9.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 381/2009

tat-8 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2092/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa mingħajr għadam li toriġina mill-Iżvizzera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2092/2004 (2) għandhom jinħarġu ċ-ċertifikati ta’ awtentiċità li juru li l-prodotti joriġinaw fl-Iżvizzera qabel ċerti prodotti jkunu importati. L-isem tal-awtorità li toħroġ dawn iċ-ċertifikati jinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament. L-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-Anness III jista’ jiġi rivedut f’każ li tinħatar awtorità ġdida għall-ħruġ taċ-ċertifikati.

(2)

L-Iżvizzera nnotifikat lill-Kummissjoni li ħatret entità ġdida li se tkun awtorizzata toħroġ ċertifikati ta' awtentiċità.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 2092/2004 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 362, 9.12.2004, p. 4.


ANNESS

“ANNESS III

Lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi li jesportaw li huma awtorizzati joħorġu ċertifikat ta' awtentiċità

L-IŻVIZZERA

Office fédéral de l'agriculture/Bundesamt für Landwirtschaft/Ufficio federale dell'agricoltura.”