23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/41


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/164/UE

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li temenda għall-għan ta’ adattament għal progress tekniku, l-Annessi II u III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kożmetiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Is-sustanza żejt tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) hija attwalment ipprojbita għall-użu fi prodotti kożmetiċi, peress li hija elenkata fl-Anness II mad-Direttiva 76/768/KEE, taħt in-numru ta’ referenza 450. Il-projbizzjoni ta’ din is-sustanza kienet introdotta abbażi ta’ opinjoni li ħareġ il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti li Mhumiex tal-Ikel maħsuba għal Komsumaturi (SCCNFP) f’Mejju 2000, sussegwentament sostitwita mill- “Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsum (SCCP)” bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), u aktar tard mill- “Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS)” bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (3). L-SCCNFP irrakomanda l-projbizzjoni ta’ żjut essenzjali ta’ Verbena (Lippia citriodora Kunth.) u d-derivati tagħhom, eż. konkret u assolut, meta użati bħala ingredjent ta’ fwieħa, ibbażati fuq il-potenzjal sensitizzanti.

(2)

Madankollu, aktar tard l-SCCNFP ikkonkluda f’opinjoni li ħareġ fl-2001 li l-assolut tal-Verbena miksub minn Lippia citriodora Kunth. m’għandux jintuża b’tali mod li l-livell fil-prodotti kożmetiċi finali jeċċedi 0.2 %. Huwa għaldaqstant xieraq li l-assolut tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) jiġi inkluż flimkien mar-restrizzjoni rispettiva tiegħu fl-Anness III, Parti 1 tad-Direttiva 76/768/KEE. Huwa wkoll xieraq li n-numru ta’ referenza 450 tal-Anness II jiġi emendat sabiex jispeċifika li s-sustanzi taż-żjut essenzjali tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) u d-derivati tagħhom, ħlief dawk assoluti, ikunu pprobjiti meta użati bħala ingredjent ta’ fwieħa.

(3)

Id-Direttiva 2008/42/KE tat-3 ta’ April 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, għall-għan ta’ adattament tal-Annessi II u III tagħha għal progress tekniku (4) inkludiet diversi allyl esters li fihom alkoħol allyl bħala impurità fl-Anness III, Parti 1 mad-Direttiva 76/768/KEE. Is-sustanza allyl phenethyl ether jista’ jkun fiha wkoll alkoħol allyl bħala impurità. Għal din is-sustanza, l-SCCNFP ħareġ opinjoni fl-2000 fejn irrakomanda l-ogħla limitu ta’ 0.1 % ta’ alkoħol allyl bħala impurità.

(4)

Fid-dawl tal-opinjoni tal-SCCNFP, kif ukoll għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li s-sustanza allyl phenethly ether flimkien mar-ristrezzjoni rispettiva tagħha tiġi inkluża fl-Anness III, Parti 1 mad-Direttia 76/768/KEE.

(5)

Il-grupp ta’ sustanzi Terpene terpenoids sinpine huwa attwalment irregolat taħt in-numru ta’ referenza 130 fl-Anness III, Parti 1 mad-Direttiva 76/768/KEE. Madankollu, il-kelma “sinpine” hija isem kummerċjali u għaldaqstant għandha titneħħa mid-deżinjazzjoni ta’ dak il-grupp ta’ sustanzi.

(6)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Sabiex ikun żgurat progress bla xkiel mill-formoli eżistenti ta’ prodotti kosmetiċi għal formoli li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jkunu previsti perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II u III mad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skont l-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li, mill-15 ta’ Frar 2011, ebda prodotti kożmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva ma jitqiegħdu fis-suq minn manifatturi tal-Unjoni jew importaturi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li, mill-15 ta’ Awwissu 2011, ebda prodotti kożmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva ma jinbiegħu jew jingħataw lill-konsumaturi finali fi ħdan l-Unjoni.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Awwissu 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-15 ta’ Frar 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45.

(3)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.

(4)  ĠU L 93, 4.4.2008, p. 13.


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, in-numru ta’ referenza 450, “żejt tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) (CAS Nru 8024-12-2), meta użat bħala ingredjent ta’ fwieħa” hija sostitwita minn “żjut essenzjali tal-Verbena (Lippia citriodora Kunth.) u d-derivativi tagħhom ħlief dawk assoluti (CAS Nru 8024-12-2), meta użati bħala ingredjent ta’ fwieħa”.

(2)

Parti 1 tal-Anness III hija emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni li gejja hija miżjuda wara l-annotazzjoni b’numru ta’ referenza 151:

Numru ta’ Referenza

Sustanza

Restrizzjonijiet

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

Qasam ta’ applikazzjoni u/jew użu

Konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kożmetiku finali

Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħrajn

a

b

c

d

e

f

“151 bis

Allyl phenethyl ether

CAS Nru 14289-65-7

KE Nru 238-212-2

 

 

Il-livell tal-alkoħol tal-allyl fl-ester għandu jkun anqas minn 0,1 %”

 

(b)

qed tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Numru ta’ Referenza

Sustanza

Restrizzjonijiet

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

Qasam ta’ applikazzjoni u/jew użu

Konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kożmetiku finali

Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħrajn

a

b

c

d

e

f

“X

Verbena assolut

(Lippia citriodora Kunth.)

CAS Nru 8024-12-2

 

0,2  %”

 

 

(c)

fil-kolonna “b” tal-annotazzjoni relatata man-numru ta’ referenza 130, il-kliem “Terpene terpenoids sinpine” huma sostitwiti minn “Terpenes u terpenoids”.