenzi tal-kampjuni li jkopru l-annimali u l-prodotti msemmija fl-Artikolu 3 u mhux diġà stabbiliti fl-Anness IV għandu jsir mill-Kummissjoni fl-ewwel okkażjoni fi żmien massimu ta’ 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-esperjenza miksuba taħt miżuri nazzjonali eżistenti u ta’ informazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni taħt ħtiġijiet eżistenti Komunitarji li jagħmlu dawn il-gruppi speċifiċi ta’ prodotti soġġetti għal monitoraġġ ta’ residwi. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(4).”;

(2)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 1 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“Ladarba l-Kummissjoni tkun stabbiliet il-konformità tagħhom, għandha tissottometti l-pjanijiet għall-approvazzjoni f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3).

Sabiex jittieħed kont tal-bidliet fis-sitwazzjoni fi Stat Membru jew f’reġjun tiegħu, tar-riżultati tal-inkjesti nazzjonali jew tal-investigazzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-Artikoli 16 u 17, il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2), li tapprova emenda jew addizzjoni għal pjan qabel approvat skont il-paragrafu 2.”

(b)

il-ħames subparagrafu fil-paragrafu 2, għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Meta hemm kummenti mill-Istati Membri jew meta l-Kummissjoni ma’ tqisx l-aġġornament f’konformità jew tqisu insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tissottometti l-pjanijiet aġġornati lill-Kumitat Permanenti Veterinarju, li għandu jaġixxi f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(3)

it-tielet subparagrafu fl-Artikolu 14(1), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Lista ta’ dawn il-laboratorji nnominati għandha titfassal f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(4)

it-tieni subparagrafu fl-Artikolu 15(1), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Ir-regoli dettaljati biex jittieħdu kampjuni uffiċjali u l-metodi ta’ rutina u referenza li għandhom jiġu impjegati għall-analiżi ta’ dawn il-kampjuni uffiċjali għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(4).”;

(5)

is-sitt subparagrafu fl-Artikolu 20(2), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Fid-dawl tal-opinjoni tal-esperti, jistgħu jittieħdu miżuri approprjati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2).”;

(6)

it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 fl-Artikolu 21 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri neċessarja biex jieħu kont tar-riżultati ta’ dawk il-verifiki u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri meħuda huma insuffiċjenti, għandha, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru konċernat u wara li tqis il-miżuri neċessarji għas-salvagwardja tas-saħħa pubblika, tieħu l-miżuri approprjati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.   Ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu l-frekwenza u l-metodu ta’ twettiq tal-verifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 (inkluża l-koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti), għandhom jiġi stabbiliti, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(7)

L-Artikolu 29 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

ir-raba’ paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjan f’ konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3). Skont l-istess proċedura, garanziji għajr għal dawk riżultanti mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jistgħu jkunu aċċettati.”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Meta m’hemmx konformità mal-ħtiġijiet tal-paragrafu 1, l-inklużjoni ta’ pajjiż terz fil-listi tal-pajjiżi terzi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew bħala riżultat tal-benefiċċju ta’ elenkar minn qabel tista’ tiġi sospiża f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3), fuq talba ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva proprja tagħha.”;

(8)

Fl-Artikolu 30(3), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Jekk, f’każijiet li jinvolvu pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ekwivalenti mal-Komunità, il-Kummissjoni, wara li tagħmel inkjesti tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, tikkonkludi li naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom u l-garanziji mogħtija mill-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 29(1), għandha tieqaf milli tippermetti lill-pajjiż ikkonċernat, taħt il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2), jibbenefika mill-ftehim imsemmija għall-annimali u l-prodotti konċernati sakemm dak il-pajjiż terzikun għamel tajjeb għan-nuqqasijiet tiegħu. Is-sospensjoni għandha tiġi rrevokata taħt l-istess proċedura.”;

(9)

L-Artikolu 32 għandu jiġi mħassar;

(10)

L-Artikolu 33, 34 u 35 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 33

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorita’ Ewropea dwar is-Sigurta’ fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurta’ tal-ikel (**********************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (***********************), b’konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal ħmistax-il ġurnata.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 34

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 (2), Annessi I, III, IV u V jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati mill- […] Kummissjoni. B’mod partikolari, l-Annessi msemmija hawn fuq jistgħu jkunu emendati […], bil-għan li jiġi evalwat ir-riskju tal-fatturi li ġejjin:

it-tossiċità potenzjali ta’ residwi fl-affarijiet tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali;

kemm x’aktarx ikun hemm residwi fl-affarijiet tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(4).

Artikolu 35

Il-Kumitat jista’ jadotta miżuri transizzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti stipulati minn din id-Direttiva.

Miżuri tranżizzjonali ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b’ elementi mhux essenzjali ġodda, u partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stipulati fid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, se jkunu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(4).

Miżuri tranżitorji oħra jistgħu jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2).

(**********************)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1."

(***********************)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”;"

5.4.   Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid  (26)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 258/97, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta r-regoli ddettaljati għall-protezzjoni tat-tagħrif. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 258/97 b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 258/97 huwa emendat hekk kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(3), il-kliem “l-Artikolu 13” għandu jiġi mibdul bil-kliem “l-Artikolu 13(2)”;

(2)

Fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 3(4), il-kliem “l-Artikolu 13” għandu jiġi mibdul bil-kliem “l-Artikolu 13(2)”;

(3)

Fl-Artikolu 4(5), il-kliem “l-Artikolu 13” għandu jiġi mibdul bil-kliem “l-Artikolu 13(2)”;

(4)

Fl-Artikolu 7(1), il-kliem “l-Artikolu 13” għandu jiġi mibdul bil-kliem “l-Artikolu 13(2)”;

(5)

Fl-Artikolu 8(3), il-kliem “l-Artikolu 13” għandu jiġi mibdul bil-kliem “l-Artikolu 13(2)”;

(6)

L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 10

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ddettaljati għall-protezzjoni tat-tagħrif ipprovdut mill-applikant. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”;

(7)

L-Artikolu 12(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina r-raġunijiet referiti fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibli fil-Kumitat Permanenti tal-Oġġetti tal-Ikel; għandha tieħu l-miżuri xierqa intenzjonati biex jikkonfermaw, jemendaw jew iħassru l-miżura nazzjonali skont il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 13(2). L-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni riferita fil-paragrafu 1 jista’ jżommha sakemm il-miżuri jkunu daħlu fis-seħħ.”;

(8)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

5.5.   Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ network għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità  (27)

Fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tistabbilixxi l-mard li jinxtered u l-kriterji biex jintgħażel dak il-mard li għandu jkun kopert min-netwerk Komunitarju, kif ukoll il-metodi għas-sorveljanza epidemoloġika u mikrobijoloġika. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza fir-rigward tad-dehra jew l-iżviluppi ġodda ta’ marda serja li tinxtered, is-sistema għas-sorveljanza epidemoloġika għandha tibda mill-iktar fis possibbli, sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-popolazzjoni u tas-saħħa pubblika. Meta għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, ma jkunx jista’ jkun hemm konformità mal-limiti normali taż-żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza kif stipulat fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-mard li jinxtered, il-kriterji għall-għażla ta’ dak il-mard u l-metodi għas-sorveljanza epidemoloġika u mikrobijoloġika, kif ukoll għall-emendi għall-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE li fih hemm il-lista tal-kategoriji tal-mard li jinxtered.

Għal din ir-raġuni, id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Il-kliem introduttorju jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Bil-għan li jkun hemm ħidma effettiva ta’ network tal-Komunità rigward is-sorveljanza epidemoloġika u li tiġi miksuba informazzjoni uniformi fi ħdan dan il-qafas, il-Kummissjoni għandha tadotta dan li ġej:”;

(b)

It-tieni u t-tielet paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

“Il-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (e) mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 7(4).

