24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 21/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 70/2009

tat-23 ta' Jannar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

F’Mejju 2008, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Titjib għall-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, minn hawn ’il quddiem “it-Titjib”, fil-qafas tal-proċess annwali tiegħu ta’ titjib li jimmira li jirrazzjonalizza u jikkjarifika l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Il-Titjib jinkludi 35 emenda għall-istandards internazzjonali eżistenti tal-kontabilità li jinqasmu f’żewġ partijiet, fejn il-Parti I tinkludi l-emendi li jirriżultaw f’bidliet tal-kontabilità għall-finijiet ta’ preżentazzjoni, rikonoxximent jew kejl, u l-Parti II tirrigwarda bidliet fit-terminoloġija jew emendi ta’ natura editorjali.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li t-Titjib jissodisfa il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtalità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 5 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1, IAS 8, IAS 10, IAS 16, IAS 18, IAS 19, IAS 20, IAS 23, IAS 27, IAS 28, IAS 29, IAS 31, IAS 34, IAS 36, IAS 38, IAS 39, IAS 40 u IAS 41 huma emendati kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(3)

l-IFRS 1 huwa emendat skont l-emendi għall-IFRS 5 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(4)

l-IAS 7 huwa emendat skont l-emendi għall-IAS 16 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(5)

l-IFRS 7 u l-IAS 32 huma emendati skont l-emendi għall-IAS 28 u l-IAS 31 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(6)

l-IAS 16 huwa emendat skont l-emendi għall-IAS 40 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(7)

l-IAS 41 huwa emendat skont l-emendi għall-IAS 20 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(8)

l-IFRS 5, l-IAS 2 u l-IAS 36 huma emendati skont l-emendi għall-IAS 41 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-istandards imsemmija fil-punti (2) u (4) sa (8) tal-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2008.

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-istandards imsemmija fil-punti (1) u (3) tal-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-30 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

 

Titjib għall-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet eżistenti kollha huma rriservati lil hinn miż-ŻEE, għajr għad-dritt tar-riproduzzjoni għall-finijiet ta’ użu persunali jew użu ġust ieħor. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

Titjib fl-IFRSs

PARTI I

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju 5

Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx

Il-paragrafi 8A, 36A u 44C huma miżjuda.

KLASSIFIKAZZJONI TA’ ASSI MHUX KURRENTI (JEW GRUPPI TA’ DISPONIMENT) LI MIŻMUMA GĦALL-BEJGĦ

8A

Entità li hija kommessa għal pjan tal-bejgħ li jinvolvi t-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja għandha tikklassifika l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ dik is-sussidjarja li miżmuma għall-bejgħ meta jitħarsu l-kriterji ppreżentati fil-paragrafi 6–8, irrispettivament minn jekk l-entità żżommx interess mhux ta' kontroll fis-sussidjarja ta’ qabel tagħha wara l-bejgħ.

Preżentazzjoni ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx

36A

Entità li hija kommessa għal pjan tal-bejgħ li jinvolvi t-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja għandha tiżvela l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafi 33–36 meta s-sussidjarja hija grupp tad-disponiment li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx skont il-paragrafu 32.

DATA EFFETTIVA

44C

Il-paragrafi 8A u 36A kienu miżjuda ma’ Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Lulju 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Madankollu, entità m’għandhiex tapplika l-emendi għal perjodi annwali li jibdew wara l-1 ta’ Lulju 2009 sakemm ma tapplikax ukoll l-IAS 27 (kif emendata f’Mejju 2008). Jekk entità tapplika l-emendi qabel l-1 ta’ Lulju 2009, għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika l-emendi b’mod prospettiv mid-data meta l-ewwel applikat l-IFRS 5, suġġetta għad-disposizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafu 45 tal-IAS 27 (emendata f’Mejju 2008).

Appendiċi tal-Emendi għall-IFRS 5

Emendi għall-IFRS 1

L-entitajiet għandhom japplikaw dawn l-emendi għall-IFRS 1 meta japplikaw l-emendi relatati għall-IFRS 5.

L-IFRS 1    Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju

Il-paragrafu 34C(c) huwa emendat u l-paragrafu 47L huwa miżjud.

RIKONOXXIMENT U KEJL

Eżenzjonijiet għal applikazzjoni retrospettiva għal IFRSs oħrajn

Interessi mhux ta' kontroll

34C

Min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti li ġejjin tal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendata fl-2008) b’mod prospettiv mid-data tat-tranżizzjoni tal-IFRSs:…

(a)

(ċ)

ir-rekwiżiti fil-paragrafi 34–37 għall-kontabilità għal telf ta’ kontroll fuq sussidjarja, u r-rekwiżiti relatati tal-paragrafu 8A tal-IFRS 5.

DATA EFFETTIVA

47L

Il-paragrafu 34C kien emendat bit-Titjib għall-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Lulju 2009. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (emendata fl-2008) għal perjodu qabel, l-emendi għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu ta’ qabel.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 1

Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif riveduta fl-2007)

Il-paragrafi 68 u 71 huma emendati. Il-paragrafu 139C huwa miżjud.

Dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja

Assi kurrenti

68

Iċ-ċiklu tal-operat ta' entità huwa ż-żmien mill-akkwist ta' assi għall-ipproċessar u r-realizzazzjoni tagħhom fi flus jew ekwivalenti ta' flus. Meta ċ-ċiklu normali tal-operat tal-entità ma jistax ikun identifikat sew, jitqies li huwa tnax-il xahar. Assi kurrenti jinkludu assi (bħal inventarji u debituri tan-negozju) li jinbiegħu, ikunu kkonsmati jew realizzati bħala parti miċ-ċiklu normali tal-operat anke jekk mhux mistennija li jkunu realizzati fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapport. Assi kurrenti wkoll jinkludi assi li jinżammu l-aktar għal skop ta’ negozju (eżempji jinkludu xi assi finanzjarji kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju skont l-IAS 39) u l-pożizzjoni kurrenti ta’ assi finanzjarji mhux kurrenti.

Obbligazzjonijiet kurrenti

71

Obbligazzjonijiet kurrenti oħrajn mhux saldati bħala parti miċ-ċiklu normali tal-operat, iżda huma dovuti għas-saldu fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapport jew li jinżammu primarjament għan-negozju. Eżempji ta’ xi obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju skont l-IAS 39, self kurrenti mill-bank u l-porzjoni kurrenti ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji mhux kurrenti, dividends pagabbli, taxi fuq id-dħul u kredituri oħrajn mhux tan-negozju. Obbligazzjonijiet finanzjarji li jipprovdu ffinanzjar fuq bażi ta' perjodu twil (jiġifieri mhumiex parti mill-kapital li jdur użat fiċ-ċiklu normali tal-operat tal-entità) u li mhumiex dovuti għas-saldu fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapport huma obbligazzjonijiet mhux kurrenti, suġġetti għall-paragrafi 74 u 75.

TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

139C

Il-paragrafi 68 u 71 kienu emendati mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 16

Proprjetà, Impjant u Tagħmir

Il-paragrafi 6 u 69 huma emendati. Il-paragrafi 68A u 81D huma miżjuda.

DEFINIZZJONIJIET

6

It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Ammont li Jista’ Jkun Irkuprat huwa l-ogħla bejn il-valur ġust tal-assi biex jinbiegħu u l-valur tiegħu fl-użu.

IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT

68A

Madankollu, entità li, matul il-kors tal-attivitajiet ordinarji tagħha, b’mod ta’ rutina jbiegħu oġġetti ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li żammet għall-kiri lil oħrajn għandha tittrasferi t-tali assi għal inventarji bl-ammont miżmum fil-kotba tagħhom meta jieqfu jkunu għall-kiri u jsiru miżmuma għall-bejgħ. Id-dħul mill-bejgħ tat-tali assi għandu jkun rikonoxxut bħala dħul skont l-IAS 18 Dħul. L-IFRS 5 ma tapplikax meta l-assi li jinżammu għall-bejgħ matul il-kors ordinarji tan-negozju jkunu ttrasferiti għal inventarji.

69

Id-disponiment ta’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jista’ jseħħ f’varjetà ta’ modi (eż. bil-bejgħ, bid-dħul f’-kuntratt ta’ kera finanzjarja jew b’donazzjoni. Fl-istabbiliment tad-data tad-disponiment ta’ oġġett, entità għandha tapplika l-kriterji taħt l-IAS 18 għar-rikonoxximent tad-dħul mill-bejgħ tal-oġġetti. L-IAS 17 tapplika għad-disponiment bil-bejgħ u kiri lura.

DATA EFFETTIVA

81D

Il-paragrafi 6 u 69 kienu emendati u l-paragrafu 68A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dan il-fatt u fl-istess waqt tapplika l-emendi relatati tal-IAS 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus.

Appendiċi tal-Emendi għall-IAS 16

Emendi għall-IAS 7

L-entitajiet għandhom japplikaw dawn l-emendi għall-IAS 7 meta japplikaw l-emendi relatati għall-IAS 16.

L-IAS 7    Rapport tal-Flussi tal-Flus

Il-paragrafu 14 huwa emendat. Il-paragrafu 55 huwa miżjud.

