27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/57


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 438/2009

tas-26 ta’ Mejju 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), il-Komunità ntrabtet li tiftaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji. Ir-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għall-ġestjoni ta’ dawk il-kwoti huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ, minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez tal-Alpi u tal-muntanji (2).

(2)

L-użu tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” irriżulta pożittiv f'setturi agrikoli oħra, u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, jeħtieġ li dawn il-kwoti jiġu ġestiti skont il-metodu indikat fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(3)

Fid-dawl tal-partikularitajiet marbutin mat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni għal oħra, huwa importanti li l-kwota msemmija f'dan ir-Regolament titqies ′mhux kritika′ fit-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(4)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 450/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (4) jipprovdi, fl-Artikolu 166 tiegħu, superviżjoni doganali għall-merkanzija rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b'dazju mnaqqas minħabba l-użu tagħha għal skopijiet partikulari. Jeħtieġ li jiġu ssorveljati, għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ, l-annimali importati taħt il-kwoti tariffarji koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jiġi ggarantit li dawn ma jinqatlux matul il-perjodu msemmi.

(5)

Għal dan il-għan, għandha tkun iddepożitata garanzija ta’ ammont li jkopri d-differenza bejn id-dazju tat-Tariffa Komuni tad-Dwana (CCT) u d-dazju mnaqqas li jkun japplika fid-data tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-annimali kkonċernati.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 659/2007 għandu jitħassar u jinbidel b'Regolament ġdid.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għall-biċċerija, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji, indikati fl-Anness.

2.   Il-kwoti indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu ġġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308c(2) u (3) tar-Regolament imsemmi ma għandux applika.

3.   Il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfetħu fuq bażi annwali, mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara (il-perjodu tal-kwota tal-importazzjoni).

Artikolu 2

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jitqiesu li mhumiex maħsubin għat-tbiċċir jekk ma jinqatlux f'perjodu ta’ erba′ xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Madankollu, jistgħu jingħataw derogi f'każ ta’ forza maġġuri, dejjem jekk tiġi pprovduta l-evidenza relevanti.

2.   L-awtorizzazzjoni tal-użu tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4197 hija soġġetta għat-tressiq ta’:

(a)

għall-barrin, ċertifikat tar-razza;

(b)

għall-baqar u l-erieħ, ċertifikat tar-razza jew ċertifikat ta’ dħul fir-reġistru tar-razza li jikkonferma l-purezza tar-razza.

Artikolu 3

1.   Skont l-Artikolu 166 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008, l-annimali importati għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza sabiex jiġi ggarantit li ma jinqatlux fl-ewwel erba′ xhur mir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

2.   Sabiex ikun żgurat ir-rispett tal-obbligu li ma jinqatlux annimali skont il-paragrafu 1, kif ukoll ir-riċeviment tad-dazji mhux imħallsa jekk dak l-obbligu ma jinqediex, l-importaturi għandhom jiddepożitaw garanzija mal-awtoritajiet kompetenti tad-dwana. L-ammont tal-garanzija għandu jkun daqs id-differenza bejn id-dazji tad-dwana stipulati fit-Tariffa Doganali Komuni u d-dazji msemmija fl-Anness, applikabbli fid-data tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-annimali kkonċernati.

3.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 2 titħallas lura malli tiġi pprovduta l-evidenza li ġejja lill-awtoritajiet doganali kkonċernati:

(a)

li l-annimali ma ġewx maqtula qabel tmiem il-perjodu ta’ erba′ xhur mid-data tar-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa; jew

(b)

li ġew maqtula qabel tmiem l-istess perjodu minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri jew ta’ saħħa, jew mietu minħabba mard jew inċident.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 659/2007 għandu jitħassar. Madankollu, ikompli japplika għad-dazji mnissla miċ-ċertifikati maħruġin qabel l-1 ta' Lulju 2009 u sal-iskadenza tagħhom.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 20.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, għandu jitqies li l-mod ta’ kif jiġu identifikati l-prodotti għandu biss valur indikattiv; f'dan l-Anness, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija ddeterminata mill-ambitu tal-kodiċijiet NM. Fil-każijiet fejn jissemmew kodiċijiet ex NM, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija ddeterminata abbażi tal-kodiċi NM u tal-indikazzjoni korrispondenti meqjusa flimkien.

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Kodiċi Taric

Denominazzjoni tal-merkanzija

Volum

(irjus)

Dazju doganali

09.0114

ex 0102 90 05

01029005*20

*40

Baqar u erieħ, għajr dawk maħsubin għall-biċċerija, għar-razez tal-muntanji li ġejjin: ir-razez Simmental griżi, kannella, sofor u mtebbgħin, u r-razza Pinzgau

710

6  %

ex 0102 90 29

01029029*20

*40

ex 0102 90 49

01029049*20

*40

ex 0102 90 59

01029059*11

*19

*31

*39

ex 0102 90 69

01029069*10

*30

09.0115

ex 0102 90 05

01029005*30

*40

*50

Barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsubin għall-biċċerija, tar-razza Simmental imtebbgħin, u tar-razez Schwyz u Fribourg

711

4  %

ex 0102 90 29

01029029*30

*40

*50

ex 0102 90 49

01029049*30

*40

*50

ex 0102 90 59

01029059*21

*29

*31

*39

ex 0102 90 69

01029069*20

*30

ex 0102 90 79

01029079*21

*29