Il-miżuri msemmija fil-punti (c), (d), (f), (g) u (h) għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

(2)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   Proċeduri rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni li għalihom saret referenza f’paragrafi 1, 2 u 3 u proċeduri rigward il-koordinazzjoni li għalihom saret referenza f’paragrafi 1 u 4 għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

(3)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

(b)

Il-paragrafu 4 li ġej għandu jiġi miżjud:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(4)

L-Artikolu 8 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 8

L-Anness jista’ jiġi emendat jew tista’ ssirlu xi żieda mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 7(4).”.

5.6.   Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel  (28)

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/13/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta ċerti miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tagħha. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/13/KE inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, fuq bażijiet imperattivi ta’ urġenza, il-limiti taż-żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jistgħux jiġu segwiti, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-emenda tal-listi ta’ ċerti kategoriji ta’ ingredjenti.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2000/13/KE hija emendata hekk kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“3.   Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità riferiti f’paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(2)

L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul hekk kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3a, il-punt d) tat-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“(d)

f’dak li jirrigwardja prodotti oħrajn, permezz ta’ miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(b)

fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu, għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“—

ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness I u huma kostitwenti ta’ prodott ieħor tal-ikel jeħtieġ biss li jkunu magħrufa bl-isem ta’ dik il-kategorija.

Tibdil għal-lista ta’ kategoriji fl-Anness I jista’ jiġi effetwat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).

Iżda, id-deżinjazzjoni ta’ ‘lamtu’ elenkata fl-Anness I għandha tkun dejjem komplimentata bl-indikazzjoni tal-oriġini veġetali speċifika tagħha, meta dak l-ingredjent jista’ jkun fih il-glutina,”;

(ii)

it-tieni inċiż għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“–

ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji mniżżla fl-Anness II iridu jkunu magħrufa bl-isem ta’ dik il-kategorija, segwit bl-isem speċifiku tagħhom jew numru KE; jekk ingredjent jappartjeni għal iktar minn kategorija waħda, il-kategorija approprjata għal funzjoni prinċipali fil-każ tal-prodott tal-ikel in kwistjoni tiġi indikata;

Emendi għall-Anness II ibbażati fuq avvanzi fit tagħrif xjentifiku u tekniku, billi miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3). Fuq bażi imperattiva ta’ urġenza, il-Kummissjoni tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 20(4);

Iżda, id-deżinjazzjoni ta’ ‘lamtu modifikat’ imniżżel fl-Anness II għandha tkun dejjem komplimentata bl-indikazzjoni tal-oriġini veġetali speċifika tagħha, meta dak l-ingredjent jista’ jkun fih il-glutina.”;

(ċ)

fil-paragrafu 7, it-tielet subparagrafu għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità riferiti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(d)

fil-paragrafu 11, it-tielet subparagrafu għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Anness IIIa jista’ jkun emendat mill-Kummissjoni, wara li opinjoni tkun ġiet akkwistata mingħand l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà tal-Ikel li tkun maħruġa fuq il-bażi tal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi tal-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà tal-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri dwar materji tas-sigurtà tal-ikel (************************). Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 20(4).

(************************)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.”"

(3)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (d) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“(d)

fil-każijiet iddeterminati mill-Kummissjoni; id-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet, miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (d) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“(d)

fil-każijiet iddeterminati mill-Kummissjoni; id-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet, miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(ċ)

fil-paragrafu 4, it-tielet sentenza għandha tiġi mibdula bit-test li ġej:

“Dispożizzjonijiet tal-Komunità għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(4)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Din il-lista tista’ tiġi ssupplimentata mill-Kummissjoni. Din il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(b)

il-paragrafu 6 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“6.   Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità rriferiti fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, 2(b) u (d) u 5, it-tieni subparagrafu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Din il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(5)

Fl-Artikolu 11(2), it-tielet subparagrafu għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet tal-Komunità rriferiti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Din il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(6)

Fl-Artikolu 12, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ xarbiet oħra li fihom aktar minn 1,2 % bil-volum ta’ alkohol, dawn ir-regoli għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(7)

L-Artikolu 16(1) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel li dwarhom ma jidhrux il-partikolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) f’lingwa li tinftiehem malajr mill-konsumatur, huwa pprojbit fit-territorji tagħhom, sakemm il-konsumatur ma jiġix fil-fatt infurmat b’mezzi ta’ miżuri oħra determinati għal partikolaritajiet ta’ tikkettjar. Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

(8)

L-Artikolu 20 għandu jiġi mibdul kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(9)

L-Artikolu 21 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 21

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri tranżitorji jekk dawn jirriżultaw neċessarji biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Miżuri tranżitorji ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva inklużi dawk li jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stipulati fid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, tissupplimentaha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).

Miżuri oħra temporanji għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 20(2).”.

5.7.   Id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk  (29)

Fir-rigward tad-Direttiva 2001/37/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta regoli għall-użu ta’ ritratti bil-kulur jew stampi fuq prodotti tat-tabakk u sabiex tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku d-dispożizzjonijjiet dwar il-metodi ta’ kejl kif ukoll it-twissijiet tas-saħħa. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2001/37/KE inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2001/37/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli għall-użu ta’ ritratti bil-kulur jew stampi oħra li juru u jfissru l-konsegwenzi tat-tipjip fuq is-saħħa, bil-ħsieb li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tas-suq intern ma jiddgħajfux. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

(2)

L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Adattamenti

1.   Il-Kummissjoni għandha tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-metodi tal-kejl stabbiliti fl-Artikolu 4 u d-definizzjonijiet li jirrelataw magħhom. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-fl-Artikolu 10(3).

2.   Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-addattament għall-progress xjentifiku u tekniku tat-twissijiet tas-saħħa li għandhom jintwerew fuq kull pakkett ta’ prodotti tat-tabakk kif stabbilit fl-Anness I u l-frekwenza tar-rotazzjoni tat-twissijiet tas-saħħa. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).

3.   Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2), tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-immarkar għall-identifikazzjoni u l-għanijiet ta’ intraċċar tal-prodotti tat-tabakk.”;

(3)

L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Il-proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

5.8.   Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti  (30)

Fir-rigward tad-Direttiva 2001/95/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tistabbilixxi u tadatta r-regoli u l-proċeduri ewlenin ta’ notifika ta’ riskji serji mill-prodotti. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2001/95/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u b’mod partikolari minħabba li s-suffiċjenza tar-regoli u tal-proċeduri ewlenin ta’ notifiki ta’ riskji serji minn prodotti hija kundizzjoni minn qabel sabiex is-sistemi rapidi ta’ allarm jaħdmu kif suppost, il-limiti ta’ żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jiġu mnaqqsa.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2001/95/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(a)

il-ħtiġijiet maħsuba sabiex jiżguraw illi l-prodotti li jikkonformaw ma’ dawn l-istandards jissodisfaw il-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni; dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(4);”;

(2)

Fl-Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadatta l-ħtiġijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-obbligi li tipprovdi t-tagħrif stabbilit fl-Anness I. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(5).”;

(3)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Il-miżuri dettaljati għar-RAPEX huma ddikjarati fl-Anness II. Huma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(5).”;

(4)

L-Artikolu 15 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artkolu 15

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal 15-il ġurnata.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u 5(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 5a (3)(ċ) u (4)(b) u (e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu stabbiliti għal xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.”.