14

Flussi tal-flus …

Xi tranżazzjonijiet, bħall-bejgħ ta’ oġġett ta’ impjant, tista’ twassal għal qligħ jew telf li huwa inkluż fil-profitt jew telf rikonoxxut. Il-flussi tal-flus dwar dawn it-tranżazzjonijiet huma flussi tal-flus minn attivitajiet tal-investiment. Madankollu, pagamenti tal-flus għall-manifattura jew l-akkwist ta’ assi miżmuma għall-kiri lil oħrajn u wara miżmuma għall-bejgħ kif deskritt fil-paragrafu 68A tal-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir huma flussi tal-flus minn attivitajiet tal-operat. Ir-riċevuti tal-flus minn kirjiet u bejgħ ta’ wara tat-tali assi huma wkoll flussi tal-flus minn attivitajiet tal-operat.

DATA EFFETTIVA

55

Il-paragrafu 14 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika l-paragrafi 68A tal-IAS 16.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 19

Benefiċċji tal-Impjegati

Il-paragrafi 7, 8(b), 32B, 97, 98, 111 u 160 huma emendati. Il-paragrafi 111A u 159D huma miżjuda.

DEFINIZZJONIJIET

7

Benefiċċji tal-impjegati fuq perjodu qasir huma benefiċċji tal-impjegati (minbarra benefiċċji tat-terminazzjoni) li huma dovuti li jissaldu fi żmien tnax-il xahar wara l-aħħar tal-perjodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat.

Benefiċċji oħrajn tal-impjegati fuq perjodu twil huma benefiċċji tal-impjegati (minbarra benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji tat-terminazzjoni) li m’humiex dovuti li jissaldu fi żmien tnax-il xahar wara l-aħħar tal-perjodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat.

Ir-redditu fuq l-assi ppjanati huwa mgħax, dividendi u dħul ieħor li jiġi mill-assi ppjanati, flimkien ma’ qligħ jew telf realizzat u mhux realizzat fuq l-assi ppjanati, bit-tnaqqis ta’ kull spejjeż tal-amministrazzjoni tal-pjan (minbarra dawk inklużi fis-suppożizzjonijiet attwarji użati għall-kejl tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit) u bit-tnaqqis ta’ kull taxxa pagabbli mill-pjan innifsu.

Kost tas-servizz passat hija l-bidla fil-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit għas-servizz tal-impjegat fil-perjodi ta’ qabel, li tirriżulta fil-perjodu kurrenti mill-introduzzjoni ta’, jew bidliet fi, il-benefiċċji ta’ wara l-impjieg jew benefiċċji tal-impjegati oħrajn fuq perjodu twil. Il-kost tas-servizz passat tista’ tkun jew pożittiva (meta l-benefiċċji huma introdotti jew mibdulin biex il-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit jiżdied) jew negattiva (meta l-benefiċċji eżistenti jitbiddlu biex il-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit jonqos).

BENEFIĊĊJI TAL-IMPJEGAT FUQ PERJODU QASIR

8

Benefiċċji tal-impjegati fuq perjodu qasir jinkludu oġġetti bħal:

(b)

assenzi kkompensati fuq perjodu qasir (bħal liv annwali mħallas u liv tal-mard imħallas) fejn il-kumpens għall-assenzi huwa dovut li jissaldu fi żmien tnax-il xahar wara l-aħħar tal-perjodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizz tal-impjegat relatat.

BENEFIĊĊJI TA’ WARA L-IMPJIEG: DISTINZJONI BEJN IL-PJANI TA’ KONTRIBUZZJONI DEFINIT U PJANI TA’ BENEFIĊĊJU DEFINIT

Pjani bejn għadd ta’ sidien

32B

L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti teħtieġ tiżvela informazzjoni dwar xi obbligazzjonijiet kontinġenti. Fil-kuntest ta’ pjani bejn għadd ta’ sidien, obbligazzjoni kontinġenti jistgħu jinħolqu minn, per eżempju:

(a)

BENEFIĊĊJI TA’ WARA L-IMPJIEG: PJANI TAL-BENEFIĊĊJU DEFINIT

Kost tas-servizz passat

97

Kost tas-servizz passat tinħoloq meta entità tintroduċi pjan ta’ benefiċċju definit li jattribwixxi servizz passat jew ibiddel il-benefiċċji pagabbli għal servizz passat taħt pjan eżistenti ta’ benefiċċju definit. Dawn il-bidliet huma redditu għas-servizz tal-impjegat tul il-perjodu sakemm jingħataw il-benefiċċji kkonċernati. Għalhekk, l-entità tirrikonoxxi l-kost tas-servizz passat tul dak il-perjodu, minkejja l-fatt li l-kost jirreferi għal servizz tal-impjegat f’perjodi ta’ qabel. L-entità tkejjel il-kost tas-servizz passat bħala l-bidla fl-obbligazzjoni li tinħoloq mill-emenda (ara l-paragrafu 64). Kost negattiv tas-servizz passat tinħoloq meta entità tbiddel il-benefiċċji attribwiti għal servizz passat biex il-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit jonqos.

98

Il-kost tas-servizz passat teskludi:

(a)

l-effett tad-differenzi bejn iż-żidiet attwali u li kienu previsti qabel fuq l-obbligu li jitħallsu l-benefiċċji tal-ħlas għas-servizz fis-snin ta' qabel (m'hemmx kost tas-servizz passat għax is-supposizzjonijiet attwarji jippermettu għal salarji pproġettati);

(b)

stimi minn taħt u stimi 'l fuq ta' żidiet fil-pensjoni diskrezzjonarji meta entità għandha obbligazzjoni kostruttiva biex tagħti dawn iż-żidiet (m'hemmx kost tas-servizz passat għax is-supposizzjonijiet attwarji jippermettu għal dawn iż-żidiet);

(ċ)

stimi tat-titjib fil-benefiċċji li jirriżultaw minn qligħ attwarji li kienu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji jekk l-entità hija obbligata, b’termini formali ta’ pjan (jew obbligazzjoni kostruttiva li tmur lil hinn minn dawk it-termini) jew il-leġiżlazzjoni, li tuża kull ammont żejjed fil-pjan għall-benefiċċju tal-parteċipanti tal-pjan, anke jekk iż-żieda fil-benefiċċju għadu ma ngħatax formalment (iż-żieda li tirriżulta mill-obbligazzjoni hija telf attwarju u mhux kost tas-servizz passat, ara l-paragrafu 85(b));

(d)

iż-żieda fil-benefiċċji awtorizzati meta, fl-assenza ta’ benefiċċji ġodda jew imtejba, l-impjegati jlestu r-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni (m’hemmx kost tas-servizz passat għax l-entità rrikonoxxiet il-kost stmat tal-benefiċċji bħala kost tas-servizz kurrenti meta s-servizz ingħata); u

(e)

l-effett tal-emendi tal-pjan li jnaqqas il-benefiċċji għas-servizz futur (taqsir).

Taqsir u saldu

111

Taqsir jiġri meta entità jew:

(a)

kommessa b’mod dimostrabbli li tagħmel tnaqqis sinifikanti fin-numru ta’ impjegati koperti mill-pjan; jew

(b)

temenda t-termini ta’ pjan tal-benefiċċju definit biex element sinifikattiv ta’ servizz futur mill-impjegjati kurrenti ma jibqax jikkwalifika għall-benefiċċji, jew jikkwalifika biss għal benefiċċji mnaqqsa.

Taqsir jista’ jinħoloq minn avveniment iżolat, bħall-għeluq ta’ impjant, waqfien ta’ operazzjoni jew terminazzjoni jew sospensjoni ta’ pjan, jew tnaqqis sal-punt li ż-żidiet futuri tas-salarji huma konnessi għall-benefiċċju pagabbli għal servizz passat. Taqsir kultant ikun konness mar-ristrutturazzjoni. Meta dan ikun il-każ, entità takkonta għal taqsir fl-istess żmien tar-ristrutturazzjoni relatata.

111A

Meta emenda għall-pjan tnaqqas il-benefiċċji, l-effett tat-tnaqqis għal servizz futur biss huwa taqsir. L-effett ta’ kull tnaqqis għal servizz passat huwa kost negattiv għas-servizz passat.

DATA EFFETTIVA

159D

Il-paragrafi 7, 8(b), 32B, 97, 98 u 111 kienu emendati u l-paragrafu 111A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 7, 8(b) u 32B għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 97, 98, 111 u 111A għal bidliet fil-benefiċċji li jseħħu fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2009.

160

L-IAS 8 tapplika meta entità tbiddel il-politiki tal-kontabilità tagħha biex tirrifletti l-bidliet speċifikati fil-paragrafi 159–159D. Meta tapplika dawn il-bidliet b’mod retrospettiv, kif meħtieġ mill-IAS 8, l-entità għandha titratta dawn il-bidliet daqs li kieku kienu applikati fl-istess waqt fil-bqija ta’ dan l-Istandard. L-eċċezzjoni hija li entità tista’ tiżvela l-ammonti meħtieġa mill-paragrafu 120A(p) peress li l-ammonti huma stabbiliti għal kull perjodu annwali b’mod prospettiv mill-ewwel perjodu annwali ppreżentat fir-rapporti finanzjarji li fih l-entità tapplika l-ewwel darba l-emendi taħt il-paragrafu 120A.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 20

Kontabilità għal Għotjiet tal-Gvern u Żvelar ta’ Assistenza tal-Gvern

Il-paragrafu 37 jitħassar. Il-paragrafi 10A u 43 huma miżjuda.

