10.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/8


Rettifika għad-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 337 tat-18 ta’ Diċembru 2009 )

F’paġna 39, premessa (19), l-aħħar żewġ sentenzi,

flok:

“… Għalhekk il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ konsistenza fl-applikazzjoni ta’ rimedji billi tadotta opinjonijiet dwar abbozz ta’ miżuri proposti minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tibbenefika mill-għarfien espert ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-analiżi tas-suq, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEREC qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u/jew l-opinjonijiet tagħha.”

aqra:

“… Għalhekk il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fl-iżgurar ta’ livell għoli ta’ konsistenza fl-applikazzjoni ta’ rimedji billi tadotta rakkomandazzjonijiet dwar abbozz ta’ miżuri proposti minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tibbenefika mill-għarfien espert ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-analiżi tas-suq, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BEREC qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet u/jew ir-rakkomandazzjonijiet tagħha.”

F’paġna 42, premessa (47), nota 2 f'qiegħ il-paġna,

flok:

“(2)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2003 dwar is-Swieq Rilevanti tal-Prodotti u s-Servizzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għar-regolazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 114, 8.5.2003, p. 45).”

aqra:

“(2)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli għal regolazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 65).”

F’paġna 44, premessa (66),

flok:

“(66)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni bil-għan li l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju stabbiliti fl-Anness I jkunu adattati għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Dan huwa wkoll il-każ tal-lista minima ta’ partiti fl-Anness II li trid tkun ippubblikata biex ikun issodisfat l-obbligu tat-trasparenza.”

aqra:

“(66)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni bil-għan li l-kondizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) jiġu adattati għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Dan huwa wkoll il-każ tal-lista minima ta’ affarijiet fl-Anness II għad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) li trid tkun ippubblikata biex ikun issodisfat l-obbligu tat-trasparenza.”

F’paġna 47, punt (b) tal-Artikolu 1(3),

flok:

“(b)

għandhom jiġu inseriti l-paragrafi li ġejjin:

‘3a.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għal regolazzjoni tas-suq ex-ante jew għar-riżoluzzjoni ta’disputi bejn impriżi skont l-Artikolu 20 jew 21 ta’ din id-Direttiva għandhom jaġixxu indipendentement u m’għandhom jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda korp fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi Komunitarja. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Korpi ta’ appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 4 għandu jkollhom is-setgħa jissospendu jew idawru deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew …’ ”

aqra:

“(b)

għandhom jiġu inseriti l-paragrafi li ġejjin:

‘3a.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għal regolazzjoni tas-suq ex-ante jew għar-riżoluzzjoni ta’ tilwima bejn impriżi skont l-Artikolu 20 jew 21 ta’ din id-Direttiva għandhom jaġixxu indipendentement u m’għandhom jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda korp fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi Komunitarja. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Il-korpi ta’ appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 4 għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew ibiddlu deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ awtorità regolatorja nazzjonali, jew …’ ”

F’paġna 58, Artikolu 1(23), Artikolu ġdid 21(3), l-ewwel subparagrafu,

flok:

“3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kompetenti biex flimkienma jaċċettawx li jirriżolvu d-disputa meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tad-disputa b’mod f’waqtu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.”

aqra:

“3.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji kompetenti biex flimkien ma jaċċettawx li jirriżolvu t-tilwima meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għar-riżoluzzjoni tat-tilwima b’mod f’waqtu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8.”

F’paġna 59, punt (a)(ii) tal-Artikolu 2(3), punt ġdid (ab):

flok:

“ ‘(ab)

f’każijiet iġġustifikati u sal-estent li jkun neċessarju, l-obbligi għall-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti aħħara biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli.’ ”

aqra:

“ ‘(ab)

f’każijiet iġġustifikati u sal-punt li jkun neċessarju, obbligi għall-impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti aħħara biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli.’ ”

F’paġna 60, punt (a) tal-Artikolu 2(8), punt ġdid (a) tal-Artikolu 12(1),

flok:

“ ‘(a)

li jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi u/jew faċilitajiet speċifiċi ta’ netwerks, inkluż aċċess għal elementi ta’ netwerk li mhumiex attivi/jew aċċess disassoċjat għal-linja lokali, sabiex fost oħrajn, ikunu permessi l-għażla u/jew l-għażla minn qabel tal-operaturi u/jew l-offerta ta’ abbonament fil-linja tal-bejgħ mill-ġdid;’;”

aqra:

“ ‘(a)

li jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi u/jew faċilitajiet speċifiċi ta’ netwerks, inkluż aċċess għal elementi ta’ netwerk li mhumiex attivi/jew aċċess disassoċjat għal-linja lokali, sabiex fost oħrajn, ikunu permessi l-għażla u/jew l-għażla minn qabel tal-operaturi u/jew l-offerti ta’ abbonament fil-linja tal-bejgħ mill-ġdid;’;”

F’paġna 61, Artikolu 2(10), punt (c) tal-Artikolu ġdid 13a(2),

flok:

“(c)

…, u fuq partijiet involuti oħrajn, inkluż b’mod partikolari l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni għall-infrastruttura, u kull effett potenzjali fuq il-konsumaturi;”

aqra:

“(c)

…, u fuq partijiet involuti oħrajn, inkluż b’mod partikolari l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni, u kwalunkwe effett konsegwenzjali potenzjali fuq il-konsumaturi;”.