5.9.   Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel  (31)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta d-dispożizzjonijiet relatati man-numru u l-ismijiet tal-Bordijiet Xjentifiċi, ir-regoli ta’ proċedura għall-preżentazzjoni ta’ talba għal opinjoni mill-Awtorità, u l-kriterji għad-dħul ta’ istitut fuq il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 huwa b’dan mibdul hekk kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 28(4), it-tieni subparagrafu, għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“In-numru u l-ismijiet tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom ikunu adattati fid-dawl tal-iżvilupp tekniku u xjentifiku mill-Kummissjoni, fuq talba tal-Awtorità. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

(2)

L-Artikolu 29(6) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“6.   Ir-regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Awtorità. Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari:

(a)

il-proċedura li għandha tiġi applikata mill-Awtorità għat-talbiet riferiti lilha;

(b)

il-linji ta’ gwida li jirregolaw il-valutazzjoni xjentifika ta’ sustanzi, prodotti jew proċessi li huma suġġetti taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità għal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel jew għad-dħul fuq lista pożittiva, b’mod partikolari fejn il-leġislazzjoni tal-Komunità tipprovdi għal dan, jew tawtorizza dan, id-dossier, li għandu jiġi ppreżentat għal dan il-għan mill-applikant.

Il-miżura msemmja f’punt a), imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).

Il-linji ta’ gwida msemmija f’punt b) għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 58(2).”;

(3)

L-Artikolu 36(3) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Awtorità, għandha tistipula l-kriterji għad-dħul ta’ istitut fuq il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri, arranġamenti biex jitniżżlu ħtiġijiet armonizzati ta’ kwalità u regoli finanzjarji li jirregolaw kull appoġġ finanzjarju. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli oħra ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 wara li tikkonsulta mal-Awtorità, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 58(2).”;

(4)

Fl-Artikolu 58, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu mibdula bit-test li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

5.10.   Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman  (32)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tistabbilixxi regoli dwar ir-rimi, l-ipproċessar, l-importazzjoni/esportazzjoni u t-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali tal-Kategorija 1, 2 u 3, kif ukoll ir-regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin minn territorji suġġetti għal restrizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija; biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ikel għall-annimali domestiċi u materji primi għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi kif ukoll biex tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi jew alternattivi ta’ iġjene mniżżla fl-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, inter alia billi jissupplimentawh b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, ma’ jkunx jista’ jkun hemm konformità mal-limiti normali ta’ żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza stipulata fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni tar-regoli rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, jew prodotti derivati minnhom, li jkunu ġejjin minn territorji suġġetti għal restrizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali, għall-adozzjoni ta’ regoli alternattivi għal sitwazzjonijiet speċifiċi rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, jew prodotti derivati minnhom, li jkunu ġejjin minn territorji suġġetti għal restrizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u għall-emendi tal-Annessi.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirregolaw taħt liġi nazzjonali l-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mhux riferiti fl-Annessi VII u VIII, sakemm tiġi adottata deċiżjoni mill-Kummissjoni. Dik il-miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bl-użu li jagħmlu minn din il-possibbiltà.”;

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat hekk kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, il-punt (e) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(e)

fid-dawl ta’ żviluppi fit-tagħrif xjentifiku, mormi permezz ta’ mezzi oħra li huma approvati mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku xieraq. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3). Dawk il-mezzi jistgħu jew jissupplimentaw jew jibdlu dawk ipprovduti fil-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu.”;

(b)

Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Materjal ta’ Kategorija 1 m’għandux jiġi importat jew esportat minbarra f’ konformità ma’ dan ir-Regolament jew mar-regoli preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(3)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(i)

Fil-punt (c), il-punt (i) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(i)

fil-każ ta’ materjal bil-proteini li jirriżulta, użat bħala fertilizzant organiku jew biex itejjeb il-ħamrija f’konformità ma’ ħtiġijiet, jekk ikun hemm, preskritti mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku xieraq. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3),”;

(ii)

Il-punt (d) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(d)

fil-każ ta’ materjal li joriġina mill-ħut, maħżun f’silo jew magħmul kompost f’konformità mar-regoli adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3);”;

(iii)

Fil-punt (e), il-punt (iii) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(iii)

trasformat f’impjant bijogass jew kompost f’ konformità mar-regoli preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3);”;

(iv)

Il-punt (g) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(g)

mormi permezz ta’ mezzi oħra, jew użati f’modi oħra, f’ konformità mar-regoli preskritti mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku xieraq; dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3). Dawk il-mezzi jew modi jistgħu jew jissupplimentaw jew jibdlu dawk stipulati fil-punti (a) sa (f) ta’ dan il-paragrafu.”;

(b)

Il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.   Materjal ta’ Kategorija 2 m’għandux jitqiegħed fis-suq jew jiġi esportat minbarra f’ konformità ma’ dan ir-Regolament jew mar-regoli preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(4)

Fl-Artikolu 6(2), il-punti (g), (h) u (i) għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“(g)

fil-każ ta’ skart tal-ikel imsemmi fil-punt (1) tal-paragrafu 1, trasformat f’impjant bijogass jew kompost f’ konformità mar-regoli preskritti mill-Kummissjoni, jew, sakemm issir l-adozzjoni ta’ regoli bħal dawn, f’ konformità mal-liġi nazzjonali. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3);

(h)

fil-każ ta’ materjal li joriġina mill-ħut, maħżun f’silo jew bħala kompost f’ konformità mar-regoli preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3); jew

(i)

mormi permezz ta’ mezzi oħra, jew użati f’modi oħra, f’ konformità mar-regoli preskritti mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku xieraq; dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3). Dawk il-mezzi jew modi jistgħu jew jissupplimentaw jew jibdlu dawk ipprovduti fil-punti (a) sa (h).”;

(5)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   Il-ħtiġijiet tal-paragrafi 2 u 3 jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ żviluppi fit-tagħrif xjentifiku, wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku xieraq. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(6)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Il-punt (d) jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(d)

iħarsu l-ħtiġijiet preskritti fl-Annessi VII u VIII, jew regoli dettaljati li jridu jiġu preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 33(4);”

(b)

Fit-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Kundizzjonijiet alternattivi għal dawk imniżżla fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu preskritti f’sitwazzjonijiet speċifiċi minn deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 33(4).”;

(7)

L-Artikolu 20(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija magħmula minn prodotti pproċessati, għajr dawk prodotti mid-demel u kontenut tas-sistema diġestiva, jitqiegħdu fis-suq jew jiġu esportati biss jekk jilħqu l-ħtiġijiet, jekk ikun hemm, preskritti mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni tal-kumitat xjentifiku xieraq. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3)”;

(8)

L-Artikolu 22(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi regoli dwar il-miżuri ta’ kontroll. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).

Għandhom jiġu adottati regoli oħra għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, f’ konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2).

Jistgħu jingħataw derogi mill-punt (a) tal-paragrafu 1 rigward il-ħut u l-annimali bil-pil wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku kompetenti. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(9)

L-Artikolu 23 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, il-punt (d) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(d)

B’żieda ma’ dan, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu, taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti, ta’ materjal ta’ Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b)(ii) għat-tgħam ta’ speċje fil-perikolu jew protetti ta’ tjur nekrofagi f’ konformità mar-regoli preskritti mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà tal-Ikel. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(b)

Il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   Regoli dettaljati li jikkonċernaw miżuri ta’ verifika jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(10)

Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli li jikkonċernaw il-frekwenza tal-verifiki u l-metodi ta’ referenza għall-analiżi mikrobijoloġiċi. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).

Kwalunkwe arranġamenti dettaljati oħra għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu preskritti taħt il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2).”;

(11)

Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli li jikkonċernaw il-frekwenza tal-verifiki u l-metodi ta’ referenza għall-analiżi mikrobijoloġiċi. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).