GĦOTJIET TAL-GVERN

10A

Il-benefiċċju ta’ self tal-gvern b’rata ta’ mgħax taħt tas-suq hija ttrattata bħala għotja tal-gvern. Is-self ikun rikonoxxut u jitkejjel skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Il-benefiċċju tar-rata ta’ mgħax taħt tas-suq għandu jitkejjel bħala d-differenza bejn il-valur inizjali miżmum fil-kotba tas-self stabbilit skont l-IAS 39 u l-ammonti rikavati. Il-benefiċċju jkun ittrattat skont dan l-Istandard. L-entità għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom, jew iridu, jkunu mħarsa fl-identifikazzjoni tal-kosti li l-benefiċċju tas-self huwa maħsub li jikkumpensa għalihom.

ASSISTENZA TAL-GVERN

37

[Imħassar]

DATA EFFETTIVA

43

Il-paragrafu 37 kien imħassar u l-paragrafu 10A kien miżjud bit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għas-self tal-gvern riċevuti fil-perjodi li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 23

Kosti tas-Self (kif riveduta fl-2007)

Il-paragrafu 6 huwa emendat. Il-paragrafu 29A huwa miżjud.

DEFINIZZJONIJIET

6

Il-kosti tas-self jistgħu jinkludu:

(a)

l-ispiża tal-imgħax ikkalkulat bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiva kif deskritt fl-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl;

(b)

[imħassar]

(ċ)

[imħassar]

(d)

spejjeż tal-finanzi dwar kera finanzjarja rrikonoxxuta skont l-IAS 17 Kuntratti tal-Kera; u

(e)

differenzi fil-kambju li jinħolqu minn self ta’ muniti barranin sal-punt li jitqiesu bħala aġġustament għall-kosti tal-imgħax.

DATA EFFETTIVA

29A

Il-paragrafu 6 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 27

Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati

Il-paragrafu 37 huwa emendat. Il-paragrafu 43A huwa miżjud.

KONTABILITÀ GĦAL INVESTIMENTI F’SUSSIDJARJI, ENTITAJIET B’KONTROLL KONĠUNT U ASSOĊJATI F’KONTIJIET FINANZJARJI SEPARATI

37

Meta entità tipprepara rapporti finanzjarji separati, għandha takkonta għal investimenti f’sussidjarji, entitajiet b’kontroll konġunt u kumpaniji assoċjati:

(a)

bil-kost, jew

(b)

skont l-IAS 39.

L-entità għandha tapplika l-istess kontabilità għal kull kategorija ta’ investimenti. Investmenti ttrattati bil-kost għandhom ikunu ttrattati skont l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx meta jkunu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp tad-disponiment li huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) skont l-IFRS 5. Il-kejl tal-investimenti ttrattati skont l-IAS 39 ma jinbidilx f’dawn iċ-ċirkostanzi.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

43A

Il-paragrafu 37 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009, b’mod prospettiv mid-data ta’ meta adottat l-IFRS 5 l-ewwel darba. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 28

Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati

Il-paragrafi 1 u 33 u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 41 huma emendati. Il-paragrafu 41C huwa miżjud.

AMBITU

1

Dan l-Istandard għandu jkun applikat fil-kontabilità għal investimenti f’kumpaniji assoċjati. Madankollu, ma japplikax għal investimenti f’kumpaniji assoċjati miżmuma minn:

(a)

organizzazzjonijiet ta’ kapital ta’ impriżi, jew

(b)

fondi ta’ benefiċċju komuni, unit trusts u entitajiet simili inklużi fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investimenti

li fir-rikonoxximent inizjali kienu kklassifikati bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jew kienu kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju u ttrattati skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Dawn l-investimenti għandhom jitkejlu bil-valur ġust skont l-IAS 39, bil-bidliet fil-valur ġust irrikonoxxuti fil-profitt jew telf fil-perjodu tal-bidla. Entità li żżomm dawn l-investimenti għandha tagħmel l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 37(f).

APPLIKAZZJONI TAL-METODU TAL-EKWITÀ

Telf minn indeboliment

33

Peress li l-avvjament tifforma parti mill-ammont miżmum fil-kotba ta’ investiment f’kumpanija assoċjata mhux rikonoxxuta separatament, m’hijiex ittestjata għal indeboliment separatament bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-avvjament tal-ittestjar għal indeboliment fl-IAS 36 Indeboliment tal-Assi. Minflok, l-ammont kollu miżmum fil-kotba tal-investiment huwa ttestjat għal indeboliment skont l-IAS 36 bħala assi wieħed, billi tqabbel l-ammont tiegħu li jista’ jkun irkuprat (l-ogħla tal-valur fl-użu u l-valur ġust bit-tnaqqis tal-kost tal-bejgħ) bl-ammont tiegħu miżmum fil-kotba, kull meta l-applikazzjoni tar-rekwiżiti fl-IAS 39 jindikaw li l-investiment jista’ jkun indebolit. Telf minn indeboliment huwa rikonoxxut f’dawk iċ-ċirkostanzi m'huwiex allokat għal kull assi, inkluża avvjament, li tifforma parti tal-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment fil-kumpanija assoċjata. Għalhekk, kull treġġigħ lura ta’ dak it-telf minn indeboliment huwa rrikonoxxut skont l-IAS 36 sakemm l-ammont li jista’ jkun irkuprat tal-investiment sussegwentement jiżdied. Fl-istabbiliment tal-valur tal-użu tal-investiment, entità tistma:

(a)

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

41C

Il-paragrafi 1 u 33 kienu emendati mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika għal dak il-perjodu aktar qabel l-emendi għall-paragrafu 3 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, il-paragrafu 1 tal-IAS 31 u l-paragrafu 4 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emendi b’mod prospettiv.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 31

Interessi f’Impriżi Konġunti

Il-paragrafu 1 u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 58 huma emendati. Il-paragrafu 58B huwa miżjud.

AMBITU

1

Dan l-Istandard għandu jkun applikat fil-kontabilità għall-interessi ta’ impriżi konġunti u r-rappurtaġġ ta’ assi ta’ impriżi konġunti, obbligazzjonijiet, dħul u spejjeż fir-rapporti finanzjarji ta’ imprendituri u investituri, irrilevanti mill-istrutturi jew il-forom li fihom isiru l-attivitajiet ta’ impriżi konġunti. Madankollu, ma japplikax għall-interessi ta’ imprendituri minn entitajiet ikkontrollati b’mod konġunt miżmuma minn:

(a)

organizzazzjonijiet ta’ kapital ta’ impriżi, jew

(b)

fondi ta’ benefiċċju komuni, unit trusts u entitajiet simili inklużi fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investimenti

li fir-rikonoxximent inizjali kienu kklassifikati bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jew kienu kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju u ttrattati skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Dawn l-investimenti għandhom jitkejlu bil-valur ġust skont l-IAS 39, bil-bidliet fil-valur ġust irrikonoxxuti fil-profitt jew telf fil-perjodu tal-bidla. Imprenditur li jżomm dan l-interess għandu jagħmel l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 55 u 56).

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

58B

Il-paragrafu 1 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika għal dak il-perjodu aktar qabel l-emendi għall-paragrafu 3 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, il-paragrafu 1 tal-IAS 28 u l-paragrafu 4 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emenda b’mod prospettiv.

Appendiċi tal-Emendi għall-IAS 28 u l-IAS 31

Emendi għal IFRSs oħrajn

L-entitajiet għandhom japplikaw l-emendi għall-IFRS 7 u l-IAS 32 f’dan l-appendiċi meta japplikaw l-emendi relatati tal-IAS 28 u l-IAS 31.

L-IFRS 7    Strumenti Finanzjarji: Żvelar

Il-paragrafu 3(a) huwa emendat. Il-paragrafu 44D huwa miżjud.

AMBITU

3

Din l-IFRS għandha tkun applikata mill-entitajiet kollha ta’ kull tip ta’ strumenti finanzjarji, minbarra:

(a)

dawk l-interessi fis-sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li huma ttrattati skont l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati, l-IAS 28 Investmenti f’Kumpaniji Assoċjati jew l-IAS 31 Interessi f’Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IAS 27, l-IAS 28 jew l-IAS 31 tippermetti entità li takkonta għal interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IAS 39; f’dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. L-entitajiet għandhom ukoll japplikaw dan l-IFRS għad-derivattivi marbutin mal-interessi fis-sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti sakemm id-derivattiva ma taqax taħt id-definizzjoni ta’ strument azzjonarju fl-IAS 32.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44D

Il-paragrafu 3(a) kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika għal perjodu aktar qabel l-emendi għall-ewwel paragrafu tal-IAS 28, l-ewwel paragrafu tal-IAS 31 u l-paragrafu 4 tal-IAS 32 maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emenda b’mod prospettiv.

L-IAS 32    Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

Il-paragrafu 4(a) u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 96 huma emendati. Il-paragrafu 97D huwa miżjud.

AMBITU

4

Dan l-Istandard għandu jkun applikat mill-entitajiet kollha ta’ kull tip ta’ strumenti finanzjarji minbarra:

(a)

dawk l-interessi fis-sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li huma ttrattati skont l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati, l-IAS 28 Investmenti f’Kumpaniji Assoċjati jew l-IAS 31 Interessi f’Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IAS 27, l-IAS 28 jew l-IAS 31 tippermetti entità li takkonta għal interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IAS 39; f’dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. L-entitajiet għandhom ukoll japplikaw dan l-Istandard għad-derivattivi kollha marbutin mal-interessi fis-sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

97D

Il-paragrafu 4 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika għal perjodu aktar qabel l-emendi għall-paragrafu 3 tal-IFRS 7, l-ewwel paragrafu tal-IAS 28 u l-ewwel paragrafu tal-IAS 32 maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emenda b’mod prospettiv.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 29

Rappurtaġġ Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji

Il-paragrafi 6, 15 u 19 huma emendati. Dawn l-emendi għandhom ikunu applikati għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa.

