23.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 19/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 62/2009

tat-22 ta’ Jannar 2009

li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XIX ta' l-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet għall-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (2), dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' mmarkar definiti bil-punt A ta' l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skond l-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom ikunu jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar ta' l-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll dawk definiti fil-punt A ta' l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

Ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mit-23 ta’ Jannar 2009

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità tal-kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0407 00 11 9000

A02

EUR/100 biċċa

0,78

0407 00 19 9000

A02

EUR/100 biċċa

0,39

0407 00 30 9000

E09

EUR/100 kg

0,00

E10

EUR/100 kg

16,00

E19

EUR/100 kg

0,00

0408 11 80 9100

A03

EUR/100 kg

25,10

0408 19 81 9100

A03

EUR/100 kg

12,60

0408 19 89 9100

A03

EUR/100 kg

12,60

0408 91 80 9100

A03

EUR/100 kg

15,90

0408 99 80 9100

A03

EUR/100 kg

4,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:

E09

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, Ħong Kong, ir-Russja, it-Turkija.

E10

Il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Filippini.

E19

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Iżvizzera, u l-gruppi E09 , E10 .