Kwalunkwe arranġamenti dettaljati oħra għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu preskritti taħt il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2).”;

(12)

Fl-Artikolu 28, it-tieni paragrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Madankollu, l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ikel ta’ annimali domestiċi u materja prima għall-produzzjoni ta’ ikel ta’ annimali domestiċi, derivat minn annimali li ġew trattati b’ċerti sustanzi projbiti f’ konformità mad-Direttiva 96/22/KE, għandhom jiġu permessi sakemm materja prima bħal din hija mmarkata b’mod permanenti u taħt kondizzjonijiet speċifiċi preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(13)

Fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.   Wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku xieraq dwar xi domanda li jista’ jkollha impatt fuq is-saħħa tal-annimali jew is-saħħa pubblika, l-Annessi jistgħu jiġu emendati jew supplimentati u xi miżuri transizzjonali xierqa jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Miżuri tranżitorji u miżuri li jemendaw jew jissupplimentaw l-Annessi mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplementawh, b’mod partikulari bl-inklużjoni ta’ aktar speċifikazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, se jkunu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 33(4).

Jistgħu jiġu adottati miżuri oħra tranżitorji f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(2).”;

(14)

L-Artikolu 33 għandu jiġi mibdul kif ġej:

“Artikolu 33

Il-proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assisstita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, minn issa ‘l quddiem msejħa ‘il-Kumitat’.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 li jinsabu fiha.

Il-perjodu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ 15-il ġurnata.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

(15)

Fl-Anness III, Kapitlu II, Parti B, il-punt 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“11.

Ilma skart irid jiġi trattat biex jiġi żgurat, sa fejn ikun prattikabbli b’mod raġonevoli, li l-ebda patoġeni ma jibqgħu. Ħtiġijiet speċifiċi għat-trattament ta’ ilma skart minn impjanti intermedji ta’ Kategorija 1 u Kategorija 2 iridu jiġu preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(16)

L-Anness V għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

(a)

Fil-Kapitolu II, il-punt 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.

Ilma skart li joriġina fis-settur mhux nadif irid jiġi trattat biex jiġi żgurat, sa fejn ikun prattikabbli b’mod raġonevoli, li l-ebda patoġeni ma jibqgħu. Ħtiġijiet speċifiċi għat-trattament ta’ ilma skart mill-impjanti tal-ipproċessar iridu jiġu preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(b)

Fil-Kapitolu V, il-punt 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.

Proċeduri ta’ validazzjoni bbażati fuq metodi ta’ testjar jistgħu jiġu preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(17)

L-Anness VI għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu I, Parti Ċ, il-punt 8 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“8.

Prodotti pproċessati derivati minn materjal ta’ Kategorija 1 jew 2, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti likwidi maħsuba għall-impjanti bijogass jew fejn isir il-kompost, iridu jiġu mmarkati b’mod permanenti, fejn teknikament possibbli bir-riħa, permezz ta’ sistema approvata mill-awtorità kompetenti. Regoli dettaljati għal immarkar bħal dan jistgħu jiġu preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(b)

F’Kapitolu III, il-punt 2(b) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(b)

fi proċess kontinwu f’temperatura ta’ 140 Ċ 2 bars (2 000 hPa) għal tmien minuti, jew taħt kundizzjonijiet ekwivalenti preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(18)

L-Anness VII għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu II, Parti Ċ, il-punt 13(b) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(b)

tiġi pproċessata mill-ġdid f’impjant tal-ipproċessar approvat f’ konformità ma’ dan ir-Regolament jew de-kontaminata permezz ta’ trattament awtorizat mill-awtorità kompetenti. Lista tat-trattamenti permessi tista’ tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3). Il-kunsinna m’għandhiex tiġi rilaxxata sakemm tkun ġiet ittrattata, ittestjata għas-salmonella mill-awtorità kompetenti f’ konformità mal-Kapitolu I, paragrafu 10, u jinkiseb riżultat negattiv.”;

(b)

Il-Kapitolu V għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(i)

Fil-Parti A, il-punt 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.

Ħalib mhux ipproċessat u kolostru jridu jiġu prodotti taħt kundizzjonijiet li joffru garanziji adegwati rigward is-saħħa tal-annimali. Kundizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(ii)

Fil-Parti B, il-punt 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.

Fejn ikun identifikat riskju tad-dħul ta’ marda eżotika jew kull riskju ieħor għas-saħħa tal-annimali, kundizzjonijiet addizzjonali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(ċ)

Fil-Kapitolu VI, Parti B, il-punt 3(ċ) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(c)

proċess ta’ produzzjoni ekwivalenti approvat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(d)

Fil-Kapitolu VII, Parti A, il-punt 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.

Il-fosfat tad-dikalċju jrid jiġi prodott permezz ta’ proċess li:

(a)

jiżgura li l-materjal bl-għadam ta’ Kategorija 3 huwa mfarrak irqiq u x-xaħam tiegħu mneħħi permezz ta’ ilma jaħraq u trattat b’aċidu idrokloriku dilwit (f’konċentrazzjoni minima ta’ 4 % u pH ta’ inqas minn 1,5) fuq perjodu ta’ mill-inqas jumejn;

(b)

isegwi l-proċedura prevista fil-punt (a), bi trattament bil-ġir tal-likur fosforiku miksub, li jirriżulta f’preċipitat ta’ fosfat tad-dikalċju f’pH ta’ 4 sa 7; u

(ċ)

fl-aħħar, l-arja tnixxef dan il-preċipitat għal 15-il minuta, bit-temperatura inlet ta’ 65 °Ċ sa 325 °Ċ u t-temperatura tal-aħħar ta’ bejn 30 °Ċ u 65 °Ċ, jew

permezz ta’ proċess ekwivalenti approvat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(e)

Fil-Kapitolu VIII, Parti A, il-punt 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.

Il-fosfat tat-trikalċju għandu jkun prodott minn proċess li jiżgura:

(a)

li l-materjal kollu tal-għadam tal-Kategorija 3 hu mitħun sew u minnu jitneħħa x-xaħam permezz ta’ fluss ta’ ilma jaħraq li joħroġ bil-kontra (frak tal-għadam iżgħar minn 14 mm);

(b)

li jkun hemm sajran kontinwu bil-fwar f’145 °Ċ għal 30 minuta b’4 bars;

(ċ)

li jkun hemm separazzjoni tat-taħlita tal-proteini mill-hydroxyapatite (fosfat tat-trikalċju) permezz ta’ ċentrifugazzjoni; u

(d)

li l-fosfat tat-trikalċju jiġi kristallizzat wara li jitnixxef fuq terren apposta bl-arja f’temperatura ta’ 200 °Ċ; jew

permezz ta’ proċess ta’ produzzjoni ekwivalenti approvat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(19)

L-Anness VIII għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu VI, il-Parti A, il-punt 2(e) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(e)

ippreservati permezz ta’ proċess ieħor għajr l-ikkunzar speċifikat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 33(3).”;

(b)

Fil-Kapitolu VII, Parti A, il-punt 4(a)(iii) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(iii)

ippreservat permezz ta’ trattament ieħor għajr l-ikkunzar approvat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(3).”.