ID-DIKJARAZZJONI MILL-ĠDID TA’ RAPPORTI FINANZJARJI

6

L-entitajiet li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji fuq il-bażi ta’ kost storiku tal-kontabilità jagħmlu hekk mingħajr kunsiderazzjoni la tal-bidliet fil-livell ġenerali tal-prezzijiet u lanqas għal żidiet fi prezzijiet speċifiċi tal-assi jew l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti. L-eċċezzjonijiet għal dawn huma dawk l-assi u obbligazzjonijiet li l-entità hija mitluba, jew tagħżel, li tkejjel fuq il-valur ġust. Per eżempju, proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu jkunu vvalutati mill-ġdid għall-valur ġust u assi bijoloġiċi huma ġeneralment meħtieġa jitkejlu bil-valur ġust. Xi entitajiet, madankollu, jippreżentaw rapporti finanzjarji li huma bbażati fuq il-metodu tal-kost kurrenti li jirrifletti l-effetti tal-bidliet fil-prezzijiet speċifiċi tal-assi miżmuma.

15

Bosta affarijiet mhux monetarji jinżammu bil-kost jew il-kost bit-tnaqqis tad-deprezzament; għalhekk huma espresso bl-ammonti kurrenti fid-data tal-akkwist tagħhom. Il-kost iddikjarat mill-ġdid, jew il-kost bit-tnaqqis tad-deprezzament, ta’ kull oġġett huwa stabbilit bl-applikazzjoni tal-bidla fl-indiċi ġenerali tal-prezz mid-data tal-akkwist sal-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ mal-kost storiku tiegħu u d-deprezzament akkumulat. Per eżempju, proprjetà, impjanti u tagħmir, inventarji ta’ materja prima u merkanzija, avvjament, patenti, trejdmarks u assi simili huma ddikjarati mill-ġdid mid-data tax-xiri tagħhom. Inventarji ta’ oġġetti parzjament lesti u lesti huma ddikjarati mill-ġdid mid-dati ta’ meta tħallsu l-kosti tax-xiri u tal-konverżjoni.

19

L-ammont iddikjarat mill-ġdid ta' oġġett mhux monetarju jitnaqqas, skont l-IFRSs xierqa, meta jaqbeż l-ammont tiegħu li jista’ jkun irkuprat. Per eżempju, l-ammont iddikjarati mill-ġdid tal-proprjetà, impjanti u tagħmir, avvjament, patenti, trejdmarks jitnaqqas mill-ammont li jista’ jkun irkuprat u l-ammonti ddikjarati mill-ġdid jitnaqqsu għall-valur nett li jinġab.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 36

Indeboliment tal-Assi

Il-paragrafu 134(e) huwa emendat. Il-paragrafu 140C huwa miżjud.

ŻVELAR

Stimi użati għall-kejl ta’ ammonti li jistgħu jkunu rkuprati ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li fihom avvjament jew assi intanġibbli bi żmien indefinit ta’ utilità

134

Entità għandha tiżvela l-informazzjoni meħtieġa minn (a)–(f) għal kull unità li tiġġenera l-flus (grupp ta' unitajiet) fejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament jew assi intanġibbli bi żminijiet definiti tal-utilità allokati għal dik l-unità (grupp ta' unitajiet) hija sinifikanti b'paragun mal-ammont totali miżmum fil-kotba tal-avvjament jew tal-assi intanġibbli bi żminijiet indefiniti tal-utilità tal-entità:

(e)

jekk l-ammont tal-unità li jista’ jkun irkuprat (tal-grupp tal-unitajiet) huwa bbażat fuq il-valur ġust bit-tnaqqis tal-kost tal-bejgħ, il-metodoloġija użat għall-istabbiliment tal-valur ġust bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ. Jekk il-valur ġust bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ ma jkunx stabbilit bl-użu ta’ prezz tas-suq li jista’ jkun osservat għall-unità (grupp ta’ unitajiet), l-informazzjoni li ġejja għandha tkun żvelata wkoll:

(i)

deskrizzjoni ta’ kull suppożizzjoni kruċjali li fuqha l-maniġment ibbażat l-istabbiliment tagħha tal-valur ġust bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ. Suppożizzjonijiet kruċjali huma dawk fejn l-ammont tal-unità (tal-grupp ta’ unitajiet) li jista’ jkun irkuprat huwa l-aktar sensittiv għalihom.

(ii)

deskrizzjoni tal-metodu tal-maniġment biex tistabbilixxi l-valur (jew valuri) assenjati għal kull suppożizzjoni kruċjali, jekk dawk il-valuri jirriflettux l-esperjenza passat jew, jekk ikun il-każ, humiex konsistenti ma’ għejun esterni tal-informazzjoni, u jekk le, kif u għaliex huma differenti mill-esperjenza passata jew għejun esterni tal-informazzjoni.

Jekk il-valur ġust bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ ikun stabbilit bl-użu ta’ projezzjonijiet tal-flussi tal-flus, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun żvelata wkoll:

(iii)

il-perjodu li fuqu l-maniġment għandu l-flussi pproġettati tal-flus.

(iv)

ir-rata tat-tkabbir użata biex testrapola l-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus.

(v)

ir-rata(i) tal-iskont applikati għall-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus.

PROVVEDIMENTI TRANŻIZZJONALI U DATA EFFETTIVA

140C

Il-paragrafu 134(e) kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 38

Assi Intanġibbli

Il-paragrafi 69, 70 u 98 huma emendati. Il-paragrafi 69A u 130D huma miżjuda.

RIKONOXXIMENT TA’ SPIŻA

69

F’xi każijiet, l-ispejjeż imħallsa biex jipprovdu benefiċċji ekonomiċi futuri lejn entità, iżda l-ebda assi intanġibbli jew assi ieħor huwa akkwistat jew maħluq li jista’ jkun rikonoxxut. Fil-każ tal-provvista ta’ oġġetti, l-entità tirrikonoxxi din in-nefqa bħala spiża meta jkollha d-dritt li taċċessa dawk l-oġġetti. Fil-każ tal-provvista ta’ servizzi, l-entità tirrikonoxxi n-nefqa bħala spiża meta tirċievi s-servizzi. Per eżempju, nefqa fuq ir-riċerka hija rikonoxxuta bħala spiża meta titħallas (ara l-paragrafu 54), minbarra meta tkun akkwistata bħala parti minn kombinazzjoni tan-negozju. Eżempji oħrajn tan-nefqa li huma rikonoxxuti bħala spiża meta jitħallsu jinkludu:

(a)

(ċ)

nefqa fuq attivitajiet tar-reklamar u promozzjonali (inklużi katalgi ta’ ordnijiet bil-posta).

(d)

69A

Entità għandha d-dritt li taċċessa l-oġġetti meta jsiru tagħha. L-istess, għandha dritt taċċessa l-oġġetti meta jkunu mibnijin mill-fornitur skont it-termini ta’ kuntratt tal-provvista u l-entità tista’ titlob il-kunsinna tagħhom għal pagament. Servizzi jkunu riċevuti meta jkunu eżekwiti minn fornitur skont kuntratt tal-kunsinna tagħhom lill-entità u mhux meta l-entità tużahom għall-kunsinna ta’ servizz ieħor, per eżempju, għall-kunsinna ta’ reklamar lill-klijenti.

70

Il-paragrafu 68 ma jipprekludix entità milli tirrikonoxxi ħlasijiet bil-quddiem bħala assi meta l-ħlas tal-oġġetti jsir minn qabel l-entità tikseb d-dritt li taċċessa dawk l-oġġetti. L-istess, il-paragrafu 68 ma jipprekludix entità milli tirrikonoxxi ħlasijiet bil-quddiem bħala assi meta l-ħlas għal servizzi jsir qabel l-entità tirċievi dawk is-servizzi.

ASSI INTANĠIBBLI BI ŻMINIJIET FINITI TAL-UTILITÀ

Perjodu ta’ amortizzament u metodu tal-amortizzament

98

Varjetà ta’ metodi tal-amortizzament tista’ tintuża biex talloka l-ammont li jiġi ddeprezzat ta’ assi fuq bażi sistematika fuq iż-żmien tal-utilità tiegħu. Dawn il-metodi jinkludu l-metodu tal-linja dritta, il-metodu tal-bilanċ ridott u l-metodu tal-unità tal-produzzjoni. Il-metodu użat jintgħażel fuq il-bażi tad-disinn mistenni tal-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija inklużi fl-assi u huwa applikat b’mod konsistenti minn perjodu għal perjodu, sakemm ikun hemm bidla fid-disinn mistenni tal-konsum ta’ dawk il-benefiċċji ekonomiċi futuri.

PROVVEDIMENTI TRANŻIZZJONALI U DATA EFFETTIVA

130D

Il-paragrafi 69, 70 u 98 kienu emendati u l-paragrafu 69A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

Il-paragrafi 9, 73 u AG8 huma emendati. Il-paragrafi 50A u 108C huma miżjuda.

DEFINIZZJONIJIET

9

It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Definizzjonijiet ta’ erba’ kategoriji ta’ strumenti finanzjarji

Assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf hija assi finanzjarja jew obbligazzjoni finanzjarja li taqa’ taħt waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)

Hija kklassifikata bħal miżmuma għan-negozju. Assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja hija kklassifikata bħala miżmuma għan-negozju jekk:

(i)

hija akkwistata jew titħallas l-aktar għall-iskop tal-bejgħ jew tax-xiri mill-ġdid tagħha fil-perjodu l-qasir;

(ii)

fir-rikonoxximent inizjali kienet parti minn portafoll ta’ strumenti finanzjarji identifikati li huma amministrati flimkien u li dwarhom hemm evidenza ta’ disinn attwali riċenti ta’ teħid ta’ profitti għal żmien qasir; jew

(iii)

hija derivattiva (minbarra għal derivattiva li hija kuntratt ta’ garanzija finanzjarja jew strument speċifikat u effettiv għall-hedging).

(b)

KEJL

Riklassifikazzjonijiet

50A

Il-bidliet fiċ-ċirkostanzi li ġejjin m’humiex riklassifikazzjonijiet għall-iskopijiet tal-paragrafu 50:

(a)

derivattiva li qabel kienet strument speċifikat u effettiv tal-hedging f'hedge ta' fluss tal-flus jew hedge ta' investiment nett ma tibqax tikkwalifika bħala tali;

(b)

derivattiva li qabel isir strument speċifikat u effettiv tal-hedging f'hedge ta' fluss tal-flus jew hedge ta' investiment nett;

(ċ)

assi finanzjarju li huwa rrikklassifikat meta kumpanija tal-assigurazzjoni tbiddel il-politiki tal-kontabilità tagħha skond il-paragrafu 45 tal-IFRS 4.

HEDGING

Strumenti tal-hedging

Strumenti li jikkwalifikaw

73

Għal skopijiet tal-kontabilità tal-hedge, l-istrumenti biss li jinvolvi parti esterna għal entità tar-rappurtaġġ (jiġifieri esterni għall-grupp jew entità individwali li dwarha qed isir ir-rappurtaġġ) jistgħu jkunu speċifikati bħala strumenti tal-hedge. Għalkemm entitajiet individwi taħt grupp konsolidat jew diviżjonijiet taħt entità jistgħu jidħlu fi tranżazzjonijiet tal-hedging ma’ entitajiet oħrajn taħt il-grupp jew id-diviżjonijiet taħt l-entità, tali tranżazzjoni intragrupp huma eliminati mal-konsolidazzjoni. Għalhekk, dawn it-tranżazzjonijiet tal-hedging ma jikkwalifikawx għal kontabilità tal-hedge fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. Madankollu, jistgħu jikkwalifikaw għall–kontabilità tal-hedge fir-rapporti finanzjarji individwali jew separati ta’ entitajiet individwali taħt il-grupp sakemm huma esterni għall-entità individwali li dwarha jsir ir-rapport.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

108C

Il-paragrafi 9, 73 u AG8 kienu emendati u l-paragrafu 50A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 9 u 50A mid-data u fil-manjiera li applikat l-emendi tal-2005 deskritti fil-paragrafu 105A. Applikazzjoni minn qabel tal-emendi kollha hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

Emendi għall-gwida tal-applikazzjoni fuq l-IAS 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

DEFINIZZJONIJIET (PARAGRAFI 8 U 9)

Rata effettiva tal-imgħax

AG8

Jekk entitá tirrevedi l-istimi tagħha tal-pagamenti jew tar-riċevuti, l-entità għandha taġġusta l-ammont miżmum tal-assi finanzjarja jew obbligazzjoni finanzjarju (jew grupp ta’ strumenti finanzjarji) biex tirrifletti l-flussi attwali u stmati riveduti tal-flus. L-entità tikkalkula mill-ġdid l-ammont miżmum fil-kotba bil-komputazzjoni tal-valur preżenti tal-flussi stmati futuri tal-flus bir-rata tal-imgħax oriġinali effettiva tal-istrument finanzjarju jew, meta applikabbli, ir-rata tal-imgħax effettiva riveduta kkalkulata skont il-paragrafu 92. L-aġġustament huwa rikonoxxut fil-kont tal-qligħ jew telf bħala qligħ jew telf. Jekk assi finanzjarju jkun irriklassifikat skont il-paragrafi 50B, 50D jew 50E, u l-entita sussegwentement iżżid l-estimi tagħha tal-irċevuti futuri tal-flus b'riżultat ta' rekuperabbiltà akbar ta' dawk l-irċevuti ta' flus, l-effett ta' dik iż-żieda għandu jkun irrikonoxxut bħala aġġustament għar-rata ta' mgħax effettiva mid-data tal-bidla fl-estimi aktat milli bħala aġġustament għall-ammont miżmum fil-kotba tal-assi fid-data tal-bidla fl-estimi.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 40

Proprjetà Investment:

Il-paragrafi 8, 9, 48, 53, 54 u 57 huma emendati. Il-paragrafu 22 huwa mħassar u l-paragrafi 53A, 53B u 85B huma miżjuda.

DEFINIZZJONIJIET

8

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ proprjetà tal-investment:

(a)

(e)

proprjetà li qed tinbena jew tkun żviluppat għall-użu futur bħala proprjetà tal-investiment.

9

Dawn il-ġejjin huma eżempji ta’ affarijiet li huma proprjetà tal-investiment u għalhekk jaqgħu barra l-ambitu ta’ dan l-Istandard:

(a)

(d)

[imħassar]

(e)

KEJL FIR-RIKONOXXIMENT

22

[Imħassar]

Mudell tal-valur ġust

48

F’każijiet eċċezzjonali, hemm evidenza ċara meta entità l-ewwel takkwista proprjetà tal-investiment (jew meta proprjetà tal-investiment l-ewwel issir proprjetà tal-investiment wara l-bidla fl-użu) li l-varjabilità fil-medda tal-estimi tal-valur ġust raġonevoli se jkun tant, u l-probabilitajiet tar-riżultati varji diffiċli biex ikunu stmati, li l-utilità ta' stima waħda tal-valur ġust ma jkollhiex effett. Din tista’ tindika li l-valur ġust tal-proprjetà ma jkunx stabbilit b'mod kredibbli fuq bażi kontinwa (ara l-paragrafu 53).

Inabilità li valur ġust ikun stabbilit b’mod kredibbli

53

Hemm preżunzjoni kkonfutat li entità tista’ tistabbilixxi b’mod kredibbli l-valur ġust ta’ proprjetà tal-investment fuq bażi kontinwa. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, hemm evidenza ċara meta entità l-ewwel takkwista proprjetà tal-investiment (jew meta proprjetà tal-investiment l-ewwel issir proprjetà tal-investiment wara l-bidla fl-użu) li l-valur ġust tal-proprjetà ma jkunx stabbilit b'mod kredibbli fuq bażi kontinwa. Dan jinħoloq meta, u biss meta, tranżazzjonijiet komparabbli tas-suq m'humiex frekwenti u stimi alternattivi kredibbli ta' valur ġust (per eżempju, ibbażati fuq projezzjonijiet skontati tal-flussi tal-flus) m'humiex disponibbli. Jekk entità tistabbilixxi li l-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni mhux stabbilit b'mod kredibbli iżda tistenni l-valur ġust tal-proprjetà jista’ jkun stabbilit b’mod ġust meta titlesta l-kostruzzjoni, tista’ tkejjel il-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni bil-kost sakemm jew il-valur ġust tagħha jista' jkun stabbilit b'mod kredibbli jew titlesta l-kostruzzjoni (skont x'jiġi l-ewwel). Jekk entità tistabbilixxi li l-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment (minbarra proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni) mhux stabbilit b'mod kredibbli fuq bażi kontinwa, l-entità għandha tkejjel dik il-proprjetà tal-investiment bl-użu tal-metodu tal-kost taħt l-IAS 16. Il-valur residwu tal-proprjetà tal-investiment jitqies bħala żero. L-entità għandha tapplika l-IAS 16 sad-disponiment tal-proprjetà tal-investiment.

53A

Hekk kif l-entità ssir kapaċi tkejjel b’mod kredibbli l-valur ġust ta’ proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni li qabel kienet titkejjel bil-kost, għandha tkejjel dik il-proprjetà bil-valur ġust tagħha. Hekk kif titlesta l-kostruzzjoni ta’ dik il-proprjetà, jitqies li l-valur ġust jista’ jitkejjel b’mod kredibbli. Jekk dan ma jkunx il-każ, skont il-paragrafu 53, il-proprjetà tkun ittrattata bl-użu tal-mudell tal-kost skont l-IAS 16.

53B

Il-preżunzjoni li l-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni jista’ jitkejjel b’mod kredibbli jista’ jkun ikkonfutat biss fir-rikonoxximent inizjali. Entità li kejlet oġġett ta’ proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni bil-valur ġust ma tistax tikkonkludi li l-valur ġust ta’ proprjetà lesta tal-investiment ma tistax tkun stabbilita b’mod kredibbli.

54

F’każijiet eċċezzjonali, meta entità hija sfurzata, minħabba r-raġunijiet mogħtija fil-paragrafu 53, li tkejjel proprjetà tal-investiment bl-użu tal-mudell tal-kost skont l-IAS 16, għandha tkejjel bil-valur ġust il-proprjetajiet tal-investiment l-oħra kollha tagħha, inkluża l-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni. F’dawn il-każijiet, għalkemm entità tista’ tuża l-mudell tal-kost għal proprjetà waħda tal-investiment, l-entità għandha tkompli titratta l-mudell tal-valur ġust għal kull proprjetà li baqagħlha.