5.11.   Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm  (33)

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/98/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tadatta għall-progress tekniku u xjentifiku l-ħtiġijiet tekniċi stabbiliti fl-Annessi I sa IV. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/98/KE inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Fil-każ li l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi jindikaw li informazzjoni addizzjonali għandha tingħata lil jew tinkiseb mid-donaturi, sabiex, pereżempju, ikunu esklużi donaturi ta’ riskju ta’ saħħa għal oħrajn, għandu jsir adattament mingħajr dewmien. Bl-istess mod, jekk il-progress xjentifiku jissuġġerixxi kriterji ġodda ta’ eliġibbiltà dwar kemm huma xierqa d-donaturi tad-demm u tal-plasma, kriterji ġodda ta’ referenza għandhom jiżdiedu mal-lista minnufih. Meta għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, ma jkunx hemm konformità mal-limiti normali ta’ żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza stipulata fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku tal-ħtiġijiet tekniċi li jikkonċernaw l-informazzjoni li għandha tingħata lil jew tinkiseb mid-donaturi, kif ukoll il-ħtiġijiet relatati ma’ kemm huma xierqa d-donaturi tad-demm u tal-plasma, stabbiliti fl-annessi I sa IV.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2002/98/KE għandha tiġi emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 28 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(2)

L-Artikolu 29 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

L-ewwel paragrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“L-adattament tal-ħtiġijiet tekniċi stabbiliti fl-Annessi I sa IV għall-progress tekniku u xjentifiku għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3). Għal raġunijiet ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 28(4) fir-rigward tal-ħtiġijiet tekniċi stabbiliti fl-Annessi III u IV.”;

(b)

Fit-tieni paragrafu, il-kliem introduttorja tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Il-ħtiġijiet tekniċi li ġejjin u l-adattament tagħhom għall-progress tekniku u xjentifiku għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni:”;

(ċ)

Il-paragrafi li ġejjin jiġu miżjuda:

“Ħtiġijiet tekniċi msemmija fil-punti (a), sa (i) tat-tieni paragrafu, jiġifieri miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3).

Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza l-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 29(4) fir-rigward ta’ ħtiġijiet tekniċi msemmija fil-punti (b), (c), (d), (e), (f) u (g) tat-tieni subparagrafu.”.

5.12.   Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali  (34)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tistabbilixxi, fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi jew il-progressi teknoloġiċi, kategoriji ta’ additivi tal-għalf tal-annimali jew gruppi funzjonali oħra, biex tadotta l-emendi għall-Anness III u l-kundizzjonijiet ġenerali mwaqqfa fl-Anness IV sabiex jitqiesu l-progressi teknoloġiċi u l-iżviluppi xjentifiċi u biex tadotta emendi għall-Anness II. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjalim, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3(5) huwa b’dan mibdul bit-test li ġej:

“5.   Fejn ikun meħtieġ, bħala riżultat tal-progress teknoloġiku, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-kundizzjonijiet ġenerali mwaqqfa fl-Anness IV. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).”;

(2)

L-Artikolu 6(3) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“3.   Fejn ikun meħtieġ, bħala riżultat tal-progress teknoloġiku, il-Kummissjoni tistabbilixxi kategoriji ta’ additivi tal-ikel jew gruppi funzjonali oħra. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).”;

(3)

Fl-Artikolu 7(5), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata, jistgħu jiġu stabbiliti regoli oħra għat-tħaddim ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli li jippermettu li jkun hemm dispożizzjonijiet simplifikati għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi li ngħataw l-awtorizzazzjoni biex jintużaw fl-ikel. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

Jistgħu jiġu adottati regoli oħra ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2). Dawn ir-regoli għandhom, fejn ikun xieraq, jagħrfu bejn il-kriterji għall-additivi tal-ikel f’rabta mal-annimali li minnhom jipproduċu l-ikel u dawk dwar annimali oħra, l-aktar dawk domestiċi.”;

(4)

L-Artikolu 16(6) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-emendi għall-Anness III biex jitqiesu l-progress teknoloġiku u l-iżvilupp xjentifiku. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).”;

(5)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 21 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tal-Anness II għandhom ikunu addottati fi qbil mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2).

L-Anness II jista’ jiġi emendat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).”;

(6)

L-Artikolu 22(3) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

5.13.   Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel  (35)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tadotta emendi għall-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, inter alia billi jissupplimentawh b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 huwa emendat hekk kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha, wara li titlob għajnuna xjentifika u teknika mingħand l-Awtorità, tadotta kriterji ta’ kwalità għal metodi analitiċi konvalidati proposti b’konformità mal-punt 4 tal-Anness II, inklużi s-sustanzi li għandhom jitkejlu.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).”;

(2)

L-Artikolu 18 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Emendi

1.   Emendi għall-Annessi għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni wara talba lill-Awtorità għal għajnuna xjentifika u/jew teknika. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

2.   Emendi għal-lista msemmija fl-Artikolu 6(1) għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2) wara talba lill-Awtorità għal għajnuna xjentifika u/jew teknika.”;

(3)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

5.14.   Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel  (36)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tadotta l-miri Komunitarji għat-tnaqqis tal-prevalenza taż-żoonosi u l-aġenti żoonotiċi, metodi speċifiċi ta’ kontroll u regoli speċifiċi dwar il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-metodi tal-ittestjar, u sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltajiet u x-xogħol tal-laboratorji ta’ referenza u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-kontrolli Komunitarji. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-miri, u kwalunkwe emendi għalihom, għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(b)

Fil-paragrafu 6, il-punt (a) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(a)

L-Anness I jista’ jkun emendat mill-Kummissjoni għal raġunijiet li hemm fil-lista f’punt (b), wara li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-kriterji fil-lista ta’ punt (c). Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(ċ)

Il-paragrafu 7 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“7.   L-Anness III jista’ jkun emendat jew miżjud mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(2)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6.   Il-ħtiġijiet u l-liġijiet minimi ta’ kampjunaġġ stabbiliti fl-Anness II jistgħu jkunu emendati, adattati jew miżjuda mill-Kummissjoni wara li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-kriterji elenkati f’punt (c) tal-Artikolu 4(6). Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(3)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat emendat hekk kif ġej:

(a)

Il-kliem introduttorju jiġu mibdul b’dan li ġej:

“Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru:”

(b)

It-tieni subparagrafu li ġej għandu miżjud:

“Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(4)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(6), liġijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-organizzazzjoni ta’ kriterji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(5) u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(5)

L-Artikolu 10(5) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   L-Istat Membru tad-destinazzjoni finali jista’ jkun awtorizzat, f’ konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2), li jirrikjedi perjodi ta’ tranżizzjoni sabiex ir-riżultati tal-ittestjar li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jaderixxu mal-istess kriterji bħal dawk stabbiliti taħt il-programm nazzjonali tiegħu, bi ftehim mal-Artikolu 5(5). L-awtorizzazzjoni tista’ tkun irtirata u, mingħajr preġudizzju lill-Artikolu 5(6), liġijiet speċifiċi li jikkonċernaw kriterji bħal dawn jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(6)

L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Ir-responsabbiltajiet u x-xogħol tal-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità, b’mod partikolari rigward il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u dawk tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali, għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(b)

Il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.   Ċerti responsabbiltajiet u xogħlijiet tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali, b’mod partikolari meta tidħol koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u dawk ta’ laboratorji rilevanti fi Stati Membri nnominati taħt il-punt (a) tal-Artikolu 12(1), jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(7)

Fl-Artikolu 12(3), it-tielet subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Fejn neċessarju, metodi oħra għall-ittestjar jistgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(8)

L-Artikolu 13 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Miżuri tranżitorji u ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri tranżitorji u ta’ implimentazzjoni xierqa, li jinkludu l-emendi neċessarji għaċ-ċertifikati ta’ saħħa rilevanti. Miżuri tranżizzjonali ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, anke dawk li jissupplimentawh biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stipulati fid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Miżuri oħra ta’ implimentazzjoni jew ta’ tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).”;

(9)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(10)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikulari dawk li jirregolaw il-proċedura għal koperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(2).”.