TRASFERIMENTI

57

Trasferimenti minn, jew għal, proprjetà tal-investiment għandhom isiru meta, u biss meta, hemm bidla fl-użu, b’evidenza ta’:

(a)

(ċ)

it-tmiem tal-okkupazzjoni tas-sid, għal trasferiment minn proprjetà okkupata mis-sid għal proprjetà tal-investiment; jew

(d)

il-bidu ta’ kiri operattiv għal parti oħra, għal trasferiment minn inventarji għal proprjetà tal-investiment.

(e)

[imħassar]

DATA EFFETTIVA

85B

Il-paragrafi 8, 9, 48, 53, 54 u 57 kienu emendati, il-paragrafu 22 kien imħassar u l-paragrafi 53A u 53B kienu miżjuda bit-Titjib għall-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Entità hija permessa tapplika l-emendi għal proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni minn kull data qabel l-1 ta’ Jannar 2009 sakemm il-valuri ġusti tal-proprjetajiet tal-investiment taħt il-kostruzzjoni kienu stabbiliti f'dawk id-dati. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dan il-fatt u fl-istess waqt tapplika l-emendi għall-paragrafi 5 u 81E tal-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir.

Appendiċi tal-Emendi għall-IAS 40

Emendi għall-IAS 16

L-entitajiet għandhom japplikaw l-emenda għall-IAS 16 f’dan l-appendiċi meta japplikaw l-emendi relatati għall-IAS 40.

L-IAS 16    Proprjetà, Impjanti u Tagħmir

Il-paragrafu 5 huwa emendat. Il-paragrafu 81E huwa miżjud.

5

Entità li tuża l-mudell tal-kost għal proprjetà tal-investiment skont l-IAS 40 Proprjetà tal-Investiment għandha tuża l-mudell tal-kost f’dan l-Istandard.

DATA EFFETTIVA

81E

Il-paragrafu 5 kien emendat bit-Titjib għall-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa jekk entità tapplika wkoll l-emendi għall-paragrafi 8, 9, 22, 48, 53, 53A, 54, 57 u 85B tal-IAS 40 fl-istess waqt. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 41

Agrikoltura

Il-paragrafi 5, 6, 17, 20 u 21 huma emendati. Il-paragrafu 60 huwa miżjud.

DEFINIZZJONIJIET

Definizzjonijiet relatati mal-agrikoltura

5

It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Attività agrikola hija l-ġestjoni ta’ entità tat-trasformazzjoni bijoloġika u l-ħsad tal-assi bijoloġiċi għall-bejgħ jew għall-konverżjoni fi prodotti agrikoli jew f’aktar assi bijoloġiċi.

6

Attività agrikola tkopri medda diversa ta’ attivitajiet; per eżempju, it-trobbija ta’ bhejjem, forestrija, tkabbir ta’ uċuħ tar-raba’ annwali jew perennjali, koltivazzjoni ta’ orti u pjantazzjoni, florikoltura u akwakoltura (inklużi rziezet tal-ħut). Ċerti karatteristiċi komuni jeżistu taħt din id-diversità:

(a)

(ċ)

Kejl tal-bidla. Il-bidla fil-kwalità (per eżempju, il-meritu ġenetiku, densità, maturità, kopertura tax-xaħam, kontenut tal-proteini, u s-saħħa tal-fibra) jew kwantità (per eżempju, proġeni, toqol, metri kubi, tul jew dijametru tal-fibra, u n-numru ta' żahar) li jinġiebu bit-trasformazzjoni jew ħsad bijoloġiku, titkejjel u hija sorveljata bħala funzjoni rutina tal-maniġment.

RIKONOXXIMENT U KEJL

17

Jekk jeżisti suq attiv għal assi bijoloġiku jew prodotti agrikoli fil-lokalità u l-kundizzjoni preżenti tiegħu, il-prezz ikkwotat f’dak is-suq huwa l-bażi xieraq biex il-valur ġust tal-assi jkun stabbilit. Jekk entità għandha aċċess għal swieq attivi differenti, l-entità għandha tuża l-aktar waħda rilevanti. Per eżempju, jekk entità għandha aċċess għal żewġt iswieq attivi, għandha tuża l-prezz eżistenti fis-suq li mistenni li jintuża.

20

F’xi ċirkostanzi, il-prezzijiet jew valuri stabbiliti mis-suq jistgħu ma jkunux disponibbli għal assi bijoloġiku fil-kundizzjoni preżenti tiegħu. F’dawn iċ-ċirkostanzi, entità għandha tuża l-valur preżenti tal-flussi netti mistennija tal-flus mill-assi skontat b’rata kurrenti stabbilita mis-suq biex tistabbilixxi l-valur ġust.

21

L-għan tal-kalkolu tal-valur preżenti tal-flussi netti mistennija tal-flus huwa biex jistabbilixxi valur ġust ta’ assi bijoloġiku fil-lokalità u l-kundizzjoni preżenti. Entità tikkunsidra dan fl-istabbiliment ta’ rata xierqa tal-iskont biex tintuża u fl-istima tal-flussi netti mistennija tal-flus. Fl-istabbiliment tal-valur preżenti tal-flussi netti mistennija tal-flus, entità tinkludi l-flussi netti tal-flus li l-parteċipanti tas-suq jistennew li l-assi se jiġġenera fl-aktar suq rilevanti tiegħu.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

60

Il-paragrafi 5, 6, 17, 20 u 21 kienu emendati u l-paragrafu 14 tħassar mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt.

IT-TIENI PARTI

L-emendi tat-Tieni Parti għandhom ikunu applikati għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 8

Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

Il-paragrafi 7, 9 u 11 huma emendati.

POLITIKI TAL-KONTABILITÀ

Għażla u applikazzjoni tal-politiki ta’ kontabilità

7

Meta IFRS speċifikament tapplika għal tranżazzjoni, avveniment jew kundizzjoni oħra, il-politika jew politiki ta’ kontabilità applikati għal dak l-affari tkun stabbilita bl-applikazzjoni tal-IFRS.

9

L-IFRSs huma akkumpanjati bi gwida biex tassisti l-entitajiet fl-applikazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom. Din il-gwida kollha tiddikjara jekk hijiex parti integrali mill-IFRSs. Gwida li hija parti integrali mill-IFRSs hija mandatarja. Gwida li m’hijiex parti integrali tal-IFRSs ma tinkludix ħtiġiet għar-rapporti finanzjarji.

11

Biex isir il-ġudizzju għaqli deskritt fil-paragrafu 10, il-maniġment għandu jirreferu għal, u jikkunsidra l-applikabilità ta’, l-għejun li ġej f’ordni li jinżel:

(a)

il-ħtiġijiet fl-IFRSs li jittrattaw kwistjonijiet simili u relatati; u

(b)

id-definizzjonijiet, kriterji tar-rikonoxximent u l-kunċetti tal-kejl għall-assi, obbligazzjonijiet, dħul u spejjeż taħt il-Qafas.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 10

Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rappurtaġġ

Il-paragrafu 13 huwa emendat.

13

Jekk dividendi jkunu ddikjarati (jiġifieri d-dividendi huma awtorizzati sew u m’għadhomx taħt id-diskrezzjoni tal-entità) wara l-perjodu tar-rappurtaġġ iżda qabel ir-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, id-dividendi ma jkunux rikonoxxuti bħala obbligazzjoni fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ peress li l-obbligazzjoni ma kinetx teżisti dak iż-żmien. Dawn id-dividendi għandhom ikunu żvelati fin-noti skont l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 20

Kontabilità għal Għotjiet tal-Gvern u Żvelar ta’ Assistenza tal-Gvern

Nota f’qiegħ il-paġna hija miżjuda fl-intestatura tal-Istandard qabel il-paragrafu 1, u l-paragrafi 2(b), 12–18, 20–22, 26, 27 u 32 huma emendati.

Nota f’qiegħ il-paġna mat-titlu

*

Bħala parti mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008 il-Bord emenda t-terminoloġija użata f’dan l-Istandard biex tkun konsistenti ma’ IFRSs oħrajn kif ġej:

(a)

“dħul taxxabbli” kienet emendata għal “profitt taxxabbli jew telf għat-taxxa”’,

(b)

“rikonoxxut bħala dħul/spiża” kienet emendata għal “rikonoxxut fil-profitt jew telf”,

(ċ)

“ikkreditat direttament fl-interessi/ekwità tal-azzjonisti” kienet emendata għal “rikonoxxut barra l-profitt jew telf”, u

(d)

“reviżjoni ta stima tal-kontabilità” kienet emendata għal “bidla fl-istima tal-kontabilità”.

AMBITU

2

Dan l-Istandard ma jitrattax:

(a)

il-problemi speċjali ... natura simili.

(b)

assistenza tal-gvern li hija pprovduta għal entità f’forma ta’ benefiċċji li huma disponibbli għall-istabbiliment ta’ profitt taxxabbli jew telf għat-taxxa, jew hija stabbilita jew limitata fuq il-bażi tal-obbligazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul. Eżempji ta’ dawn il-benefiċċji huma btajjel mit-taxxi fuq id-dħul, krediti tat-taxxi fuq l-investiment, provvedimenti aċċelerati tad-deprezzament u rati mnaqqsa tat-taxxa fuq id-dħul.

(ċ)

gvern ... l-entità.

(d)

GĦOTJIET TAL-GVERN

12

Għotjiet tal-gvern għandhom ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-bażi sistematiku fuq il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kosti relatati li l-għotjiet maħsuba li jikkumpensaw.

13

Hemm żewġ metodi wiesgħa għall-kontabilità tal-għotjiet tal-gvern: il-metodu tal-kapital, fejn għotja hija rrikonoxxuta barra l-profitt jew telf, u l-metodu tad-dħul, fejn għotja hija rrikonoxxuta fil-profitt jew telf fuq perjodu wieħed jew aktar.

14

Dawk li jappoġġaw il-metodu tal-kapital jargumentaw kif ġej:

(a)

għotjiet tal-gvern huma strument tal-iffinanzjar u għandhom ikunu ttrattati hekk fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja minflok irrikonoxxut fil-profitt jew telf li jpaċu l-oġġetti tal-ispejjeż li jiffinanzjaw. Peress li l-ebda pagament m’huwa mistenni, dawn l-għotjiet huma rikonoxxuti barra l-profitt jew telf.

(b)

mhux tajjeb li għotjiet tal-gvern ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf, għax m’humiex dħul iżda jirrappreżentaw inċentiv ipprovdut mill-gvern mingħajr l-ispejjeż relatati.

15

Argumenti favur il-metodu tad-dħul huma kif ġej:

(a)

peress li l-għotjiet tal-gvern huma riċevuti minn għejun minbarra l-azzjonisti, m’għandhomx ikunu rikonoxxuti direttament fl-ekwità iżda għandhom ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fil-perjodi xierqa.

(b)

għotjiet tal-gvern rari jkunu b’xejn. L-entità tkun intitolata għalihom bil-konformità mal-kundizzjonijiet tagħhom u billi tħares l-obbligazzjonijiet mistennija. Għandhom għalhekk ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kosti relatati li l-għotjiet maħsuba li jikkumpensaw.

(ċ)

peress li t-taxxi fuq id-dħul u taxxi oħrajn huma spejjeż, huwa loġiku li jkunu ttrattati wkoll bħala għotjiet tal-gvern, li huma estensjoni tal-politiki fiskali, fil-profitt jew telf.

16

Hija fundamentali għall-metodu tad-dħul li l-għotjiet tal-gvern għandhom ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-bażi sistematiku fuq il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kosti relatati li l-għotjiet maħsuba li jikkumpensaw. Ir-rikonoxximent tal-għotjiet tal-gvern fil-profitt jew telf fuq bażi ta’ riċevuti huwa skont is-suppożizzjoni tal-kontabilità tad-dovuti (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji) u jkun aċċettabbli biss jekk ma jeżisti l-ebda bażi għall-allokazzjoni ta’ għoti għal perjodi minbarra dak li fih kien riċevut.

17

F’bosta każijiet l-perjodi li fuqhom entità tirrikonoxxi l-kosti jew l-ispejjeż relatati ma’ għotja tal-gvern huma aċċertati malajr. B’hekk għotjiet marbutin ma’ spejjeż speċifiċi jkunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fl-istess perjodu bħall-ispejjeż rilevanti. L-istess, għotjiet relatati ma’ assi ddeprezzati s-soltu jkunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-perjodi u fil-proporzjonijiet li fihom l-ispiża tad-deprezzament fuq dawk l-assi tkun rikonoxxuta.

18

Għotjiet dwar assi mhux deprezzati jistgħu jeħtieġu wkoll it-tħaris ta’ ċerti obbligi u mbagħad ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-perjodu li jassorbu l-kost biex jitħarsu l-obbligi. Bħala eżempju, għotja ta’ art tista’ tkun bil-kundizzjoni li jittella’ bini fuq is-sit u jkun xieraq li l-għotja tkun rrikonoxxuta fil-profitt jew telf tul il-ħajja tal-bini.

20

Għotja tal-gvern li ssir riċevibbli bħala kumpens għal spejjeż jew telf diġà sofrut jew għall-iskop tal-għoti ta’ appoġġ finanzjarju immedjat lill-entità mingħajr kosti relatati futuri għandu jkun irrikonoxxut fil-profitt jew telf tal-perjodu meta jsir riċevibbli.

21

F’xi ċirkostanzi, għotja tal-gvern tista’ tingħata għall-iskop tal-għoti ta' appoġġ finanzjarju immedjat lill-entità minflok bħala inċentiva biex isir infieq speċifiku. Dawn l-għotjiet jistgħu jkunu limitati għal entità partikolari u jistgħu ma jkunux disponibbli għall-klassi kollha ta’ benefiċjarji. Dawn iċ-ċirkostanzi jistgħu jeħtieġu r-rikonoxximent ta’ għotja fil-profitt jew telf tal-perjodu li fih l-entità tikkwalifika li tirċevih, bi żvelar li jassigura li l-effett tiegħu jkun mifhum b’mod ċar.

22

Għotja tal-gvern tista’ ssir riċevibbli minn entità bħala kumpens għal spejjeż jew telf meħuda f’perjodu ta’ qabel. Din l-għotja hija rrikonoxxuta fil-profitt jew telf tal-perjodu li fih issir riċevibbli, bi żvelar li jassigura li l-effett tiegħu jkun mifhum b’mod ċar.

Preżentazzjoni ta’ għotjiet dwar assi

26

Metodu wieħed jirrikonoxxi l-għotja bħala dħul differit li jkun irrikonoxxut fil-profitt jew telf fuq bażi sistematika tul il-ħajja utli tal-assi.

27

Il-metodu l-ieħor inaqqas l-għotja fil-kalkolu tal-ammont miżmum tal-assi. L-għotja hija rrikonoxxuta fil-profitt jew telf tul il-ħajja tal-assi ddeprezzat bħala spiża mnaqqsa tad-deprezzament.

Ħlas lura ta’ għotjiet tal-gvern

32

Għotja tal-gvern li ssir riċevibbli għandha tkun bħala bidla fl-istima tal-kontabilità (ara l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji). Ħlas lura ta’ għotja dwar id-dħul għandha l-ewwel tkun applikata kontra kull kreditu differit mhux amortizzat rikonoxxut dwar l-għotja. Sakemm il-ħals lura ma jaqbiżx kull tali kreditu differit, jew meta ma jeżisti l-ebda kreditu differit, il-ħlas lura għandu jkun rikonoxxut minnufih fil-profitt jew telf. Ħlas lura ta' għotja dwar assi għandu jkun rikonoxxut billi jiżdied l-ammont miżmum tal-assi jew jitnaqqas il-bilanċ ta' dħul differit bl-ammont ripagabbli. Id-deprezzament addizzjonali kumulattiv li kieku kien ikun irrikonoxxut fil-profitt jew telf s’issa fin-nuqqas tal-għotja għandu jkun rikonoxxut minnufih fil-profitt jew telf.

Appendiċi tal-Emendi għall-IAS 20

Emendi għall-IAS 41

L-entitajiet għandhom japplikaw l-emendi għall-IAS 41 f’dan l-appendiċi meta japplikaw l-emendi relatati għat-terminoloġija użata fl-IAS 20.

L-IAS 41    Agrikoltura

Il-paragrafi 34–36 huma emendati.

GĦOTJIET TAL-GVERN

34

Għotja tal-gvern mingħajr kundizzjonijiet dwar assi bijoloġiku mkejjel bil-valur ġust tiegħu bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ għandha tkun rrikonoxxuta fil-profitt jew telf meta, u biss meta, l-għotja tal-gvern issir riċevibbli.

35

Jekk għotja tal-gvern dwar assi bijoloġiku mkejjel bil-valur ġust tiegħu bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ tkun mingħajr kundizzjonijiet, inkluż meta għotja tal-gvern tkun teħtieġ entità ma tidħolx f’attività agrikola speċifika, entità għandha tirrikonoxxi l-għotja tal-gvern fil-profitt jew telf tagħha meta, u biss meta, jitħaru l-kundizzjonijiet tal-għotja tal-gvern.

36

It-termini u l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-gvern ivarjaw. Per eżempju, għotja tista’ teħtieġ entità li tikkoltiva f’lokalità partikolari għal ħames snin u teħtieġ l-entità li tagħti l-għotja lura jekk tikkoltiva għal perjodu anqas minn ħames snin. F’dan il-każ, l-għotja ma tkunx rrikonoxxuta fil-profitt jew telf qabel ma jgħaddu l-ħames snin. Madankollu, jekk it-termini tal-għotja tippermettu li tinżamm parti minnha skont iż-żmien li għadda, l-entità tirrikonoxxi dik il-parti fil-profitt jew telf hekk kif jgħaddi ż-żmien.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 29

Rappurtaġġ Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji

Nota f’qiegħ il-paġna hija miżjuda fl-intestatura tal-Istandard qabel il-paragrafu 1, u l-paragrafi 8, 14, 20, 28 u 34 huma emendati.

Nota f’qiegħ il-paġna mat-titlu

*

Bħala parti mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008, il-Bord emenda t-termini użata fl-IAS 29 biex tkun konsistenti ma’ IFRSs oħrajn kif ġej: (a) “valur tas-suq” kienet emendat għal “valur ġust”, u (b) “riżultati tal-operazzjonijiet” u “dħul nett” kienet emendat għal “profitt jew telf”.