5.15.   Id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priżervazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem  (37)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/23/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari sabiex tistabbilixxi l-ħtiġijiet ta’ rintraċċabilità ta’ tessuti u ċelloli u l-proċeduri relatati mal-infurzar kif ukoll ċerti ħtiġijiet tekniċi rigward, inter alia, sistema ta’ akkreditazzjoni għal stabbilimenti ta’ tessuti u d-donazzjoni, il-ksib, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-priżervazzjoni, il-ħażna u t-tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/32/KE billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Fil-każ li żviluppi xjentifiċi u tekniċi dwar kriterji ta’ għażla u testijiet tal-laboratorju għad-donaturi jipprovdu evidenza ġdida dwar mard li jittieħed permezz ta’ donazzjoni, għandu jkun hemm konsegwentament adattament minnufih tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Meta għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, ma jkunx jista’ jkun hemm konformità mal-limiti normali ta’ żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-kriterji tal-għażla dwar id-donatur tat-tessuti u/jew taċ-ċelloli u t-testijiet tal-laboratorju neċessarji għad-donaturi.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/23/KE hija emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“5.   Il-ħtiġijiet ta’ rintraċċabilità ta’ tessuti u ċelloli, kif ukoll għall-prodotti u l-materjali li jiġu f’kuntatt ma’ dawn it-tessuti u ċ-ċelloli u li jkollhom effett fuq il-kwalità u s-sigurezza tagħhom, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(3).”;

(b)

il-paragrafu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6.   Il-proċeduri biex tiġi żgurata r-rintraċċabilità fil-livell tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(3).”;

(2)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-proċeduri għall-verifika tal-istandards ekwivalenti ta’ kwalita u sigurezza skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 29(3).”;

(3)

L-Artikolu 28 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Il-kliem introduttorju tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Il-ħtiġijiet tekniċi li ġejjin u l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni:”;

(b)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

“Ħtiġijiet tekniċi msemmija fil-punti (a) sa (i), jiġifieri miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(3).

Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza l-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 29(5) fir-rigward ta’ ħtiġijiet tekniċi msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 28.”;

(4)

L-Artikolu 29 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

5.16.   Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-animali  (38)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-metodi ta’ kampjonar u analiżi, tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom għandhom iseħħu t-trattamenti speċjali, taġġorna r-rati minimi tat-tariffi eventwalment miġbura, tiddefinixxi ċ-ċirkostanzi li fihom hija meħtieġa ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali, temenda u taġġorna l-listi ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Komunità, tistabbilixxi kriterji tal-istabbiliment tar-riskji maħluqa mill-prodotti esportati lejn il-Komunità kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ importazzjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, inter alia billi jissupplimentawh b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 11(4) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kliem introduttorju għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni:”;

(b)

it-tieni subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

“Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4).”;

(2)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“2.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li trattament speċjali jseħħ fi stabbilimenti taħt il-kontroll tagħha, jew taħt il-kontroll ta’ Stat Membru ieħor, u skont il-kondizzjonijiet preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4). Fin-nuqqas ta’ dawk il-kondizzjonijiet, it-trattament speċjali jseħħ skont ir-regoli nazzjonali.”;

(3)

Fl-Artikolu 27(3), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Ir-rati fl-Anness IV, Taqsima B u l-Anness V, Taqsima B għandhom jiġu aġġornati mill-Kummissjoni tal-anqas kull sentejn, u b’mod partikolari għandu jingħata kont tal-inflazzjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4).”;

(4)

Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul hekk kif ġej:

(a)

il-kliem introduttorju huma mibdula bit-test li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet meħtieġa li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni adottata għall-għanijiet tas-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali, jistgħu jiġu adottati l-kondizzjonijiet meħtieġa mill-Kummissjoni:”;

(b)

is-subparagrafi li ġejjin jiġu miżjuda:

“Il-miżuri msemmija fil-punt a) imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4).

Il-miżuri msemmija fil-punti b) sa g) għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 62(3).”;

(5)

L-Artikolu 32 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej

“5.   Laboratorji oħra ta’ referenza tal-Komunità relevanti għall-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu nklużi fl-Anness VII mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4). L-Anness VII jista’ jiġi aġġornat skont l-istess proċedura.”;

(b)

il-paragrafu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6.   Responsabbiltajiet addizzjonali oħra u kompiti għall-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità jistgħu jiġu preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4).”;

(6)

Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Jistgħu jiġu preskritti responsabbiltajiet addizzjonali u kompiti għall-laboratorji nazzjonali ta’ referenza mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4).”;

(7)

Fl-Artikolu 46(3), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Il-kriterji tal-istabbiliment tar-riskju għall-għanijiet tal-istima tar-riskju msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4).”;

(8)

L-Artikolu 48(1) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“1.   Sal-limitu li l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li għandhom jiġu rispettati meta tiġi importata merkanzija minn pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom m’hemmx provvediment dwarhom fil-liġi tal-Komunità u b’mod partikolari bir-Regolament (KE) Nru 854/2004, dawn għandhom, fejn meħtieġ, jiġu preskritti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4).”;

(9)

Fl-Artikolu 62(4) għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(10)

L-Artikolu 63 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 63

Miżuri ta’ implimentazzjoni u tranżitorji

1.   Il-miżuri tranżitorji ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, b’mod partikulari

kwalunkwe modifika tal-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12(2),

definizzjoni ta’ x’inhu għalf meqjus bħala għalf li joriġina mill-annimali għall-iskop ta’ dan ir-Regolament,

u speċifikazzjonijiet oħra tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4).

Miżuri oħra tranżitorji u ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni b’mod uniformi tar-Regolament jistgħu jiġu stipulati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 62(3). Dan japplika, b’mod partikolari, għal:

id-delega ta’ xogħol ta’ kontroll għall-kontroll ta’ korpi msemmija fl-Artikolu 5, meta dawn il-korpi ta’ kontroll kienu diġà qed jaħdmu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament,

in-nuqqas ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 28 li tagħti lok għal spejjeż riżultat ta’ kontrolli uffiċjali addizzjonali,

spejjeż li jsiru skont l-Artikolu 54,

regoli dwar l-analiżi mikrobijoloġika, fiżika u/jew kimika f’kontrolli uffiċjali, b’mod partikulari f’każijiet li jinvolvu suspett ta’ riskju kif ukoll is-sorveljanza ta’ prodotti ta’ sikurezza impurtati minn pajjizi terzi.

2.   Sabiex jingħata kont tal-ispeċifiċità tar-Regolamenti (KEE) Nru 2092/91, (KEE) Nru 2081/92 u (KEE) Nru 2082/92, il-miżuri speċifiċi li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, jistgħu jipprovdu għad-derogi meħtieġa minn u l-aġġustamenti tar-regoli preskritti f’dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan il-Att billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4).”;

(11)

L-Artikolu 64 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 64

Emenda tal-Annessi u r-referenzi għall-istandards Ewropej

Il-miżuri li ġejjin, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan il-Att, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 62(4):

1.

L-Annessi li jinsabu ma’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu aġġornati, ħlief għall-Anness I, l-Anness IV u l-Anness V, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(3), b’mod partikolari sabiex jingħata kont tal-bidliet amministrattivi u l-progress xjentifiku u/jew teknoloġiku;

2.

ir-referenzi għall-istandards Ewropej imsemmija f’dan ir-Regolament jistgħu jiġu aġġornati fil-każ li CEN jemenda dawn ir-referenzi.”.