ID-DIKJARAZZJONI MILL-ĠDID TA’ RAPPORTI FINANZJARJI

8

Ir-rapporti finanzjarji ta’ entità li l-munita funzjonali hija l-munita tal-ekonomija iperinflazzjonarja, kemm jekk ibbażat fuq metodu tal-kost storiku jew metodu tal-kost kurrenti, għandhom ikunu ddikjarati f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Il-figuri li jikkorrospondu għall-perjodu ta’ qabel meħtieġa mill-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut mill-2007) u kull informazzjoni dwar perjodi ta’ qabel għandhom ikunu ddikkjarati f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Għall-iskop tal-preżentazzjoni tal-ammonti kumparattivi f’munita differenti tal-preżentazzjoni, japplikaw il-paragrafi 42(b) u 43 tal-IAS 21 L-Effetti ta’ Bidliet fir-Rati tal-Kambju.

Rapporti finanzjarji bbażati fuq il-kost storiku

Dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja

14

L-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha huma mhux monetarji. Xi oġġetti mhux monetarji huma miżmuma bl-ammonti kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ, bħall-valur nett realizzabbli u l-valur ġust, biex ma jerġgħux ikunu ddikjarati. L-assi u l-obbligazzjonijiet mhux monetarji l-oħrajn kollha huma ddikjarati mill-ġdid.

20

Entità li fiha jsir investiment li hija ttrattata taħt il-metodu tal-ekwità tista’ tirrapporta fil-munita tal-ekonomija iperinflazzjonarja. Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u r-rapport tad-dħul komprensiv ta’ din l-entità li fiha jsir investiment huma ddikjarati mill-ġdid skont dan l-Istandard sabiex tinħadem il-parti tal-investitur tal-assi netti tagħha u l-profitt jew telf. Meta r-rapporti finanzjarji ddikjarati mill-ġdid ta’ entità li fiha jsir investiment huam espresso f’munita barranija jinqalbu bir-rata tal-għeluq.

Qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta

28

Il-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta huwa inkluż fil-profitt jew telf. L-aġġustament għal dawk l-assi u obbligazzjonijiet konnessi bi ftehim ma’ bidliet fil-prezzijiet li saru skont il-paragrafu 13 ikun paċut mal-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta. Oġġetti oħrajn ta’ dħul u spejjeż, bħal dħul u spiża mill-imgħax, u differenzi fil-kambju relatat mal-fondi investiti jew mislufa, huma wkoll assoċjati mal-pożizzjoni monetarja netta. Għalkemm dawn l-oġġetti huma żvelata separatament, ikun ta’ għajnuna jekk ikunu ppreżentati flimkien mal-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta fir-rapport tad-dħul komprensiv.

Figuri li jikkorrispondu

34

Figuri li jikkorrispondu għall-perjodu tar-rappurtaġġ ta’ qabel, kemm jekk ibbażati fuq il-metodu tal-kost storiku jew il-metodu tal-kost kurrenti, ikunu ddikjarati mill-ġdid bl-applikazzjoni ta' indiċi tal-prezz ġenerali biex ir-rapporti finanzjarji kumparattivi jkunu ppreżentati f'termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Informazzjoni li hija żvelata dwar perjodi aktar qabel hija espresso wkoll f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Għall-iskop tal-preżentazzjoni tal-ammonti kumparattivi f’munita differenti tal-preżentazzjoni, japplikaw il-paragrafi 42(b) u 43 tal-IAS 21.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 34

Rapporti Finanzjarji Interim

Il-paragrafu 11 huwa emendat u n-nota fil-qiegħ tal-paġna hija miżjuda.

FORMA U KONTENUT TA’ RAPPORTI FINANZJARJI INTERIM

11

Fir-rapport li jippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf għal perjodu interim, entità għandha tippreżenta qligħ bażiku u mdgħajjef sehem b’sehem għal dak il-perjodu meta l-entità qiegħda taħt l-iskop tal-IAS 33 Qligħ Sehem b’Sehem. (*).

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 40

Proprjetà ta' Investment:

Il-paragrafi 31 u 50 huma emendati.

KEJL WARA R-RIKONOXXIMENT

Politika tal-kontabilità

31

L-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji jiddikjara li bidla voluntarja fil-politika tal-kontabilità għandha ssir biss jekk il-bidla tirriżulta bir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni kredibbli u aktar rilevanti dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kundizzjonijiet oħrajn fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità, il-prestazzjoni finanzjarja jew il-fluss tal-flus. Ma tantx huwa probabbli li bidla mill-mudell tal-valur ġust għall-mudell tal-kost se twassal għal preżentazzjoni aktar rilevanti.

Mudell tal-valur ġust

50

Fl-istabbiliment tal-ammont miżmum tal-proprjetà tal-investiment taħt il-mudell tal-valur ġust, entità ma tgħoddx assi jew obbligazzjonijiet doppju li huma rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet separati. Per eżempju:

(a)

(d)

il-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment miżmuma taħt kuntratt tal-kiri jirrifletti l-flussi mistennija tal-flus (inkluża l-renta li tista’ tinqala li mistennija ssir pagabbli). Għalhekk, jekk valutazzjoni miksuba għal proprjetà hija netta mill-pagamenti kollha mistennija li jsiru, hemm bżonn li kull obbligazzjoni rikonoxxuta tal-kuntratt tal-kiri tingħadd lura, biex jasal għall-ammont miżmum tal-proprjetà tal-investiment bl-użu tal-mudell tal-valur ġust.

Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 41

Agrikoltura

Il-paragrafi 4 u 5 huma emendati u l-paragrafu 14 jitħassar. It-termini “kosti stmati tal-punt tal-bejgħ” u “kosti tal-punt tal-bejgħ” huma mibdulin b’ “kosti tal-bejgħ” fejn jidhru kif ġej:

Standard (paragrafi 12, 13, 26–28, 30–32, 34, 35, 38, 40, 48, 50 u 51)

AMBITU

4

L-iskeda ta’ hawn taħt tipprovdi eżempji ta’ assi bijoloġiċi, prodotti agrikoli, u prodotti li huma r-riżultat tal-ipproċessar wara l-ħsad:

Assi bijoloġiċi

Prodotti agrikoli

Prodotti li huma r-riżultat tal-ipproċessar wara l-ħsad

 

 

Siġar fil-foresta tal-pjantazzjoni

Siġar li twaqqgħu

Zkuk, injam maqtugħ

 

 

DEFINIZZJONIJIET

Definizzjonijiet relatati mal-agrikoltura

5

It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Kosti tal-bejgħ huma kosti inkrimentali li jistgħu jkunu direttament attribwiti għad-disponiment ta’ assi, esklużi l-kosti tal-finanzji u taxxi fuq id-dħul.

RIKONOXXIMENT U KEJL

14

[Imħassar]

Appendiċi tal-Emendi għall-IAS 41

Emendi għal IFRSs oħrajn

L-entitajiet għandhom japplikaw dawn l-emendi għall-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx, l-IAS 2 Inventarji, u l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi ta’ meta japplikaw l-emendi relatati tal-IAS 41.

L-IFRS 5    Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx

Il-paragrafu 5 huwa emendat.

AMBITU

5

Id-disposizzjonijiet tal-kejl ta’ dan l-IFRS (**) ma japplikawx għall-assi li ġejjin, li huma koperti mill-IFRSs imniżżlin, jew bħala assi individwali jew bħala parti minn grupp tad-disponiment:

(a)

(e)

assi mhux kurrenti li jitkejlu bil-valur ġust bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ skont l-IAS 41 Agrikoltura.

(f)

L-IAS 2    Inventarji

Il-paragrafu 20 huwa emendat.

20

Skont l-IAS 41 Agrikoltura inventarji li jinkludu prodotti agrikoli li entità ħasdet mill-assi bijoloġiċi tagħha jitgħandhom jitkejlu mar-rikonoxximent inizjali bil-valur ġust tagħhom bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ fil-punt tal-ħsad. Dan huwa l-kost tal-inventarji f’dik id-data għall-applikazzjoni ta’ dak l-Istandard.

L-IAS 36    Indeboliment tal-Assi

Il-paragrafi 2 u 5 huma emendati.

Ambitu

2

DAN L-ISTANDARD GĦANDU JKUN APPLIKAT FIL-KONTABILITÀ GĦALL-INDEBOLIMENT TAL-ASSI KOLLHA, MINBARRA:

(A)

(G)

assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola li jitkejlu bil-valur ġust bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ (ara l-IAS 41 Agrikoltura);

(H)

5

Dan l-Istandard ma japplikaw għall-assi finanzjarji taħt l-ambitu tal-IAS 39, proprjetà tal-investiment imkejla bil-valur ġust skont l-IAS 40, jew assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola mkejla bil-valur ġust bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ skont l-IAS 41. Madankollu, dan l-Istandard japplika għall-assi li huma miżmuma bl-ammont ivvalutat mill-ġdid (jiġifieri l-valur ġust) skont IFRSs oħrajn, bħall-mudell tar-rivalutazzjoni fl-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir. L-identifikazzjoni jekk assi vvalutat mill-ġdid huwiex inbolit tiddependi fuq il-bażi użat biex ikun stabbilit il-valur ġust:

(a)


(*)  Dan il-paragrafu kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008 biex jiċċara l-iskop tal-IAS 34.

(**)  Minbarra l-paragrafi 18 u 19 li jeħtieġu li l-assi in kwestjoni jitkejlu skont IFRSs applikabbli oħrajn.