5.17.   Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel  (39)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta miżuri speċifiċi għal gruppi ta’ materjali u oġġetti, l-awtorizzazzjoni tal-Komunità għal sustanza, kif ukoll għall-modifika, is-sospensjoni jew ir-revoka tagħha ta’ din l-awtorizzazzjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 inter alia billi jissupplimentawh b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Sabiex jissaħħu l-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija Ewropea, materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel għandhom jitqiegħdu fis-suq mill-iktar fis possibbli hekk kif tkun stabbilita s-sigurezza tagħhom. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti normali ta’ żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandha tkun imnaqqsa għall-adozzjoni ta’ lista ta’ sustanzi awtorizzati għall-użu fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti; lista(i) ta’ sustanzi awtorizzati inkorporati f’materjali u oġġetti attivi jew intelliġenti ta’ kuntatt mal-ikel, lista(i) ta’ materjali u oġġetti attivi jew intelliġenti u, fejn neċessarju, kondizzjonijiet speċjali għall-użu ta’ dawk is-sustanzi u/jew tal-materjali u l-oġġetti li fihom huma inkorporati; standards ta’ purità; kondizzjonijiet speċjali għall-użu ta’ ċerti sustanzi u/jew il-materjali u l-oġġetti li fihom jintużaw; limiti speċifiċi fuq il-migrazzjoni ta’ ċerti kostitwenti jew gruppi ta’ kostitwenti fi jew fuq l-ikel; emendi għad-direttivi speċifiċi eżistenti dwar materjali u oġġetti; awtorizzazzjonijiet tal-Komunità kif ukoll il-modifika, is-sospensjoni jew ir-revoka tagħhom.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, ma’ jkunx jista’ jkun hemm konformità mal-limiti normali ta’żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza kif stipulat fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi rigward il-modifika, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-awtorizzazzjonijiet tal-Komunità.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat hekk kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ gruppi ta’ materjali u oġġetti elenkati fl-Anness 1 u, fejn hu xieraq, fil-każ tal-użu flimkien ta’ aktar minn wieħed ta’ dawn il-materjali u oġġetti, jew materjali u oġġetti riċiklati użati fil-manifattura ta’ dawk il-materjali u oġġetti, miżuri speċifiċi jistgħu jiġu adottati jew emendati mill-Kummissjoni.”;

(b)

Is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

“Il-miżuri speċifiċi msemmija fil-punt (m) għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2).

Il-miżuri speċifiċi msemmija fil-punti (f), (g), (h), (i), (j), (k), (l) u (n), mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

Il-miżuri speċifiċi msemmija fil-punti (a) sa (e), miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(4).”;

(ċ)

Il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni tista’ temenda d-direttivi speċifiċi eżistenti dwar materjali u oġġetti. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(4).”;

(2)

L-Artikolu 11(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   L-awtorizzazzjoni tal-Komunità f’għamla ta’ miżura speċifika, kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dik il-miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(4).”;

(3)

L-Artikolu 12(6) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6.   Miżura speċifika finali dwar il-modifika, sospensjoni jew revoka tal-awtorizzazzjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dik il-miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi tissupplimentah għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(5). Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 23(5).”;

(4)

L-Artikolu 22 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 22

L-emendi għall-Annessi I u II għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).”;

(5)

L-Artikolu 23 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 5a(3)(ċ), (4)(b) u (4(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu stabbiliti għal xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

6.   L-ENERĠIJA U T-TRASPORT

6.1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu  (40)

Fir-rigward tad-Direttiva 96/98/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta livelli ta’ ttestjar meta l-organizzazzjonijiet internazzjonali jonqsu milli jew jiċħdu li jħaddnuhom f’ħin raġonevoli, biex tagħmel trasferiment tat-tagħmir mill-Anness A.2 għall-Anness A.1, kif ukoll tagħti permess għat-tqegħid abbord ta’ tagħmir tekniku f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa biex, għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva, tapplika l-emendi sussegwenti tal-istrumenti internazzjonali, taġġorna l-Anness A, iżżid il-possibbiltà tal-użu ta’ ċerti moduli għat-tagħmir elenkat fl-Anness A.1 u temenda l-kolonni għall-moduli ta’ stima ta’ konformità, kif ukoll tinkludi organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni fid-definizzjoni ta’ “livelli ta’ ttestjar” imsemmija fl-Artikolu 2. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva 96/98/KE inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 96/98/KE hija emendata b’dan li ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu mibdula bit-test li ġej:

“5.   Jekk l-organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-IMO, jonqsu milli jew jiċħdu li jħaddnu livelli xierqa ta’ ttestjar għal xi biċċa speċifika ta’ tagħmir f’ħin raġonevoli, il-livelli bbażati fuq ix-xogħol tal-organizzazzjonijiet Ewropej ta’ standardizzazzjoni jistgħu jitħaddnu. Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

6.   Meta l-livelli ta’ ttestjar imsemmija fil-paragrafi 1 jew 5 huma adottati jew jidħlu fis-seħħ, kif xieraq, għal xi biċċa speċifika ta’ tagħmir, dan it-tagħmir jista’ jiġi trasferit mill-Anness A.2 għall-Anness A.1. Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 għal dan it-tagħmir, għandhom jgħoddu mid-data ta’ dan it-trasferiment.”;

(2)

Fl-Artikolu 13(2), l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“—

il-miżuri huma ġustifikati, għandha minnufih tgħarraf lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva u lill-Istati Membri l-oħra; fejn id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija ġejja minn nuqqasijiet fil-livelli ta’ ttestjar, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet interessati, tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18 fi żmien xahrejn jekk l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni biħsiebu jżommha u jibda l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

(3)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“5.   Tagħmir bħal dak imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżdied mal-Anness A.2. Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(4)

Fl-Artikolu 17, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Din id-Direttiva tista’ tiġi emendata, sabiex:

(a)

jiġu applikati emendi sussegwenti ta’ strumenti internazzjonali għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva;

(b)

jiġi aġġornat l-Anness A, sew billi jiddaħħal tagħmir ġdid sew billi tittrasferixxi tagħmir mill-Anness A.2 għall-Anness A.1 u viċi versa,

(ċ)

tiżdied il-possibbiltà li jintużaw il-moduli B + Ċ u l-modulu H għal tagħmir imniżżel fl-Anness A.1, u billi jiġu emendati l-kolonni għall-moduli ta’ stima tal-konformità;

(d)

jiġu inklużi organizzazzjonijiet oħrajn ta’ standardizzazzjoni fid-definizzjoni ta’ ‘livelli ta’ ttestjar’ fl-Artikolu 2.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

(5)

L-Artikolu 18 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“L-Artikolu 18

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 (*************************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (**************************), filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*************************)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1."

(**************************)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”."

6.2.   Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn bastimenti  (41)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex temenda l-Artikolu 2(2) sabiex tinkludi referenza għall-atti tal-Komunità li jagħtu poteri ta’ implimentazzjoni lill-COSS li daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Twaqqif ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-COSS).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(2)

L-Artikolu 7 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Il-Poteri tal-COSS

Il-COSS għandu jeżerċita l-poteri mogħtija lilu bil-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ. L-Artikolu 2(2) jista’ jiġi emendat f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 3(2) sabiex jinkludi referenza għall-atti Komunitarji li jagħtu poteri ta’ implimentazzjoni fuq il-COSS li daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(3).”.

6.3.   Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili  (42)

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/42/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex temenda l-Annessi sabiex l-eżempji jkunu estiżi jew jinbidlu; sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni; u sabiex tadotta miżuri għat-tixrid tal-informazzjoni lil partijiet interessati. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/42/KE inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2003/42/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li temenda l-Annessi sabiex l-eżempji jkunu estiżi jew jinbidlu. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

(2)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Mingħajr ma jiġi affettwat id-dritt tal-pubbliku li jkollu aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***************************), il-Kummissjoni għandha tadotta fuq inizjattiva tagħha, miżuri għat-tixrid lil partijiet interessati tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet assoċjati. Dawk il-miżuri, li jistgħu jkunu individwali jew ġenerali, għandhom ikunu bbażati fuq il-bżonn:

li l-persuni u l-organizzazzjonijiet ikunu pprovduti bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex itejbu s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili,

li t-tixrid tal-informazzjoni isir biss fil-limiti ta’ dak li hu mitlub għall-għan ta’ min jagħmel użu minnha, sabiex tiġi assigurata kunfidenzjalità xierqa ta’ dik l-informazzjoni.

Il-miżuri individwali għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2).

Il-miżuri ġenerali, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).

Id-deċiżjoni li tixxerred l-informazzjoni skont dan il-paragrafu għandha tkun limitata għal dak li hu mitlub għall-għan ta’ min jagħmel użu minnha, mingħajr ma jiġu affettwati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.

(***************************)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.”;"

(3)

L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijieti tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (****************************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(****************************)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.”."

6.4.   Id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 is-sigurtà ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità  (43)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/36/KE, il-Kummisjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tadotta miżuri għat-tixrid lil partijiet interessati tal-informazzjoni miksuba permezz ta’ spezzjonijiet li jkunu saru taħt il-Programm Ewropew (KE) SSAB, u miżuri li jemendaw l-Annessi għad-Direttiva, li jistabbilixxu l-elementi għall-proċeduri tekniċi dwar kif isiru u jkunu rrapportati spezzjonijiet tal-SSAB. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/36/KE inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/36/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Bla ħsara għad-dritt ta’ aċċess lill-pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-Kummissjoni għandha tadotta, fuq inizjattiva tagħha stess, miżuri dwar it-tixrid lil partijiet interessati tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tal-kundizzjonijiet assoċjati miegħu. Dawk il-miżuri, li jistgħu jkunu ġenerali jew individwali, għandhom ikunu bbażati skont il-bżonn:

li tipprovdi lill-persuni u organizzazzjonijiet bl-informazzjoni li jinħtieġu sabiex itejbu s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili;

li tillimita t-tixrid tal-informazzjoni għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-għanijiet ta’ min jużaha, sabiex il-kunfidenzjalità xierqa ta’ dik l-informazzjoni tiġi żgurata.

Il-miżuri individwali għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 10(3).

Il-miżuri ġenerali, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(4).”;

(2)

L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’

(a)

f’konformità mal-proċedura regolatorja li għaliha saret riferenza fl-Artikolu 10(2), tieħu kwalunkwe miżuri xierqa sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Artikoli 3, 4 u 5, fosthom li:

tiddefinixxi l-format, għall-ħażna u t-tixrid tad-data;

toħloq jew tappoġġja lill-korpi kompetenti, dwar it-tmexxija jew l-operat tal-għodod meħtieġa għall-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni;

(b)

tagħti fid-dettal il-kundizzjonijiet biex isiru ramp inspections, inklużi dawk sistematiċi, u tistabbilixxi l-lista ta’ informazzjoni li trid tinġabar. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(4).”;

(3)

L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

5.   Il-Kumitat jista’ wkoll jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe materja oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.”;

(4)

L-Artikolu 12 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi għal din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(4).”.

6.5.   Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea  (44)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 868/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tiżviluppa metodoloġija dettaljata biex tkun stabbilita l-eżistenza ta’ prattiki mhux ġusti tal-prezzijiet. Din il-metodoloġija għandha tkopri, inter alia, il-manjiera ta’ kif għandhom jiġu assessjati l-prezzijiet normali kompetittivi, il-ħlas attwali u l-marġni ta’ profit raġonevoli fil-kuntest speċifiku fil-qasam tal-avjazzjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 huwa b’dan emendat hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija dettaljata sabiex tkun stabbilita l-eżistenza tal-prattiki mhux ġusti tal-prezzijiet. Din il-metodoloġija għandha tkopri, inter alia, il-manjiera ta’ kif għandhom jiġu assessjati l-prezzijiet normali kompetittivi, il-ħlas attwali u l-marġni ta’ profit raġonevoli fil-kuntest speċifiku fil-qasam tal-avjazzjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(4).”;

(2)

L-Artikolu 15 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar aċċess għal trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (*****************************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*****************************)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.”."

6.6.   Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq  (45)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/54/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex tagħmel l-emendi meħtieġa sabiex tadatta l-Annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva 2004/54/KE, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/54/KE hija b’dan emendata hekk kif ġej:

(1)

L-Artikolu 13(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sat-30 ta’ April 2009 il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-prattika segwita fl-Istati Membri. Meta jkun meħtieġ, għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni ta’ metodoloġija ta’ analiżi ta’ riskju komuni u armonizzata f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 17(2).”;

(2)

L-Artikolu 16 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 16

Adattament għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Annessi ta’ din id-Direttiva għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).”;

(3)

L-Artikolu 17 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 17

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

6.7.   Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE  (46)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 211/2005, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa b’mod partikolari biex timmodifika l-kriterji komuni biex tiġi imposta projbizzjoni tal-operar għal kumpanija tal-ajru sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 inter alia billijissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti normali ta’ żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandha tiġi limitata għall-modifika tal-Anness li tistabbilixxi l-kriterji komuni biex tiġi kkunsidrata projbizzjoni tal-operar għal raġunijiet ta’ sigurtà fuq livell Komunitarju.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 huwa emendat b’dan li ġej:

(1)

L-Artikolu 3(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Il-kriterji komuni biex tiġi imposta projbizzjoni tal-operar għal kumpanija tal-ajru, li għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards tas-sigurtà relevanti, huma stabbiliti fl-Anness (u huma minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-kriterji komuni”). Il-Kummissjoni tista’ timmodifika l-Anness, b’mod partikolari sabiex tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(4).”;

(2)

L-Artikolu 8(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fejn hu xieraq il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija f’dan il-Kapitolu. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(4).”;

(3)

L-Artikolu 15 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 15

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 3922/91 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5(a)(1) sa (4) u (5)(b), u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikun ta’ xahar, xahar u xahrejn rispettivament.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Kumitat dwar kwalunkwe materja oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”.


(1)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

(4)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.

(6)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(7)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(8)  ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31.

(9)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.

(10)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.

(11)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

(12)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37.

(13)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.

(14)  ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1.

(15)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(16)  ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1.

(17)  ĠU L 63, 12.3.1999, p. 6.

(18)  ĠU L 69, 13.3.2003, p. 1.

(19)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 1.

(20)  ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1.

(21)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(22)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(23)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(24)  ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23.

(25)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(26)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(27)  ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.

(28)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(29)  ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26.

(30)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(31)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(32)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(33)  ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30.

(34)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(35)  ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1.

(36)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(37)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48.

(38)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(39)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(40)  ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.

(41)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

(42)  ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.

(43)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76.

(44)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 1.

(45)  ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39.

(46)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

L-indiċi kronoloġiku

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1993/74/KE tat-13 ta’ Settembru 1993, dwar l-oġġetti tal-ikel għall-annimali mfassla għal għanijiet nutrijenti partikolari.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar id-disponiment mill-bifenili poliklorinati u t-terfenili poliklorinati.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġdid.

(8)

Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq.

(9)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità.

(10)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir.

(11)

Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ network għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità.

(12)

Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro.

(13)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(14)

Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom.

(15)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni.

(17)

Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel.

(18)

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu.

(19)

Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta’ prattika korretta ta’ klinika fit-twettiq ta’ provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.

(20)

Id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk.

(21)

Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji.

(22)

Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti.

(23)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel.

(24)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman.

(25)

Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn bastimenti.

(26)

Ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabularju Komuni tal-Akkwist (CPV).

(27)

Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm.

(28)

Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol.

(29)

Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili.

(30)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali.

(31)

Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel.

(32)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel.

(33)

Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali.

(34)

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi.

(35)

Id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priżervazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem.

(36)

Id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità.

(37)

Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea.

(38)

Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq.

(39)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali.

(40)

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel.

(41)

Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar statistiċi li jirrigwardaw it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi.

(42)

Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera.

(43)

Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti.

(44)

Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm.

(45)

Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni.

(46)

Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju.