20.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/76


DIRETTIVA 2009/81/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Is-sigurtà nazzjonali għadha r-responsabbiltà unika ta’ kull Stat Membru, kemm fil-qasam tad-difiża u kif ukoll f’dak tas-sigurtà.

(2)

Il-formazzjoni progressiva ta’ Suq Ewropew tat-Tagħmir tad-Difiża huwa essenzjali għat-tisħiħ tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea u għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża tal-Unjoni.

(3)

L-Istati Membri jaqblu dwar il-ħtieġa li tiġi mrawma, żviluppata u sostnuta Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea li tkun ibbażata fuq il-kapaċità, kompetenti u kompetittiva. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, l-Istati Membri jistgħu jużaw għodod differenti, konformement mal-liġi Komunitarja, bil-għan li jkun hemm suq Ewropew ġenwin tat-tdifiża u kondizzjonijiet ugwali kemm fil-livell Ewropew u kif ukoll f’dak internazzjonali. Għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp fil-fond tad-diversità tal-bażi Ewropea tal-fornituri relatati mad-difiża, b’mod partikolari billi jiġi appoġġjat l-involviment tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u fornituri mhux tradizzjonali fil-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea, tiġi mrawma l-koperazzjoni industrijali u jiġu mħeġġa l-fornituri sekondarji effiċjenti u li jirreaġixxu. F’dan il-kuntest, għandhom jikkunsidraw il-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 296 tat-Trattat fil-qasam tal-akkwist tad-difiża u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar Strateġija għal Industrija tad-difiża Ewropea aktar b’Saħħitha u kompetittiva.

(4)

Il-ħolqien ta’ Suq Ewropew tat-Tagħmir tad-Difiża huwa stabbilit permezz ta’ qafas leġislattiv addattat. Fil-qasam tal-kuntratti, dan jeħtieġ koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti biex jiġu ssodisfatti ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-Istati Membri u l-obbligi li jirriżultaw mit-Trattat.

(5)

Biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Novembru 2005 dwar il-Green Paper dwar l-akkwist fil-qasam tad-difiża (3) biex tabbozza direttiva li tqis b’mod partikolari l-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri, filwaqt li tkompli tiżviluppa l-politika barranija u ta’ sigurtà komuni, tippromwovi koeżjoni Ewropea akbar u tippreserva l-irwol tal-Unjoni bħala “poter ċivili”.

(6)

Il-koordinazzjoni aħjar tal-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti, pereżempju għal kuntratti li jirrigwardjaw is-servizzi tal-loġistika, it-trasportazzjoni u l-magazzinaġġ ukoll għandha l-potenzjal li tnaqqas l-ispejjeż fis-settur tad-difiża u li tnaqqas b’mod sinifikanti l-impatt ambjentali tas-settur.

(7)

Dawn il-proċeduri għandhom jirriflettu l-approċċ globali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà, li jissodisfa l-evoluzzjonijiet tal-ambjent strateġiku. Fil-fatt, il-feġġ ta’ theddid asimetriku u transnazzjonali wassal biex jiċċajpru l-limiti bejn sigurtà esterna u interna, militari u mhux militari.

(8)

It-tagħmir tad-difiża u s-sigurtà huwa vitali kemm għas-sigurtà u s-sovranità tal-Istati Membri kif ukoll għall-awtonomija tal-Unjoni Ewropea. B’riżultat ta’ dan, l-akkwisti ta’ oġġetti u ta’ servizzi fis-settur tad-difiża u s-sigurtà huma ta’ sikwit ta’ natura sensittiva.

(9)

Din tirriżulta f’rekwiżiti speċifiċi, b’mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà tal-provvista u tas-sigurtà tal-informazzjoni. Dawn ir-rekwiżiti jikkonċernaw l-aktar l-akkwisti ta’ armi, ta’ munizzjon u ta’ materjal tal-gwerra għall-forzi armati (kif ukoll is-servizzi u x-xogħlijiet marbuta direttament magħhom), kif ukoll ċerti akkwisti partikolarment sensittivi fil-qasam tas-sigurtà mhux militari. F’dawn l-oqsma, in-nuqqas ta’ sistemi li japplikaw fl-UE kollha jfixkel il-ftuħ tas-swieq tad-difiża u tas-sigurtà bejn l-Istati Membri. Din is-sitwazzjoni teħtieġ titjib rapidu. Sistema li tapplika fl-UE kollha dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, li tkun tinkludi r-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali u li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn awtoritajiet/entitajiet kontraenti u kumpaniji Ewropej, tkun partikolarment utli. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri konkreti biex itejbu s-sigurtà tal-provvista bejniethom filwaqt li jimmiraw li tiġi stabbilita b’mod progressiv sistema ta’ garanziji xierqa.

(10)

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-tagħmir militari għandu jinftiehem b’mod partikolari bħala t-tipi ta’ prodotti inklużi fil-lista ta’ armi, munizzjonijiet u materjal tal-gwerra adottata mill-Kunsill fid-Deċiżjoni 255/58 tal-15 ta’ April 1958 (4), u l-Istati Membri jistgħu jillimitaw ruħhom għal din il-lista biss meta jkunu qed jittrasponu din id-Direttiva. Din il-lista tinkludi biss tagħmir li hu ddisinjat, żviluppat u prodott għal skopijiet speċifikament militari. Madankollu, il-lista hija ġenerika u għandha tiġi interpretata b’mod wiesa’ fid-dawl tal-karattru li qed jevolvi tat-teknoloġija, il-politiki tal-akkwist u r-rekwiżiti militari li jwasslu għall-iżvilupp ta’ tipi ġodda ta’ tagħmir, pereżempju fuq il-bażi tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu “tagħmir militari” għandu jkopri wkoll prodotti li, għalkemm inizjalment iddisinjati għal użu ċivili, jiġu aktar tard adattati għal skopijiet militari biex jintużaw bħala armi, munizzjonijiet jew materjal tal-gwerra.

(11)

Fil-qasam speċifiku tas-sigurtà mhux militari, din id-Direttiva għandha tapplika għal akkwisti li għandhom karatteristiċi simili għal dawk tal-akkwisti fil-qasam tad-difiża u huma sensittivi daqshom. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari f’oqsma fejn il-forzi militari u dawk mhux militari jikkoperaw biex iwettqu l-istess missjonijiet u/jew fejn l-iskop tal-akkwist huwa li titħares is-sigurtà tal-Unjoni u/jew tal-Istati Membri fit-territorju tagħhom stess jew lil hinn minnu kontra theddid serju minn sorsi mhux militari u/jew mhux governattivi. Dan jista’ jinvolvi, pereżempju, il-ħarsien tal-fruntieri, l-attivitajiet tal-pulizija u l-missjonijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet.

(12)

Din id-Direttiva għandha tikkunsidra l-ħtiġijiet tal-awtorità/entità kontraenti tul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tal-prodotti, jiġifieri r-riċerka u l-iżvilupp, l-iżvilupp industrijali, il-produzzjoni, it-tiswija, il-modernizzazzjoni, il-modifikazzjoni, il-manutenzjoni, il-loġistika, it-taħriġ, l-ittestjar, l-irtirar u l-eliminazzjoni. Dawn l-istadji jistgħu jinkludu, pereżempju, l-istudji, l-evalwazzjoni, il-ħżin, it-trasport, l-integrazzjoni, il-manutenzjoni, l-iżmantellazzjoni, il-qerda u s-servizzi l-oħra kollha li jiġu wara d-disinjar inizjali. Xi kuntratti jistgħu jinkludu l-provvista ta’ partijiet, komponenti u/jew immuntar li jkollhom jiġu inkorporati fil-prodotti jew imwaħħla magħhom, u/jew il-provvista ta’ għodod, faċilitajiet ta’ ttestjar jew appoġġ speċifiċi.

(13)

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu “riċerka u żvilupp” għandu jkopri r-riċerka fundamentali, ir-riċerka applikata u l-iżvilupp sperimentali. Ir-riċerka fundamentali tikkonsisti f’ħidma sperimentali jew teoretika mwettqa primarjament bil-ħsieb li jinkiseb għerf ġdid rigward il-bażi tal-fenomeni u tal-fatti li jistgħu jiġu osservati, mingħajr ma jkunu previsti xi applikazzjoni jew użu partikulari. Ir-riċerka applikata tikkonsisti wkoll f’xogħlijiet oriġinali mwettqa bil-ħsieb li jinkiseb għerf ġdid. Madankollu, hija mmirata primarjament lejn għan jew objettiv prattiku partikolari. L-iżvilupp sperimentali jikkonsisti f’ħidma bbażata fuq għerf eżistenti miksub mir-riċerka u/jew l-esperjenza prattika bil-ħsieb li tinbeda l-manifattura ta’ materjali, prodotti jew tagħmir ġodda, li jiġu stabbiliti proċessi, sistemi u servizzi ġodda jew li jittejbu b’mod konsiderevoli dawk li diġà jeżistu. L-iżvilupp sperimentali jista’ jinkludi l-produzzjoni ta’ dimostraturi teknoloġiċi, jiġifieri tagħmir biex jintwerew il-prestazzjonijiet ta’ kunċett jew teknoloġija ġodda f’ambjent rilevanti jew rappreżentattiv.

Ir-riċerka u l-iżvilupp ma jinkludux it-twettiq u l-kwalifikazzjoni ta’ prototipi ta’ qabel il-produzzjoni, l-għodod u l-inġinerija industrijali, id-disinjar industrijali jew manifattura.

(14)

Din id-Direttiva għandha tikkunsidra l-ħtiġijiet tal-awtorità/entità kontraenti għal xogħlijiet u servizzi li, għalkemm mhux konnessi direttament mal-provvista ta’ tagħmir militari jew tagħmir sensittiv, huma neċessarji biex jiġu ssodisfatti ċerti rekwiżiti militari jew tas-sigurtà.

(15)

L-għoti ta’ kuntratti konklużi fl-Istati Membri, minn entitajiet kontraenti kif imsemmi fid-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (5) u minn awtoritajiet kontraenti kif imsemmi fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (6), huwa suġġett għall-konformità mal-prinċipji tat-Trattat, u b’mod partikolari l-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà tal-provvista tas-servizzi, kif ukoll il-prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħall-ugwaljanza tat-trattament, in-non-diskriminazzjoni, l-għarfien reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza.

L-obbligi tat-trasparenza u tal-kompetizzjoni għal kuntratti li huma taħt il-limiti tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri konformement ma’ dawk il-prinċipji u filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, sitwazzjonijiet fejn hemm interess transkonfinali. B’mod partikolari, għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri biex jiddeterminaw l-aktar arranġamenti adatti biex jingħataw dawn il-kuntratti.

Għal kuntratti ‘il fuq minn ċertu valur, huwa rrakkomandat li jitfasslu dispożizzjonijiet fil-qasam tal-koordinazzjoni Komunitarja ta’ proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti li huma bbażati fuq dawn il-prinċipji, b’mod li jiġu garantiti l-effetti tagħhom u iktar kompetizzjoni fil-kuntratti. Dawn id-dispożizzjonijiet ta’ koordinazzjoni għandhom għalhekk ikunu interpretati konformement kemm mar-regoli u l-prinċipji msemmija qabel kif ukoll mar-regoli l-oħra tat-Trattat.

(16)

L-Artikoli 30, 45, 46, 55 u 296 tat-Trattat jipprevedu eċċezzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fit-Trattat u, b’konsegwenza, għall-applikazzjoni tal-liġi derivata minnhom. B’hekk jirriżulta li ebda dispożizzjoni tad-Direttiva m’għandha timpedixxi li jiġu imposti jew applikati l-miżuri li huma kkunsidrati meħtieġa għas-salvagwardja tal-interessi rikonoxxuti bħala leġittimi minn dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

Dan ifisser b’mod partikolari li l-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu eżentati minn dan tal-aħħar fejn dan ikun iġġustifikat minħabba raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew ikun meħtieġ għall-ħarsien ta’ interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stat Membru. Dan jista’ jkun il-każ fir-rigward ta’ kuntratti fl-oqsma kemm tad-difiża u kif ukoll tas-sigurtà li jeħtieġu rekwiżiti ta’ sigurtà tal-provvista tant onerużi, jew li huma tant kunfidenzjali u/jew importanti għas-sovranità nazzjonali, li anke d-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva ma jkunux biżżejjed biex jissalvagwardjaw l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, li d-definizzjoni tagħhom hija r-responsabbiltà unika tal-Istati Membri.

(17)

Madankollu, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-possibbiltà li jsir rikors għal eċċezzjonijiet bħal dawn għandha tkun interpretata b’mod li l-effetti tagħhom ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi li dawk l-Artikoli tat-Trattat huma ntiżi li jissalvagwardjaw. Għalhekk, in-non applikazzjoni ta’ din id-Direttiva trid tkun proporzjonali għall-għanijiet li jridu jinkisbu waqt li xxekkel mill-inqas possibbli l-moviment liberu tal-merkanzija, u l-libertà tal-provvista ta’ servizzi.

(18)

Il-kuntratti għal armi, munizzjon u materjal tal-gwerra li jingħataw minn awtoritajiet/entitajiet kontraenti li joperaw fil-qasam tad-difiża huma esklużi mill-kamp tal-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kuntratti Pubbliċi (GPA) milħuq fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-kuntratti l-oħra koperti minn din id-Direttiva huma wkoll esklużi mill-applikazzjoni tal-GPA taħt l-Artikolu XXIII ta’ din il-Ftehim. L-Artikolu 296 tat-Trattat KE u l-Artikolu XXIII(1) tiegħu għandhom ambitu differenti u huma suġġetti għal standards differenti ta’ stħarriġ ġudizzjarju. L-Istati Membri jistgħu xorta joqogħdu fuq l-Artikolu XXIII(1) tal-GPA f’sitwazzjonijiet fejn l-Artikolu 296 tat-Trattat KE ma jistax jiġi invokat. Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għaldaqstant iridu jissodisfaw kondizzjonijiet differenti biex jiġu applikati.

Din l-esklużjoni tfisser ukoll li fil-kuntest speċifiku tas-swieq tad-difiża u s-sigurtà, l-Istati Membri jżommu s-setgħa li jiddeċiedu jekk l-awtorità/entità kontraenti tagħhom tistax tħalli operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi jipparteċipaw jew le fil-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti. Għandhom jieħdu dik id-deċiżjoni għal raġunijiet ta’ kwalità meta mqabbla mal-prezz, filwaqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa ta’ Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea tad-difiża li tkun kompetittiva fil-livell globali, l-importanza ta’ swieq miftuħa u ekwi, u l-ksib ta’ benefiċċji reċiproċi. L-Istati Membri għandhom jagħmlu pressjoni biex ikun hawn swieq dejjem aktar miftuħa. Is-sħab tagħhom ukoll għandhom juru ftuħ, fuq il-bażi ta’ regoli mifthiema internazzjonalment, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompetizzjoni miftuħa u ġusta.

(19)

Kuntratt ikun ikkunsidrat bħala kuntratt ta’ xogħlijiet biss jekk is-suġġett tiegħu jinkludi speċifikament l-eżekuzzjoni ta’ attivitajiet taħt id-Diviżjoni 45 tal-“Vokabularju Komuni tal-Akkwist” imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-vokabularju komuni tal-akkwist (CPV) (7) (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “CPV”), anke jekk il-kuntratt jinkludi servizzi oħrajn meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Il-kuntratti ta’ servizzi jistgħu, f’ċerti każijiet, jinkludu xogħlijiet. Madankollu, fejn dawn ix-xogħlijiet ikunu inċidentali għas-suġġett prinċipali tal-kuntratt, u huma biss konsegwenza possibbli jew kumpliment tiegħu, tali xogħlijiet ma jistgħux jiġġustifikaw il-klassifikazzjoni tal-kuntratt bħala kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet.

(20)

Il-kuntratti tad-difiża u s-sigurtà sikwit ikun fihom informazzjoni kklassifikata li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat ikunu jeħtieġu, għal raġunijiet ta’ sigurtà, biex jitħarsu minn aċċess mhux awtorizzat. Fil-qasam militari, l-Istati Membri għandhom sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni għal skopijiet militari. Iżda fir-rigward tal-qasam tas-sigurtà mhux militari, hemm iżjed diversità fil-prattika tal-Istati Membri, fejn informazzjoni oħra trid tiġi protetta l-istess mod. Għalhekk huwa kunsiljabbli li jintuża kunċett li jikkunsidra d-diversità tal-prassi tal-Istati Membri u li jista’ jinkludi l-oqsma militari u mhux militari. Madankollu, fejn meħtieg, il-kuntratti pubbliċi f’dawn l-oqsma m’għandhomx jaffettwaw l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni 2001/844/KE l-KEFA, l-Euratom tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-regoli interni tal-Proċeduri (8) jew id-Deċiżjoni 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill (9).

Barra minn hekk, l-Artikolu 296(1) tat-Trattat jipprovdi lill-Istati Membri l-possibbiltà li jeżentaw kuntratti fl-oqsma kemm tad-difiża u kif ukoll tas-sigurtà mir-regoli ta’ din id-Direttiva jekk l-applikazzjoni tagħha tobbligahom jagħtu informazzjoni li l-iżvelar tagħha jikkunsidrawh li jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom. Dan jista’ jkun il-każ partikolarment jekk il-kuntratti jkunu tant sensittivi li l-eżistenza biss tagħhom għandha tinżamm sigrieta.

(21)

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu użu minn strumenti ta’ ftehim qafas, u għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta definizzjoni ta’ ftehim qafas u regoli speċifiċi. Skond dawn ir-regoli, meta awtorità/entità kontraenti tikkonkludi ftehim qafas konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw, notevolment, ir-reklamar, il-limiti ta’ żmien u l-kondizzjonijiet għas-sottomissjoni tal-offerti, din tista’ tidħol f’kuntratti bbażati fuq dan il-ftehim qafas sakemm dan jibqa’ validu jew billi tapplika l-kondizzjonijiet stabbiliti fih jew, jekk il-kondizzjonijiet ma kinux kollha stabbiliti minn qabel, billi terġa’ tiftaħ is-sejħa għall-offerti minn fost il-partijiet għalih. Il-ftuħ mill-ġdid għall-offerti għandu jkun konformi ma ċerti regoli li l-għan tagħhom ikun li jiggarantixxu l-flessibbiltà u r-rispett meħtieġa tal-prinċipji ġenerali, notevolment il-prinċipju tal-ugwaljanza ta’ trattament. Għal dawn ir-raġunijiet, it-tul ta’ żmien tal-ftehim qafas għandu jkun limitat u m’għandux jaqbeż is-seba’ snin, ħlief f’każijiet li jkunu debitament iġġustifikati mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti.

(22)

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jużaw metodi tekniċielettroniċi ta’ xiri, sakemm l-użu tagħhom isir b’rispett tar-regoli stabbiliti minn din id-Direttiva u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza ta’ trattament, ta’ non-diskriminazzjoni u ta’ trasparenza. Billi hemm ċans li l-użu tat-teknika tal-irkanti elettroniċi jiżdied, dawn l-irkanti għandhom jiġu mogħtija definizzjoni Komunitarja u jkunu rregolati b’regoli speċifiċi sabiex jassiguraw li dawn joperaw skont dawk il-prinċipji. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għall-irkanti elettroniċi li jittrattaw biss kuntratti għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li għalihom l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jkunu ddeterminati bi preċiżjoni. Dan jista’ b’mod partikolari jkun il-każ għall-kuntratti rikorrenti ta’ provvisti, xogħlijiet u servizzi. Bl-istess għan, għandu jkun possibbli wkoll li tiġi stabbilita klassifika rispettiva tal-persuni li jagħmlu l-offerti f’kull stadju tal-irkant elettroniku. Bl-għajnuna tal-irkanti elettroniċi, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jitolbu lil dawk li jitfgħu l-offerti biex jissottomettu prezzijiet ġodda, riveduti ‘l isfel, u meta l-kuntratt jiġi assenjat lill-offerta l-aktar vantaġġjuża ekonomikament, anke biex jittejbu l-elementi tal-offerti li mhumiex il-prezzijiet. Biex tiġi assigurata l-konformità mal-prinċipju tat-trasparenza, huma biss dawk l-elementi li jistgħu jiġu evalwati awtomatikament b’mezzi elettroniċi, mingħajr intervent u/jew apprezzament mill-awtorità/entità kontraenti, li jistgħu jkunu l-oġġett ta’ irkanti elettroniċi, jiġifieri, dawk l-elementi biss li huma kwantifikabbli sabiex ikunu jistgħu jiġu espressi f’ċifri jew persentaġġi. Min-naħa l-oħra, dawk l-aspetti tal-offerti li jimplikaw apprezzament ta’ elementi li mhumiex kwantifikabbli m’għandhomx ikunu l-oġġett ta’ rkanti elettroniċi. Konsegwentement, ċerti kuntratti għal xogħlijiet u ċerti kuntratti għal servizzi li għandhom bħala s-suġġett tagħhom eżekuzzjonijiet intellettwali, bħal ma huma xogħlijiet ta’ disinni, m’għandhomx ikunu l-oġġett ta’ rkanti elettroniċi.

(23)

Il-metodi tekniċi ċentralizzati ta’ xiri jgħinu biex tiżdied il-kompetizzjoni u jiġi ssimplifikat ix-xiri. Konsegwentement, l-Istati Membri għandhom jitħallew jipprevedu li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jixtru prodotti, xogħlijiet u/jew servizzi permezz ta’ korp ċentrali għall-akkwisti. Għandu għaldaqstant ikun hemm dispożizzjoni għal definizzjoni Komunitarja tal-korpi ċentrali għall-akkwisti u tal-kondizzjonijiet li bihom, skont il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jixtru xogħlijiet, provvisti u/jew servizzi permezz ta’ korpi ċentrali għall-akkwisti jkunu jistgħu jiġu meqjusa li kkonformaw ma’ din id-Direttiva. Awtorità/entità kontraenti, li hi obbligata tapplika din id-Direttiva, għandha f’kull każ tkun eliġibbli biex taġixxi ta’ korp ċentrali għall-akkwisti. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa wkoll li jinnominaw korpi pubbliċi Ewropej mhux suġġetti għal din id-Direttiva, bħall-Aġenzija tad-Difiża Ewropea, bħala korpi ċentrali għall-akkwisti, sakemm dawn il-korpi japplikaw fir-rigward ta’ dawk ix-xirjiet regoli li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva.

(24)

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jsibu ruħhom obbligati li jagħtu kuntratt wieħed għal akkwisti koperti parzjalment minn din id-Direttiva, bil-bqija li taqa’ fl-ambitu tad-Direttiva 2004/17/KE jew tad-Direttiva 2004/18/KE, jew li ma tkunx suġġetta la għal din id-Direttiva, la għad-Direttiva 2004/17/KE u lanqas għad-Direttiva 2004/18/KE. Dan japplika meta l-kuntratti rilevanti ma jistgħux, għal raġunijiet oġġettivi, jiġu separati u mogħtija permezz ta’ kuntratti separati. F’każijiet bħal dawn l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħtu kuntratt wieħed sakemm id-deċiżjoni tagħhom ma tkunx qed tittieħed biex jiġu esklużi kuntratti mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jew tad-Direttiva 2004/17/KE jew tad-Direttiva 2004/18/KE.

(25)

Il-multiplikazzjoni tan-numru ta’ limiti tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkoordinati tikkomplika l-affarijiet għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti. Meta jitqies il-valur medju tal-kuntratti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, huwa xieraq li jiġu allinjati l-limiti ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mal-limiti li l-entitajiet kontraenti għandhom diġà jirrispettaw fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE. Il-limiti ta’ din id-Direttiva għandhom ukoll ikunu riveduti flimkien ma’ dawk tad-Direttiva 2004/17/KE meta dawn il-limiti tal-aħħar jiġu riveduti.

(26)

Barra minn hekk, għandu jkun hemm provvediment għall-każijiet fejn id-Direttiva ma tapplikax minħabba li japplikaw regoli speċifiċi għall-għoti ta’ kuntratti, li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali jew arranġamenti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Ir-regoli skont ċerti strumenti ta’ ftehim relatati mal-istazzjonar ta’ truppi minn Stat Membru fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz jew mal-istazzjonar ta’ truppi minn pajjiż terz fi Stat Membru għandhom ukoll jeskludu l-użu tal-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti li jinsabu f’din id-Direttiva. Din id-Direttiva m’għandha tapplika la għal kuntratti mogħtija minn organizzazzjonijiet internazzjonali għall-finijiet tagħhom, u lanqas għal kuntratti li jridu jingħataw minn Stat Membru skont ir-regoli li huma speċifiċi għal dawn l-organizzazzjonijiet.

(27)

Fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà, xi kuntratti huma tant sensittivi li ma jkunx xieraq li tiġi applikata din id-Direttiva, minkejja l-ispeċifiċità tagħha. Dan ikun il-każ fir-rigward ta’ kuntratti mogħtija mis-servizzi sigrieti, jew kuntratti għal kull tip ta’ attivitajiet tas-servizzi sigrieti, inklużi l-attivitajiet tal-kontrospjunaġġ, kif definiti mill-Istati Membri. Huwa l-każ ukoll għal xiri ieħor partikolarment sensittiv li jeħtieġ livell estremament għoli ta’ kunfidenzjalità, bħal, pereżempju, ċertu xiri maħsub għall-ħarsien tal-fruntieri jew għall-ġlieda kontra t-terroriżmu jew il-kriminalità organizzata, xirjiet relatati mal-“encryption”, jew xirjiet maħsub speċifikament għal attivitajiet li jsiru bil-moħbi jew attivitajiet ugwalment sensittivi mwettqa mill-forzi tal-pulizija u tas-sigurtà.

(28)

L-Istati Membri ta’ spiss iwettqu programmi koperattivi biex jiżviluppaw tagħmir tad-difiża flimkien. Programmi bħal dawn huma partikolarment importanti, għax jgħinu biex jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda u jbatu l-ispejjeż għolja tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ sistemi kumplessi tal-armi. Uħud minn dawn il-programmi huma ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, jiġifieri l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Konġunta fil-qasam tal-Armamenti (OCCAR) u n-NATO (permezz ta’ aġenziji speċifiċi), jew minn aġenziji tal-Unjoni Ewropea bħall-Aġenzija tad-Difiża Ewropea, li mbagħad jagħtu kuntratti f’isem l-Istati Membri. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal kuntratti bħal dawn. Għal programmi koperattivi oħra bħal dawn, il-kuntratti huma mogħtija minn awtoritajiet/entitajiet kontraenti ta’ Stat Membru wieħed anke f’isem Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħrajn. F’dawn il-każijiet ukoll, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika.

(29)

Fil-każ li l-forzi armati jew il-forzi tas-sigurtà tal-Istati Membri jmexxu operazzjonijiet barra mill-fruntieri tal-Unjoni Ewropea u meta jkollu jsir hekk minħabba r-rekwiżiti operazzjonali, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jintbagħtu fiż-żona tal-operazzjonijiet għandhom ikunu awtorizzati biex ma japplikawx ir-regoli ta’ din id-Direttiva meta huma jagħtu kuntratti lill-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu fiż-żona tal-operazzjonijiet, inkluż għal skopijiet ċivili konnessi direttament mat-twettiq ta’ dawk l-operazzjonijiet.

(30)

Meta titqies l-ispeċifiċità tas-settur tad-difiża u s-sigurtà, ix-xiri ta’ tagħmir kif ukoll ta’ xogħlijiet u ta’ servizzi minn gvern mingħand gvern ieħor għandu jiġi eskluż mill-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(31)

Fil-kuntest tas-servizzi, il-kuntratti għall-akkwist jew il-kiri ta’ proprjetà immobbli jew id-drittijiet għal din il-proprjetà għandhom karatteristiċi partikolari li jagħmlux xierqa l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist.

(32)

Is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni huma s-soltu pprovduti minn korpi jew individwi li huma maħtura jew magħżula b’mod li mhux irregolat mir-regoli tal-akkwist.

(33)

Huma fdati wkoll servizzi finanzjarji lil persuni jew korpi b’kondizzjonijiet li mhumiex kompatibbli mal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist.

(34)

Taħt l-Artikolu 163 tat-Trattat, l-inkoraġġiment tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku huwa mezz kif tissaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika tal-industrija tal-Komunità, u l-ftuħ ta’ kuntratti ta’ servizzi jikkontribbwixxi għal dan il-għan. Din id-Direttiva m’għandhiex tkopri l-kofinanzjament ta’ programmi ta’ riċerka u ta’ żvilupp. il-kuntratti ta’ Riċerka u żvilupp li mhumiex dawk fejn il-benefiċċji jkunu esklussivament tal-awtorità/entità kontraenti għall-użu tagħha fl-eżerċizzju tal-attività tagħha, dment li s-servizz ipprovdut ikun imħallas b’mod sħiħ mill-awtorità/entità kontraenti, mhumiex għaldaqstant koperti minn din id-Direttiva.

(35)

L-impjieg u x-xogħol huma elementi essenzjali għall-garanzija ta’ opportunitajiet ugwali għal kulħadd u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni fis-soċjetà. F’dan il-kuntest, workshops protetti u programmi ta’ impjiegi protetti jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-integrazzjoni jew ir-riintegrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltajiet fis-suq tax-xogħol. Madankollu, workshops bħal dawn jaf ma jkunux jistgħu jerbħu kuntratti f’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, huwa xieraq li jiġi previst li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirriżervaw għal dawn il-workshops id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti jew jirriżervaw it-twettiq tal-kuntratti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjieg protetti.

(36)

Sabiex tiġi applikata din id-Direttiva għall-kuntratti tas-servizzi li huma inklużi fl-ambitu tagħha u għal skopijiet ta’ monitoraġġ, is-servizzi għandhom jiġu sottodiviżi f’kategoriji li jikkorrispondu għal intestaturi partikolari tal-klassifikazzjoni tas-CPV u jinġabru flimkien f’żewġ Annessi, skont is-sistema li huma suġġetti għaliha. Rigward servizzi fl-Anness Ia, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva għandhom m’għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ regoli Komunitarji speċifiċi għas-servizzi kkonċernati. Madankollu, biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva minflok dawk tad-Direttiva 2004/17/KE jew tad-Direttiva 2004/18/KE, għandu jiġi stabbilit li l-kuntratti tas-servizzi rilevanti huma inklużi fl-ambitu tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(37)

Rigward il-kuntratti tas-servizzi, l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva għandha tkun limitata, għal perjodu tranżitorju, għal kuntratti fejn id-dispożizzjonijiet tagħha jkunu jippermettu li jiġi realizzat il-potenzjal sħiħ għal aktar kummerċ transkonfinali. Kuntratti għal servizzi oħra jeħtieġu li jiġu mmonitorjati matul dan il-perjodu trażitorju qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva.

(38)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jippermettu l-ftuħ tal-kuntratti għall-kompetizzjoni. Għal dan il-għan, għandha tkun possibbli s-sottomissjoni ta’ offerti li tirrifletti d-diversità tas-soluzzjonijiet tekniċi. Biex dan isir, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom, min-naħa l-waħda, jiġu stabbiliti abbażi ta’ prestazzjoni u ta’ rekwiżiti funzjonali. Min-naħa l-oħra, fejn issir referenza għall-istandard Ewropew — jew għall-istandards internazzjonali jew nazzjonali, inklużi dawk speċifiċi għall-qasam tad-difiża — offerti bbażati fuq soluzzjonijiet ekwivalenti oħra għandhom ikunu kkunsidrati mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti. Din l-ekwivalenza tista’ tkun notevolment evalwata b’relazzjoni mar-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u ta’ effikaċja operazzjonali. Sabiex tiġi ppruvata l-ekwivalenza, l-offerent għandu jkun jista’ juża kull tip ta’ evidenza. L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jipprovdu raġuni għal kull deċiżjoni fejn xi ekwivalenza ma teżistix f’xi każ speċifiku. Jeżistu wkoll ftehim internazzjonali ta’ standardizzazzjoni li jimmiraw li jiżguraw l-interoperabbiltà tal-forzi armati u li jista’ jkollhom forza ta’ res judicata fl-Istati Membri. Fil-każ li japplika wieħed minn dawn il-ftehim, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jesiġu l-konformità tal-offerti mal-istandards deskritti f’dawn il-ftehim. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu indikati b’mod ċar, b’mod li l-offerent jaf x’ikopru l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti.

(39)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u l-informazzjoni supplementari dwar il-kuntratti għandhom jiġu elenkati fl-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ kull kuntratt jew f’kull dokument ekwivalenti, skont il-prattika fl-Istati Membri.

(40)

Is-subkuntratturi potenzjali m’għandhomx jiġu ddiskriminati minħabba n-nazzjonalità Fil-kuntest tad-difiża u s-sigurtà, jista’ jkun xieraq għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jobbligaw lill-offerent li jingħata kuntratt biex jorganizza kompetizzjoni trasparenti u mhux diskriminatorja meta jagħti subkuntratti lil partijiet terzi. Dan l-obbligu jista’ japplika għas-subkuntratturi kollha jew biss għal subkuntratturi speċifiċi magħżula mill-awtorità/entità kontraenti.

Barra minn hekk, jidher li hu xieraq li d-dritt tal-offerent li jagħti subkuntratti jiġi kkumplimentat billi tiġi offerta l-għażla lill-Istat Membru biex jippermetti jew jirrikjedi lill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tiegħu biex jitolbu li subkuntratti li jirrappreżentaw mill-inqas ċertu sehem tal-valur tal-kuntratt jingħataw lil partijiet terzi bil-ftehim li impriżi relatati ma jiġux ikkunsidrati bħala partijiet terzi. Meta jiġi rikjest sehem bħal dan, l-offerent li jingħata kuntratt għandu jagħti subkuntratti wara kompetizzjoni trasparenti u mhux diskriminatorja, sabiex l-impriżi interessati kollha jkollhom l-istess opportunita’ li jibbenefikaw mill-vantaġġi tal-għoti ta’ subkuntratti. Fl-istess ħin, m’għandux jiġi kompromess it-tħaddim xieraq tal-katina tal-provvista ta’ offerent li jingħata kuntratt. Għaldaqstant, il-persentaġġ li jista’ jingħata f’subkuntratti lil partijiet terzi meta l-awtorità/entità kontraenti titlob li jsir hekk għandu jirrifletti l-oġġett u l-valur tal-kuntratt b’mod xieraq.

Matul proċedura innegozjata jew djalogu kompetittiv li jirrikjedu li jingħataw subkuntratti, l-awtorità/entità kontraenti u dawk li jagħmlu l-offerti jistgħu jiddiskutu r-rekwiżiti jew ir-rakkomandazzjonijiet li jeħtieġu li jingħataw subkuntratti bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-awtorità/entità kontraenti tkun informata b’mod sħiħ dwar l-impatti ta’ għażliet differenti ta’ għoti ta’ subkuntratti b’mod partikolari fir-rigward tal-ispiża, il-kwalità jew r-riskju. Fi kwalunkwe każ, is-subkuntratturi li jiġu proposti inizjalment minn offerent li jingħata kuntratt għandhom ikunu ħielsa li jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet organizzati għall-għoti ta’ subkuntratti.

Fil-kuntest tas-swieq tad-difiża u s-sigurtà, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu wkoll l-iżvilupp u t-tixrid tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri u l-industrija Ewropea bil-ħsieb li jiġu mħeġġa l-moviment liberu u l-kompetittività fis-swieq tal-Unjoni Ewropea għall-għoti tas-subkuntratti, kif ukoll il-ġestjoni effettiva tal-fornituri u tal-SMEs biex tinkiseb l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil dawk kollha li jirbħu l-offerti l-benefiċċji tat-tfigħ ta’ offerti b’mod trasparenti u kompetittiv u tad-diversità tal-fornituri għall-proċess tal-għoti tas-subkuntratti, u għandhom jiżviluppaw u jxerrdu l-aħjar prattika fir-rigward tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista fis-swieq tad-difiża u s-sigurtà.

(41)

Il-kondizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji u li jkunu indikati fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet.

(42)

B’mod partikolari, il-kondizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt jistgħu jinkludu rekwiżiti mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti fir-rigward tas-sigurtà tal-informazzjoni u s-sigurtà tal-provvista. Dawn ir-rekwiżiti huma partikolarment importanti minħabba n-natura sensittiva tat-tagħmir kopert minn din id-Direttiva u jikkonċernaw il-katina sħiħa tal-provvista.

(43)

Biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-informazzjoni, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu b’mod partikolari li jittieħdu impenji kemm mingħand il-kuntrattur u kif ukoll mingħand is-subkuntrattur li se jħarsu l-informazzjoni kklassifikata minn aċċess mhux awtorizzat u jistgħu jirrikjedu wkoll informazzjoni suffiċjenti dwar il-kapaċità tagħhom li jagħmlu dan. Fin-nuqqas ta’ sistema Komunitarja dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, huwa f’idejn l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jew l-Istati Membri li jiddefinixxu dawn ir-rekwiżiti konformement mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħhom u li jiddeterminaw jekk jikkunsidrawx l-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà maħruġa konformement mal-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom stess.

(44)

Is-sigurtà tal-provvista tista’ tfisser varjetà akbar ta’ rekwiżiti, li jinkludu, per eżempju, ir-regoli interni tal-intrapriża bejn il-kumpaniji sussidjarji u l-kumpanija prinċipali fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jew il-forniment ta’ kapaċitajiet kritiċi, ta’ manutenzjoni jew ta’ reviżjoni biex jiġi żgurat l-appoġġ għat-tagħmir li jkun inxtara tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu.

(45)

Fil-każijiet kollha, l-ebda kondizzjoni ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt m’għandha tappartjeni għal rekwiżiti oħrajn ħlief dawk relatati mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt innifsu.

(46)

Il-liġijiet, ir-regoli, u l-ftehim kollettiv, kemm nazzjonali u Komunitarji, li huma fis-seħħ fl-oqsma tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, japplikaw matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, bil-kondizzjoni li dawn ir-regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. F’sitwazzjonijiet transkonfini, fejn il-ħaddiema minn Stat Membru wieħed jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor għall-fini ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (10) tistipula l-kondizzjonijiet minimi li għandhom jiġu osservati mill-pajjiż ospitanti fir-rigward tal-ħaddiema sekondati. Jekk il-liġi nazzjonali jkun fiha dispożizzjonijiet f’dan ir-rigward, in-non-konformità ma’ dawk l-obbligi tista’ tiġi kkunsidrata bħala kondotta serjament skorretta jew reat li jikkonċerna l-kondotta professjonali tal-operatur ekonomiku involut, li jista’ jwassal għall-esklużjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt.

(47)

Il-kuntratti koperti minn din id-Direttiva huma kkaratterizzati minn rekwiżiti partikolari f’termini ta’ kumplessità, sigurtà ta’ informazzjoni jew sigurtà ta’ provvista. Spiss ikun meħtieġ negozjar estensiv waqt l-għoti ta’ kuntratt sabiex jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti. B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, kif ukoll il-proċedura ristretta, għal kuntratti koperti minn din id-Direttiva.

(48)

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jwettqu proġetti partikolarment kumplessi jistgħu, mingħajr ebda nuqqas min-naħa tagħhom, isibuha oġġettivament impossibbli li jiddefinixxu l-mezzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom jew biex jevalwaw dak li s-suq jista’ joffri bħala soluzzjonijiet tekniċi u/jew soluzzjonijiet finanzjarji/legali. Din is-sitwazzjoni tista’ tippreżenta ruħha b’mod partikolari fil-każ ta’ twettiq ta’ proġetti li jeħtieġu l-integrazzjoni jew il-kombinazzjoni ta’ diversi kapaċitajiet teknoloġiċi jew operazzjonali, jew it-twettiq ta’ proġetti li jinvolvu finanzjament kumpless u strutturat, fejn il-pakkett finanzjarju u ġuridiku ma jistax jiġi definit bil-quddiem. F’dan il-każ, l-użu tal-proċedura ristretta u tal-proċedura negozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt ma tkunx fattibbli, minħabba li ma jkunx possibbli li l-kuntratt ikun iddefinit b’mod preċiż biżżejjed li jippermetti lill-kandidati jagħmlu l-offerti tagħhom. Għalhekk huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal proċedura flessibbli li tiżġura l-kompetizzjoni bejn operaturi ekonomiċi u tippermetti lill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jiddiskutu l-aspetti kollha tal-kuntratt ma’ kull kandidat. Madankollu, din il-proċedura m’għandhiex tintuża b’mod li tirrestrinġi jew ixxekkel il-kompetizzjoni, b’mod partikolari bil-modifiki ta’ elementi fundamentali tal-offerti, jew bl-impożizzjoni ta’ elementi ġodda sostanzjali lil offerent li jingħata kuntratt, bl-involviment ta’ kull offerent ieħor barra dak li għamel l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża.

(49)

Qabel it-tnedija ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu, billi jużaw djalogu tekniku, ifittxu jew jaċċettaw pariri li jistgħu jiġu użati fil-preparazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, sakemm, madankollu, tali pariri ma jkollhomx l-effett li jeskludu l-kompetizzjoni.

(50)

L-użu tal-proċedura negozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt jista’ jkun impossibbli jew totalment mhux xieraq f’ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali. L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għalhekk għandhom, f’ċerti każijiet u ċirkostanzi speċifiċi ħafna, ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt.

(51)

Ċerti ċirkostanzi għandhom ikunu parzjalment l-istess bħal dawk li hemm previsti bid-Direttiva 2004/18/KE. F’dan ir-rigward, għandu jittieħed kont partikolarment tal-fatt li t-tagħmir tad-difiża u s-sigurtà huwa ta’ spiss teknikament kumpless. B’riżultat ta’ dan, l-inkompatibbiltà u n-nuqqas ta’ proporzjon tad-diffikultajiet tekniċi fl-użu u l-manutenzjoni, li jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista għal kunsinni addizzjonali, għandhom ikunu ġġudikati fid-dawl ta’ din il-kumplessità u r-rekwiżiti assoċjati mal-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir. Dan huwa l-każ, per eżempju, fl-integrazzjoni ta’ komponenti ġodda f’sistemi eżistenti jew il-modernizzazzjoni ta’ dawn is-sistemi.

(52)

Jista’ jkun il-każ għal ċertu xiri li huwa inkluż fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, operatur ekonomiku wieħed biss ikun jista’ jeżegwixxi l-kuntratt, għax ikollu drittijiet esklussivi jew minħabba raġunijiet tekniċi. F’dawn il-każijiet l-awtorità/entità kontraenti għandha titħalla tidħol f’kuntratti jew fi ftehim qafas direttament ma’ dak l-operatur ekonomiku. Madankollu, raġunijiet tekniċi li jispjegaw għalfejn operatur ekonomiku wieħed biss jista’ jeżegwixxi l-kuntratt għandhom jiġu ddefiniti u ġġustifikati rigorożament skont il-każ. Jistgħu jinkludu, pereżempju, imprattikabbiltà teknika stretta għal kandidat li mhux l-operatur ekonomiku magħżul biex jilħaq l-għanijiet meħtieġa, jew in-neċessità li jintużaw għerf, għodda jew metodi speċifiċi li operatur wieħed biss għandu għad-dispożizzjoni tiegħu. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, biex tagħmir partikolarment kumpless jiġi mmodifikat jew isir konformi b’mod retroattiv. Raġunijiet tekniċi jistgħu jirriżultaw ukoll minn rekwiżiti speċifiċi ta’ interoperabbiltà jew sikurezza, li jridu jiġu ssodisfatti sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-forzi armati jew tal-forzi tas-sigurtà.

(53)

Barra minn hekk, in-natura speċifika tal-kuntratti suġġetti għal din id-Direttiva turi wkoll il-ħtieġa li jsir provvediment għal ċirkostanzi ġodda li jistgħu jinħolqu fl-oqsma msemmija minn din id-Direttiva.

(54)

Bħala eżempju, il-forzi armati tal-Istati Membri jistgħu jintalbu biex jintervjenu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi barra mit-territorju tagħhom, pereżempju bħala parti minn operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi. Fil-bidu ta’ intervent bħal dan jew matulu, is-sigurtà tal-Istati Membri u l-forzi armati tagħhom jistgħu jeħtieġu li jingħataw ċerti kuntratti f’termini ta’ żmien li jkunu inkompatibbli ma’ dawk imposti mill-proċeduri għall-għoti normalment previsti minn din id-Direttiva. Emerġenzi bħal dawn jistgħu jinqalgħu wkoll lill-forzi tas-sigurtà, per eżempju fil-każ ta’ attakk terroristiku fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea.

(55)

L-inkoraġġiment tar-riċerka u l-iżvilupp jikkostitwixxi mod kruċjali biex tissaħħaħ il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea, u l-ftuħ tal-kuntratti jgħin fit-twettiq ta’ dan l-objettiv. L-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp f’dan il-qasam speċifiku tiġġustifika massimu ta’ flessibbiltà fl-għoti ta’ kuntratti għal provvisti u servizzi tar-riċerka. Fl-istess ħin madankollu, din il-flessibbiltà m’għandhiex teskludi l-kompetizzjoni ġusta fir-rigward tal-fażijiet ta’ wara taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott. Il-kuntratti tar-riċerka u l-iżvilupp għaldaqstant għandhom ikopru attivitajiet sa stadju biss fejn il-maturità ta’ teknoloġiji ġodda tista’ raġonevolment tiġi evalwata u jitneħħewlha r-riskji. Il-kuntratti tar-riċerka u l-iżvilupp m’għandhomx jintużaw lil hinn minn dak l-istadju bħala mezz biex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, inkluż billi tiġi ddeterminata minn qabel l-għażla ta’ min jagħmel l-offerti għall-fażijiet ta’ wara.

Min-naħa l-oħra, l-awtorità/entità kontraenti m’għandux ikollha toħroġ sejħiet separati għall-fażijiet ta’ wara jekk il-kuntratt li jkopri l-attivitajiet ta’ riċerka diġà jkun jinkludi għażla għal dawn il-fażijiet u jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, jew, fejn ikun japplika, djalogu kompetittiv.

(56)

Biex tiġi żgurata t-trasparenza, għandu jkun hemm dispożizzjoni rigward regoli dwar il-pubblikazzjoni mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ta’ informazzjoni xierqa qabel, u fi tmiem, il-proċedura tal-għoti tal-kuntratti. Barra minn hekk, għandha tingħata informazzjoni speċifika oħra lill-kandidati u lil min jitfa’ l-offerti dwar ir-riżultati ta’ dik il-proċedura. Madankollu, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jitħallew iżommu ftit mill-informazzjoni rikjesta b’dan il-mod meta u sa fejn il-ħruġ ta’ informazzjoni bħal din tfixkel l-infurzar tal-liġi jew tkun b’xi mod ieħor tmur kontra l-interess pubbliku, tagħmel ħsara lill-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi jew tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom. Fid-dawl tan-natura u l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi koperti minn din id-Direttiva, raġunijiet ta’ interess pubbliku relatati mal-konformita’ tad-dispożizzjonijiet obbligatorji nazzjonali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjonii tal-ordni pubbliku nazzjonali, l-iktar fir-rigward tad-difiża u s-sigurtà, huma ta’ rilevanza partikolari f’dan ir-rigward.

(57)

Fid-dawl tal-iżviluppi ġodda fl-informatika u t-teknoloġija komunikattiva, u s-semplifikazzjonijiet li dawn jistgħu jġibu, il-mezzi elettroniċi għandhom jitqiegħdu fl-istess livell mal-mezzi tradizzjonali ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni. Safejn ikun possibbli, il-mezzi u t-teknoloġija magħżula għandhom ikunu kompatibbli mat-teknoloġiji użati fl-Istati Membri l-oħra.

(58)

L-iżvilupp ta’ kompetizzjoni effettiva fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi koperti minn din id-Direttiva, jeħtieġ li avviżi għal offerti tal-kuntratti stabbiliti mill-awtoritajiet/entitajiet kuntrattwali tal-Istati Membri jiġu ppubblikati fil-Komunità. L-informazzjoni f’dawn l-avviżi għandha tippermetti li l-operaturi ekonomiċi fil-Komunità jiddeterminaw jekk il-kuntratti proposti humiex ta’ interess għalihom. Għal dan il-għan, għandha tingħatalhom informazzjoni suffiċjenti dwar is-suġġett tal-kuntratt u l-kondizzjonijiet mehmuża miegħu. Għandha tiġi żgurata stampa aktar ċara tal-avviżi pubbliċi permezz ta’ strumenti xierqa, bħal ma huma formoli standard ta’ avviż ta’ kuntratt u s-CPV li jikkostitwixxi nomenklatura ta’ referenza għall-kuntratti pubbliċi.

(59)

Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (11) u d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (12) għandhom, fil-kuntest ta’ din id-Direttiva, japplikaw għat-trasmissjoni tal-informazzjoni bil-mezzi elettroniċi. Il-proċeduri tal-kuntratti jeħtieġu livell ta’ sigurtà u kunfidenzjalità akbar minn dak meħtieġ minn dawk id-Direttivi. Għalhekk, l-arranġamenti għall-aċċettazzjoni elettronika tal-offerti u t-talbiet tal-parteċipazzjoni għandhom ikunu konformi ma’ rekwiżiti addizzjonali speċifiċi. Għal dan il-għan, l-użu ta’ firem elettroniċi, u b’mod partikolari firem elettroniċi avvanzati, għandu jiġi inkoraġġut l-iżjed possibbli. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ skemi ta’ akkreditazzjoni volontarji tista’ sservi bħala qafas favorevoli għat-titjib tal-livell tas-servizzi ta’ ċertifikazzjoni għal dawn l-arranġamenti.

(60)

L-użu ta’ mezzi elettroniċi jiffranka l-ħin. B’riżultat ta’ dan, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex jitnaqqsu l-limiti ta’ żmien minimi biex jaslu l-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni fejn ikunu ntużaw mezzi elettroniċi, bil-kondizzjoni, madankollu, li l-mezzi elettroniċi użati jkunu kompatibbli mal-metodi speċifiċi ta’ trasmissjoni previsti fil-livell Komunitarju.

(61)

Il-verifika tal-adattabbiltà tal-kandidati u l-għażla tagħhom għandhom jitwettqu f’kondizzjonijiet trasparenti. Għal dan il-għan, għandhom jiġu indikati kriterji mhux diskriminatorji, li l-awtoritajiet/entitajiet kuntrattwali jistgħu jużaw meta jkunu qed jagħżlu l-kompetituri, u l-mezzi li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jużaw biex jippruvaw li jissodisfaw dawk il-kriterji. Fl-istess perspettiva tat-trasparenza, l-awtorità/entità kontraenti hija meħtieġa, malli l-kuntratt jiġi maħruġ għall-kompetizzjoni, li tindika l-kriterja tal-għażla li ser tuża u l-livell tal-kapaċitajiet speċifiċi li possibbilment tista’, fejn ikun xieraq, tesiġi mill-operaturi ekonomiċi biex taċċettahom fil-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt.

(62)

Awtorità/entità kontraenti tista’ tillimita n-numru ta’ kandidati fil-proċeduri ristretti u fil-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt u fid-djalogu kompetittiv. Dan it-tnaqqis fin-numru ta’ kandidati għandu jsir abbażi ta’ kriterji oġġettivi indikati fl-avviż ta’ kuntratt. Għall-kriterji dwar is-sitwazzjoni personali tal-operatur ekonomiku, referenza ġenerali, fl-avviż ta’ kuntratt, għall-każijiet indikati fl-Artikolu 30 tista’ tkun suffiċjenti.

(63)

Fil-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni tan-notifika tal-kuntratt u fid-djalogu kompetittiv, b’kont meħud tal-flessibbiltà li hija meħtieġa u l-ispejjeż għolja marbuta ma’ dawn il-metodi ta’ għoti ta’ kuntratti, l-awtoritajiet/entitajiet kuntrattwali għandhom ikunu jistgħu jipprevedu twettiq tal-proċedura fi stadji suċċessivi sabiex jitnaqqas ftit ftit, abbażi tal-kriterji tal-għoti ta’ kuntratti indikati qabel, in-numru ta’ offerti li huma jkomplu jiddiskutu jew jinnegozjaw. Dan it-tnaqqis għandu, safejn jippermetti n-numru ta’ soluzzjonijiet jew ta’ kandidati xierqa, jiżgura li hemm kompetizzjoni ġenwina.

(64)

Ir-regoli Komunitarji rilevanti dwar l-għarfien reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali huma applikabbli meta tkun meħtieġa prova ta’ kwalifika partikolari għall-parteċipazzjoni fi proċedura tal-għoti ta’ kuntratti.

(65)

Għandu jiġi projbit l-għoti ta’ kuntratti lill-operaturi ekonomiċi li pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, ta’ frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, ta’ money laundering jew tal-iffinanzjar ta’ terroriżmu jew ta’ reati terroristiċi jew relatati mat-terroriżmu. Fejn huwa xieraq, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jistaqsu lill-kandidati jew lill-offerenti biex jissupplixxu dokumenti rilevanti u, fejn għandhom dubju dwar is-sitwazzjoni personali ta’ dawn il-kandidati jew offerenti, huma jistgħu jitolbu l-koperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-esklużjoni ta’ dawn l-operaturi ekonomiċi għandha sseħħ malli l-awtorità/entità konraenti tikseb informazzjoni dwar sentenza li tikkonċerna reati bħal dawn magħmula skont il-liġi nazzjonali li għandha l-forza tar-res judicata. Jekk il-liġi nazzjonali jkollha dispożizzjonijiet għal dan l-effett, in-non konformità mal-leġislazzjoni tal-kuntratti dwar ftehim illegali, li kien is-suġġett ta’ sentenza finali jew deċiżjoni li għandha effett ekwivalenti, jista’ jiġi kkunsidrat bħala reat li jikkonċerna l-kondotta professjonali tal-operatur ekonomiku involut jew kondotta skorretta. Għandu jkun possibbli wkoll li jiġu esklużi operaturi ekonomiċi jekk l-awtorità/entità kontraenti jkollha informazzjoni, ipprovduta minn sorsi protetti fejn dan ikun japplika, li tistabbilixxi li dawn mhumiex affidabbli biżżejjed biex jiġu esklużi r-riskji għas-sigurtà tal-Istat Membru. Riskji bħal dawn jistgħu jkunu ġejjin minn ċerti karatteristiċi tal-prodotti forniti mill-kandidat jew mill-istruttura tal-azzjonisti tal-kandidat.

(66)

In-non konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (13) u d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta’ Frar 1976 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, it-taħriġ professjonali, il-promozzjoni, u l-kondizzjonijiet tax-xogħol (14), li dwaru tkun ingħatat sentenza definita jew deċiżjoni li kellha effetti ekwivalenti, tista’ tkun meqjusa bħala reat li jikkonċerna l-kondotta professjonali tal-operatur ekonomiku involut jew kondotta serjament skorretta.

(67)

Minħabba n-natura sensittiva tas-settur, l-affidabbiltà tal-operaturi ekonomiċi li jieħdu l-kuntratti hija kruċjali. Din l-affidabbiltà tiddependi partikolarment fuq il-kapaċità tagħhom li jwieġbu għar-rekwiżiti imposti mill-awtorità/entità kontraenti fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista u s-sigurtà tal-informazzjoni. Barra minn hekk, m’hemm xejn f’din id-Direttiva li jwaqqaf awtorità/entità kontraenti milli teskludi operatur ekonomiku fi kwalunkwe punt tal-proċess għall-għoti ta’ kuntratt jekk l-awtorità/entità kontraenti jkollha informazzjoni li jekk tagħti l-kuntratt kollu jew parti minnu lill-operatur ekonomiku jkun hemm il-possibbiltà li jiġi kkawżat riskju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ dak l-Istat Membru.

(68)

Fin-nuqqas ta’ sistema Komunitarja fir-rigward tas-sigurtà tal-informazzjoni, huwa f’idejn l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-livell tal-kapaċità teknika li hu meħtieġ f’dan il-qasam biex wieħed jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti, u li jevalwaw jekk il-kandidati jissodisfawx il-livell meħtieġ ta’ sigurtà. F’ħafna każijiet, l-Istati Membri għandhom arranġamenti bilaterali ta’ sigurtà b’regoli dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali. Anke meta jeżistu arranġamenti bħal dawn, il-kapaċitajiet ta’ operaturi ekonomiċi minn Stati Membri fir-rigward tas-Sigurtà tal-Informazzjoni jistgħu jiġu vverifikati u verifikazzjoni bħal din għandha ssir konformement mal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, it-trattament ugwali u l-proporzjonalità.

(69)

L-għoti ta’ kuntratt għandu jsir abbażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw ir-rispett tal-prinċipji tat-trasparenza, tan-non-diskriminazzjoni u tal-ugwaljanza ta’ trattament u li jiggarantixxu li l-evalwazzjoni tal-offerti ssir b’mod trasparenti u oġġettiv taħt kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva. Bħala riżultat, huwa xieraq li titħalla l-applikazzjoni ta’ żewġ kriterji biss tal-għotja: “l-inqas prezz” u “l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża”.

(70)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-ugwaljanza ta’ trattament fl-għoti ta’ kuntratti, huwa xieraq li jiġi stabbilit l-obbligu, li ġie stabbilit mill-każistika, li tkun żgurata t-trasparenza meħtieġa li tippermetti lil kull kandidat li jkun informat b’mod raġonevoli bil-kriterji u l-arranġamenti li ser ikunu applikati biex tkun identifikata l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuza. Għalhekk għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti biex jindikaw il-kriterji ta’ għoti ta’ kuntratt kif ukoll il-piż relattiv mogħti lil kull wieħed minn dawn il-kriterji, fi żmien suffiċjenti sabiex l-offerenti jkunu jafu bihom meta jagħmlu l-offerti tagħhom. L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jidderogaw milli jindikaw il-piż tal-kriterji ta’ għoti f’każijiet debitament iġġustifikati, li għandhom jiġġustifikaw, meta dan il-piż ma jistax ikun stabbilit minn qabel, notevolment minħabba l-kumplessità tal-kuntratt. F’każijiet bħal dawn, huma għandhom jindikaw l-importanza tal-kriterja f’ordni dekrexxenti.

(71)

Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu l-kuntratt lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, huma jevalwaw l-offerti sabiex jiddeterminaw dik li tippreżenta l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz. Biex isir dan, huma jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u kwalitattivi li, fl-intier tagħhom, għandhom jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jiddeterminaw l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża għall-awtorità/entità kontraenti. Id-determinazzjoni ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq l-oġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni propost minn kull offerta fid-dawl tal- oġġett tal-kuntratt, kif iddefinit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif ukoll biex titkejjel ir-relazzjoni tal-kwalità meta mqabbla mal-prezz ta’ kull offerta.

(72)

Il-konformità mal-obbligi tat-trasparenza u tal-kompetizzjoni għandha tiġi żgurata permezz ta’ sistema ta’ reviżjoni effiċjenti, ibbażata fuq is-sistema li d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE (15) u 92/13/KEE (16), kif emendati bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), jipprevedu għal kuntratti koperti mid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE. B’mod partikolari, għandha jkun hemm il-possibbiltà li tiġi kkontestata l-proċedura tal-għoti tal-kuntratt qabel ma jkun iffirmat il-kuntratt, u l-istess il-garanziji meħtieġa għall-effiċjenza tar-reviżjoni bħall-perjodu sospensiv. Għandu jsir provvediment ukoll għall-possibbiltà li jiġu kkontestati l-kuntratti diretti illegali konklużi bi ksur ta’ din id-Direttiva.

(73)

Madankollu, il-proċeduri ta’ reviżjoni għandhom jikkunsidraw il-ħarsien tal-interessi tad-difiża u tas-sigurtà fir-rigward tal-proċeduri tal-korpi ta’ reviżjoni, l-għażla ta’ miżuri interim jew il-penali għall-ksur tal-obbligi tat-trasparenza u tal-kompetizzjoni. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu li l-korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità/entità kontraenti ma jkunx jista’ jikkunsidra kuntratt ineffettiv, minkejja li jkun ingħata kontra l-liġi għar-raġunijiet imsemmija f’din id-Direttiva, fejn isib, wara li jkun eżamina l-aspetti rilevanti kollha, li ċ-ċirkostanzi mhux tas-soltu tal-każ ikkonċernat jeħtieġu li jiġu osservati ċerti raġunijiet imperattivi relatati ma’ interess ġenerali. Minħabba n-natura u l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, il-provvisti u s-servizzi koperti b’din id-Direttiva, dawn ir-raġunijiet imperattivi għandom l-ewwel u qabel kollox ikunu relatati mal-interessi ġenerali tad-difiża u s-sigurtà tal-Istati Membri. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta l-ineffettività ta’ kuntratt tipperikola b’mod serju mhux biss it-twettiq tal-proġett speċifiku li jkun l-għan tal-kuntratt, iżda l-eżistenza nnifisha ta’ programm usa’ tad-difiża u/jew tas-sigurtà li l-proġett ikun parti minnu.

(74)

Ċerti kondizzjonijiet tekniċi, u notevolment dawk relatati mal-avviżi, mar-rapporti tal-istatistika kif ukoll in-nomenklatura użata u l-kondizzjonijiet ta’ referenza għal dik in-nomenklatura, jeħtieġ li jiġu adottati u emendati fid-dawl tat-tibdil tar-rekwiżiti tekniċi. Ikun xieraq għalhekk li tkun prevista proċedura ta’ adozzjoni flessibbli u rapida għal dan il-għan.

(75)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (18).

(76)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tirrivedi l-ammonti ta’ limitu għal kuntratti billi tallinjahom mal-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2004/17/KE u temenda ċerti numri ta’ referenza fin-nomenklatura CPV u l-proċedura għal referenza fin-notifiki għal ċerti intestaturi fis-CPV kif ukoll id-dettalji tekniċi u karatteristiċi ta’ tagħmir għar-riċevuta elettronika.

Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorju bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(77)

Fejn, għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-limiti ta’ żmien normali għal proċedura regolatorji bi skrutinju ma jistgħux jintlaħqu, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri.

(78)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġislazzjoni aħjar (19), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(79)

Il-Kummissjoni għanda twettaq evalwazzjoni perjodika sabiex teżamina jekk is-suq tat-tagħmir tad-difiża hux qed jiffunzjona b’mod miftuħ, trasparenti u kompetittiv, inkluż l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq is-suq, per eżempju fuq l-involviment tal-SMEs,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

WERREJ

TITOLU I

DEFINIZZJONIJIET, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1.

Definizzjonijiet

Artikolu 2.

Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 3.

Kuntratti mħallta

Artikolu 4.

Prinċipji ta’ l għoti ta’ kuntratti

TITOLU II

REGOLI DWAR IL-KUNTRATTI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 5.

Operaturi ekonomiċi

Artikolu 6.

Obbligi ta’ kunfidenzjalità tal awtoritajiet/entitajiet kontraenti

Artikolu 7.

Protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata

KAPITOLU II

Limiti minimi, korpi ċentrali ta’ xiri u esklużjonijiet

Taqsima 1.

Limiti minimi

Artikolu 8.

Limiti minimi għall-kuntratti

Artikolu 9.

Metodi ta’ kalkolu tal valur stmat tal kuntratti u tal ftehim qafas

Taqsima 2.

Korpi ċentrali ta’ xiri

Artikolu 10.

Kuntratti u ftehim qafas mogħtija minn korpi ċentrali ta’ xiri

Taqsima 3.

Kuntratti esklużi

Artikolu 11.

Użu ta’ esklużjonijiet

Artikolu 12.

Kuntratti mogħtija skont regoli internazzjonali

Artikolu 13.

Esklużjonijiet speċfiċi

Taqsima 4.

Arranġamenti speċjali

Artikolu 14.

Kuntratti riservati

KAPITOLU III

Arranġamenti għal kuntratti ta’ servizz

Artikolu 15.

Kuntratti ta’ servizz elenkati fl-Anness I

Artikolu 16.

Kuntratti ta’ servizz elenkati fl-Anness II

Artikolu 17.

Kuntratti mħallta li jinkludu servizzi elenkati fl-Annessi I u II

KAPITOLU IV

Regoli preċiżi dwar id-dokumentazzjoni tal-kuntratt

Artikolu 18.

Speċifikazzjonijiet Tekniċi

Artikolu 19.

Varjanti

Artikolu 20.

Kondizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti

Artikolu 21.

Subkuntrattar

Artikolu 22.

Sigurtà tal-Informazzjoni

Artikolu 23.

Sigurtà tal-provvista

Artikolu 24.

Obbligi relatati mat-taxxa, mal-protezzjoni ta’ l ambjent, mad-dispożizzjonijiet għal protezzjoni ta’ l impjieg u mal-kondizzjonijiet tax xogħol

KAPITOLU V

Proċeduri

Artikolu 25.

Proċeduri applikabbli

Artikolu 26.

Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt

Artikolu 27.

Djalogu kompetittiv

Artikolu 28.

Każijiet li jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura nnegozjatamingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt

Artikolu 29.

Strumenti ta’ ftehim qafas

KAPITOLU VI

Regoli dwar reklamar u trasparenza

Taqsima 1.

Pubblikazzjoni tal-avviżi

Artikolu 30.

Avviżi

Artikolu 31.

Pubblikazzjoni mhux obbligatorja

Artikolu 32.

Forma u mod ta’ kif jiġu ppubblikati l avviżi

Taqsima 2.

Limiti ta’ żmien

Artikolu 33.

Limiti ta’ żmien għar-riċezzjoni ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni u għar-riċezzjoni ta’ offerti

Taqsima 3.

Kontenut u mezzi ta’ trasmissjoni tal-informazzjoni

Artikolu 34.

Stediniet għall-preżentazzjoni tal-offerti, għan-negozjar jew għad-djalogar

Artikolu 35.

Informazzjoni għall-kandidati u għal offerenti

Taqsima 4.

Il-komunikazzjonijiet

Artikolu 36.

Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

Taqsima 5.

Rapporti

Artikolu 37.

Kontenut tar-rapporti

KAPITOLU VII

Twettiq tal-proċedura

Taqsima 1.

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 38.

Verifika tal kapaċità tal-kandidati u għażla tal-parteċipanti, għoti tal-kuntratti

Taqsima 2.

Kriterji għal għażla kwalitattiva

Artikolu 39.

Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew ta’ offerent

Artikolu 40.

Idoneità għall-eżerċizzju tal-attività professjonali

Artikolu 41.

Kapaċità ekonomika u finanzjarja

Artikolu 42.

Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali

Artikolu 43.

Standards ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni tal-kwalità

Artikolu 44.

Standards ta’ ġestjoni ambjentali

Artikolu 45.

Dokumentazzjoni u informazzjoni addizzjonali

Artikolu 46.

Listi uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni minn korpi stabbiliti taħt il-liġi li tirregola s settur pubbliku jew is-settur privat

Taqsima 3.

Għoti tal-kuntratt

Artikolu 47.

Kriterji għall-għoti tal-kuntratti

Artikolu 48.

Użu ta’ rkantijiet elettroniċi

Artikolu 49.

Offerti anormalment baxxi

TITOLU III

REGOLI APPLIKABBLI GĦAS-SUBKUNTRATTAR

KAPITOLU I

Subkuntratti mogħtija minn offerenti li ngħataw kuntratt u li ma jkunux awtoritajiet/entitajiet kontraenti

Artikolu 50.

Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 51.

Prinċipji

Artikolu 52.

Limiti minimi u regoli dwar ir-reklamar

Artikolu 53.

Kriterji għall-għażla kwalitattiva tas-subkuntratturi

KAPITOLU II

Subkuntratti mogħtija minn offerenti li ngħataw kuntratt u li jkunu awtoritajiet/entitajiet kontraenti

Artikolu 54.

Proċeduri applikabbli

TITOLU IV

REGOLI APPLIKABBLI GĦAR-REVIŻJONIJIET

Artikolu 55.

Kamp ta’ applikazzjoni u disponibbiltà tal-proċeduri ta’ reviżjoni

Artikolu 56.

Rekwiżiti għall-proċeduri ta’ reviżjoni

Artikolu 57.

Perijodu sospensiv

Artikolu 58.

Derogi mill-perijodu sospensiv

Artikolu 59.

Limiti ta’ żmien għall-applikazzjoni għar reviżjoni

Artikolu 60.

Ineffettività

Artikolu 61.

Ksur ta’ dan it-Titolu u penali alternattivi

Artikolu 62.

Limiti ta’ żmien

Artikolu 63.

Mekkaniżmu korrettiv

Artikolu 64.

Kontenut ta’ avviż għal trasparenza ex-ante volontarja

TITOLU V

OBBLIGI STATISTIĊI, SETGĦAT EŻEKUTORJI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 65.

Obbligi statistiċi

Artikolu 66.

Kontenut tar-rapport statistiku

Artikolu 67.

Kumitat Konsultattiv

Artikolu 68.

Reviżjoni tal-limiti minimi

Artikolu 69.

Emendi

Artikolu 70.

Emendament tad-Direttiva 2004/17/KE

Artikolu 71.

Emendament tad-Direttiva 2004/18/KE

Artikolu 72.

Traspożizzjoni

Artikolu 73.

Reviżjoni u rappurtar

Artikolu 74.

Dħul fis seħħ

Artikolu 75.

Indirizzati

ANNESSI

Anness I

Servizzi msemmija fl-Artikoli 2 u 15

Anness II

Servizzi msemmija fl-Artikoli 2 u 16

Anness III

Definizzjoni ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl Artikolu 18

Anness IV

Informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi msemmija fl-Artikolu 30

Anness V

Informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi tas subkuntrattar imsemmija fl-Artikolu 52

Anness VI

Karatteristiċi rigward il-pubblikazzjoni

Anness VII

Reġistri

Anness VIII

Rekwiżiti relatati mal-mezzi biex jaslu talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti b’mod elettroniku

TITOLU I

DEFINIZZJONIJIET, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, U PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dawn id-definizzjonijiet għandhom japplikaw:

(1)

“Vokabularju komuni tal-Akkwist” (Common Procurement Vocabulary, CPV) tfisser in-nomenklatura ta’ referenza applikabbli għall-kuntratti mogħtija minn awtoritajiet/entitajiet kontraenti, kif adottata mir-Regolament (KE) Nru 2195/2002;

(2)

“Kuntratt” tfisser kuntratt bil-ħlas miftiehem bil-miktub kif definit fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/17/KE u fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE;

(3)

“Kuntratt ta’ xogħlijiet” tfisser kuntratt li jkopri l-eżekuzzjoni, jew b’mod konġunt il-kunċett u l-eżekuzzjoni, ta’ xogħol relatat ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fid-Diviżjoni 45 tas-CPV jew ta’ xogħol, kif ukoll it-twettiq, b’liema mezz li jkun, ta’ xogħol li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet stabbiliti mill-awtorità/entità kontraenti. “Xogħol” tfisser ir-riżultat ta’ xogħlijiet ta’ bini jew ta’ inġinerija ċivili meħudin globalment li huwa suffiċjenti fih innifsu biex jissodisfa funzjoni ekonomika jew teknika;

(4)

“Kuntratt ta’ provvista” tfisser kuntratt minbarra kuntratt ta’ xogħlijiet li għandu bħala għan ix-xiri, il-leasing, il-kiri jew il-hire purchase, bl-għażla ta’ xiri jew mingħajrha, ta’ prodotti.

Kuntratt li għandu bħala l-għan tiegħu l-provvista ta’ prodotti, li jkopri wkoll, bħala materja inċidentali, operati ta’ tfittxija ta’ post (siting) u stallazzjoni għandu jitqies bħala “kuntratt ta’ provvista”;

(5)

“Kuntratt ta’ servizzi” tfisser kuntratt minbarra kuntratt ta’ xogħlijiet jew ta’ provvista li għandu bħala għan il-provvista ta’ servizzi.

Kuntratt li għandu bħala l-għan tiegħu kemm il-prodotti kif ukoll is-servizzi għandu jitqies bħala “kuntratt ta’ servizz” jekk il-valur tas-servizzi msemmija jaqbeż dak tal-prodotti koperti mill-kuntratt.

Kuntratt, li għandu bħala għan tiegħu s-servizzi u li jinkludi attivitajiet imsemmija fid-Diviżjoni 45 tal-“Vokabularju Komuni tal-Akkwist” li huma biss fuq bażi sekondarja meta mqabbla mal-għan prinċipali tal-kuntratt, huwa kkunsidrat bħala kuntratt ta’ servizzi;

(6)

“Tagħmir militari” tfisser tagħmir speċifikament iddisinjat jew adattat għal skopijiet militari, maħsub biex jintuża bħala arma, munizzjon jew materjal tal-gwerra;

(7)

“Tagħmir sensittiv”, “xogħlijiet sensittivi” u “servizzi sensittivi” tfisser tagħmir, xogħlijiet u servizzi għal skopijiet ta’ sigurtà, li jinvolvu, jeħtieġu u/jew fihom informazzjoni kklassifikata;

(8)

“Informazzjoni kklassifikat” tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal, irrispettivament mill-forma, natura jew mod ta’ trażmissjoni tiegħu, li jkun ingħata ċertu livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà jew livell ta’ protezzjoni, u li, fl-interess tas-sigurtà nazzjonali u bi qbil mal-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, teħtieġ protezzjoni kontra misapproprjazzjoni, qerda, tneħħija, żvelar, telf jew aċċess minn kwalunkwe individwu mhux awtorizzat, jew kwalunkwe tip ieħor ta’ kompromess;

(9)

“Il-Gvern” tfisser il-gvern statali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz;

(10)

“Kriżi” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni fi Stat Membru jew f’pajjiż terz fejn ikun seħħ avveniment ta’ ħsara li b’mod ċar jissupera d-dimensjonijiet ta’ avvenimenti ta’ ħsara fil-ħajja ta’ kuljum u li b’mod sostanzjali jipperikola jew jirrestringi l-ħajja u s-saħħa ta’ ħafna nies, jew ikollu impatt sostanzjali fuq il-valuri tal-proprjetà jew li jeħtieġ miżuri sabiex il-popolazzjoni tiġi pprovduta bin-neċessitajiet; jitqies ukoll li nħolqot kriżi jekk dan l-avveniment ta’ ħsara jkun meqjus immedjat; kunflitti bl-armi u gwerer għandhom jitqiesu bħala kriżijiet għall-finijiet ta’ din id-Direttiva;

(11)

“Ftehim qafas” tfisser ftehim milħuq bejn awtorità/entità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar li għandu l-għan li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu fiss, notevolment f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet, u, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet previsti;

(12)

“Irkant elettroniku” tfisser huwa proċess ripetittiv li jinvolvi mezz elettroniku għall-preżentazzjoni ta’ prezzijiet ġodda, riveduti ‘l isfel, u/jew valuri ġodda rigward ċerti elementi ta’ offerti, li jseħħ wara evalwazzjoni sħiħa inizjali tal-offerti, li jippermettilhom li jitqiegħdu f’ordni permezz ta’ metodi awtomatiċi ta’ evalwazzjoni.

Sussegwentement, ċerti kuntratti tas-servizzi u ċerti kuntratti tax-xogħlijiet li għandhom bħala suġġett esekuzzjoni intelletwali, bħal ma hu x-xogħol tad-disinn, m’għandhomx ikunu l-oġġett ta’ rkanti elettroniċi;

(13)

“Kuntrattur”, “fornitur” u “min jipprovdi servizzi” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew morali jew entità pubblika jew grupp ta’ dawn il-persuni u/jew korpi li joffru fis-suq li jwettqu xogħlijiet, jipprovdu prodotti u servizzi, rispettivament;

(14)

“Operatur ekonomiku” tfisser kuntrattur, fornitur jew min jipprovdi servizzi;

(15)

“Kandidat” tfisser operatur ekonomiku li jkun talab stedina għall-parteċipazzjoni fi proċedura ristretta jew innegozjata jew fi djalogu kompetittiv;

(16)

“offerent” tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta fi proċedura ristretta jew innegozjata jew fi djalogu kompetittiv;

(17)

“awtorità/entità kontraenti” tfisser awtorità kontraenti kif imsemmi fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE u entità kontraenti kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/17/KE;

(18)

“Korpi ċentrali ta’ xiri” tfisser awtorità/entità kontraenti kif imsemmi fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE u fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/17/KE jew korp pubbliku Ewropew li:

jakkwista provvisti u/jew servizzi maħsuba għal awtorità/entità kontraenti, jew

jagħti kuntratt jew jikkonkludi ftehim qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għal awtorità/entità kontraenti;

(19)

“Proċedura ristretta” tfisser proċedura li permezz tagħha kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jitlob li jipparteċipa u fejn huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-awtoritajiet/entità kontraenti li jistgħu jagħmlu offerta;

(20)

“Proċedura nnegozjata” tfisser proċedura li fiha l-awtoritajiet/entità kontraenti tistieden lill-operaturi ekonomiċi tal-għażla tagħha u tinnegozja magħhom il-kondizzjonijiet tal-kuntratt;

(21)

“Djalogu kompetittiv” tfisser proċedura, li għaliha kwalunkwe operatur ekonomiku jista’ jitlob li jipparteċipa u li fiha l-awtorità/entità kontraenti tmexxi djalogu mal-kandidati ammessi f’din il-proċedura, sabiex tiġi żviluppata soluzzjoni waħda jew aktar kapaċi li tikkorrispondi mal-ħtiġijiet u li abbażi tagħha l-kandidati magħżula jkunu mistiedna jerġgħu jippreżentaw offerta.

Għall-finijiet ta’ rikors għall-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu, kuntratt huwa kkunsidrat li huwa “partikolarment kumpless” fejn l-awtorità/entità kontraenti mhijiex oġġettivament f’pożizzjoni:

li tiddefinixxi, konformement mal-Artikolu 18(3) (b), (c) jew (d), il-mezzi tekniċi li jistgħu jikkorrispondu għall-ħtiġijiet jew l-objettivi tagħha, u/jew,

li tistabbilixxi s-sistema ġuridika u/jew finanzjarja ta’ proġett;

(22)

“Subkuntratt” tfisser kuntratt bil-ħlas miftiehem bil-miktub bejn offerent li jingħata kuntratt u operatur ekonomiku jew aktar bil-għan li jkun esegwit dak il-kuntratt u li għandu bħala objettiv xogħlijiet, provvista ta’ prodotti jew l-għoti ta’ servizzi;

(23)

“Impriża relatata” tfisser kull impriża li biha offerent li jingħata kuntratt jista’ jeżerċita influwenza dominanti, kemm jekk diretta jew indiretta, jew kull impriża li tista’ teżerċita xi influwenza dominanti fuq offerent li jingħata kuntratt jew li, bħal offerent li jingħata kuntratt ikun suġġett għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra bħala riżultat ta’ pussess, partiċepazzjoni finanzjarja jew regoli li jikkontrollawha. Influwenza dominanti min-naħa ta’ xi impriża hija preżunta meta, direttament jew indirettament tkun relatata ma’ garanzija oħra, hija:

jkollha maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-intrapriża;

tikkontrolla maġġoranza ta’ voti marbutin mal-ishma maħruġa mill-intrapriża; jew

tista’ taħtar aktar min-nofs tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża.

(24)

“Miktub(a)” jew “bil-miktub” tfisser kwalunkwe ġabra ta’ kliem jew ta’ ċifri li tista’ tinqara, riprodotta, imbagħad ikkomunikata. Din il-ġabra tista’ tinkludi informazzjoni trasmessa u miżmuma permezz ta’ mezzi elettroniċi;

(25)

“Mezz elettroniku” tfisser mezz li juża tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-istokkjar ta’ data, u li juża x-xandir, it-twassil u r-riċeviment b’fili, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħrajn;

(26)

“Ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji kollha suċċessivi tal-prodotti, i.e. ir-riċerka u l-iżvilupp, l-iżvilupp industrijali, il-produzzjoni, it-tiswija, l-immodernizzar, il-modifikazzjoni, il-manutenzjoni, il-loġistika, it-taħriġ, l-ittestjar, l-irtirar u r-rimi;

(27)

“Riċerka u żvilupp” tfisser l-attivitajiet kollha li jinkludu riċerka fundamentali, riċerka applikata u żvilupp sperimentali, fejn tal-aħħar tista’ tinkludi l-produzzjoni ta’ dimostraturi teknoloġiċi, i.e. tagħmir li juri l-prestazzjoni ta’ kunċett jew teknoloġija ġdida f’ambjent rilevanti jew rappreżentattiv;

(28)

“Xiri għal skopijiet ċivili” tfisser kuntratti li mhumiex koperti mill-Artikolu 2, dwar l-akkwist ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi mhux militari għal skopijiet loġistiċi u konklużi bi qbil mal-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 17.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Suġġett għall-Artikoli 30, 45, 46, 55 u 296 tat-Trattat, din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti mogħtija fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà li għandhom bħala għan:

(a)

il-forniment ta’ apparat militari, kif ukoll ta’ kwalunkwe parti, komponent u/jew muntaġġ tagħhom;

(b)

il-forniment ta’ apparat sensittiv, kif ukoll ta’ kwalunkwe parti, komponent u/jew muntaġġ tagħhom;

(ċ)

xogħlijiet, provvista u servizzi direttament relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punti (a) u (b) għall-elementi kollha jew parti minnhom taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

(d)

xogħlijiet u servizzi speċifikament għal skopijiet militari, jew xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi.

Artikolu 3

Kuntratti mħallta

1.   Kuntratt li għandu bħala l-għan tiegħu xogħlijiet, provvista jew servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u parzjalment fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE jew tad-Direttiva 2004/18/KE għandhom jingħataw bi qbil ma’ din id-Direttiva, sakemm l-għoti ta’ kuntratt singolu ikun ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi.

2.   L-għoti ta’ kuntratt li għandu bħala l-għan tiegħu xogħlijiet, provvista jew servizzi li jaqgħu parzjalment fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, bil-parti l-oħra li ma taqax taħt din id-Direttiva, jew id-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE, m’ghandux ikun suġġett għal din id-Direttiva, sakemm l-għoti ta’ kuntratt singolu ikun ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi.

3.   Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt singolu ma tistax, madankollu, tittieħed biex teskludi kuntratti milli japplikaw din id-Direttiva, jew id-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE.

Artikolu 4

Prinċipji tal-għoti ta’ kuntratti

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi fuq livell ugwali, b’mod mhux diskriminatorju u għandhom jaġixxu b’trasparenza.

TITOLU II

REGOLI DWAR KUNTRATTI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 5

Operaturi ekonomiċi

1.   Il-kandidati jew offerenti li, skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti, huma awtorizzati jipprovdu s-servizz in kwistjoni, ma jistgħux jiġu rrifjutati biss minħabba l-fatt li huma kienu obbligati, skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru fejn il-kuntratt huwa allokat, li jkunu jew persuni fiżiċi, jew persuni ġuridiċi.

Madankollu, għall-kuntratti ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet, kif ukoll għall-kuntratti ta’ provvisti li jinkludu, barra minn hekk, servizzi u/jew xogħlijiet ta’ tqegħid u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu obbligati li jindikaw fit-talbiet tagħhom għall-parteċipazzjoni jew fl-offerti tagħhom, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li jkunu inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt in kwistjoni.

2.   Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jistgħu jitfgħu l-offerti jew joħorġu bħala kandidati. Biex jitfgħu l-offerta jew it-talba għall-parteċipazzjoni, dawn il-gruppi ma jistgħux jintalbu li jkollhom xi forma ġuridika determinata mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti; iżda, il-grupp magħżul jista’ jkollu bżonn li jagħmel hekk meta jingħata l-kuntratt, sakemm din il-bidla hija meħtieġa għall-esekuzzjoni sodisfaċenti tal-kuntratt.

Artikolu 6

Obbligi ta’ kunfidenzjalità tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, notevolment dawk relatati mal-obbligi tar-reklamar tal-kuntratti mogħtija u tal-għoti ta’ informazzjoni lill-kandidati u offerenti dwar id-deċiżjonijiet tagħha kif previst fl-Artikolu 32(3) u fl-Artikolu 35, u konformement mal-liġi nazzjonali li għaliha tkun suġġetta l-awtorità/entità kontraenti, partikolarment leġiżlazzjoni dwar aċċess għal informazzjoni, l-awtorità/entità kontraenti, suġġetta għad-drittijiet kuntrattwali miksuba, m’għandhiex tagħti t-tagħrif li l-operaturi ekonomiċi jkunu kkomunikawlha b’mod kunfidenzjali; informazzjoni bħal din tinkludi, partikolarment, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.

Artikolu 7

Protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jimponu fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti bil-għan li jipproteġu l-informazzjoni kklassifikata li huma jikkomunikaw tul il-proċedura tat-tfigħ tal-offerti u tal-kuntratt. Huma jistgħu ukoll jitolbu lil dawn l-operaturi ekonomiċi li jiżguraw li s-subkuntratturi jkunu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti.

KAPITOLU II

Limiti minimi, korpi ċentrali ta’ xiri u esklużjonijiet

Taqsima 1

Limiti minimi

Artikolu 8

Ammonti tal-limiti minimi għal kuntratti

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti li l-valur stmat tagħhom eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ikun mhux inqas mil-limiti minimi li ġejjin:

(a)

EUR 412 000 għal kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi;

(b)

EUR 5 150 000 għall-kuntratti ta’ xogħlijiet.

Artikolu 9

Metodi ta’ kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt u ta’ ftehim qafas

1.   Il-kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt huwa bbażat fuq l-ammont totali li għandu jitħallas, eskluża l-VAT, stmat mill-awtorità/entità kontraenti. Dan il-kalkolu għandu jieħu kont l-ammont kollu stmat, inkluża kwalunkwe forma eventwali ta’ għażla u t-tiġdid eventwali tal-kuntratt.

Fejn l-awtorità/entità kontraenti tipprovdi għal għotjiet jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tieħu kont tagħhom meta tikkalkula l-valur stmat tal-kuntratt.

2.   Din l-istima għandha tkun valida fil-mument ta’ meta jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt, kif speċifikat fl-Artikolu 32(2), jew, fil-każijiet fejn avviż bħal dan ma jkunx meħtieġ, fil-mument meta l-awtorità/entità kontraenti tibda l-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt.

3.   L-ebda proġett ta’ xogħol jew xiri propost biex jikseb ċerta kwantità ta’ provvisti u/jew ta’ servizzi ma jista’ jkun maqsum biex joħloq kuntratti essenzjalment identiċi, separati u parżjali jew b’mod ieħor imqassam sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva għalih.

4.   Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet, il-kalkolu tal-valur stmat għandu jieħu kont tal-ammont tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali stmat tal-provvista meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti.

5.

(a)

Fejn jew xiri propost ta’ servizzi jista’ jirriżulta fl-għoti ta’ kuntratti fl-istess ħin fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jitqies il-valur totali stmat tat-totalità ta’ dawn il-lottijiet.

Meta l-valur kumulattiv tal-lottijiet huwa ugwali jew jeċċedi l-limitu previst fl-Artikolu 8, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kwalunkwe lott.

Madankollu, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jidderogaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ lottijiet li l-valur stmat tagħhom eskluża l-VAT huwa inqas minn EUR 80 000 għas-servizzi u EUR 1 000 000 għax-xogħlijiet u sakemm l-ammont kumulattiv ta’ dawn il-lottijiet ma jeċċedix l-20 % tal-valur kumulattiv tat-totalità tal-lottijiet;

(b)

Fejn proposta ta’ akkwist ta’ provvisti simili tista’ tagħti lok għal kuntratti mogħtija fl-istess ħin minn lottijiet separati, il-valur stmat tat-totalità ta’ dawn il-lottijiet għandu jitqies għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 (a) u (b).

Meta l-valur kumulattiv tal-lottijiet huwa ugwali jew jeċċedi l-limitu previst fl-Artikolu 8, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kwalunkwe lott.

Madankollu, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jidderogaw minn din l-applikazzjoni għal lottijiet li l-valur stmat tagħhom eskluża l-VAT huwa inqas minn EUR 80 000 u sakemm l-ammont kumulattiv ta’ dawn il-lottijiet ma jeċċedix l-20 % tal-valur kumulattiv tat-totalità tal-lottijiet.

6.   Għall-kuntratti ta’ provvisti li għandhom bħala suġġett il-leasing, il-kiri jew il-hire purchase ta’ prodotti, il-valur li għandu jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt huwa li ġej:

(a)

fil-każ ta’ kuntratti b’perijodu determinat, meta dan huwa ugwali jew inqas minn għaxar snin, il-valur totali stmat għall-perijodu tal-kuntratt jew, meta l-perijodu tal-kuntratt huwa iktar minn għaxar snin, il-valur totali inkluż l-ammont stmat tal-valur residwu;

(b)

fil-każ ta’ kuntratti b’perijodu mhux determinat jew fejn id-determinazzjoni tal-perijodu tagħhom ma tistax tkun definita, il-valur mensili immultiplikat bi 48.

7.   Meta dan jikkonċerna kuntratti ta’ provvisti jew ta’ servizzi regolari jew maħsuba biex ikunu mġedda matul perijodu stipulat, bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratti għandu jiġi meqjus:

(a)

il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-12-il xahar preċedenti jew fis-sena finanzjarja aġġustata, jekk possibli, biex jittieħed kont tal-bidliet fil-kwantità jew valur li jistgħu jseħħu fil-kors tat-12-il xahar wara l-kuntratt inizjali; jew

(b)

il-valur totali stmat tal-kuntratti suċċessivi mogħtija matul it-tnax-il xahar wara l-ewwel kunsinna jew matul is-sena finanzjarja jekk dan huwa iktar minn tnax-il xahar.

L-għażla tal-metodu għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt ma tistax issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

8.   Għall-kuntratti ta’ servizzi, il-valur li għandu jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt huwa, jekk ikun il-każ, dan li ġej:

(a)

għas-servizzi li ġejjin:

(i)

servizzi ta’ assigurazzjoni: il-premium pagabbli u forom oħra ta’ remunerazzjoni;

(ii)

kuntratti ta’ disinn: onorarji, kummissjonijiet pagabbli u modi oħrajn ta’ remunerazzjoni;

(b)

għall-kuntratti ta’ servizzi li ma jindikawx prezz totali:

(i)

fil-każ ta’ kuntratti li għandhom perijodu determinat, sakemm dan huwa ugwali jew inqas minn 48 xahar: il-valur totali għall-perijodu kollu tagħhom;

(ii)

fil-każ ta’ kuntratti li għandhom perijodu mhux stipulat jew iktar minn 48 xahar: il-valur ta’ kwalunkwe xahar immultiplikat bi 48.

9.   Għall-ftehim qafas, il-valur li jrid jiġi kkunsidrat huwa l-valur massimu stmat eskluża l-VAT tal-kuntratti kollha maħsuba matul it-total tal-perijodu tal-ftehim qafas.

Taqsima 2

Korpi ċentrali ta’ xiri

Artikolu 10

Kuntratti u ftehim qafas mogħtija minn korpi ċentrali ta’ xiri

1.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jixtru xogħlijiet, provvista u/jew servizzi minn jew permezz ta’ korp ċentrali ta’ xiri.

2.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jixtru xogħlijiet, provvisti u/jew servizzi minn jew permezz ta’ korp ċentrali ta’ xiri fil-każi stabbiliti fl-Artikolu 1(18) għandhom ikunu meqjusa li kkonformaw ma’ din id-Direttiva safejn:

il-korp ċentrali ta’ xiri jkun ikkonforma magħha, jew

meta l-korp ċentrali ta’ xiri ma jkunx l-awtorità/entità kontraenti, ir-regoli tal-għoti tal-kuntratt li jkunu applikati jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-kuntratti li jingħataw jistgħu jkunu suġġetti għal rimedji suffiċjenti komparabbli ma’ dawk previsti fit-Titolu IV.

Taqsima 3

Kuntratti esklużi

Artikolu 11

Użu ta’ esklużjonijiet

L-ebda regola, proċedura, programm, ftehim, arrangament jew kuntratt imsemmi f’din it-taqsima ma jista’ jintuża biex ikunu evitati d-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 12

Kuntratti mogħtija skont regoli internazzjonali

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-kuntratti regolati minn:

(a)

regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali jew arranġament bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz jew aktar;

(b)

regoli speċifiċi proċedurali skont ftehim internazzjonali konkluż jew arranġament dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-garanzji mogħtija minn xi Stat Membru jew pajjiż terz;

(ċ)

regoli speċifiċi proċedurali ta’ organizzazzjoni internazzjonali, li tixtri għal skopijiet tagħha jew ta’ kuntratti li għandhom jingħataw minn Stat Membru bi qbil ma’ dawk ir-regoli.

Artikolu 13

Esklużjonijiet speċfiċi

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a)

kuntratti li għalihom l-applikazzjoni tar-regoli ta’ din id-Direttiva tobbliga Stat Membru li jgħaddi informazzjoni li l-iżvelar tagħha hu jqis kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu;

(b)

kuntratti għall attivitajiet tas-servizzi sigrieti;

(ċ)

kuntratti mogħtija fil-qafas ta’ programm ta’ koperazzjoni bbażat fuq ir-riċerka u l-iżvilupp li jsir b’mod konġunt bejn għall-inqas żewġ Stati Membri għall-iżvilupp ta’ prodott ġdid u, fejn applikabbli, l-aħħar fażi tal-partijiet kollha jew ta’ partijiet miċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dan il-prodott. Meta jkun konkluż programm koperattiv bħal dan bejn Stati Membri biss, l-Istati Membri għandhom jindikaw lill-Kummissjoni s-sehem tal-ispejjeż ta’ riċerka u żvilupp relattivi għall-ispiża globali tal-programm, il-ftehim tal-qsim ta’ spejjeż kif ukoll is-sehem maħsub ta’ xiri għal kull Stat Membru, jekk ikun il-każ;

(d)

kuntratti mogħtija f’pajjiż terz, inklużi xiri għal skopijiet ċivili, li jsir meta jkunu skjerati forzi militari barra mit-territorju tal-Unjoni, fejn ħtiġijiet operattivi jitolbu li dawn ikunu konklużi ma’ operaturi ekonomiċi li jinsabu fiz-zona tal-operazzjonijiet;

(e)

kuntratti ta’ servizzi li għandhom bħala għan l-akkwist jew il-kiri, ikunu xi jkunu l-arranġamenti finanzjarji, ta’ artijiet, bini eżistenti jew beni mmobiljari oħra jew li jikkonċernaw drittijiet fuq dawn il-beni;

(f)

kuntratti mogħtija minn gvern lil gvern ieħor dwar:

(i)

il-provvista ta’ tagħmir militari jew tagħmir sensittiv, jew

(ii)

xogħlijiet u servizzi direttament marbuta ma’ dan it-tagħmir, jew

(iii)

xogħlijiet u servizzi speċifikament għal skopijiet militari, jew xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi;

(g)

servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni;

(h)

servizzi finanzjarji, bl-eċċezzjoni ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni;

(i)

kuntratti ta’ impjieg;

(j)

servizzi ta’ riċerka u żvilupp minbarra dawk fejn il-benefiċċji tagħhom ikunu esklusivament tal-awtorità/entità kontraenti għall-użu tagħha fl-eżerċizzju tal-attività proprja tagħha dment li l-provvista tas-servizz tkun imħallsa b’mod sħiħ mill-awtorità/entità kontraenti.

Taqsima 4

Arranġamenti speċjali

Artikolu 14

Kuntratti riservati

L-Istati Membri jistgħu jirriservaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti lil workshops prottetti jew jipprovdu li dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjieg protetti fejn ‘il biċċa ‘l kbira tal-impjegati konċernati huma persuni b’diżabbiltà li, minħabba fin-natura jew is-serjetà tad-diżabbiltajiet tagħhom, ma jistgħux iwettqu xogħlijiet f’kondizzjonijiet normali.

L-avviż ta’ kuntratt għandu jagħmel referenza għal din id-disposizzjoni.

KAPITOLU III

Arranġamenti għal kuntratti ta’ servizz

Artikolu 15

Kuntratti ta’ servizz elenkati fl-Anness I

Il-kuntratti li għandhom bħala l-għan tagħhom servizzi koperti bl-Artikolu 2 u li huma elenkati fl-Anness I għandhom jiġu mogħtija taħt l-Artikoli 18 sa 54.

Artikolu 16

Kuntratti ta’ servizz elenkati fl-Anness II

Il-kuntratti li għandhom bħala l-għan tagħhom servizzi koperti bl-Artikolu 2 u li huma elenkati fl-Anness II għandhom jiġu mogħtija biss taħt l-Artikolu 18 u l-Artikolu 32(3).

Artikolu 17

Kuntratti mħallta li jinkludu servizzi elenkati fl-Annessi I u II

Il-kuntratti li għandhom bħala l-oġġett tagħhom servizzi koperti fl-Artikolu 2 li huma elenkati kemm fl-Anness I kif ukoll fl-Anness II għandhom jingħataw taħt l-Artikoli 18 sa 54 fejn il-valur tas-servizzi elenkati fl-Anness I huwa akbar mill-valur tas-servizzi elenkati fl-Anness II. F’każi oħra, il-kuntratti għandhom jingħataw taħt l-Artikolu 18 u l-Artikolu 30(3).

KAPITOLU IV

Regoli preċiżi dwar id-dokumentazzjoni tal-kuntratt

Artikolu 18

Speċifikazzjonijiet Tekniċi

1.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bħal dawk iddefiniti fil-punt 1) tal-Anness II għandhom jidhru fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt, bħall-avviżi ta’ kuntratt, id-dokumenti tal-kuntratt jew id-dokumenti deskrittivi jew id-dokumenti ta’ appoġġ.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jippermettu aċċess ugwali lill-offerenti u m’għandhomx ikollhom l-effett li joħolqu ostakli inġustifikati għall-ftuħ tal-kuntratti għall-kompetizzjoni.

3.   Mingħajr preġudizzju kemm għar-regoli tekniċi nazzjonali obbligatorji (li jinkludu dawk relatati mas-sikurezza tal-prodott) u kemm għar-rekwiżiti tekniċi li jridu jintlaħqu mill-Istati Membru, skont strumenti standardizzati ta’ ftehim internazzjonali, sabiex jiggarantixxu l-interoperabbiltà meħtieġa minn dawn l-istrumenti ta’ ftehim, u sakemm ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu magħmula:

(a)

jew b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddefiniti fl-Anness III u, b’ordni ta’ preferenza, għal:

standards ċivili nazzjonali li jittrasponu standards Ewropej,

l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej,

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ċivili komuni,

standards nazzjonali ċivili li jittrasponu l-istandards internazzjonali,

standards oħra ċivili internazzjonali,

sistemi ta’ referenza teknika oħrajn imħejjija minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, jew, meta dawn ma jeżistux, standards oħra civili nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali, jew għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali fir-rigward tal-kunċett, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u l-implimentazzjoni tal-prodotti,

speċifikazzjoni tekniċi ċivili li joħorġu mill-industrija u huma sew rikonoxxuti minnha, jew

l-“istandards ta’ difiża” nazzjonali ddefiniti fl-Anness II, punt 3 u speċifikazzjoni ta’ materjal ta’ difiża simili għal dawk l-istandards.

Kwalunkwe referenza għandha tkun segwita bit-terminu “jew ekwivalenti”;

(b)

jew f’termini ta’ prestazzjoni jew ta’ rekwiżiti funzjonali; tal-aħħar jistgħu jinkludu karatteristiċi ambjentali.

Madankollu dawn għandhom ikunu preċiżi biżżejjed li jippermettu lill-offerenti biex jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u lill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti biex jallokaw il-kuntratt;

(ċ)

jew f’termini ta’ prestazzjoni jew rekwiżiti funzjonali msemmija fil-punt (b), billi jirriferu, bħala mezz ta’ preżunzjoni ta’ konformità ma’ tali prestazzjoni jew rekwiżiti funzjonali, għall-ispeċifikazzjonijiet ikkwotati fil-punt (a);

(d)

jew b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) għal ċerti karatteristiċi u għall-prestazzjoni jew rekwiżiti funzjonali msemmija fil-punt (b) għal karatteristiċi oħrajn.

4.   Fejn awtorità/entità kontraenti tagħmel użu mill-possibbiltà li tirriferi għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 a), ma tistax tirrifjuta offerta għar-raġuni li l-prodotti u s-servizzi offruti m’humiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li għamlet referenza għalihom, meta l-offerent jagħti prova fl-offerta tiegħu, għas-sodisfazzjon tal-awtorità/entità kontraenti, bi kwalunkwe mezz xieraq, li s-soluzzjonijiet li huwa jipproponi jissodisfaw b’mod ugwali ir-rekwiżiti ddefiniti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Mezz xieraq jista’ jkun dossier tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp rikonoxxut.

5.   Fejn awtorità/entità kontraenti tagħmel użu mill-possibbiltà, prevista fil-paragrafu 3, li tistabbilixxi preskrizzjonijiet f’termini ta’ prestazzjoni jew ta’ eżiġenzi funzjonali, ma tistax tirrifjuta offerta ta’ xogħlijiet, ta’ prodotti jew ta’ servizzi konformi ma’ standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, b’approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjoni teknika komuni, standard internazzjonali, jew sistema ta’ referenza teknika stabbilita minn korp Ewropew ta’ standardizzazzjoni, jekk dawn l-ispeċifikazzjonijiet jikkonċernaw il-prestazzjonijiet jew ir-rekwiżiti funzjonali li din teħtieġ.

Fl-offerta tiegħu, l-offerent għandu jipprova, għas-sodisfazzjon tal-awtorità/entità kontraenti bi kwalunkwe mezz xieraq, li x-xogħol, prodott jew servizzi konformement mal-istandard jissodisfaw il-prestazzjoni jew ir-rekwiżiti funzjonali tal-awtorità/entità kontraenti.

Mezz xieraq jista’ jkun dossier tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp rikonoxxut.

6.   Fejn l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jippreskrivu karatteristiċi ambjentali f’termini ta’ prestazzjoni jew ta’ rekwiżiti funzjonali, bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 b), huma jistgħu jużaw l-ispeċifikazzjonijiet ddettaljati jew, jekk ikun meħtieġ, ta’ partijiet minn dawn, kif iddefiniti mit-tikketti ekoloġiċi Ewropej, (pluri)nazzjonali, jew minn kwalunkwe tikketta ekoloġika oħra sakemm:

dawn ikunu addattati biex jiddefinixxu l-karatteristiċi tal-provvisti jew tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt,

ir-rekwiżiti tat-tikketta jkunu żviluppati abbażi ta’ informazzjoni xjentifika,

it-tikketti ekoloġiċi jkunu adottati permezz ta’ proċedura li għalih jistgħu jipparteċipaw il-partijiet kollha kkonċernati, bħall-korpi governattivi, il-konsumaturi, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet ambjentali, u

jkunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jindikaw li l-prodotti u s-servizzi li jkollhom l-ekotikketta huma meqjusa li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fid-dokumenti tal-kuntratt; huma għandhom jaċċettaw kwalunkwe mezz xieraq ieħor ta’ prova, bħal dossier tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp rikonoxxut.

7.   B' “organi rikonoxxuti” fis-sens ta’ dan l-Artikolu, hu mifhum il-laboratorji ta’ prova, ta’ kalibrazzjoni, l-korpi ta’ spezzjoni u ta’ ċertifikazzjoni, konformi mal-istandards Ewropej applikabbli.

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw iċ-ċertifikati maħruġa minn korpi rikonoxxuti fi Stati Membri oħrajn.

8.   Sakemm ma jkunux iġġustifikati mis-suġġett tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux isemmu manifattura jew oriġini ddeterminata jew proċedura partikolari, u lanqas jirriferu għal marka, brevett jew tip, oriġini jew produzzjoni ddeterminata li jkollhom l-effett li jiffavorixxu jew iwarrbu ċerti intrapriżi jew ċerti prodotti. Din ir-referenza għandha tiġi awtorizzata, bħala eċċezzjoni, fil-każ fejn deskrizzjoni preċiża u intelliġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt m’hijiex possibbli bl-applikazzjoni tal-paragrafi 3 u 4; tali referenza għandha tkun segwita bit-terminu “jew ekwivalenti”.

Artikolu 19

Varjanti

1.   Fejn il-kriterju tal-għoti huwa dak tal-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, l-awtorità/entità kontraenti tista’ tawtorizza lill-offerent biex jippreżenta varjanti.

2.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż ta’ kuntratt jekk huma jawtorizzawx il-varjanti jew le. Jekk ma jkunx hemm indikazzjoni, il-varjanti m’humiex awtorizzati.

3.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jawtorizzaw il-varjanti għandhom isemmu fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti l-eżiġenzi minimi li l-varjanti għandhom jissodisfaw kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ieħor għall-preżentatzzjoni tagħhom.

L-awtoritajiet.entitajiet koontraenti għandhom jikkunsidraw biss il-varjanti li jikkorrispondu għar-rekwiżiti minimi mitluba minnhom.

4.   Fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvisti jew ta’ servizzi, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jkunu awtorizzaw varjanti ma jistgħux jirrifjutaw varjant għall-unika raġuni li dan iwassal, jekk jinżamm, rispettivament kemm għal kuntratt ta’ servizzi minflok kuntratt ta’ provvisti, jew għal kuntratt ta’ provvisti minflok kuntratt ta’ servizzi.

Artikolu 20

Kondizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu kondizzjonijiet partikolari relatati mal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja u jkunu indikati fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (fl-avviżi ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt, fid-dokumenti ta’ spjegazzjoni jew id-dokumenti ta’ sostenn). Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu, notevolment, jikkonċernaw is-subkuntrattar jew ifittxu li jiżguraw is-sigurtà tal-informazzjoni klassifikata u s-sigurtà tal-provvista meħtieġa mill-awtorità/entità kontraenti, taħt l-Artikoli 21, 22 u 23 jew jikkunsidraw fatturi ambjentali jew soċjali.

Artikolu 21

Subkuntrattar

1.   L-offerent li jingħata l-kuntratt għandu jkun liberu li jaċċetta s-subkuntratturi tiegħu għas-subkuntratti kollha li ma jkunux koperti mir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 u m’għandux, b’mod partikolari, jkun meħtieġ jiddiskrimina kontra subkuntratturi potenzjali fuq il-bażi tan-nazzjonalità.

2.   L-awtorità/entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru biex titlob lill-offerent:

biex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem tal-kuntratt li huwa jista’ jkollu l-ħsieb li jissubkuntratta lil partijiet terzi u kwalunkwe subkuntrattur propost kif ukoll is-suġġett tas-subkuntratti li għalihom jiġu proposti; u/jew

biex jindikaw kwalunkwe bidla li sseħħ fil-livell tas-subkuntratturi waqt eżekuzzjoni tal-kuntratt.

3.   L-awtorità/entità kontraenti tista’ tobbliga jew tista’ tinħtieġ minn Stat Membru biex tobbliga lil min jingħata l-kuntratt biex japplika d-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu III għas-subkuntratti kollha jew għal uħud minnhom li l-offerent li ngħata l-kuntratt ikollu l-ħsieb li jagħti lil partijiet terzi.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu sabiex l-awtorità/entità kontraenti tkun tista’ titlob jew tkun meħtieġa li titlob lill-offerent li ngħata l-kuntratt sabiex jissubkuntratta parti mill-kuntratt lil partijiet terzi. L-awtorità/entità kontraenti li timponi dan is-subkuntrattar għandha tesprimi dan il-persentaġġ minimu f’forma ta’ firxa ta’ valuri, li tinkludi persentaġġ minimu u ieħor massimu. Il-persentaġġ massimu ma jistax jaqbeż it-30 % tal-valur tal-kuntratt. Din il-firxa għandha tkun proporzjonata għas-suġġett u l-valur tal-kuntratt u n-natura tas-settur tal-industrija involut, inklużi l-livell ta’ kompetizzjoni f’dak is-suq u l-kapaċitajiet tekniċi relevanti tal-bażi industrijali.

Kwlaunkwe persentaġġ ta’ subkuntrattar li jaqa’ fil-firxa ta’ valuri indikati mill-awtorità/entità kontraenti għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżit ta’ subkuntrattar stipulat f’dan il-paragrafu.

L-offerenti jistgħu jipproponu li jissubkuntrattaw parti mill-valur totali li taqbeż il-firxa meħtieġa mill-awtorità/entità kontraenti.

L-awtorità/entità kontaenti għandha titlob lill-offerenti biex jispeċifikaw, fl-offerta tagħhom, liema parti(jiet) tal-offerta tagħhom bi ħsiebhom jissubkuntrattaw biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

L-awtorità/entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tinħtieġ minn Stat Membru li titlob lill-offerenti biex jispeċifikaw ukoll liema parti jew partijiet tal-offerta tagħhom bi ħsiebhom jissubkuntrattaw minbarra l-persentaġġ meħtieġ, kif ukoll is-subkuntratturi li diġà identifikaw.

L-offerent li jingħata l-kuntratt għandu jagħti subkuntratti li jikkorrispondu għall-persentaġġ li l-awtorità/entità kontraenti teħtieġu li jissubkuntratta skont id-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu III.

5.   Fil-każijiet kollha, meta Stat Membru jipprevedi li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jirrifjutaw is-subkuntratturi magħżula mill-offerent fl-istadju tal-għoti tal-kuntratt ewlieni jew minn min jingħata l-kuntratt waqt it-twettiq tal-kuntratt, tali rifjut jista’ jkun ibbażat biss fuq kriterji applikati għall-għażla tal-offerenti għall-kuntratt ewlieni Jekk l-awtorità/entità kontraenti tirrifjuta subkuntrattur, għandha tipproduċi ġustifikazzjoni bil-miktub lill-offerent jew lill-offerent li jingħata l-kuntratt, fejn tistipukla għalfejn tqis li s-subkuntrattur ma jissodisfax il-kriterji.

6.   Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 għandhom jiġu indikati fl-avviżi tal-kuntratt.

7.   Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom ikunu bla ħsara għall-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-operatur ekonomiku prinċipali.

Artikolu 22

Sigurtà tal-informazzjoni

Fejn il-kuntratti jinvolvu, jeħtieġu u/jew jinkludu informazzjoni klassifikata, l-awtorità/entità kontraenti għandha tippreċiża fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (fl-avviżi ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt, fid-dokumenti ta’ spjegazzjoni jew id-dokumenti ta’ sostenn) il-miżuri u l-eżiġenzi kollha meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà ta’ din l-informazzjoni fil-livell meħtieġ.

Għal dan il-għan, l-awtorità/entità kontraenti tista’ tirrikjedi li l-offerta tinkludi, inter alia, d-dettalji li ġejjin:

(a)

impenn mill-offerent u mis-subkuntratturi diġà identifikati li jissalvagwardjaw b’mod xieraq il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kklassifikata kollha fil-pussess tagħhom jew li tiġi nnotifikata lilhom waqt it-tul tal-kuntratt u wara t-tmiem jew il-konklużjoni tal-kuntratt, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relevanti;

(b)

impenn mill-offerent li jikseb l-impenn previst fil-punt (a) mis-subkuntratturi l-oħra li se jissubkuntratta waqt l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(ċ)

informazzjoni suffiċjenti dwar is-subkuntratturi diġà identifikati, sabiexl-awtorità/entità kontraenti tkun tista’ tiddetermina li kull wieħed minnhom għandu l-kapaċitajiet meħtieġa biex jissalvagwardja b’mod xieraq il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kklassifikata li għaliha jkollu aċċess jew li jkun meħtieġ jipproduċi fit-twettiq tal-attivitajiet subkuntrattati;

(d)

impenn mill-offerent li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fil-punt (b) dwar kwalunkwe subkuntrattur ġdid qabel ma jtihom subkuntratt.

Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju tas-sistemi nazzjonali ta’ approvazzjoni tas-sigurtà, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-miżuri u r-rekwiżiti msemmiji fit-tieni subparagrafu għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-approvazzjoni tas-sigurtà. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet tas-sigurtà li jqisu ekwivalenti għal dawk maħruġa skont il-liġi nazzjonali tagħhom, minkejja l-possibbiltà li jwettqu u jikkunsidraw investigazzjonijiet ulterjuri tagħhom stess jekk dan ikun meqjus neċessarju.

Artikolu 23

Sigurtà tal-provvista

L-awtorità/entità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt fl-avviżi ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt, fid-dokumenti ta’ spjegazzjoni jew id-dokumenti ta’ sostenn) ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-provvista tagħha.

Għal dan il-għan, l-awtorità/entità kontraenti tista’ tirrikjedi li l-offerta tinkludi, inter alia, id-dettalji li ġejjin:

(a)

ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni li turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità/entità kontraenti li l-offerent se jkun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-esportazzjoni, it-trasferiment u t-transitu tal-merkanzija marbuta mal-kuntratt, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun waslet għand l-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati;

(b)

l-indikazzjoni ta’ kwlalunkwe restrizzjoni fuq l-awtorità/entità kontraenti fir-rigward tal-iżvelar, it-trasferiment jew l-użu tal-prodotti u s-servizzi jew kwalunkwe riżultat ta’ dawn il-prodotti jew servizzi, li tirriżulta mill-kontroll tal-esportazzjoni jew mill-arranġamenti ta’ sigurtà;

(ċ)

ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni li turi li l-organizzazzjoni u l-lok tal-katina tal-provvista tal-offerent jippermettulu li josserva r-rekwiżiti tal-awtorità/entità kontraenti fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista stabbiliti fid-dokumenti tal-kuntratt, u impenn sabiex jiġi żgurat li l-bidliet possibbli fil-katina tal-provvista tiegħu waqt it-twettiq tal-kuntratt mhux se jaffettwaw ħażin il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti;

(d)

impenn mill-offerent li jistabbilixxi u/jew iżomm il-kapaċità meħtieġa biex jissodisfa ħtiġijiet addizzjonali meħtieġa mill-awtorità/entità kontraenti li jinqalgħu bħala riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi, skont termini u kondizzjonijiet li jridu jiġu miftiehma;

(e)

kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun waslet mill-awtoritajiet nazzjonali tal-offerent rigward it-twettiq ta’ żidiet addizzjonali meħtieġa mill-awtorità/entità kontraenti li jinqalgħu bħala riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi;

(f)

impenn mill-offerent li jwettaq il-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(g)

impenn mill-offerent li jinforma lill-awtorità/entità kontraenti f’ħin debitu bi kwalunkwe tibdil li jseħħ fl-organizzazzjoni tiegħu jew fl-istrateġija industrijali tiegħu li jista’ jaffettwa l-obbligi tiegħu lejn dik l-awtorità/entità;

(h)

impenn mill-offerent li jipprovdi lill-awtorità/entità kontraenti, skont termini u kondizzjonijiet li jridu jiġu miftiehma, bil-mezzi kollha speċifiċi neċessarji għall-produzzjoni ta’ “spare parts”, komponenti, “assemblies” u tagħmir għall-ittestjar speċjali, inklużi disinji tekniċi, liċenzji u istruzzjonijiet għall-użu, fil-każ li ma jkunx jista’jipprovdilhom dawn l-oġġetti.

L-offerent jista’ ma jkunx meħtieġ li jikseb impenn minn Stat Membru li jista’ jkun ta’ ħsara għal-libertà ta’ Stat Membru li japplika, skont il-liġi internazzjonali jew Komunitarja relevanti, il-kriterji ta’ liċenzjar nazzjonali tal-esportazzjoni, tat-trasferiment jew tat-transitu tiegħu fiċ-ċirkostanzi prevalenti fiż-żmien ta’ tali deċiżjoni ta’ liċenzjar.

Artikolu 24

Obbligi relatati mat-taxxa, il-protezzjoni tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet għal protezzjoni tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol

1.   L-awtorità/entità kontraenti tista’ tindika jew tkun obbligata minn Stat Membru biex tindika fl-ispeċifikazzjonijiet, il-korp jew il-korpi li mingħandhom il-kandidati jew l-offerent jistgħu jiksbu informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-obbligi relatati mat-taxxa, il-protezzjoni tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun, fil-lokalita jew fil-pajjiż terz li fih is-servizzi jridu jitwettqu u li għandhom ikunu applikabbli għax-xogħlijiet imwettqa fuq is-sit jew għas-servizzi pprovvduti matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

2.   L-awtorità/entità kontraenti li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titlob lill-offerenti biex jindikaw li huma kienu ħadu kont, meta fasslu l-offerta tagħhom, tal-obbligi relatati mad-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn ikunu ser isiru x-xogħlijiet jew fejn is-servizz ikun ser jiġi pprovdut.

L-ewwel subparagrafu għandu jkun bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 49 li jikkonċerna l-eżami ta’ offerti anormalment baxxi.

KAPITOLU V

Proċeduri

Artikolu 25

Proċeduri applikabbli

Fl-għoti tal-kuntratti, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri nazzjonali aġġustati għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu l-kuntratti billi jirrikorru għall-proċedura ristretta jew għall-proċedura nnegozjata mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 27, jistgħu jagħtu l-kuntratti tagħhom permezz tad-djalogu kompetittiv.

Fil-każijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi msemmija espressament fl-Artikolu 28, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jirrikorru għal proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt.

Artikolu 26

Proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt

1.   Fil-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jinnegozjaw l-offerti flimkien mal-offerent sabiex jiġu adattati għar-rekwiżiti li huma jkunu indikaw fl-avviż ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt u fid-dokumenti ta’ sostenn, jekk ikun hemm, u sabiex jiddeterminaw l-aħjar offerta konformement mal-Artikolu 47.

2.   Matul in-negozjati, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw l-ugwaljanza ta’ trattament bejn l-offerenti kollha. B’mod partikolari, m’għandhomx jagħtu, b’mod diskriminatorju, informazzjoni li tista’ tagħti vantaġġ lil uħud mill-offerenti fuq oħrajn.

3.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jipprevedu li l-proċedura nnegozjata ssir f’fażijiet suċċessivi sabiex jitnaqqas in-numru ta’ offerti li jridu jiġu nnegozjati billi japplikaw il-kriterji tal-għoti stipulati fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokumenti tal-kuntratt. L-avviż ta’ kuntratt jew id-dokumenti tal-kuntratt għandhom jindikaw jekk sarx jew le użu minn din il-fakultà.

Artikolu 27

Djalogu kompetittiv

1.   Fil-każ ta’ kuntratti partikolarment kumplessi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li fejn awtoritajiet/entitajiet kontraenti jikkunsidraw li l-użu tal-proċedura ristretta jew il-proċedura nnegozjata mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt ma jippermettix l-għoti tal-kuntratt, dan tal-aħħar jista’ jirrikorri għad-djalogu kompetittiv konformement ma’ dan l-Artikolu.

L-għoti tal-kuntratt għandu jsir fuq il-bażi waħdanija tal-kriterju tal-għoti tal-offerta li tkun l-aktar ekonomikament vantaġġjuża.

2.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jippubblikaw avviż ta’ kuntratt li fih jistabbilixxu l-ħtiġiet u r-rekwiżiti tagħhom, li jiddefinixxu f’dan l-istess avviż u/jew f’dokument ta’ spjegazzjoni.

3.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jibdew djalogu, flimkien mal-kandidati magħżula konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 38 sa 46, bl-għan tal-identifikazzjoni u tad-definizzjoni tal-mezzi l-aktar xierqa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. Matul dan id-djalogu jistgħu jiddiskutu l-aspetti kollha tal-kuntratt mal-kandidati magħżula.

Matul id-djalogu, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw l-ugwaljanza ta’ trattament fost l-offerenti. B’mod partikolari, m’għandhomx jagħtu, b’mod diskriminatorju, informazzjoni li tista’ tiffavorixxi wħud mill-offerenti fuq oħrajn.

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ma jistgħux jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħrajn is-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn kandidat li jkun qiegħed jipparteċipa fid-djalogu mingħajr il-qbil ta’ dak il-kandidat.

4.   L-awtoritajiet/kontraenti kontraenti jistgħu jipprevedu li l-proċedura ssir f’fażijiet suċċessivi b’mod li jitnaqqas in-numru ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi matul il-fażi tad-djalogu billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti stipulati fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokument ta’ spjegazzjoni. L-użu ta’ din il-fakultà għandu jkun indikat fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokument ta’ spjegazzjoni.

5.   L-awtorità/entità kontraenti għandha tkompli dan id-djalogu sakemm tkun tista’ tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet, jekk ikun neċessarju wara li tkun qabblithom, li aktarx ikunu jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tagħha.

6.   Wara li jkunu ddikjaraw li d-djalogu ngħalaq u jkunu informaw lill-parteċipanti b’dan, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jistednuhom biex jerġgħu jippreżentaw l-offerta finali tagħhom abbażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ippreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawn l-offerti għandu jkollhom fihom l-elementi kollha mitluba u meħtieġa għat-twettiq tal-proġett.

Fuq talba tal-awtorità/entità kontraenti, dawn l-offerti jistgħu jkunu kkjarifikati, ippreċiżati u mtejba. Madankollu, dawn id-dettalji, il-kjarifiki, it-titjib jew l-informazzjoni addizzjonali ma jistgħux jirriżultaw fi bdil tal-elementi fundamentali tal-offerta jew tas-sejħa għal offerta, fejn il-varjazzjoni aktarx toħloq distorzjoni fil-kompetizzjoni jew ikollha effett diskriminatorju.

7.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jevalwaw l-offerti rċevuti skont il-kriterji tal-għoti stipulati fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokument ta’ spjegazzjoni u jagħżlu l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża konformement mal-Artikolu 47.

Fuq talba tal-awtorità/entità kontraenti, l-offerent li jiġi identifikat bħala dak li għamel l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża jista’ jintalab jikkjarifika aspetti tal-offerta tiegħu jew jikkonferma l-impenji li jidhru fiha, bil-kondizzjoni li tali kjarifika ma tirriżultax fil-bdil ta’ elementi sostanzjali tal-offerta jew tas-sejħa għal offerti u ma twassalx għal riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni jew tikkawża xi diskriminazzjoni.

8.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jispeċifikaw prezzijiet jew ħlasijiet lill-parteċipanti fid-djalogu.

Artikolu 28

Każijiet li jiġġustifikaw l-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt

Fil-każijiet li ġejjin, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt u għandhom jiġġustifikaw l-użu ta’ din i-proċedura fl-avviż tal-għoti tal-kuntratt kif meħtieġ fl-Artikolu 30(3):

(1)

għal kuntratti ta’ xogħlijiet, kuntratti ta’ forniment u kuntratti ta’ servizzi:

(a)

meta ma jkunux ġew sottomessi offerti jew offerti xierqa jew applikazzjonijiet b’reazzjoni għal proċedura ristretta, għal proċedura nnegozjata b’pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt jew għal djalogu kompetittiv, sakemm il-kondizzjonijiet inizjali ta’ kuntratt ma jkunux mibdula sostanzjalment u bil-kondizzjoni li jinbagħat rapport lill-Kummissjoni fuq talba tagħha;

(b)

fil-każ ta’ offerti irregolari jew fil-każ li ta’ preżentazzjoni ta’ offerti li ma jkunux aċċettabli skont id-disposizzjonijiet nazzjonali kompatibbli mal-Artikoli 5, 19, 21 sa 24 u l-Kapitolu VII ta’ Titolu II, b’reazzjoni għal proċedura ristretta jewgħal proċedura nnegozjata b’pubblikazzjoni jew djalogu kompetittiv sakemm:

(i)

it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jkunux mibdula sostanzjalment, u

(ii)

jinkludu fil-proċedura nnegozjata lill-offerenti kollha, u huma biss, li jkunu ssodisfaw il-kriterji tal-Artikoli 39 sa 46 u li, matul id-djalogu kompetittiv jew il-proċedura ristretta preċedenti, ikunu ppreżentaw offerti skont ir-rekwiżiti formali tal-proċedura tal-offerti;

(ċ)

meta urġenza li tirriżulta minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi ma tkunx kompatibbli mal-perijodi stabbiliti għall-proċeduri ristretti u nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, inklużi l-perjodi mqassra msemmija fl-Artikolu 33(7). Dan jista’ japplika pereżempju fil-każijiet imsemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23;

(d)

safejn ikun strettament neċessarju meta, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema b’riżultat ta’ ġrajjiet mhux mistennija mill-awtoritajiet/entitajiet kontrattwanti involuti, il-limitu ta’ żmien għal proċeduri ristretti jew innegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, inklużi l-limiti ta’ żmien imqassra kif imsemmi fl-Artikolu 33(7), ma jkunux jistgħu jiġu rrispettati. Iċ-ċirkonstanzi invokati bħala ġustifikazzjoni ta’ urġenza estrema m’għandhom bl-ebda mod ikunu attribwibbli lill-awtorità/entità kontraenti;

(e)

meta, minħabba raġunijiet tekniċi jew relatati mal-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ esklussività, il-kuntratt jista’ jingħata biss lil operatur ekonomiku ddeterminat;

(2)

għal kuntratti ta’ servizzi u ta’ provvisti:

(a)

għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 13;

(b)

għal prodotti mmanifatturati unikament għall-finijiet ta’ riċerka u żvilupp, ħlief għall-produzzjoni fi kwantitajiet immirati biex tkun stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali jew biex ikunu mifdija l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp;

(3)

għal kuntratti ta’ provvisti:

(a)

għall-kunsinni addizzjonali li jsiru mill-fornitur inizjali u maħsuba jew għas-sostituzzjoni parzjali ta’ provvisti jew installazzjonijiet ta’ użu kurrenti, jew għall-estensjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet eżistenti, meta l-bidla ta’ fornitur tobbliga lill-awtorità/entità kontraenti biex takkwista materjal b’karatteristiċi tekniċi differenti li jwassal għal nuqqas ta’ kompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-użu u fil-manutenzjoni.

It-tul ta’ żmien ta’ tali kuntratti, kif ukoll tal-kuntratti li jistgħu jiġġeddu, ma jistax jeċċedi l-ħames snin, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali determinati billi jittieħed kont tat-tul tas-servizz mistenni ta’ kwalunkwe oġġett, installazzjoni jew sistema mwassal, u tad-diffikultajiet tekniċi li l-bidla fil-fornitur tista’ toħloq;

(b)

għal provvisti kkwotati u mixtrija f’suq tal-oġġetti għall-użu fid-dar;

(ċ)

għax-xiri ta’ provvisti b’termini partikolarment vantaġġużi, jew mingħand fornitur li definittivament ikun se jagħlaq l-attivitajiet ta’ negozju tiegħu jew minn riċevituri jew likwidaturi ta’ xi falliment finanzjarju, arranġament ma’ kreditur, jew proċedura simili skont regolamenti jew liġijiet nazzjonali;

(4)

għal kuntratti ta’ xogħlijiet u kuntratti ta’ servizz:

(a)

għax-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali li ma jidhrux fil-proġett ippjanat fil-bidu u lanqas fil-kuntratt inizjali u li jsiru meħtieġa, wara ċirkostanza mhux prevista, għall-eżekuzzjoni tax-xogħol jew tas-servizz kif inhu deskritt, bil-kondizzjoni li l-għoti jingħata lill-operatur ekonomiku li jagħmel tali xogħol jew servizz:

(i)

meta dawn ix-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali ma jistgħux teknikament jew ekonomikament ikunu sseparati mill-kuntratt inizjali mingħajr inkonvenjent kbir għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, jew

(ii)

meta tali xogħlijiet jew servizzi, għalkemm ikunu separabbli mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt inizjali, ikunu strettament meħtieġa għat-titjib tiegħu.

Madanakollu, il-valur kumulattiv ta’ kuntratti mogħtija għal xogħlijiet addizzjonali jew servizzi ma jistax jeċċedi l-50 % tal-ammont tal-kuntratt oriġinali;

(b)

għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili mogħtija lill-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt inizjali mill-istess awtoritajiet/entitajiet kontraenti, bil-kondizzjoni li tali xogħlijiet jew servizzi jkunu konformi ma’ proġett bażiku u li dan il-proġett kien is-suġġett ta’ kuntratt inizjali mogħti skont il-proċedura ristretta, il-proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt jew id-djalogu kompetittiv.

Hekk kif issir is-sejħa kompetittiva fir-rigward tal-ewwel proġett, għandha tiġi żvelata l-possibbiltà tal-proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, u l-ammont totali stmat għal xogħlijiet jew servizzi sussegwenti għandu jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8.

Ma jistax isir użu ta’ din il-proċedura ħlief matul il-perjodu ta’ ħames snin wara t-tmiem tal-kuntratt inizjali, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali determinati billi jitqiesu t-tul tas-servizz mistenni ta’ kull oġġett, installazzjoni jew sistema mwassla, u d-diffikultajiet tekniċi li l-bidla fil-fornitur tista’ toħloq;

(5)

għal kuntratti relatati mal-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru jew bil-baħar għall-forzi armati jew għall-forzi tas-sigurtà ta’ Stat Membru użati jew li se jintużaw barra mit-territorju tagħhom, meta l-awtorità/entità kontraenti jkollha tixtri dawn is-servizzi minn operaturi ekonomiċi li jiggarantixxu l-validità tal-offerti tagħhom biss għal perjodi tant qosra li l-limitu ta’ żmien għall-proċedura ristretta jew għall-proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, inklużi l-limiti ta’ żmien imqassra kif imsemmi fl-Artikolu 33(7), ma jkunux jistgħu jiġu rrispettati.

Artikolu 29

Strumenti ta’ ftehim qafas

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-possibbiltà għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti biex jikkonkludu ftehim qafas.

2.   Għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom isegwu r-regoli ta’ proċedura msemmija f’din id-Direttiva għall-fażijiet kollha sal-għoti tal-kuntratti abbażi ta’ dan il-ftehim qafas. L-għażla tal-partijiet għall-ftehim qafas għandha ssir bl-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti stabbiliti konformement mal-Artikolu 47.

Il-kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom ikunu mogħtija skont il-proċeduri previsti fil-paragrafi 3 u 4. Dawn il-proċeduri huma applikabbli biss bejn l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi li kienu oriġinarjament partijiet għall-ftehim qafas.

Wara l-għoti ta’ kuntratti bbażati fuq il-ftehim qafas, il-partijiet f’ebda każ ma jistgħu jagħmlu emendi sostanzjali għat-termini stabbiliti f’dan il-ftehim qafas, notevolment fil-każ stabbilit fil-paragrafu 3.

It-tul ta’ żmien ta’ ftehim qafas ma jistax jeċċedi s-seba’ snin, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali determinati billi jitqiesu t-tul tas-servizz mistenni ta’ kull oġġett, installazzjoni jew sistema mwassla, u d-diffikultajiet tekniċi li l-bidla fil-fornitur tista’ toħloq.

F’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni xierqa għal dawk iċ-ċirkostanzi fl-avviż imsemmi fl-Artikolu 30(3).

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ma jistgħux jużaw ftehim qafas b’mod mhux xieraq jew b’tali mod li jimpedixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kompetizzjoni.

3.   Fejn ftehim qafas ikun konkluż ma’ operatur ekonomiku wieħed, il-kuntratti bbażati fuq dan il-ftehim qafas għandhom jingħataw fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-ftehim qafas.

Għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub lill-operatur li huwa parti fil-ftehim qafas, billi jitolbuh ikompli, jekk ikun hemm il-ħtieġa, l-offerta tiegħu.

4.   Fejn ftehim qafas ikun konkluż ma’ diversi operaturi ekonomiċi, in-numru tagħhom għandu jkun mill-inqas ugwali għal tlieta, sabiex ikun hemm numru suffiċjenti ta’ operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kriterji ta’ għażla u/jew ta’ offerti li jistgħu jkunu rċevuti li jikkorrispondu għall-kriterji tal-għoti.

L-għoti tal-kuntratti bbażati fuq strumenti ta’ ftehim qafas konklużi ma’ bosta operaturi ekonomiċi jista’ jsir jew:

bl-applikazzjoni tat-termini stabbiliti fil-ftehim qafas, mingħajr ma jinfetaħ għall-kompetizzjoni, jew,

meta t-termini kollha ma jkunux stabbilti fil-ftehim qafas, wara li l-partijiet jerġgħu ikunu f’kompetizzjoni abbażi tal-istess termini, jekk meħtieġ jiġu ppreċiżati lilhom, u, jekk ikun hemm il-ħtieġa, termini oħrajn indikati fid-dokumenti tal-kuntratt tal-ftehim qafas, skont il-proċedura li ġejja:

(a)

għal kwalunkwe kuntratt li għandu jingħata, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jikkonsultaw bil-miktub lill-operaturi ekonomiċi li huma kapaċi li jwettqu l-kuntratt;

(b)

l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien suffiċjenti biex jiġu ppreżentati l-offerti relatati ma’ kwalunkwe kuntratt speċifiku filwaqt li jkunu kkunsidrati elementi bħall-kumplessità tas-suġġett tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għall-preżentazzjoni tal-offerti;

(ċ)

l-offerti għandhom ikunu ppreżentati bil-miktub u l-kontenut tagħhom għandu jibqa’ kunfidenzjali sat-tmiem tal-limitu ta’ żmien previst għal tweġiba;

(d)

l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jagħtu kwalunkwe kuntratt lil min għamel l-aħjar offerta abbażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fid-dokumenti tal-kuntratt tal-ftehim qafas.

KAPITOLU VI

Regoli dwar reklamar u trasparenza

Taqsima 1

Pubblikazzjoni tal-avviżi

Artikolu 30

Avviżi

1.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jgħarrfu permezz ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel, ippubblikat mill-Kummissjoni jew minnhom stess fil-“profil tax-xerrej” tagħhom kif deskritt fil-punt 2 tal-Anness VI:

(a)

f’dak li għandu x’jaqsam mal-provvisti, l-ammont totali stmat tal-kuntratti jew tal-istrumenti ta’ ftehim qafas minn gruppi ta’ prodotti li huma bi ħsiebhom jagħtu matul it-tnax-il xahar ta’ wara.

Il-gruppi ta’ prodotti għandhom ikunu stabbiliti mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti b’referenza għan-nomenklatura tas-CPV;

(b)

f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi, l-ammont totali stmat tal-kuntratti jew tal-istrumenti ta’ ftehim qafas, għal kull waħda mill-kategoriji ta’ servizzi li huma bi ħsiebhom jagħtu matul it-tnax-il xahar ta’ wara;

(ċ)

f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħlijiet, il-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratti jew tal-istrumenti ta’ ftehim qafas li huma bi ħsiebhom jagħtu.

L-avviżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni jew ikunu ppubblikati fuq il-profil tax-xerrej mill-aktar fis possibbli wara li tittieħed id-deċiżjoni li tawtorizza l-proġett li għat-twettiq tiegħu l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti bi ħsiebhom jagħtu kuntratti jew jidħlu fi ftehim qafas.

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jippubblikaw l-avviż ta’ tagħrif minn qabel fuq il-profil tax-xerrej tagħhom, għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, b’mezz elettroniku, konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni indikati fil-punt 3 tal-Anness VI.

Il-pubblikazzjoni tal-avviżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun obbligatorja biss fejn l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jagħżlu li jqassru l-limiti ta’ żmien biex jirċievu offerti kif stipulat fl-Artikolu 33(3).

Dan il-paragrafu m’għandux japplika għall-proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt.

2.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu kuntratt jew ftehim qafas billi jirrikorru għal proċedura ristretta, għal proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta’ avviż jew għal djalogu kompetittiv għandhom jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż ta’ kuntratt.

3.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li taw kuntratt jew ikkonkludew ftehim qafas, għandhom jibagħtu avviż dwar ir-riżultati tal-proċedura tal-għoti sa mhux aktar tard minn 48 jum wara l-għoti tal-kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim qafas.

Fil-każ ta’ strumenti ta’ ftehim qafas konklużi konformement mal-Artikolu 29, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti m’għandhomx ikunu obbligati li jibagħtu avviż dwar ir-riżultati tal-għoti ta’ kull kuntratt ibbażat fuq dak il-ftehim.

Ċerta informazzjoni dwar l-għoti tal-kuntratt jew il-konklużjoni tal-ftehim qafas tista’ ma tkunx ippubblikata fil-każ fejn l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jkun ta’ ostaklu għall-applikazzjoni tal-liġijiet, imur kontra l-interess pubbliku, b’mod partikolari l-interessi ta’ difiża u/jew sigurtà, jew ikun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi pubbliċi jew privati, jew jista’ tagħmel ħsara lill-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

Artikolu 31

Pubblikazzjoni mhux obbligatorja

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw, konformement mal-Artikolu 32, avviżi li jikkonċernaw kuntratti li ma jkunux suġġetti għar-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni stipulat f’din id-Direttiva.

Artikolu 32

Forma u mod kif jiġu ppubblikati l-avviżi

1.   L-avviżi għandhom jinkludu l-informazzjoni msemmija fl-Anness V u, skont il-każ, kwalunkwe tagħrif ieħor meqjus utli mill-awtorità/entità kontraenti skont il-format tal-formoli standard adottati mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 67(2).

2.   L-avviżi mibgħuta mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti lill-Kummissjoni għandhom jintbagħtu jew b’mezzi elettroniċi konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI, jew b’mezzi oħrajn. Fil-każ ta’ użu tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikolu 33(7), l-avviżi għandhom jintbagħtu jew bil-fax, jew b’mezzi elettroniċi, konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI.

L-avviżi għandhom jiġu ppubblikati konformement mal-karatteristiċi tekniċi ta’ pubblikazzjoni indikati fil-punt 1 (a) u (b) tal-Anness VI.

3.   L-avviżi mħejjija u mibgħuta b’mezzi elettroniċi konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI, għandhom jiġu ppubblikati sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu.

L-avviżi li ma jintbagħtux b’mezzi elettroniċi, konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI, għandhom jiġu ppubblikati sa mhux aktar tard minn tnax-il jum wara li jintbagħtu jew, fil-każ tal-proċedura aċċellerata msemmija fl-Artikolu 33(7), sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu.

4.   L-avviżi ta’ kuntratt għandhom jiġu ppubblikati in extenso f’lingwa uffiċjali tal-Komunità, magħżula mill-awtorità/entità kontraenti, fejn it-test ippubblikat f’din il-lingwa oriġinali jikkostitwixxi l-uniku test awtentiku. Rapport qasir tal-informazzjoni importanti f’kull avviż għandu jiġi ppubblikat fil-lingwi uffiċjali l-oħra.

L-ispejjeż ta’ pubblikazzjoni ta’ avviżi bħal dawn mill-Kummissjoni għandhom jitħallsu mill-Komunità.

5.   L-avviżi u l-kontenut tagħhom ma jistgħux jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali jew fil-profil tax-xerrej qabel id-data li fiha jintbagħtu lill-Kummissjoni.

L-avviżi ppubblikati fil-livell nazzjonali m’għandux ikun fihom tagħrif ieħor minbarra dak fl-avviżi mibgħuta lill-Kummissjoni jew pubblikati fuq profil tax-xerrej bi qbil mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 30(1), iżda għandhom isemmu d-data ta’ meta l-avviż intbagħat lill-Kummissjoni jew il-pubblikazzjoni tiegħu fuq il-profil tax-xerrej.

Avviżi ta’ informazzjoni minn qabel ma jistgħux jiġu ppubblikati fi profil tax-xerrej qabel ma jintbagħat avviż lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni tagħhom f’dik il-forma; huma għandhom jiddikarjaw id-data ta’ meta ntbagħtu.

6.   Il-kontenut tal-avviżi li ma jintbagħtux b’mezzi elettroniċi konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI, għandu jkun limitat għal madwar 650 kelma.

7.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu juru l-prova tad-data meta ntbagħtu l-avviżi.

8.   Il-Kummissjoni għandha tagħti konferma lill-awtorità/entità kontraenti tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta fejn tissemma d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Din il-konferma għandha tikkostitiwixxi prova ta’ pubblikazzjoni.

Taqsima 2

Limiti ta’ żmien

Artikolu 33

Limiti ta’ żmien għar-riċezzjoni ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni u għar-riċezzjoni ta’ offerti

1.   Meta jistabbilixxu l-limiti ta’ żmien biex jaslu t-talbiet għall-parteċipazzjoni u tal-offerti, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw b’mod partikolari l-kumplessità tal-kuntratt u ż-żmien meħtieġ għat-tħejjija tal-offerti, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti b’dan l-Artikolu.

2.   Fil-proċeduri ristretti, il-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt uużu ta’ djalogu kompetittiv, il-limitu ta’ żmien minimu biex jaslu t-talbiet għall-parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 37 jum mid-data ta’ meta jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

Fil-proċeduri ristretti, il-limitu ta’ żmien minimu biex jaslu l-offerti huwa ta’ 40 jum mid-data ta’ meta tintbagħat l-istedina.

3.   Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jippubblikaw avviż ta’ informazzjoni minn qabel, il-limitu ta’ żmien minimu għall-wasla tal-offerti skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jista’, bħala regola ġenerali, jitqassar għal 36 jum, iżda taħt l-ebda ċirkostanza għal inqas minn 22 jum.

Il-limitu ta’ żmien għandu jibda mid-data li fiha jkun intbagħtet is-sejħa għall-offerti.

Il-limiti ta’ żmien imqassra msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu permessi, sakemm l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel ikun inkluda t-tagħrif kollu meħtieġ għall-avviż ta’ kuntratt fl-Anness V, u safejn dak it-tagħrif ikun disponibbli fiż-żmien meta l-avviż jiġi ppubblikat u sakemm l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel ikun intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn 52 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha jkun intbagħat l-avviż ta’ kuntratt.

4.   Meta l-avviżi jitħejjew u jintbagħtu b’mezzi elettroniċi konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni indikati fil-punt 3 tal-Anness VI, il-limitu ta’ żmien minimu biex jaslu t-talbiet għall-parteċipazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jista’ jitqassar b’sebat ijiem.

5.   Il-limiti ta’ żmien għall-wasla tal-offerti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jistgħu jitqassru b’ħamest ijiem mata l-awtorità/entità kontraenti toffri aċċess mhux ristrett u kompletament dirett b’mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-kuntratt u għal kwalunkwe dokument ta’ sostenn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Anness VI, filwaqt li tispeċifika fit-test tal-avviż l-indirizz tal-Internet fejn din id-dokumentazzjoni tkun aċċessibli.

Dan it-tnaqqis jista’ jkun miżjud ma’ dak imsemmi fil-paragrafu 4.

6.   Jekk, għal kwalunkwe raġuni, id-dokumenti kuntrattwali u d-dokumenti ta’ sostenn jew l-informazzjoni addizzjonali, għalkemm mitluba minn kmieni, ma jingħatawx fil-limiti ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 34, jew fejn offerti jistgħu jkunu mitfugħa biss wara żjara fis-sit jew wara spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti ta’ sostenn għad-dokumenti tal-kuntratt, il-limiti ta’ żmien għall-ilqugħ tal-offerti għandhom jiġu estiżi b’mod li l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jistgħu jkunu konxji tal-informazzjoni kollha meħtieġa biex jipproduċu l-offerti.

7.   Meta, fil-proċeduri ristretti u nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, minħabba raġunijiet ta’ urġenza l-limiti ta’ żmien minimi stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jkunux prattikabbli, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu:

limitu ta’ żmien biex jaslu t-talbiet għall-parteċipazzjoni li ma jistax ikun inqas minn ħmistax-il jum mid-data ta’ meta jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew għaxart ijiem jekk l-avviż jintbagħat b’mezzi elettroniċi, konformement mal-format u mal-proċeduri ta’ trasmissjoni stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VI; u

u, fil-każ ta’ proċeduri ristretti, limitu ta’ żmien biex jaslu l-offerti li ma jistax ikun inqas minn għaxart ijiem mid-data ta’ meta tintbagħat l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

Taqsima 3

Il-kontenut u mezzi ta’ trasmissjoni tal-informazzjoni

Artikolu 34

L-istediniet għall-preżentazzjoni tal-offerti, għan-negozjar jew għad-djalogar

1.   Fil-proċeduri ristretti, il-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt u fid-djalogu kompetittiv, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jistiednu fl-istess ħin u bil-miktub lill-kandidati magħżula sabiex jissomettu l-offerti tagħhom jew biex jinnegozzjaw jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, jieħdu sehem fid-djalogu.

2.   L-istedina għall-kandidati għandha tinkludi jew:

kopja tad-dokumenti kuntrattwali jew tad-dokument deskrittiv u kull dokument ta’ sostenn, jew

referenza għall-aċċess għad -dokumenti msemmija fl-ewwel inċiż, meta jsiru direttament disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi taħt l-Artikolu 33(5).

3.   Fejn id-dokumenti kuntrattwali, id-dokument deskrittiv u/jew xi dokumenti komplementari ikunu fil-pussess ta’ entità li ma tkunx l-awtorità/entità kontraenti responsabbli għall-proċedura tal-għoti, l-istedina għandha tispeċifika l-indirizz tas-servizz minn fejn tista’ tintalab din id-dokumentazzjoni u, jekk ikun il-każ, il-limitu ta’ żmien biex issir din it-talba, kif ukoll l-ammont u kull proċedura ta’ ħlas tas-somma li għandha titħallas biex jinkisbu dawn id-dokumenti. Hekk kif jirċievu t-talba, is-servizzi kompetenti għandhom jibgħatu din id-dokumentazzjoni lill-operaturi ekonomiċi mingħajr dewmien.

4.   It-tagħrif supplementari dwar id-dokumenti tal-kuntratt, id-dokument deskrittiv, u/jew id-dokumenti komplementari għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jew mis-servizzi kompetenti mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza stabbilita biex jaslu l-offerti sakemm dan jintalab kmieni biżżejjed. Fil-każ ta’ proċedura ristretta jew aċċellerata, dan il-perjodu ta’ żmien huwa ta’ erbat ijiem.

5.   Minbarra l-informazzjoni prevista fil-paragrafi 2, 3 u 4, l-istedina għandha tinkludi mill-inqas:

(a)

referenza għall-avviż ta’ kuntratt ippubblikat;

(b)

l-iskadenza biex jaslu l-offerti, l-indirizz fejn iridu jintbagħtu l-offerti u l-lingwa jew il-lingwi li bihom iridu jkunu miktuba l-offerti. Fil-każ ta’ proċedura ta’ djalogu kompetittiv, din l-informazzjoni m’għandhiex tkun fl-istedina biex wieħed jieħu sehem fid-djalogu iżda fl-istedina biex wieħed jippreżenta offerta;

(ċ)

fil-każ tad-djalogu kompetittiv, id-data ffissata u l-indirizz għall-bidu tal-fażi ta’ konsultazzjoni, kif ukoll il-lingwa jew il-lingwi użati;

(d)

l-indikazzjoni tad-dokumenti li eventwalment għandhom ikunu mehmuża, kemm bħala appoġġ għad-dikjarazzjonijiet verifikabbli pprovduti mill-kandidat konformement mal-Artikolu 38, kif ukoll bħala suppliment għat-tagħrif previst f’dak fl-Artikolu u bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk previsti fl-Artikoli 41 u 42;

(e)

l-ippeżar relattiv tal-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew, jekk ikun il-każ, l-importanza f’ordni ta’ nżul tal-kriterji użati biex tiġi ddefinita l-offerta l-aktar vantaġġjuża mil-lat ekonomiku, jekk dawn ma jidhrux fl-avviż ta’ kuntratt, fid-dokumenti tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.

Artikolu 35

Informazzjoni għall-kandidati u għal offerenti

1.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jinformaw fl-iqsar żmien lill-kandidati u lill-offerenti bid-deċiżjonijiet meħuda dwar l-għoti ta’ kuntratt jew il-konklużjoni ta’ ftehim qafas, inklużi r-raġunijiet li għalihom huma ddeċidew li jirrifjutaw li jagħtu kuntratt jew li jikkonkludu ftehim qafas li għalih kien hemm sejħa kompetittiva għall-offerti, u li jibdew il-proċedura mill-ġdid; dik l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub fuq talba lill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti.

2.   Fuq talba tal-parti kkonċernata, l-awtorità/entità kontraenti għandha, suġġett għall-paragrafu 3 u fl-iqsar żmien u mhux aktar tard minn 15-il jum mill-wasla tat-talba bil-miktub għal informazzjoni, tinforma lill-partijiet b’li ġej:

(a)

lil kwalunkwe kandidat li ma ntgħażilx, ir-raġunijiet għar-rifjut tal-applikazzjoni tiegħu;

(b)

lil kwalunkwe offerent li ma ntgħażilx, ir-raġunijiet għar-rifjut tal-offerta tiegħu, inklużi, b’mod partikulari, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 18(4) u (5), ir-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħha ta’ non- ekwivalenza jew tad-deċiżjoni tagħha li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti funzjonali jew ta’ rendimenti u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 22 u 23, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta’ non-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-informazzjoni u s-sigurtà tal-provvista;

(ċ)

lil kwalunkwe offerent li għamel offerta ammissibbli u li ma ġietx milqugħa, il-karatteristiċi u l-vantaġġi rilevanti tal-offerta magħżula kif ukoll l-isem ta’ min ingħata l-kuntratt jew tal-partijiet għall-ftehim qafas.

3.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jikkomunikawx ċertu tagħrif dwar l-għoti tal-kuntratti jew il-konklużjoni tal-ftehim qafas, imsemmija fil-paragrafu 1, meta l-iżvelar tiegħu jkun ta’ ostaklu għall-applikazzjoni tal-liġijiet jew imur kontra l-interess pubbliku, l-aktar l-interessi ta’ difiża u/jew ta’ sigurtà, ikun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi kemm pubbliċi kif ukoll privati jew jista’ jagħmel ħsara lill-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

Taqsima 4

Il-komunikazzjonijiet

Artikolu 36

Ir-regoli applikabbli għall-komunikazzjoni

1.   Il-komunikazzjonijiet kollha kif ukoll l-iskambji ta’ informazzjoni kollha msemmija f’dan it-titolu jistgħu, skont l-għażla tal-awtorità/entità kontraenti, isiru bil-posta, bil-fax, b’mezzi elettroniċi konformement mal-paragrafi 4 u 5, bit-telefon fil-każijiet u fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 6, jew b’aktar minn wieħed minn dawn il-mezzi.

2.   Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula għandhom ikunu ġeneralment disponibbli u għalhekk ma jistgħux jirriżultaw fir-restrizzjoni tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt.

3.   Il-komunikazzjonijiet, l-iskambji u ż-żamma tal-informazzjoni għandhom isiru b’mod li jiżguraw li jinżammu l-integrità tad-data u l-kunfidenzjalità tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u tal-offerti, u li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jeżaminaw il-kontenut tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u l-offerti biss wara li jkun skada l-limitu ta’ żmien previst għall-preżentazzjoni tagħhom.

4.   L-għodod użati għall-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, m’għandhomx ikunu diskriminatorji, iridu jkunu attwalment disponibbli għall-pubbliku u kompatibbli mat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ġeneralment użati.

5.   Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal tagħmir għat-trasmissjoni u r-riċeviment elettroniku tal-offerti kif ukoll għal tagħmir għar-riċeviment elettroniku tat-talbiet għall-parteċipazzjoni:

(a)

tagħrif dwar l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni elettronika tal-offerti u tat-talbiet għall-parteċipazzjoni, inkluż il-qlib tad-data f’kodiċi, għandu jkun disponibbli għall-partijiet interessati. Barra minn hekk, it-tagħmir għar-riċeviment elettroniku tal-offerti u tat-talbiet għall-parteċipazzjoni għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness VIII;

(b)

l-Istati Membri jistgħu, konformement mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/93/KE, jeħtieġu li l-offerti elettroniċi jkunu akkumpanjati minn firma elettronika avvanzata konformi mal-paragrafu 1 ta’ dik id-Direttiva;

(ċ)

l-Istati Membri jistgħu jinstallaw jew iżommu arranâmenti volontarji ta’ akkreditazzjoni maħsuba biex itejbu l-livell tas-servizz ta’ ċertifikazzjoni pprovdut minn dan it-tagħmir;

(d)

il-kandidati għandhom jintrabtu li, qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien previst għall-preżentazzjoni tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni, jippreżentaw id-dokumenti, iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 39 sa 44 u 46, jekk ma jkunux disponibbli f’forma elettronika.

6.   Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għat-trażmissjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni:

(a)

it-talbiet għall-parteċipazzjoni għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti jistgħu jsiru bil-miktub jew bit-telefon;

(b)

meta talba għall-parteċipazzjoni ssir bit-telefon, għandha tintbagħat konferma bil-miktub qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit għar-riċeviment tagħha;

(ċ)

l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jirrekjedu, jekk ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ prova ġuridika, li t-talbiet għall-parteċipazzjoni magħmula bil-faks jiġu kkonfermati bil-posta jew b’mezz elettroniku. F’dan il-każ, l-awtorità/entità kontraenti għandha tindika fl-avviż ta’ kuntratt dan ir-rekwiżit u l-limitu ta’ żmien li fih dan għandu jsir.

Taqsima 5

Rapporti

Artikolu 37

Il-kontenut tar-rapporti

1.   Għal kull kuntratt u kull ftehim qafas, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom ifasslu rapport bil-miktub biex jikkonfermaw li l-proċedura tal-għażla twettqet b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju, li jinkludi mill-inqas:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità/entità kontraenti u s-suġġett u l-valur tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas;

(b)

il-proċedura tal-għoti magħżula;

(ċ)

fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-użu ta’ din il-proċedura;

(d)

f’każ ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 28 li jiġġustifikaw ir-rikors għal din il-proċedura; jekk ikun il-każ, ġustifikazzjoni tar-raġunijiet li għalihom inqabeż iż-żmien stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(3)(a) u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(4)(b) u tar-raġunijiet li għalihom inqabeż il-limitu ta’ 50 % stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(4)(a);

(e)

jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ftehim qafas itwal minn seba’ snin;

(f)

l-isem tal-kandidati magħżula u r-raġuni għall-għażla tagħhom;

(g)

l-isem tal-kandidati esklużi u r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom;

(h)

ir-raġunijiet għalfejn ma ntgħażlux l-offerti;

(i)

l-isem ta’ min jingħata l-kuntratt u l-ġustifikazzjoni għall-għażla tal-offerta tiegħu, kif ukoll, jekk tkun magħrufa, il-parti tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas li min ingħata l-kuntratt bi ħsiebu, jew ser ikun marbut, jagħti bħala sotto-kuntratt lil terzi;

(j)

jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet għaliex l-awtorità/entità kontraenti rrifjutat li tagħti kuntratt jew ftehim qafas.

2.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiddokumentaw il-progress tal-proċeduri tal-għoti b’mezzi elettroniċi.

3.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, ir-rapport, jew l-elementi ewlenin tiegħu.

KAPITOLU VII

Twettiq tal-proċedura

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 38

Verifika tal-kapaċità tal-kandidati u għażla tal-parteċipanti, għoti tal-kuntratti

1.   L-għoti tal-kuntratti għandu jsir abbażi tal-kriterji previsti fl-Artikoli 47 u 49, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 19, wara verifika tal-kapaċità tal-operaturi ekonomiċi mhux esklużi skont l-Artikoli 39 jew 40, magħmula mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont il-kriterji relatati mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja, mal-għarfien jew il-kapaċitajiet professjonali u tekniċi msemmija fl-Artikoli 41 sa 46 u, skont il-każ, mar-regoli u l-kriterji non-diskriminatorji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu livelli minimi ta’ kapaċitajiet, skont l-Artikoli 41 u 42, li l-kandidati għandhom jissodisfaw.

L-estensjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 41 u 42 kif ukoll il-livelli minimi tal-kapaċitajiet meħtieġa għal kuntratt determinat għandhom ikunu relatati u proporzjonali mas-suġġett tal-kuntratt.

Dawn il-livelli minimi għandhom ikunu indikati fl-avviż tal-kuntratt.

3.   Fil-proċeduri ristretti, il-proċeduri nnegozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt u fi djalogu kompetittiv, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jirrestrinġu n-numru ta’ kandidati xierqa li huma ser jistiednu biex jippreżentaw offerta jew li magħhom se jiddjalogaw; F’dan il-każ:

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż tal-kuntratt il-kriterji jew ir-regoli oġġettivi u non-diskriminatorji li huma jipprevedu li jużaw, in-numru minimu ta’ kandidati li huma jipprevedu li jistiednu u, jekk ikun il-każ, in-numru massimu. In-numru minimu ta’ kandidati li huma bi ħsiebhom jistiednu ma jistax ikun anqas minn tlieta;

sussegwentement, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jistiednu numru ta’ kandidati li talanqas ikun daqs in-numru minimu stabbilit minn qabel, sakemm ikun hemm disponibbli numru suffiċjenti ta’ kandidati adegwati.

Fejn in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ għażla u l-livelli minimi ta’ kapaċità jkun inqas min-numru minimu, l-awtorità/entità kontraenti tista’ tkompli l-proċedura billi tistieden lill-kandidat jew kandidati li għandhom il-kapaċitajiet meħtieġa.

Jekk l-awtorità/entità kontraenti tqis li n-numru ta’ kandidati adegwati huwa baxx wisq biex jiżgura kompetittività ġenwina, hija tista’ twaqqaf il-proċedura u terġa’ tippubblika l-avviż inizjali ta’ kuntratt taħt l-Artikolu 30(2) u l-Artikolu 32, filwaqt li tiffissa data ta’ skadenza ġdida għat-tressiq ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni. F’dan il-każ, il-kandidati magħżula wara l-ewwel pubblikazzjoni u dawk magħżula wara t-tieni għandhom jiġu mistiedna taħt l-Artikolu 34. Din l-għażla għandha tkun mingħajr ħsara għall-kapaċità tal-awtorità/entità kontraenti li tikkanċella l-proċedura ta’ akkwist li tkun għaddejja u li tibda waħda ġdida.

4.   Fil-kuntest tal-proċedura tal-għoti ta’ kuntratti, l-awtorità/entità kontraenti ma tistax tinkludi operaturi ekonomiċi apparti dawk li għamlu talba biex jipparteċipaw, jew kandidati mingħajr il-kapaċitajiet rikjesti.

5.   Fejn l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jirrikorru għall-fakultà li jitnaqqas in-numru ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi jew ta’ offerti li għandhom jiġu nnegozjati, prevista fl-Artikolu 26(3), u fl-Artikolu 27(4), dawn jagħmlu dan it-tnaqqis billi japplikaw il-kriterji tal-għoti li kienu indikaw fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokumenti tal-kuntratt. Fil-fażi finali, dan in-numru għandu jippermetti li tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina, sakemm ikun hemm numru suffiċjenti ta’ soluzzjonijiet jew ta’ kandidati adatti.

Taqsima 2

Kriterji għal għażla kwalitattiva

Artikolu 39

Is-sitwazzjoni personali tal-kandidat jew ta’ offerent

1.   Kull kandidat jew kull offerent li kien instab ħati b’sentenza definittiva, li tagħha hija konxja l-awtorità/entità kontraenti, għal raġuni waħda jew aktar minn dawk elenkati hawn taħt, għandu jkun eskluż mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku:

(a)

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali kif definita fl-Artikolu 2(1), tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/ĠAI (20);

(b)

korruzzjoni, kif definita rispettivament fl-Artikolu 3 tal-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997 (21) u fl-Artikolu 3(1) tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/742/ĠAI (22);

(ċ)

frodi fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (23);

(d)

reat terroristiku jew reat marbut ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definit rispettivament fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill (2002/475/ĠAI) (24) jew inċitament, kompliċità, jew tentattiv biex jitwettaq reat, kif imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Qafas;

(e)

ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw, konformement mal-liġi nazzjonali tagħhom u fir-rispett tal-liġi Komunitarja, il-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

Huma jistgħu jipprevedu deroga għall-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għal esiġenzi ta’ interess ġenerali tal-akbar importanza.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jitolbu, jekk ikun il-każ, lill-kandidati jew offerenti biex jagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 u jistgħu, meta jkollhom xi dubji fuq is-sitwazzjoni personali ta’ dawn il-kandidati/offerenti, jindirizzaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jiksbu l-informazzjoni li jqisu meħtieġa dwar is-sitwazzjoni personali ta’ dawn il-kandidati jew offerenti. Fejn l-informazzjoni tikkonċerna kandidat jew offerent stabbilit fi Stat ieħor barra dak tal-awtorità/entità kontraenti, l-awtorità/entità kontraenti tista’ titlob il-koperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-kandidati jew offerenti, dawn it-talbiet għandhom ikunu relatati ma’ persuni ġuridiċi u/jewfiżiċi, inkluż, jekk ikun il-każ, il-kapijiet ta’ intrapriża jew kwalunkwe persuna li jkollha s-setgħa ta’ rappreżentanza, ta’ deċiżjoni jew ta’ kontroll fir-rigward tal-kandidat jew ta’ offerent.

2.   Jista’ jkun eskluż mill-parteċipazzjoni fil-kuntratt, kwalunkwe operatur ekonomiku:

(a)

li jkun falla, qed jiġi stralċjat, fejn l-affarijiet tiegħu qed jiġu amministrati mill-qrati, fejn ikun daħal f’arranġament mal-kredituri, fejn ikollu l-attività kummerċjali sospiża jew ikun f’sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-liġijiet jew fir-regolamenti nazzjonali;

(b)

li huwa s-suġġett ta’ proċedura ta’ dikjarazzjoni ta’ falliment, ta’ ordni ta’ stralċ obbligatorju, jew amministrazzjoni mill-qrati jew ta’ arranġament mal-kredituri jew ta’ kwalunkwe proċedura simili prevista fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali;

(ċ)

li nstab ħati ta’ reat li jirrigwarda l-imġiba professjonali tiegħu b’sentenza li għandha l-forza ta’ res judicata, skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż, bħal, pereżempju, il-ksur tal-leġiżlazzjoni kurrenti dwar l-esportazzjoni ta’ tagħmir ta’ difiża u/jew ta’ sigurtà;

(d)

li hu ħati ta’ mġiba ħażina professjonali serja pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jiġġustifikaw, bħalma hi, pereżempju, il-vjolazzjoni tal-obbligi tiegħu li jipprovdu s-sigurtà tal-informazzjoni jew is-sigurtà tal-provvista waqt kuntratt preċedenti;

(e)

li jkun instab, permezz ta’ kwalunkwe mezzi ta’ evidenza, inklużi sorsi ta’ data protetta, li ma kellux l-affidabbiltà meħtieġa biex jevita riskji għas-sigurtà tal-Istat Membru;

(f)

li ma ssodisfax l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn huwa stabbilit jew skont dawk tal-pajjiż tal-awtorità/entità kontraenti;

(g)

li ma ssodisfax l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tat-taxxi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn huwa stabbilit jew skont dawk tal-pajjiż tal-awtorità/entità kontraenti;

(h)

li nstabħati li għamel dikjarazzjonijiet foloz serji fl-għoti tal-informazzjoni meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ din it-taqsima jew li ma tax din l-informazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw, konformement mal-liġi nazzjonali tagħhom u fir-rispett tal-liġi Komunitarja, il-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

3.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw dan li ġej bħala prova suffiċjenti li l- każijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2(a), (b), (c), (f), u (g) tal-paragrafu 2 ma japplikawx għall-operatur ekonomiku:

(a)

fir-rigward tal-paragrafu 1 u l-paragrafu u l-paragrafu 2(a), (b) u (c) tal-paragrafu 2, il-produzzjoni ta’ estratt mir-rekord ġudizzjarju jew, jekk mhux possibbli, ta’ dokument ekwivalenti maħruġ mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-provenjenza, li juri li dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti;

(b)

rigward il-punti (f) jew (g) tal-paragrafu 2, ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

Meta dokument jew ċertifikat ma jkunx maħruġ mill-pajjiż ikkonċernat jew ma jsemmix il-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2(a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2, dan jista’ jiġi sostitwit minn dikjarazzjoni taħt ġurament jew, fl-Istati Membri fejn tali ġurament ma jeżistix, permezz ta’ dikjarazzjoni solenni magħmula mill-persuna interessata quddiem l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti, nutar jew korp professjonali kkwalifikat tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-provenjenza.

4.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti sabiex joħorġu d-dokumenti, iċ-ċertifikati ud-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u jinformaw lill-Kummissjoni bihom. Notifika bħal din għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 40

Idoneità għall-eżerċizzju tal-attività professjonali

Fejn kandidat huwa meħtieġ ikun reġistrat f’reġistru professjonali jew tal-kummerċ fl-Istat Membru ta’ oriġini jew ta’ stabbiliment tiegħu sabiex iwettaq l-attività professjonali tiegħu, huwa jista’ jintalab jagħti prova tar-reġistrazzjoni tiegħu f’dan ir-reġsitru jew li jipprovdi dikjarazzjoni taħt ġurament jew ċertifikat kif deskritt fil-Parti A tal-Anness VII, għall-kuntratti ta’ xogħlijiet, fil-Parti B tal-Anness VII għall-kuntratti ta’ provvisti u fl-Anness VII C għall-kuntratti ta’ servizzi. Il-listi stabbiliti fl-Anness VII huma indikattivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe tibdiliet fir-reġistri tagħhom u l-mezzi ta’ evidenza msemmija f’dawn il-listi.

Fil-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti ta’ servizzi, meta l-kandidati għandhom bżonn awtorizzazzjoni speċifika jew iridu jkunu membri ta’ organizzazzjoni speċifika sabiex ikunu jistgħu jipprovdu s-servizz ikkonċernat fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, l-awtorità/entità kontraenti tista’ titlobhom jagħtu prova li huma għandhom din l-awtorizzazzjoni jew li huma jagħmlu parti minn din l-organizzazzjoni.

Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għal-Liġi Komunitarja dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà tal-għoti ta’ servizzi.

Artikolu 41

Kapaċità ekonomika u finanzjarja

1.   Il-ġustifikazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja ta’ operatur ekonomiku tista’, bħala regola ġenerali, tkun magħmula minn referenza waħda jew aktar fost dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjonijiet adegwati minn banek jew, jekk ikun il-każ, prova ta’ assigurazzjoni ta’ indennità għar-riskji professjonali;

(b)

il-preżentazzjoni ta’ karti tal-bilanċ jew ta’ estratti mill-karti tal-bilanċ, fil-każijiet fejn il-pubblikazzjoni tal-karti tal-bilanċ hija meħtieġa mil-leġislazzjoni tal-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku huwa stabbilit;

(ċ)

dikjarazzjoni li tikkonċerna d-dħul globali u, jekk ikun il-każ id-dħul fil-qasam kopert mill-kuntratt, għal massimu tal-aħħar tliet snin finanzjarji disponibbli skont id-data ta’ ħolqien tal-intrapriża jew mill-bidu tal-attivitajiet tal-operatur ekonomiku, safejn l-informazzjoni dwar dan id-dħul tkun disponibbli.

2.   Operatur ekonomiku jista’, jekk ikun il-każ u għal kuntratt determinat, jistma l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn, tkun xi tkun in-natura ġuridika tar-rabtiet eżistenti bejnu u dawn l-entitajiet. Huwa għandu, f’dan il-każ, jagħti prova lill-awtorità/entità kontraenti li huwa se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-mezzi meħtieġa, per eżempju, billi jippreżenta impenn minn dawn l-entitajiet għal dan l-effett.

3.   Bl-istess kondizzjonijiet, konsorzju ta’ operaturi ekonomiċi msemmi fl-Artikolu 5 jista’ jistma l-kapaċitajiet tal-parteċipanti fil-konsorzju jew ta’ entitajiet oħrajn.

4.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw, fl-avviż tal-kuntratt, liema referenza jewreferenzi msemmija fil-paragrafu 1 huma għażlu, kif ukoll ir-referenzi l-oħrajn ta’ prova li għandhom jingħataw.

5.   Jekk, għal raġuni ġustifikata, l-operatur ekonomiku mhuwiex fil-pożizzjoni li jipproduċi r-referenzi mitluba mill-awtorità/entità kontraenti, dan jista’ jagħti prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor meqjus xieraq mill-awtorità/entità kontraenti.

Artikolu 42

Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali

1.   Il-kapaċitajiet tekniċi tal-operaturi ekonomiċi jistgħu, bħala regola ġenerali, jingħataw b’mod wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, skont in-natura, il-kwantità jew l-importanza, u l-użu tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi:

(a)

(i)

lista tax-xogħlijiet imwettqa matul l-aħħar ħames snin, li magħha jiġu ppreżentati ċertifikati ta’ eżekuzzjoni tajba għax-xogħlijiet l-aktar importanti. Dawn iċ-ċertifikati għandhom jindikaw il-valur, id-data u l-post ta’ eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u għandhom jispeċifikaw jekk dawn twettqux skont ir-regoli tas-sengħa u jekk tlestewx sew; jekk ikun il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat direttament dawn iċ-ċertifikatilill-awtorità/entità kontraenti;

(ii)

lista tal-kunsinni prinċipali jew tas-servizzi prinċipali mogħtija, bħala regola ġenerali, matul l-aħħar ħames snin, fejn jiġu indikati l-valur, id-data u d-destinatarju pubbliku jew privat. Għandha tingħata prova tal-kunsinni u s-servizzi mogħtija:

meta d-destinatarju kien awtorità/entità kontraenti, permezz ta’ ċertifikati maħruġa jew kontrafirmati mill-awtorità kompetenti;

meta d-destinatarju kien xerrej privat, permezz ta’ ċertifikazzjoni tax-xerrej jew, fin-nuqqas ta’ din, sempliċiment permezz ta’ dikjarazzjoni tal-operatur ekonomiku;

(b)

l-indikazzjoni tal-persunal tekniku jew tal-korpi tekniċi, kemm jekk ikunu integrati jew le fl-intrapriża tal-operatur ekonomiku, partikolarment dawk li huma responsabbli mill-kontroll tal-kwalità u, fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, dawk li se jirrikorri għalihom il-kuntrattur għall-eżekuzzjoni tax-xogħol;

(ċ)

deskrizzjoni tat-tagħmir tekniku, tal-miżuri użati mill-operatur ekonomiku biex tkun żgurata l-kwalità u l-mezzi ta’ studju u ta’ riċerka tal-intrapriża tiegħu kif ukoll regoli interni dwar il-proprjetà intellettwali;

(d)

kontroll magħmul mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jew, għan-nom tagħhom, permezz ta’ korp uffiċjali kompetenti tal-pajjiż li fih l-operatur ekonomiku huwa stabbilit, suġġett għall-qbil ta’ dan il-korp; fuq il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-fornitur jew fuq il-kapaċità teknika tal-operatur ekonomiku u, jekk ikun meħtieġ, fuq il-mezzi ta’ studju u ta’ riċerka li huwa għandu kif ukoll fuq il-miżuri li hu jieħu biex jikkontrolla l-kwalità;

(e)

k’każ ta’ kuntratti ta’ xogħol, kuntratti ta’ servizz jew kuntratti ta’ provvista li jkopru wkoll operazzjonijiet jew servizzi ta’ tqegħid fil-post u installazzjoni, l-kwalifiki akkademiċi u professjonali tal-operatur ekonomiku u/jew tal-persunal maniġerjali tal-intrapriża u, partikolarment, tal-persuna jew persuni responsabbli mill-provvista tas-servizzi jew mit-tmexxija tax-xogħlijiet;

(f)

għall-kuntratti ta’ xogħlijiet u ta’ servizzi u biss fil-każijiet adegwati, l-indikazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni ambjentali li l-operatur ekonomiku se jkun jista’ japplika meta jeżegwixxi l-kuntratt;

(g)

dikjarazzjoni li tindika l-medja annwali ta’ ħaddiema impjegati minn min jipprovdi s-servizzi jew mill-kuntrattur u n-numru tal-persunal maniġerjali matul l-aħħar tliet snin;

(h)

deskrizzjoni tal-għodda, tal-materjal, tat-tagħmir tekniku, in-numru tal-persunal u tal-għarfien tagħhom u/jew tas-sorsi ta’ provvista — b’indikazzjoni tal-post ġeografiku meta dan ikun barra t-territorju tal-Unjoni — li l-operatur ekonomiku għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jeżegwixxi l-kuntratt, ilaħħaq ma’ kwalunkwe ħtiġijiet ulterjuri tal-awtorità/entità kontraenti minħabba sitwazzjoni ta’ kriżi jew biex iwettaq il-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-provvisti koperti mill-kuntratt;

(i)

fir-rigward tal-prodotti li għandhom jiġu fornuti, il-preżentazzjoni ta’:

(i)

kampjuni, deskrizzjonijiet u/jew ritratti li l-awtentiċità tagħhom għandha tkun tista’ tiġi ċċertifikata fuq talba mill-awtorità/entità kontraenti;

(ii)

ċertifikati stabbiliti minn istituti jew servizzi uffiċjali responsabbli mill-kontroll tal-kwalità u rikonoxxuti bħala kompetenti, li juru l-konformità tal-prodotti identifikati b’mod ċar permezz ta’ referenzi għal ċerti speċifikazzjonijiet jew standards;

(j)

fil-każ ta’ kuntratti li jinvolvu, jeħtieġu, u/jew fihom informazzjoni kklassifikata, l-evidenza tal- kapaċità ta’ trattament, ħażna u trażmissjoni ta’ din l-informazzjoni fil-livell ta’ protezzjoni mitlub mill-awtorità/entità kontraenti.

Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju tas-sistemi nazzjonali ta’ approvazzjoni tas-sigurtà, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li din l-evidenza tkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom dwar l-approvazzjoni tas-sigurtà. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet tas-sigurtà li huma jqisu bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa skont il-liġi nazzjonali tagħhom, minkejja l-possibbiltà li jwettqu u jikkunsidraw investigazzjonijiet ulterjuri tagħhom stess jekk dan ikun meqjus neċessarju.

L-awtorità/entità kontraenti tista’, jekk ikun il-każ, tagħti żmien ulterjuri lill-kandidati li għad m’għandhomx approvazzjoni ta’ sigurtà sabiex jiksbu din l-approvazzjoni. F’dan il-każ, hija għandha tispeċifika din il-possibbiltà u l-limitu ta’ żmien fl-avviż tal-kuntratt.

L-awtorità/entità kontraenti tista’ titlob lill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà tal-Istat tal-kandidat jew lill-awtorità tas-sigurtà maħtura minn dak l-Istat biex tivverifika l-konformità tal-bini u l-faċilitajiet li jistgħu jintużaw, il-proċeduri industrijali u amministrattivi li se jiġu segwiti, il-metodi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni u s-sitwazzjoni tal-persunal li x’aktarx jiġi impjegat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

2.   Operatur ekonomiku jista’, jekk ikun il-każ u għall-kuntratt determinat, jistma l-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn, tkun xi tkun in-natura ġuridika tar-rabtiet li jeżistu bejnuu dawn l-entitajiet. Huwa għandu, f’dan il-każ, jagħti prova lill-awtorità/entità kontraenti li, għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, huwa se jkollu l-mezzi neċessarji, pereżempju, billi jippreżenta impenn minn dawn l-entitajiet biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-operatur ekonomiku l-mezzi meħtieġa.

3.   Bl-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi msemmi fl-Artikolu 4 jista’ jserraħ fuq il-kapaċitajiet tal-parteċipanti fil-konsorzju jew ta’ entitajiet oħrajn.

4.   Fil-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti li għandhom bħala s-suġġett provvisti li jeħtieġu xogħlijiet ta’ tqegħid, twaħħil jew installazzjoni, il-provvista ta’ servizzi u/jew l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, il-kapaċità tal-operaturi ekonomiċi li jipprovdu s-servizzi jew li jwettqu l-installazzjoni jew ix-xogħlijiet tista’ tkun evalwata notevolment skont il-kapaċitajiet, l-effikaċja, l-esperjenza u l-affidabbiltà tagħhom.

5.   L-awtorità/entità kontraenti għandha tispeċifika fl-avviż liema mir-referenzi msemmija fl-ewwel paragrafu hija tkun għażlet u liema referenzi oħra jridu jingħataw.

6.   Jekk, għal raġuni ġustifikata, l-operatur ekonomiku mhuwiex fil-pożizzjoni li jipproduċi r-referenzi mitluba mill-awtorità/entità kontraenti, huwa jista’ jagħti prova tal-kapaċità teknika u/jew professjonali tiegħu permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor meqjus adegwat mill-awtorità kontraenti.

Artikolu 43

Standards ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni tal-kwalità

F’każ li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti akkreditati, li juru li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità, huma għandhom jirriferu għas-sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità bbażati fuq l-istandards Ewropej ċċertifikati minn korpi indipendenti akkreditati li jikkonformaw mal-istandards Ewropej li jikkonċernaw l-akkreditazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni. Huma għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ekwivalenti ta’ korpi indipendenti akkreditati stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Huma għandhom jaċċettaw ukoll provi oħrajn ta’ sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità ekwivalenti mogħtija mill-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 44

Standards ta’ ġestjoni ambjentali

Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 42(1)(f), jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti, li juru li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ ġestjoni ambjentali, huma għandhom jirriferu għas-sistema komunitarja ta’ ġestjoni ambjentali u verifika jew għall-istandards ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali fis-suġġett u ċċertifikati minn korpi konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja jew mal-istandards Ewropej jew internazzjonali rigward iċ-ċertifikazzjoni. Huma għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ekwivalenti ta’ korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Huma għandhom jaċċettaw ukoll provi oħrajn ta’ miżuri ekwivalenti ta’ ġestjoni ambjentali mogħtija mill-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 45

Dokumentazzjoni u informazzjoni addizzjonali

L-awtorità/entità kontraenti tista’ tistieden lill-operaturi ekonomiċi biex jissupplimentaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati taħt l-Artikoli 39 sa 44.

Artikolu 46

Listi uffiċjali ta’ operaturi ekonomiċi approvati u ċertifikazzjoni mill-korpi stabbiliti taħt il-liġi li tirregola s-settur pubbliku jew is-settur privat

1.   L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew listi uffiċjali ta’ kuntratturi approvati, fornituri jew ta’ dawk li jipprovdu servizz, jew ċertifikazzjoni minn korpi ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti skont il-liġi li tirregola s-settur pubbliku jew is-settur privat.

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni fuq dawn il-listi u għall-ħruġ ta’ ċertifikati minn korp ta’ ċertifikazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39(1) u (2)(a) sa (d) u (h), l-Artikoli 40, l-Artikolu 41(1), (4) u (5), l-Artikolu 42(1)(a) sa (i), (2) u (3) u 43 u, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 44.

L-Istati Membri għandhom ukoll jadattawhom għall-Artikolu 41(2) u l-Artikolu 42(2) fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ppreżentati minn operaturi ekonomiċi li jagħmlu parti minn xi grupp u jkunu qegħdin jitolbu riżorsi mqiegħda għad-disposizzjoni tagħhom milll-kumpanniji l-oħra fil-grupp. F’każ bħal dan, dawn l-operaturi għandhom juru lill-awtorità li tistabblixxi l-lista uffiċjali li huma se jkollhom dawn ir-riżorsi għad-disposizzjoni tagħhom tul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat li jixhed li huma rreġistrati fil-lista uffiċjali u li matul l-istess perjodu dawn il-kumpanniji jkomplu jwettqu fis-sħiħ il-ħtiġijiet ta’ għażla kwalitativa stipulati fl-Artikoli msemmija fit-tieni subparagrafu li fuqu joqogħdu l-operaturi għar-reġistrazzjoni tagħhom.

2.   L-operaturi ekonomiċi rreġistrati fil-listi uffiċjali jew li għandhom ċertifikat jistgħu, għal kull kuntratt, jissottomettu lill-awtorità/entità kontraenti ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti jew ċertifikat maħruġ mill-korp kompetenti ta’ ċertifikazzjoni. Iċ-ċertifikati għandhom jiddikarjaw ir-referenzi li permezz tagħhom ġew reġistrati fil-lista jew kisbu ċertifikazzjoni, u l-klassifikazzjoni mogħtija f’dik il-lista.

3.   Ir-reġistrazzjoni ċertifikata fuq listi uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti jew ċertifikat maħruġ mill-korp ta’ ċertifikazzjoni m’għandhomx, għall-għanijiet tal-awtoritajiet kontraenti ta’ Stati Membri oħra, jikkostitwixxu preżunzjoni ta’ adattabbiltà ħlief fir-rigward tal-Artikolu 39(1) u (2)(a) sa (d) u (g), l-Artikolu 40, l-Artikolu 41(1)(b) u (c), u l-Artikolu 42(1)(a)(i), (b) sa (g) fil-każ ta’ kuntratturi, l-Artikolu 42(1)(a)(ii), (b) sa (e) u (i) fil-każ ta’ fornituri u l-Artikolu 42(1)(a)(ii), (b) sa (e) u (g) fil-każ ta’ dawk li jipprovdu servizz.

4.   L-informazzjoni li tista’ tiġi inferita minn reġistrazzjoni f’listi uffiċjali jew ċertifikazzjoni ma tistax tiġi ddubitata mingħajr ġustifikazzjoni. Fir-rigward tal-ħlas ta’ kuntribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali u taxxi, ċertifikat addizzjonali jista’ jkun mitlub minn kull operatur ekonomiku reġistrat kull meta jkun offrut kuntratt.

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ta’ Stati Membri oħra għandhom japplikaw il-paragrafu 3 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biss għall-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-Istat Membru li jkun qed iżomm il-lista uffiċjali.

5.   Għal kull reġistrazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri oħra f’lista uffiċjali jew għaċ-ċertifikazzjoni tagħhom mill-korpi msemmija fil-paragrafu 1, m’hemmx ħtieġa ta’ aktar xiehda jew stqarrijiet għajr dawk mitluba mingħand operaturi ekonomiċi nazzjonali u, fi kull każ, dawk biss li saret disposizzjoni għalihom fl-Artikoli 39 sa 43 u, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 44.

Madanakollu, operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra ma jistgħux ikunu obbligati jidħlu għal reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni bħal dawn sabiex jipparteċipaw f’kuntratt. L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti maħruġa minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Huma għandhom ukoll jaċċettaw mezzi ta’ prova oħra ekwivalenti.

6.   L-operaturi ekonomiċi jistgħu fi kwalunkwe ħin japplikaw biex ikunu rreġistrati fuq lista uffiċjali jew biex jinħarġilhom ċertifikat. Huma għandhom ikunu mgħarrfa fi żmien raġonevolment qasir dwar id-deċiżjoni tal-awtorità li tfassal il-lista jew tal-korp kompetenti ta’ ċertifikazzjoni.

7.   Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu korpi li jikkonformaw mal-istandards ta’ ċertifikazzjoni Ewropej.

8.   L-Istati Membri li għandhom listi uffiċjali jew korpi ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu obbligati li jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-indirizz tal-korp li lilu l-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu.

Taqsima 3

Għoti tal-kuntratt

Artikolu 47

Kriterji għall-għoti tal-kuntratti

1.   Bla ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali relatati mar-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti tal-kuntratti fuq:

(a)

meta l-għoti jsir lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża fil-fehma tal-awtorità/entità kontraenti, diversi kriterji marbuta mas-suġġett tal-kuntratt ikkonċernat: pereżempju, il-kwalità, il-prezz, il-valur tekniku, il-karatteristiċi funzjonali, il-karatteristiċi ambjentali, l-ispiża tal-użu, l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-effettività f’sens ta’ nefqa, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data tal-kunsinna u l-perjodu ta’ żmien għall-kunsinna jew l-eżekuzzjoni, l-interoperabbiltà u l-karatteristici operazzjonali; jew

(b)

il-kriterju tal-prezz l-aktar baxx biss.

2.   Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, fil-każ previst fil-paragrafu 1 a), l-awtorità/entità kontraenti għandha tispeċifika fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (avviżi tal-kuntratti, dokumenti tal-kuntratti, dokumenti deskrittivi jew dokumenti kumplimentari), l-ippeżar relattiv li hija tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula biex tiġi ddeterminata l-offerta l-aktar vantaġġjuża mill-aspett ekonomiku.

L-ippeżar jista’ jiġi espress billi tingħata firxa b’estensjoni massima adegwata.

Fejn, skont l-avviż tal-awtorità/entità kontraenti, l-ippeżar mhux possibbli minħabba raġunijiet li jistgħu jintwerew, hija għandha tindika fid-dokumentazzjoni tal-kuntratt (avviżi tal-kuntratti, dokumenti tal-kuntratti, dokumenti deskrittivi jew dokumenti kumplimentari), il-kriterji f’ordni dekrexxenti tal-importanza.

Artikolu 48

Użu ta’ rkantijiet elettroniċi

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jużaw irkantijiet elettroniċi.

2.   Fi proċeduri ristretti jew negozjati bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li l-għoti ta’ kuntratt għandu jiġi preċedut minn irkant elettroniku meta l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jistgħu jkunu stabbiliti bi preċiżjoni.

Fl-istess ċirkostanzi, irkant elettroniku jista’ jsir meta terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni bejn il-partijiet fi ftehim qafas kif previst fit-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(4).

L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat:

biss fuq prezzijiet meta l-kuntratt ikun mogħti lill-prezz l-aktar baxx; jew

fuq prezzijiet u/jew fuq il-valuri ġodda tal-fatturi tal-offerti indikati fid-dokumenti tal-kuntratt meta l-kuntratt ikun mogħti lill-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament.

3.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jiddeċiedu li jorganizzaw irkant elettroniku għandhom jiddikarjaw dak il-fatt fl-avviż tal-kuntratt.

Id-dokumenti tal-kuntratt għandhom jinkludu, inter alia, id-dettalji li ġejjin:

(a)

il-fatturi, il-valuri li għalihom se jkun is-suġġett tal-irkant elettroniku, sakemm fatturi bħal dawn ikunu kwantifikabbli u jistgħu jkunu espressi f’ċifri jew f’persentaġġi;

(b)

kwaluknwe limitazzjonijiet fuq il-valuri li jistgħu jkunu sottomessi, kif jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet li jirrelataw mas-suġġett tal-kuntratt;

(ċ)

it-tagħrif li għandu jsir disponibbli lill-persuni kollha li jagħmlu l-offerti matul l-irkant elettroniku u, fejn ikun xieraq, meta jsir disponibbli lilhom;

(d)

it-tagħrif rilevanti rigward il-proċess ta’ rkant elettroniku;

(e)

il-kondizzjonijiet li bihom min hu interessat jista’ jixħet offerta u, partikolarment, id-differenzi minimi li, fejn xieraq, ikunu meħtieġa meta ssir l-offerta;

(f)

it-taghrif rilevanti rigward it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni.

4.   Qabel jipproċedu b’irkant elettroniku, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jagħmlu evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti skont il-kriterju/kriterji tal-għotja tal-kuntratt stipulati u mal-ippeżar iffissat għalihom.

Dawk kollha li jkunu issottomettew offerti ammissibli għandhom ikunu mistiedna fl-istess żmien b’mezzi elettroniċi biex jissottomettu prezzijiet ġodda u/jew valuri ġodda; l-istedina għandu jkollha informazzjoni rilevanti li tikkonċerna konnessjoni individwali mal-apparat elettroniku li jkun qed jiġi użat u għandha issemmi d-data u l-ħin tal-bidu tal-irkant elettroniku. L-irkant elettroniku jista’ jseħħ f’numru ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma jistax jibda aktar kmieni minn jumejn ta’ xogħol wara d-data li fiha l-istediniet ikunu ntbagħtu.

5.   Meta l-kuntratt ikun ser jingħata fuq il-bażi tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, l-istedina għandha tingħata flimkien mar-riżultat ta’ evalwazzjoni sħiħa ta’ min ikun xeħet l-offerta rilevanti, imwettqa skont l-ippeżar stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47(2).

L-istedina għandha ssemmi wkoll il-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku biex jiġu determinati rankijiet ġodda awtomatiċi fuq il-bażi tal-prezzijiet ġodda u/jew valuri ġodda ppreżentati. Dik il-formula għandha tinkorpora l-ippeżar tal-kriterji kollha ffissati biex tiġi determinata l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, kif indikat fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet; għal dak il-għan, kull medda ta’ valuri, madanakollu, għandha tkun imnaqqsa minn qabel għal valur speċifikat.

Fejn ikunu awtorizzati varjanti, għandha tiġi provduta formula separata għal kull varjant.

6.   Matul kull fażi ta’ rkant elettroniku l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom minnufih jagħtu lil dawk kollha li jkunu xeħtu offerta talanqas informazzjoni suffiċjenti biex huma jkunu jistgħu jaċċertaw ir-rankijiet relattiv tagħhom f’kull mument. Huma jistgħu jikkomunikaw ukoll informazzjoni oħra li tikkonċerna prezzijiet jew valuri oħra ppreżentati, sakemm dak ikun iddikjarat fid-dokumenti tal-kuntratt. Huma jistgħu wkoll f’kull żmien iħabbru n-numru ta’ parteċipanti f’dik il-fażi tal-irkant. Madankollu, fl-ebda każ u matul ebda fażi ta’ rkant elettroniku ma jistgħu jikxfu l-identitajiet ta’ dawk li jkunu xeħtu offerta.

7.   L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jagħlqu rkant elettroniku b’manjiera jew oħra minn dawn li ġejjin:

(a)

skont id-data u l-ħin iffissati bil-quddiem, kif indikat fl-istedina biex jieħdu parti fl-irkant;

(b)

meta ma jirċevux aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jissodisfaw il-ħtiġijiet rigward differenzi minimi. F’dak il-każ l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom isemmu fl-istedina għall-parteċipazzjoni fl-irkant iż-żmien li huma jippermettu li jgħaddi wara li jkunu rċevew l-aħħar sottomissjoni qabel l-egħluq tal-irkant elettroniku;

(ċ)

meta n-numru ta’ fażijiet fl-irkant, iffissat fl-istedina biex jieħdu parti fl-irkant, ikun spiċċa.

Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu iddeċidew li jagħlqu xi rkant elettroniku skont il-punt (c), possibilment flimkien mal-arranġamenti mniżżlin fil-punt (b), l-istedina biex wieħed jieħu sehem fl-irkant għandha tindika l-kalendarju għal kull fażi tal-irkant.

8.   Wara li jagħlqu rkant elettroniku l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jagħtu l-kuntratt taħt l-Artikolu 47 fuq il-bażi tar-riżultati tal-irkant elettroniku.

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti ma jistgħux ikollhom rikors mhux xieraq għal irkantijiet elettroniċi u lanqas ma jistgħu jużawhom b’mod li jimpedixxu, jirestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni jew li jbiddlu l-kontentut suġġettiv tal-kuntratt, kif imqiegħed għal offerta fl-avviz tal-kuntratt ippubblikat u definit fid-dokumenti tal-kuntratt.

Artikolu 49

Offerti anormalment baxxi

1.   Jekk, għal kuntratt determinat, xi offerti jidhru anormalment baxxi meta mqabbla mal-provvisti, l-awtorità/entità kontraenti, qabel ma tkun tista’ tirrifjuta dawn l-offerti, għandha titlob, bil-miktub, id-dettalji rigward l-elementi li jiffurmaw l-offerta li hija tqis rilevanti.

Dawn id-dettalji jistgħu jikkonċernaw partikolarment:

(a)

l-ekonomija tal-proċess ta’ kostruzzjoni, tal-proċess ta’ manifattura tal-prodotti jew tal-provvisti tas-servizzi;

(b)

is-soluzzjonijiet tekniċi adottati u/jew il-kondizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli li għandu l-offerent biex iwettaq ix-xogħlijiet, biex jipprovdi l-prodotti jew is-servizzi;

(ċ)

l-oriġinalità tax-xogħlijiet, tal-provvisti jew tas-servizzi proposti mill-offerent;

(d)

il-konformità mad-dispożizzjonijiet rigward il-protezzjoni tal-impjiegi u l-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn ser jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista;

(e)

il-possibbiltà tal-għoti ta’ għajnuna Statali lill-offerent.

2.   L-awtorità/entità kontraenti għandha tivverifika, billi tikkonsulta lill-offerent, dawn l-elementi b’kont meħud tax-xhieda ppreżentata.

3.   Fejn awtorità/entità kontraenti tinnota li offerta hija anormalment baxxa minħabba li l-offerent jkun kiseb għajnuna mill-Istat, hija tista’ tirrifjuta din l-offerta għal din ir-raġuni biss wara li tikkonsulta lill-offerent u jekk dan tal-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li juri, fil-limitu ta’ żmien biżżejjed stabbilit mill-awtorità/entità kontraenti, li l-għajnuna kkonċernata kienet ingħatat legalment. Fejn l-awtorità/entità kontraenti tirrifjuta offerta f’dawn iċ-ċirkostanzi, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan il-fatt.

TITOLU III

REGOLI APPLIKABBLI GĦAS-SUBKUNTRATTAR

KAPITOLU I

Subkuntratti mogħtija minn offerenti li ngħataw kuntratt u li ma jkunux awtoritajiet/entitajiet kontraenti

Artikolu 50

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Fejn ikun applikabbli dan it-Titolu, taħt l-Artikolu 21(3) u (4), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-offerenti li ngħataw kuntratt li mhumiex awtoritajiet/entitajiet kontraenti japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 51 sa 53 meta jagħtu ssubkuntratti lil partijiet terzi.

2.   Għal għanijiet tal-ewwel paragrafu, gruppi ta’ intrapriżi li jkunu ġew iffurmati biex jiksbu l-kuntratt jew intrapriżi relatati magħhom m’għandhomx ikunu meqjusa bħala partijiet terzi.

L-offerent għandu jinkludi lista sħiħa ta’ impriżi bħal dawn fit-tressiq tal-offerta tiegħu. Il-lista għandha tkun aġġornata wara li jkun sar kwalunkwe tibdil fir-relazzjoni bejn l-impriżi.

Artikolu 51

Prinċipji

L-offerent li ngħata l-kuntratt għandu jaġixxi b’mod trasparenti u jitratta s-subkuntratturi kollha possibbli b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 52

Limiti minimi u regoli dwar ir-reklamar

1.   Meta offerent li jingħata kuntratt li ma jkunx awtorità/entità kontraenti jagħti subkuntratt li għandu valur mingħajr VAT stimat li ma jkunx inqas mil-limiti minimi msemmija fl-Artikolu 8, għandu jgħarraf bl-intenzjoni tiegħu permezz ta’ avviż.

2.   L-avviżi fuq is-subkuntratti għandu jkollhom it-tagħrif imsemmi fl-Anness V u kull tagħrif ieħor meqjus utli mill-offerent li jingħata kuntratt, jekk meħtieġ bl-approvazzjoni tal-awtorità/entità kontraenti.

L-avviżi dwar is-subkuntratti għandhom ikunu miktuba skont il-forma standard adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67(2).

3.   L-avviżi dwar subkuntratti għandhom ikunu ppubblikati skont l-Artikolu 32(2) sa (5).

4.   L-avviż ta’ kuntratt m’għandhux ikun meħtieġ, meta subkuntrattur jirrispetta l-kondizzjonijiet fl-Artikolu 28.

5.   L-offerenti li jingħataw kuntratt jistgħu jippubblikaw, taħt l-Artikolu 32, avviżi dwar subkuntratti li għalihom ma jkunx meħtieġ reklamar.

6.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li offerent li jingħata kuntratt jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tas-subkuntrattar stabbiliti fl-Artikolu 21(3) jew (4) billi jingħataw subkuntratti abbażi ta’ ftehim qafas iffinalizzat mir-regoli li ġejjin stipulati fl-Artikoli 51 u 53 u fil-pragrafi (1) sa (5) tal-Artikolu preżenti.

Is-subkuntratti bbażati fuq ftehim qafas bħal dan għandu jingħata fi ħdan il-limiti tat-termini stabbiliti fil-ftehim qafas. Dawn jistgħu jingħataw biss lil operaturi ekonomiċi li oriġinarjament kienu parti għall-ftehim qafas. Meta jingħataw il-kuntratti, il-partijiet għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jipproponu termini konsistenti ma’ dawk tal-ftehim qafas.

It-terminu tal-ftehim qafas ma jistax ikun itwal minn seba’ snin, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali determinati billi jitqiesu t-tul tas-servizz mistenni ta’ kull oġġett, installazzjoni jew sistema mwassla, u d-diffikultajiet tekniċi li bidla fil-fornitur tista’ toħloq.

L-istrumenti ta’ ftehim qafas ma jistgħux jintużaw b’mod mhux korrett jew b’mod li l-kompetizzjoni tiġi evitata, ristretta jew distorta.

7.   Għall-għoti ta’ subkuntratti li jkollhom valur eskluża l-VAT stmat li jkun anqas mil-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 8, offerent li jingħata kuntratt għandu japplika l-prinċipji tat-Trattat rigward trasparenza u kompetizzjoni.

8.   L-Artikolu 9 għandu japplika għall-kalkolu tal-valur stmat tas-subkuntratti.

Artikolu 53

Il-kriterji għall-għażla kwalitattiva tas-subkuntratturi

Fl-avviż għas-subkuntratt, l-offerent li jingħata l-kuntratt għandu jindika l-kriterji għal għażla kwalitattiva preskritti mill-awtorità/entità kontraenti kif ukoll kull kriterji oħra li se japplika għall-għażla kwalitattiva tas-subkuntratturi. Dawn il-kriterji kollha għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u konsistenti mal-kriterji applikati mill-awtorità/entità kontraenti għall-għażla tal-offerenti għall-kuntratt prinċipali. Il-kapaċitajiet meħtieġa jridu jkunu direttament relatati mas-suġġett tas-subkuntratt, u l-livelli ta’ abbiltà meħtieġa għandhom ikunu proporzjonati miegħu.

L-offerent m’għandux ikun meħtieġ jissubkuntratta jekk jikkonvinċi lill-awtorità/entità kontraenti li ħadd mis-subkuntratturi li pparteċipaw fil-kompetizzjoni jew il-proposti tagħhom ma jista’ jilħaq il-kriterji indikati fl-avviż ta’ subkuntrattar u b’hekk l-offerent li ngħata l-kuntratt ma jkunx jista’ jirrispetta r-rekwiżiti stipulati fil-kuntratt prinċipali.

KAPITOLU II

Subkuntratti mogħtija minn offerenti li ngħataw kuntratt u li jkunu awtoritajiet/entitajiet kontraenti

Artikolu 54

Regoli applikabbli

Meta l-offerenti li ngħataw kuntratt jkunu awtoritajiet/entitajiet kontraenti, huma għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratti ewlenin stabbiliti fit-Titoli I u II meta dawn jingħataw subkuntratti.

TITOLU IV

REGOLI APPLIKABBLI GĦAR-REVIŻJONIJIET

Artikolu 55

Ambitu u disponibbiltà tal-proċeduri ta’ reviżjoni

1.   Il-proċeduri ta’ reviżjoni previsti f’dan it-Titolu japplikaw għall-kuntratti msemmija fl-Artikolu 2, suġġetti għall-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikoli 12 u 13.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu jistgħu jiġi riveduti effettivament u b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 56 sa 62, abbażi li dawn id-deċiżjonijiet kisru l-liġi Komunitarja fil-qasam tal-akkwist jew tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw din il-liġi.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn impriżi li jiddikjaraw li jkunu sofrew dannu fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt b’riżultat tad-distinzjoni magħmula f’dan it-Titolu bejn regoli nazzjonali li jkunu qed jimplimentaw liġi Komunitarja u regoli nazzjonali oħra.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ reviżjoni jkunu disponibbli, skont regoli dettaljati li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal kwalunkwe persuna li jkollha jew kellha interess tikseb kuntratt partikolari u li jkun sarilha jew tkun tinsab fir-riskju li jsirilha dannu minħabba ksur allegat.

5.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna li tkun tixtieq tagħmel użu mill-proċedura ta’ reviżjoni tkun innotifikat lill-awtorità/entità kontraenti dwar il-ksur allegat u bl-intenzjoni li tressaq appell, sakemm dan ma jaffettwax il-perjodu sospensiv taħt l-Artikolu 57(2) jew kwalunkwe skadenza oħra għall-applikazzjoni għal reviżjoni taħt l-Artikolu 59.

6.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna kkonċernata l-ewwel titlob reviżjoni mill-awtorità entità kontraenti. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sottomissjoni ta’ tali applikazzjoni għal reviżjoni tirriżulta fis-sospensjoni immedjata tal-possibbiltà ta’ konklużjoni tal-kuntratt.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-mezzi adatti ta’ komunikazzjoni, inklużi l-faks jew mezzi elettroniċi, li għandhom jintużaw għall-applikazzjoni għal reviżjoni kif stipulat fl-ewwel subparagrafu.

Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex tintemm qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità/l-entità kontraenti tkun bagħtet tweġiba jekk jintużaw faks jew mezzi elettroniċi, jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba, jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li t-tweġiba tkun waslet.

Artikolu 56

Rekwiżiti għall-proċeduri ta’ reviżjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda fir-rigward tal-proċeduri ta’ reviżjoni speċifikati fl-Artikolu 55 jinkludu dispożizzjoni għas-setgħat li: jew

(a)

li jieħu, mal-ewwel opportunità u bħala proċeduri interlokutorji, miżuri interim bl-iskop li jiġi kkoreġut il-ksur allegat jew li jiġi pprevenut dannu ulterjuri għall-interessi kkonċernati, inklużi miżuri għas-sospensjoni jew sabiex tiġi assigurata s-sospensjoni tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt jew l-implimentazzjoni ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-awtorità/entità kontraenti, kif ukoll jitwarbu jew jiġi żgurat it-twarrib ta’ deċiżjonijiet meħuda illegalment, inkluża t-tneħħija ta’ speċifikazzjonijiet diskriminatorji tekniċi, ekonomiċi jew finanzjarji fis-sejħa għall-offerti, fid-dokumenti tal-kuntratt jew fi kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt ikkonċernat; jew

(b)

sabiex jieħdu, mal-ewwel opportunità, jekk possibbli permezz ta’ proċeduri interlokutorji u jekk meħtieġ permezz ta’ proċedura finali dwar is-sustanza, miżuri għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b) bl-iskop li jiġi kkoreġut kull ksur identifikat u li jiġi pprevenut dannu għall-interessi konċernati; b’ mod partikolari, li ssir ordni għall-ħlas ta’ somma partikolari f’każijiet meta l-ksur ma jkunx ġie kkoreġut jew evitat;

Fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq, is-setgħat previsti għandhom jinkludu s-setgħa li jingħata kumpens għad-danni lil persuni milquta ħażin mill-ksur.

2.   Is-setgħat speċifikati fil-paragrafu 1 u l-Artikoli 60 u 61 jistgħu jingħataw lil entitajiet separati responsabbli minn aspetti differenti tal-proċedura ta’ reviżjoni.

3.   Meta korp tal-prim istanza, li hu indipendenti mill-awtorità/entità kontraenti, jirrivedi deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità/entità kontraenti ma tkunx tista’ tikkonkludi l-kuntratt qabel ma l-korp ta’ reviżjoni jkun ħa deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal miżuri intermedjarji jew għal reviżjoni. Is-sospensjoni m’għandhiex tintemm qabel l-iskadenza tal-perjodu sospensiv imsemmi fl-Artikoli 57(2) u l-Artikolu 60(4) u (5).

4.   Ħlief fejn stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 55(6), il-proċeduri ta’ reviżjoni mhux neċessarjament ikollhom l-effett ta’ sospensjoni awtomatika fuq il-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratt li magħhom għandhom x’jaqsmu.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni għandhom iqisu l-konsegwenzi probabbli tal-miżuri intermedjarji fl-interessi ta’ dawk kollha li jistgħu jsofru dannu, kif ukoll fl-interess pubbliku, b’mod partikulari l-interessi ta’ difiża u/jew sigurta’, u jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux dawn il-miżuri meta l-konsegwenzi negattivi tagħhom jistgħu jkunu akbar mill-benefiċċji tagħhom.

Deċiżjoni li ma jingħatawx miżuri interim m’għandha tippreġudika l-ebda pretensjoni oħra tal-persuna li tkun qed titlob tali miżuri.

6.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li fil-każ fejn jiġu mitluba danni minħabba li deċiżjoni kienet meħuda illegalment, id-deċiżjoni kkontestata għandha l-ewwel titwarrab minn korp li jkollu s-setgħat neċessarji.

7.   Ħlief fejn previst fl-Artikoli 60 sa 62, l-effetti tal-eżerċizzju tas-setgħat msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fuq kuntratt konkluż wara li jkun ingħata għandhom ikunu stabbiliti mil-liġi nazzjonali.

Barra minn hekk, ħlief f’każ fejn deċiżjoni jkollha tiġi mwarrba qabel l-għoti tad-danni, Stat Membru jista’ jipprovdi li, wara l-konklużjoni ta’ kuntratt taħt l-Artikolu 55(6), paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikoli 57 sa 62, is-setgħat tal-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni għandhom ikunu limitati għall-ħlas tad-danni lil kull persuna li tkun sofriet danni minħabba ksur tal-liġi.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-korpi responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni jkunu jistgħu jiġu infurzati b’mod effettiv.

9.   Fejn il-korpi responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni ma jkunux ta’ natura ġudizzjarja, għandhom dejjem jingħataw raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, f’dan il-każ, għandha ssir disposizzjoni sabiex tiggarantixxi l-proċeduri li bihom kull miżura allegatament illegali li tkun ittieħdet mill-entità tar-reviżjoni jew kull difett allegat fl-eżerċizzju tal-poteri mogħtija lilha tista’ tkun is-suġġett ta’ reviżjoni ġudizzjarja jew reviżjoni minn entità oħra li hija qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 234 tat-Trattat u li tkun indipendenti kemm mill-awtorità/entità kontraenti u l-entità tar-reviżjoni.

Il-membri ta’ tali korp indipendenti għandhom jiġu maħtura u jħallu l-kariga tagħhom skont l-istess kondizzjonijiet tal-membri tal-ġudikatura f’dak li għandu x’jaqsam mal-awtorità responsabbli mill-ħatra tagħhom, il-perjodu tagħhom fil-kariga, u t-tneħħija tagħhom. Tal-anqas il-President ta’ dan il-korp indipendenti għandu jkollu l-istess kwalifiki legali u professjonali bħall-membri tal-ġudikatura. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-entità indipendenti għandhom, b’mezzi determinati minn kull Stat Membru, ikunu jorbtu legalment.

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi responsabbli għar-reviżjoni jiggarantixxu livell adegwat ta’ kunfidenzjalità tat-tagħrif ikklassifikat jew ta’ tagħrif ieħor li jinsab fil-fajls trażmessi mill-partijiet, u jaġixxu konformement mal-interessi tad-difiża u/jew tas-sigurtà tul il-proċedura kollha.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li korp speċifiku jkollu l-ġurisdizzjoni unika għar-reviżjoni tal-kuntratti fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà.

F’kull każ, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li jkunu membri biss ta’ korpi ta’ reviżjoni awtorizzati personalment, li jkollhom x’jaqsmu ma’ tagħrif ikklassifikat jistgħu jeżaminaw l-applikazzjonijiet għal reviżjoni li tinvolvi dan it-tagħrif. Dawn jistgħu jimponu miżuri speċifiċi ta’ sigurtà rigward ir-reġistrazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal reviżjoni, il-kisba ta’ dokumenti u l-ħażna tal-fajls.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif il-korpi ta’ reviżjoni għandhom jirrikonċiljaw il-kunfidenzjalità ta’ tagħrif ikklassifikat mad-drittijiet tad-difiża, u fil-każ ta’ reviżjoni ġudizzjarja jew ta’ reviżjoni minn entità f’qorti jew fi tribunal fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 234 tat-Trattat, għadhom jagħmlu dan b’tali mod li l-proċedura tikkonforma, bħal tali, mad-dritt ta’ ġuri ġust.

Artikolu 57

Perjodu sospensiv

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu 55(4) ikollhom żmien biżżejjed għal reviżjoni effettiva tad-deċiżjonijiet tal-għoti ta’ kuntratt meħuda mill-entitajiet/awtoritajiet kontraenti, billi jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa li jirrispettaw il-kondizzjonijiet minimi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 59.

2.   Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara deċiżjoni li jingħata kuntratt li jaqa’ fl-ambitu ta’ din id-Direttiva qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba lill-offerenti u kandidati konċernati jekk jintużaw il-fax jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba lill-offerenti u kandidati konċernati jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data meta tkun waslet tweġiba dwar id-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt.

L-offerent għandu jitqies li jkun ikkonċernat sakemm ma jkunx definittivament eskluż. Esklużjoni hija definittiva jekk tiġi notifikata lill-offerenti konċernati u jew tkun meqjusa leċita minn korp ta’ reviżjoni indipendenti jew ma tistax tkun suġġetta għal proċedura ta’ reviżjoni.

Il-kandidati għandhom jitqiesu li jkunu kkonċernati jekk l-awtorità/entità kontraenti ma tkunx għamlet disponibbli informazzjoni dwar ir-rifjut tal-applikazzjoni tagħhom qabel in-notifika tad-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt lill-offerenti kkonċernati.

Il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti lill-offerent ikkonċernat għandha tkun akkumpanjata b’dan li ġej:

sommarju tar-raġunijiet rilevanti, kif stabbilit fl-Artikolu 35(2) ta’ din id-Direttiva, suġġett għall-Artikolu 35(3), u

dikjarazzjoni preċiża tal-perjodu sospensiv eżatt applikabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu dan il-paragrafu.

Artikolu 58

Derogi mill-perjodu sospensiv

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-perjodi msemmija fl-Artikolu 57(2) ma japplikawx fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk din id-Direttiva ma tirrikjedix pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(b)

jekk l-uniku offerent ikkonċernat fis-sens tal-Artikolu 57(2) huwa dak li ngħata l-kuntratt u ma hemmx kandidati kkonċernati oħra;

(ċ)

fil-każ ta’ kuntratt ibbażat fuq ftehim qafas kif stilpulat fl-Artikolu 29.

Jekk tkun invokata din id-deroga, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratt ikun ineffettiv konformement mal-Artikoli 60 sa 62 meta:

jkun hemm ksur tat-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(4), u

il-valur stmat tal-kuntratt ikun daqs jew aktar mil-limiti minimi stipulati fl-Artikolu 8.

Artikolu 59

Limiti taż-żmien għall-applikazzjoni għar-reviżjoni

Fejn Stat Membru jistipula li kwalunkwe applikazzjoni għar-reviżjoni ta’ deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti meħuda fil-kuntest ta’, jew marbuta ma’, proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt li tinsab fl-ambitu ta’ din id-Direttiva għandha ssir qabel ma jiskadi perjodu speċifikat, dan il-perjodu għandu jkun ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji mill-ġurnata wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti tkun intbagħtet lill-offerent jew lill-kandidat jekk jintuża l-fax jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, dan il-perjodu għandu jkun jew ta’ mill-inqas ħmistax-il ġurnata kalendarja mill-ġurnata wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti ntbagħtet lill-offerenti jew lill-kandidat jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji mill-ġurnata wara d-data tal-wasla tad-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti. Il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti lil kull offerenti jew lil kull kandidat għandha tkun akkumpanjata minn sommarju tar-raġunijiet rilevanti. Fil-każ ta’ applikazzjoni għal reviżjoni dwar deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 56(1)(b) li mhumiex suġġetti għal notifika speċifika, il-perjodu ta’ żmien għandu jkun ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata.

Artikolu 60

Ineffettività

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratt ikun meqjus bħala ineffettiv minn korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità/entità kontraenti jew li l-ineffettività tiegħu hija r-riżultat ta’ deċiżjoni ta’ tali korp ta’ reviżjoni f’xi wieħed mill-każi li ġejjin:

(a)

jekk l-awtorità/entità kontraenti tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma dan kien permess skont din id-Direttiva;

(b)

f’każ ta’ ksur tal-Artikolu 55(6), l-Artikolu 56(3) jew l-Artikolu 57(2), jekk dan il-ksur ikun kontra d-dritt tal-offerent li japplika għal reviżjoni tal-possibbiltà li jirrikorri għal rimedji pre-kuntrattwali f’każ li ksur ta’ dan it-tip ikun magħqud ma’ ksur ieħor tat-Titoli I jew II, jekk dan il-ksur affettwa l-possibiltajiet tal-offerent li japplika għal reviżjoni biex jikseb il-kuntratt;

(ċ)

f’każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(c), jekk l-Istati Membri invokaw id-deroga mill-perjodu sospensiv għal kuntratti bbażati fuq ftehim qafas.

2.   Il-konsegwenzi ta’ meta kuntratt jitqies ineffettiv għandhom jiġu stipulati mil-liġi nazzjonali. Il-liġi nazzjonali tista’ tipprovdi għal annullazzjoni retroattiva tal-obbligi kuntrattwali kollha jew tillimita l-ambitu tal-annullazzjoni għal dawk l-obbligi li għad iridu jitwettqu. F’dan il-każ tal-aħħar, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ penali alternattivi fis-sens tal-Artikolu 61(2).

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità/entità kontraenti ma jistax jikkunsidra kuntratt ineffettiv, minkejja li jkun ingħata illegalment fuq ir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jekk il-korp ta’ reviżjoni jsib, wara li jkun eżamina l-aspetti rilevanti kollha, li raġunijiet prevalenti relatati ma’ interess ġenerali, l-ewwel u qabel kollox f’rabta mal-interessi tad-difiża u/jew tas-sigurtà, jirrikjedu li jinżammu l-effetti tal-kuntratt.

L-interessi ekonomiċi fl-effettività tal-kuntratt jistgħu jitqiesu biss bħala raġunijiet dominanti relatati ma’ interess ġenerali fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu, jekk l-ineffettività twassal għal konsegwenzi sproporzjonati.

Madankollu, l-interessi ekonomiċi direttament marbuta mal-kuntratt ikkonċernat ma għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet dominanti marbuta ma’ interess ġenerali fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu. Interessi ekonomiċi direttament marbuta mal-kuntratt jinkludu, inter alia, l-ispejjeż li jirriżultaw mid-dewmien fit-twettiq tal-kuntratt, l-ispejjeż li jirriżultaw mit-tnedija ta’ proċedura ta’ xiri ġdida, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-bidla tal-operatur ekonomiku li jwettaq il-kuntratt u l-ispejjeż tal-obbligi legali li jirriżultaw mill-ineffettività.

F’kull każ, kuntratt jista’ ma jitqiesx ineffettiv jekk il-konsegwenzi ta’ din l-ineffettività tipperikola serjament l-eżistenza ta’ programm usa’ ta’ difiża jew sigurtà li jkun essenzjali għall-interessi tas-sigurtà tal-Istat Membru.

Fil-każijiet kollha msemmija, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 61(2), li għandhom japplikaw minflok.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-paragrafu 1(a) m’għandux japplika, jekk:

jekk l-awtorità/entità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa permess konformement ma’ din id-Direttiva,

l-awtorità/entità kontraenti ppubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif deskritt fl-Artikolu 64 li jesprimi l-intenzjoni tagħha li tikkonkludi l-kuntratt, u

il-kuntratt ma ġiex konkluż qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji mill-ġurnata wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż.

5.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-paragrafu 1(c) m’għandux japplika, jekk:

l-awtorità/entità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt huwa konformi mat-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(4),

l-awtorità/entità kontraenti bagħtet deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt flimkien ma’ sommarju tar-raġunijiet kif imsemmi fl-ewwel inċiż tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 57(2), lill-offerenti kkonċernati, u

il-kuntratt ma jkunx ġie konkluż qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt tintbagħat lill-offerenti kkonċernati jekk jintużaw faks jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ perjodu jew ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-għoti ta’ kuntratt tintbagħat lill-offerenti kkonċernati jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data ta’ meta tkun ġiet irċevuta d-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt.

Artikolu 61

Ksur ta’ dan it-Titolu u penali alternattivi

1.   Fil-każ ta’ ksur tal-Artikolu 55(6), l-Artikolu 56(3) jew l-Artikolu 57(2) li ma jaqax taħt l-Artikolu 60(1)(b), l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-ineffettività taħt l-Artikolu 60(1) sa (3), jew għal penali alternattivi. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità/entità kontraenti għandu jiddeċiedi, wara li jkun ivvaluta l-aspetti rilevanti kollha, jekk il-kuntratt għandux jitqies bħala ineffettiv jew jekk għandhomx ikunu imposti penali alternattivi.

2.   Il-penali alternattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. Il-penali alternattivi għandhom ikunu:

l-impożizzjoni ta’ multi mill-awtorità/entità kontraenti, jew,

it-tqassir tat-tul tal-kuntratt.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-korp ta’ reviżjoni diskrezzjoni wiesgħa biex jieħu kont tal-fatturi rilevanti kollha, inkluża s-serjetà tal-ksur, l-imġieba tal-awtorità/entità kontraenti u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 60(2), sa meta l-kuntratt jibqa’ fis-seħħ.

L-għoti tad-danni ma jikkostitwixxix penali xierqa għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 62

Limiti ta’ żmien

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-applikazzjoni għal reviżjoni taħt l-Artikolu 60(1) għandha ssir:

(a)

qabel l-iskadenza ta’ mill-anqas 30 jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha:

l-awtorità/entità kontraenti tkun ippubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt konformement mal-Artikoli 30(3), 31 u 32, sakemm dan l-avviż jinkludi ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti biex tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew

l-awtorità/entità kontraenti informat lill-offerenti u lill-kandidati kkonċernati dwar il-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm din l-informazzjoni jkun fiha sommarju tar-raġunijiet rilevanti kif stipulati fl-Artikolu 35(2), suġġett għall-Artikolu 35(3). Din l-opzjoni tapplika wkoll għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 58(c); u

(b)

fi kwalunkwe każ, qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-anqas 6 xhur b’effett mill-jum wara d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt.

2.   Fil-każijiet l-oħra kollha, inklużi applikazzjonijiet għal reviżjoni taħt l-Artikolu 61(1), l-iskadenzi għall-applikazzjoni għal reviżjoni għandhom ikunu determinati mil-liġi nazzjonali, kif suġġetti għall-Artikolu 59.

Artikolu 63

Mekkaniżmu korrettiv

1.   Il-Kummissjoni tista’ tinvoka l-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 5 meta, qabel ma jiġi konkluż kuntratt, tqis li jkun seħħ ksur serju tal-liġi Komunitarja fil-qasam tax-xiri waqt il-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt skont l-ambitu ta’ din id-Direttiva.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bir-raġunijiet li wassluha biex tikkonkludi li jkun sar ksur serju u titlob il-korrezzjoni tiegħu b’mezzi xierqa.

3.   Fi żmien 21 jum kalendarju minn meta jkun irċieva n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni:

(a)

il-konferma tiegħu li l-ksur ma għadux isir;

(b)

sottomissjoni raġunata li tispjega għaliex ma saret l-ebda korrezzjoni; jew

(ċ)

notifika dwar il-fatt li l-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt ġiet sospiża jew mill-awtorità/entità kontraenti fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew abbażi tal-poteri speċifikati fl-Artikolu 56(1)(a).

4.   Sottomissjoni raġunata ikkomunikata skont il-paragrafu 3(b) tista’ sserraħ fost affarijiet oħra fuq il-fatt li l-ksur allegat huwa diġà suġġett għal proċedura ta’ reviżjoni ġudizzjarja jew oħra jew għal appell kif imsemmi fl-Artikolu 56(9). F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-riżultat ta’ dawn il-proċeduri kif dan isir magħruf.

5.   Fejn tkun ingħatat notifika li proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt tkun ġiet sospiża skont il-paragrafu 3 (c), l-Istat Membru kkonċernat għandu javża lill-Kummissjoni meta s-sospensjoni titneħħa jew meta proċedura ta’ kuntratt oħra relatata kompletament jew parzjalment mal-istess suġġett tkun inbdiet. Din in-notifika l-ġdida għandha tikkonferma li l-ksur allegat ġie korrett jew tkun tinkludi sottomissjoni raġunata li tispjega għaliex ma tkun saret l-ebda korrezzjoni.

Artikolu 64

Kontenut ta’ avviż għal trasparenza ex-ante volontarja

In-notifika msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 60(4), li l-format tagħha għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura konsultorja msemmija fl-Artikolu 67(2), għandha tinkludi din l-informazzjoni:

(a)

l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità/entità kontraenti;

(b)

deskrizzjoni tas-suġġett tal-kuntratt;

(ċ)

ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità/entità kontraenti li tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(d)

l-isem u l-kuntatti tal-operatur ekonomiku li favur tiegħu ttieħdet deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt; kif ukoll

(e)

fejn xieraq, kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala meħtieġa mill-awtorità/entità kontraenti.

TITOLU III

OBBLIGI STATISTIĊI, SETGĦAT EŻEKUTORJI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 65

Obbligi statistiċi

Sabiex jippremettu l-evalwazzjoni tar-riżultat tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport statistiku, imfassal konformement mal-Artikolu 66, li jindirizza l-kuntratti mogħtija matul is-sena preċedenti mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

Artikolu 66

Kontenut tar-rapport statistiku

Ir-rapport statistiku għandu jispeċifika l-għadd u l-valur tal-kuntratti mogħtija, minn Stat Membru jew pajjiż terz tal-offerent li jkun ingħata l-kuntratt. Għandu jikkonċerna, b’mod separat, il-kuntratti ta’ provvisti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet.

Id-dejta msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinqasam mill-proċeduri użati u speċifikati, għal kull waħda minn dawn il-proċeduri, fornimenti, servizzi u xogħlijiet identifikati mill-grupp tan-nomenklatura tas-CPV.

Meta l-kuntratti jkunu ġew konklużi permezz tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, id-dejta msemmija fl-ewwel u fit-tieni paragrafu għandha wkoll titqassam skont iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 28.

Il-kontenut tar-rapport statistiku għandu jiġi stabbilit skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67.

Artikolu 67

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat konsultattiv għall-kuntratti pubbliċi stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 (26), (“il-Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(3)(c), 4(b) u (e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Rigward ir-reviżjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 6, il-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikolu 5a — 3c, 4b u 4e, tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huma stabbiliti għal erbgħa, tnejn u sitt gimgħat rispettivament, minħabba limitazzjonijiet fil-limiti ta’ żmien li jirriżultaw minn modalitajiet ta’ kalkolu u ta’ pubblikazzjoni previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 69(1) u fl-Artikolu 69(3) tad-Direttiva 2004/17/KE.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, il-paragrafi 1, 2, 4 u 6, u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 68

Reviżjoni tal-limiti minimi

1.   Meta ssir ir-reviżjoni tal-limiti minimi fid-Direttiva 2004/17/KE, imsemmija fl-Artikolu 78 tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrivedi wkoll il-limiti minimi previsti fl-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva, billi tallinja:

(a)

il-limitu previst fl-Artikolu 8(a) ta’ din id-Direttiva, rigward il-limitu rivedut previst fl-Artikolu 16(a), tad-Direttiva 2004/17/KE;

(b)

il-limitu previst fl-Artikolu 8(b) ta’ din id-Direttiva, rigward il-limitu rivedut previst fl-Artikolu 16(b), tad-Direttiva 2004/17/KE.

Tali reviżjoni u allinjament, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jitwettqu skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 67(3). Minħabba raġunijiet ta’ urġenza kbira, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 67(4).

2.   Il-valur tal-limiti minimi stabbiliti skont il-paragrafu 1 fil-valuti nazzjonali tal-Istati Membri li ma jipparteċipawx fl-euro għandhom ikunu allinjati mal-valuri ekwivalenti tal-limiti minimi tad-Direttiva 2004/17/KE msemmija fil-paragrafu 1, ikkalkulati konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 69 (2) tad-Direttiva 2004/17/KE.

3.   Il-limiti minimi riveduti msemmija fil-paragrafu 1 u l-ekwivalenti tagħhom fil-valuti nazzjonali għandhom, wara r-reviżjoni tagħhom, jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu ta’ Novembru.

Artikolu 69

Emendi

1.   Il-Kummissjoni tista’ temenda, konformement mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67(2):

(a)

il-proċeduri għat-tfassil, it-traż + missjoni, ir-riċeviment, it-traduzzjoni, il-ġbir u d-distribuzzjoni tal-avviżi msemmija fl-Artikolu 30 kif ukoll ir-rapporti statistiċi previsti fl-Artikolu 65;

(b)

il-proċeduri għat-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni tad-data msemmija fl-Anness VI, għal raġunijiet relatati mal-progress tekniku jew għal raġunijiet amministrattivi;

(ċ)

il-lista tar-reġistri, tad-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati stipulati fl-Anness VII, meta abbażi tan-notifiki mill-Istati Membri, dan jidher meħtieġ.

2.   Il-Kummissjoni tista’ temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, elenkati hawn taħt, waqt li taġixxi skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 67(3):

(a)

in-numri ta’ referenza għan-nomenklatura CPV stabbiliti fl-Annessi I u II, safejn dan ma jbiddilx il-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ din id-Direttiva, u l-proċeduri għar-referenzi fl-avviżi għal intestaturi partikolari tas-CPV fil-kategoriji ta’ servizzi elenkati f’dawk l-Annessi;

(b)

id-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir għar-riċeviment elettroniku msemmija fil-punti a), f) u g) tal-Anness VIII.

Minħabba raġunijiet ta’ urġenza kbira, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 67(4).

Artikolu 70

Emendament tad-Direttiva 2004/17/KE

Id-Direttiva 2004/17/KE għandha tiġi emendata kif ġej: Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 22a

Kuntratti fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti li għalihom tapplika d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (*), lanqas għall-kuntratti li għalihom dik id-Direttiva ma tapplikax taħt l-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha.

Artikolu 71

Emendament tad-Direttiva 2004/18/KE

Id-Direttiva 2004/18/KE hija b’dan emendata kif ġej: L-Artikolu 10 huwa mibdul kif ġej:

“Artikolu 10

Kuntratti fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà

Suġġett għall-Artikolu 296 tat-Trattat, din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti pubbliċi mogħtija fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà bl-eċċezzjoni ta’ kuntratti li għalihom tapplika d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (**).

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti li għalihom id-Direttiva 2009/81/KE ma tapplikax taħt l-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha.

Artikolu 72

Traspożizzjoni

1.   Sal-21 ta’ Awwissu 2011, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.

Artikolu 73

Reviżjoni u rappurtar

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fid-dawl tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari tal-Artikoli 21 u 50 sa 54 tagħha, sal-21 ta’ Awwissu 2012.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirraporta dwarha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sal-21 ta’ Awwissu 2016. Hija għandha tevalwa b’mod partikulari, jekk, u safejn, l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ġew miksuba fir-rigward tal-funzjonament tas-suq intern u l-iżvilupp ta’ suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u ta’ Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea, b’rigward inter alia għall-qagħda tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Fejn xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrivedi wkoll l-applikazzjoni tal-Artikolu 39(1), u tinvestiga b’mod partikulari l-fattibbiltà tal-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-istallazzjonijiet mill-ġdid tal-kandidati jew tal-offerenti b’konvinzjonijiet minn qabel li jeskluduhom milli jipparteċipaw f’xiri pubbliku u għal dan il-għan għandhom jagħmlu, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva.

Artikolu 74

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 75

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. POTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU C 100, 30.4.2009, p. 114.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 463.

(4)  Id-deċiżjoni li tiddefinixxi l-lista ta’ prodotti (armi, munizzjonijiet, u materjal tal-gwerra) li għaliha japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 223(1)(b) — li issa sar l-Artikolu 296 — tat-Trattat (dok. 255/58). Minuti tal-15 ta’ April 1958: dok. 368/58.

(5)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 06, Volum 07, p. 19).

(6)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 06, Volum 07, p. 132).

(7)  ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(9)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.

(10)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

(11)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(12)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(13)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(14)  ĠU L 39, 14.2.1976, p. 40.

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14).

(17)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettivita’ ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntatti pubbliċi (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 31).

(18)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(19)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(20)  Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI tal-21 ta’ Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-kriminalizzazzjoni, bħala reat, tal-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1).

(21)  Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997 li jistabbilixxi, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 (2) (c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1).

(22)  Azzjoni Konġunta 98/742/ĠAI tat-22 ta’ Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 358, 31.1.1998, p. 2).

(23)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

(24)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(25)  Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(26)  ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15.


ANNESS I

Servizzi msemmija fl-artikoli 2 u 15

Numru tal-Kategorija

Suġġett

Numru ta’ referenza CPV

1

Servizzi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija

50000000-5, minn 50100000-6 sa 50884000-5 (ħlief minn 50310000-1 sa 50324200-4 u 50116510-9, 50190000-3, 50229000-6, 50243000-0) u minn 51000000-9 sa 51900000-1

2

Servizzi relatati mal-għajnuna militari barranija

75211300-1

3

Servizzi ta’ diviża, servizzi ta’ difiża militari u servizzi ta’ difiża ċivili

75220000-4, 75221000-1, 75222000-8

4

Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà.

Minn 79700000-1 sa 79720000-7

5

Servizzi ta’ trasport fuq l-art

60000000-8, minn 60100000-9 sa 60183000-4 (ħlief 60160000-7, 60161000-4), u minn 64120000-3 sa 64121200-2:

6

Servizzi ta’ tat-trasport bl-ajru: trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija, bl-esklużjoni tat-trasport tal-posta

60400000-2, minn 60410000-5 sa 60424120-3 (ħlief 60411000-2, 60421000-5), minn 60440000-4 sa 60445000-9 u 60500000-3

7

Trasport tal-posta fuq l-art u bl-ajru

60160000-7, 60161000-4, 60411000-2, 60421000-5

8

Servizzi ta’ transport ferrovjarju

Minn 60200000-0 sa 60220000-6

9

Servizzi ta’ transport fuq l-ilma

Minn 60600000-4 sa 60653000-0, u minn 63727000-1 sa 63727200-3

10

Servizzi ta’ transport ta’ appoġġ u awżiljarji

Minn 63100000-0 sa 63111000-0, minn 63120000-6 sa 63121100-4, 63122000-0, 63512000-1 u minn 63520000-0 sa 6370000-6

11

Servizzi ta’ telekomunikazzjoni

Minn 64200000-8 sa 64228200-2, 72318000-7, u minn 72700000-7 sa 72720000-3

12

Servizzi finanzjarji: servizzi ta’ assigurazzjoni

Minn 66500000-5 sa 66720000-3

13

Servizzi tal-informatika u servizzi relatati

Minn 50310000-1 sa 50324200-4, minn 72000000-5 sa 72920000-5 (ħlief 72318000-7 u minn 72700000-7 sa 72720000-3), 79342410-4, 9342410-4

14

Servizzi ta’ riċerka u żvilupp (1) u testijiet ta’ evalwazzjoni

Minn 73000000-2 sa 73436000-7

15

Servizzi ta’ kontabbiltà, verifika u żamma tal-kotba

Minn 79210000-9 sa 79212500-8

16

Servizzi ta’ konsulenza fl-amministrazzjoni (2) u servizzi relatati

Minn 73200000-4 sa 73220000-0, minn 79400000-8 sa 79421200-3 u 79342000-3, 79342100-4, 79342300-6, 79342320-2, 79342321-9, 79910000-6, 79991000-7 98362000-8

17

Servizzi ta’ arkitettura; servizzi ta’ inġinerija u servizzi integrati ta’ inġinerija; servizzi ta’ żvilupp urban u ta’ inġinerija tal-pajsaġġ; servizzi relatati ta’ konsultazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi; servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi

Minn 71000000-8 sa 71900000-7 (ħlief 71550000-8) u 79994000-8

18

Servizzi ta’ tindif tal-bini u servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetajiet

Minn 70300000-4 sa 70340000-6, u minn 90900000-6 sa 90924000-0

19

Servizzi ta’ tindif tat-toroq u ta’ ġbir tal-iskart: servizzi ta’ drenaġġ u servizzi simili

Minn 90400000-1 sa 90743200-9 (ħlief 90712200-3) minn 90910000-9 sa 90920000-2 u 50190000-3, 50229000-6, 50243000-0

20

Servizzi ta’ taħriġ u simulazzjoni fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà

80330000-6, 80600000-0, 80610000-3, 80620000-6, 80630000-9, 80640000-2, 80650000-5, 80660000-8


(1)  Bl-esklużjoni tas-servizzi ta’ riċerka u żvilupp imsemmija fl-Artikolu 13(j).

(2)  Bl-esklużjoni tas-servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni.


ANNESS II

Servizzi msemmija fl-artikoli 2 u 16

Nurmu tal-Kategorija

Suġġett

Numru ta’ Referenza CPV

21

Servizzi ta’ lukandi u ristoranti

Minn 55100000-1 sa 55524000-9, u minn 98340000-8 sa 98341100-6

22

Servizzi ta’ transport ta’ appoġġ u awżiljarji

Minn 63000000-9 sa 63734000-3 (ħlief 63711200-8, 63712700-0, 63712710-3), minn 63727000-1 sa 63727200-3 u 98361000-1

23

Servizzi legali

Minn 79100000-5 sa 79140000-7

24

Servizzi ta’ pjazzar ta’ impjegati u provvista (1)

Minn 79600000-0 sa 79635000-4 (ħlief 79611000-0, 79632000-3, 79633000-0), u minn 98500000-8 sa 98514000-9

25

Servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali

79611000-0 u minn 85000000-9 sa 85323000-9 (ħlief 85321000-5 u 85322000-2)

26

Servizzi oħra

 


(1)  Bl-esklużjoni ta’ kuntratti ta’ impieg.


ANNESS III

Definizzjoni ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-artikolu 18

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jappikaw:

(1)

(a)

“speċifikazzjonijiet tekniċi”, fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet: il-preskrizzjonijiet tekniċi kollha li jinsabu notevolement fl-ispeċifikazzjonijiet, li jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ materjal, prodott jew provvista u li jippermettu li dawn jiġu deskritti b’mod li jikkorrispondu għall-użu li għalih huma maħsuba mill-awtorità/entità kontraenti. Dawn il-karatteristiċi għandhom jinkludu l-livelli tal-prestazzjoni ambjentali, il-proġettazzjoni għall-użi kollha (inkluż l-aċċess għall-persuni b’diżabbiltà) u l-evalwazzjoni tal-konformità, l-adegwatezza għall-użu, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, inklużi l-proċeduri relatati mal-assigurazzjoni tal-kwalità, it-terminoloġija, is-simboli, it-testijiet u l-metodi għat-testijiet, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, kif ukoll il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni. Dawn għandhom jinkludu wkoll ir-regoli ta’ proġettazzjoni u ta’ kalkolu tax-xogħlijiet, il-kondizzjonijiet ta’ ttestjar, spezzjoni u aċċettazzjoni tax-xogħlijiet, u t-tekniki jew il-metodi ta’ kostruzzjoni u kwalunkwe kondizzjoni oħra ta’ natura teknika li l-awtorità/entità kontraenti hija f’pożizzjoni li tordna, permezz ta’ regolament ġenerali jew partikolari, rigward ix-xogħlijiet lesti rigward il-materjali jew l-elementi li jikkostitwixxu dawn ix-xogħlijiet;

(b)

“speċifikazzjoni teknika”, fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvisti jew ta’ servizzi: speċifikazzjoni li tinsab f’dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott jew servizz, bħal-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali, it-tfassil għall-użi kollha (inkluż l-aċċess għall-persuni b’diżabbiltà) u l-evalwazzjoni tal-konformità, l-adegwatezza għall-użu, l-użu tal-prodott, is-sigurtà tiegħu jew id-dimensjonijiet tiegħu, inklużi r-rekwiżiti rilevanti għall-prodott fir-rigward tad-denominazzjoni tal-bejgħ, it-terminoloġija, is-simboli, it-testijiet u l-metodi għat-testijiet, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet tal-użu, il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità;

(2)

“standard”: speċifikazzjoni teknika approvata minn korp ta’ standardizzazzjoni rikonoxxut għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li r-rispett tagħha mhux obbligatorju u li taqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

standard internazzjonali: standard adottat minn korp internazzjonali ta’ standardizzazzjoni u disponbbli għall-pubbliku,

standard Ewropew: standard adottat minn korp Ewropew ta’ standardizzazzjoni u disponbbli għall-pubbliku,

standard nazzjonali: standard adottat minn korp nazzjonali ta’ standardizzazzjoni u disponbbli għall-pubbliku;

(3)

“standard ta’ difiża”: speċifikazzjoni teknika li r-rispett tagħha mhux obbligatorju u li hija approvata minn korp ta’ standardizzazzjoni speċjalizzat fl-elaborazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għal applikazzjoni repetuta jew kontinwa fl-oqsma tad-difiża;

(4)

“approvazzjoni teknika Ewropea”: il-valutazzjoni teknika favorevoli li prodott huwa tajjeb biex jintuża għal għan determinat, minħabba li jissodisfa r-rekwiżiti ewlenin għall-kostruzzjoni, skont il-karatteristiċi intrinsiċi ta’ dan il-prodott u l-kondizzjonijiet stabbiliti ta’ applikazzjoni u użu. L-approvazzjoni teknika Ewropea tingħata minn korp magħżul għal dan il-għan mill-Istat Membru;

(5)

“speċifikazzjoni teknika komuni”: speċifikazzjoni teknika żviluppata skont proċedura rikonoxxuta mill-Istati Membri u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(6)

“referenza teknika”: kwalunkwe prodott elaborat mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, minbarra l-istandards uffiċjali, skont il-proċeduri adattati għall-iżviluppi tal-ħtiġijiet tas-suq.


ANNESS IV

Informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi msemmija fl-Artikolu 30

AVVIŻ LI JĦABBAR IL-PUBBLIKAZZJONI TA’ AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI MINN QABEL FUQ PROFIL TA’ XERREJ

1.

Pajjiż tal-awtorità/entità kontraenti

2.

Isem tal-awtorità kontraenti

3.

Indirizz tal-Internet tal-“profil ta’ xerrej” (URL)

4.

Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV;

AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI MINN QABEL

1.

Isem, indirizz, numru tal-fax, indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità kontraenti u, jekk dawn ikunu differenti, dawk tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni komplementari, skont il-każ u, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet, tas-servizzi, pereżempju, is-sit Internet governattiv rilevanti, minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni rigward il-qafas regolatorju ġenerali li, fil-qasam ta’ fiskalità, ta’ protezzjoni tal-ambjent, ta’ protezzjoni tal-impjiegi u tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, huwa applikabbli fil-post fejn għandu jitwettaq il-kuntratt.

2.

Fejn ikun xieraq. indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt hux ristrett għal workshops protetti, jew jekk it-twettiq tiegħu hux ristrett għall-qafas ta’ programm tax-xogħol protetti.

3.

Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: natura u estensjoni tax-xogħlijiet, post ta’ eżekuzzjoni; fil-każ fejn ix-xogħol għandu jinqasam f’diversi lottijiet, il-karatteristiċi essenzjali ta’ dawn il-lottijiet b’referenza għax-xogħol; jekk din tkun disponibbli, stima tal-firxa tal-ispiża tax-xogħlijiet previsti; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.

Għall-kuntratti ta’ provvisti: natura u kwantità jew valur tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.

Għall-kuntratti ta’ servizzi: ammont totali previst tax-xiri għal kull kategorija ta’ servizzi li jidhru fl-Anness I, numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.

4.

Dati proviżorjament previsti għat-tnedija tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratt jew ta’ kuntratti, fil-każ tal-kuntratti ta’ servizzi għal kull kategorija.

5.

Skond il-każ, għandu jiġi indikat jekk dan huwiex ftehim qafas.

6.

Skond il-każ, informazzjoni oħra.

7.

Data ta’ meta ntbagħat l-avviż jew ta’ meta ntbagħat l-avviż li jħabbar il-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil tax-xerrej.

AVVIŻ TA’ KUNTRATT

Proċeduri ristretti, proċeduri nnegozjati b’pubblikazzjoni ta’ avviż u djalogi kompetittivi:

1.

Isem, indirizz, numru tat-telefon u fax, indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità kontraenti.

2.

Fejn ikun xieraq. indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt hux ristrett għal workshops protetti, jew jekk it-twettiq tiegħu hux ristrett għall-qafas ta’ programm tax-xogħol protetti.

3.

(a)

Proċedura tal-għoti magħżula;

(b)

Skond il-każ, ġustifikazzjoni għar-rikors għall-proċedura aċċellerata (f’każ ta’ proċeduri ristretti u nnegozjati);

(c)

Skond il-każ, għandu jiġi indikat jekk dan huwiex ftehim qafas;

(d)

Skont il-każ, l-organizzazzjoni ta’ rkant elettroniku.

4.

Forma tal-kuntratt.

5.

Post ta’ eżekuzzjoni/twettiq tax-xogħlijiet, post tal-kunsinna tal-prodotti jew lok tal-provvista tas-servizzi.

6.

(a)

Kuntratti ta’ xogħlijiet:

in-natura u l-estensjoni tax-xogħlijiet, karatteristiċi ġenerali tax-xogħol. Għandhom jiġu indikati partikolarment l-għażliet rigward xogħlijiet komplementari u, jekk ikun magħruf, il-kalendarju proviżorju biex isir rikors għal dawn l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ tiġdid eventwali. Jekk ix-xogħol jew il-kuntratt huwa maqsum f’diversi lottijiet, l-ordni tal-kobor tad-diversi lottijiet; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV,

indikazzjonijiet rigward l-għan tax-xogħol jew tal-kuntratt meta dan jinvolvi wkoll it-tfassil ta’ proġetti,

fil-każ ta’ ftehim qafas, għandhom jiġu indikati wkoll it-tul ta’ żmien previst tal-ftehim qafas, il-valur totali tax-xogħlijiet stmat għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim qafas kif ukoll, safejn ikun possibbli, il-valur u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw.

(b)

Kuntratti ta’ provvisti:

in-natura tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti, fejn jkun indikat, partikolarment, jekk l-offerti humiex mitluba bil-ħsieb ta’ xiri, leasing, kiri jew hire purchase jew aktar minn waħda minn dawn flimkien, numru ta’ referenza għan-nomenklatura. Kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu pprovduti, fejn ikun indikat partikolarment l-għażliet rigward xiri komplementari u, jekk ikun magħruf, il-kalendarju proviżorju biex isir rikors għal dawn l-għażliet; kif ukoll in-numru ta’ tiġdid eventwali; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV,

fil-każ ta’ kuntratti regolari jew ta’ kuntratti li jistgħu jiġġeddu matul perijodu determinat, għandu jiġi indikat ukoll, jekk ikun magħruf, il-kalendarju tal-kuntratti oħra għax-xiri ta’ provvisti previsti,

fil-każ ta’ ftehim qafas, għandu jiġi indikat ukoll it-tul ta’ żmien previst tal-ftehim qafas, il-valur totali tal-provvisti stmat għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim qafas kif ukoll, safejn ikun possibbli, il-valur u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw.

(ċ)

Kuntratti ta’ servizzi:

kategorija u deskrizzjoni tas-servizz. Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV. Kwantita ta’ servizzi li għandhom jingħataw. Għandhom jiġu indikati partikolarment l-għażliet rigward xiri komplementari u, jekk ikun magħruf, il-kalendarju proviżorju biex isir rikors għal dawn l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ tiġdid eventwali. Fil-każ ta’ kuntratti li jistgħu jiġġeddu matul perijodu determinat, stima tal-kalendarju, jekk dan hu magħruf, tal-kuntratti oħra għax-xiri ta’ servizzi previsti.

Fil-każ ta’ ftehim qafas, għandhom jiġu indikati wkoll it-tul ta’ żmien previst tal-ftehim qafas, il-valur totali tal-provvisti stmat għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim qafas kif ukoll, safejn ikun possibbli, il-valur u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw,

għandu jiġi indikat jekk, skont il-liġijiet, ir-regolament jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi, l-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni determinata.

Referenza għal-liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva,

għandu jiġi indikat jekk il-persuni fiżiċi humiex marbuta li jsemmu l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli mill-eżekuzzjoni tas-servizz.

7.

Meta l-kuntratti ikunu maqsuma f’lottijiet, indikazzjoni tal-possibbiltà, għall-operaturi ekonomiċi, li jippreżentaw offerta għal lott wieħed, diversi lottijiet u/jew il-lottijiet kollha.

8.

Ammissjoni jew projbizzjoni tal-varjanti.

9.

Skont il-każ, indikazzjoni tal-perċentwali tal-valur globali tal-kuntratt li hu rikjest li jingħata b’sottokontratt lil persuni terzi permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti (Artikolu 21(1)).

10.

Skont il-każ, kriterji ta’ selezzjoni rigward is-sitwazzjoni personali tas-subkuntratturi li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni tagħhom u informazzjoni meħtieġa li turi li dawn ma jagħmlux parti mill-każij li jiġġustifikaw l-esklużjoni. Informazzjoni u kull formalità meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet ekonomiċi u tekniċi minimi rikjest mis-subkuntratturi. Livell(i) speċifiku/ċi minimu/i ta’ kapaċitajiet eventwalment meħtieġa.

11.

Il-limitu ta’ żmien li fih jintemmu x-xogħlijiet, jingħataw il-provvisti/is-servizzi jew it-tul ta’ żmien tal-kuntratt ta’ xogħlijiet/provvisti/servizzi. Safejn ikun possibbli, il-limitu ta’ żmien li fih ser jibdew ix-xogħlijiet jew il-limitu ta’ żmien li fih ser jibdew jew ser jiġu konsenjati l-provvisti jew provduti s-servizzi.

12.

Jekk ikun il-każ, il-kondizzjonijiet partikolari li għalihom hija sottomessal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

13.

(a)

Il-limitu ta’ żmien meta jistgħu jaslu t-talbiet għall-parteċipazzjoni;

(b)

l-indirizz fejn dawn għandhom jintbagħtu;

(ċ)

il-lingwa jew il-lingwi li bihom dawn għandhom jitfasslu.

14.

Fejn applikabbli, kwalunkwe depożitu u garanzija mitluba.

15.

Termini prinċipali rigward il-finanzjament u l-ħlas u/jew ir-referenzi għat-testi regolatorji.

16.

Fejn applikabbli, il-forma ġuridika li għandha tittieħed mill-konsorzju ta’ operaturi ekonomiċi li lilu jingħata l-kuntratt.

17.

Kriterji ta’ selezzjoni rigward is-sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni ta’ dawn tal-aħħar u informazzjoni meħtieġa li turi li dawn ma jagħmlux parti mill-każijiet li jiġġustifikaw l-esklużjoni. Kriterji ta’ selezzjoni, informazzjoni u formalitajiet neċessarji għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet minimi ta’ natura ekonomika u teknika mitluba mill-operatur ekonomiku. Livell(i) speċifiku/ċi minimu/i ta’ kapaċitajiet eventwalment meħtieġa.

18.

Għall-ftehim qafas: in-numru, skont il-każ, in-numru massimu, previst ta’ operaturi ekonomiċi li ser jagħmlu parti minnhom, it-tul ta’ żmien tal-ftehim qafas previst.

19.

Għad-djalogu kompetittiv u l-proċeduri nnegozjati b’pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, għandu jiġi indikat, skont il-każ, ir-rikors għall-proċedura li titwettaq f’fażijiet suċċessivi sabiex jitnaqqas progressivament in-numru ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi jew ta’ offerti li għandhom jiġu nnegozjati.

20.

Fil-każ ta’ proċedura ristretta, proċedura nnegozjata jew djalogu kompetittiv, meta jsir rikors għall-possibbiltà li jitnaqqas in-numru ta’ kandidati li jkunu mistiedna biex jippreżentaw offerta, jiddjalogaw jew jinnegozjaw: in-numru minimu u, skont il-każ, massimu ta’ kandidati previst u l-kriterji oġġettivi li għandhom jiġu applikati biex jintgħażel dan in-numru ta’ kandidati.

21.

Kriterji msemmija fl-Artikolu 47 li ser jintużaw għall-għoti tal-kuntratt: “prezz l-aktar baxx” jew “offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża”. Il-kriterji li jikkostitwixxu l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża kif ukoll l-ippeżar jew il-kriterji f’ordni jonqos ta’ importanza tagħhom għandhom jissemmew meta dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew, f’każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv.

22.

Skont il-każ, dati ta’ pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni minn qabel bi qbil mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ pubblikazzjoni indikati fl-Anness VI jew stqarrija li ma saret l-ebda pubblikazzjoni ta’ dan it-tip.

23.

Data meta jintbagħat l-avviż.

AVVIŻ DWAR L-GĦOTI TA’ KUNTRATT

1.

Isem u indirizz tal-awtorità/entità kontraenti.

2.

Proċedura ta’ għoti magħżula. F’każ ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt (Artikolu 28), ġustifikazzjoni.

3.

Kuntratti ta’ xogħlijiet: natura u estensjoni tas-servizzi.

Kuntratti ta’ provvisti: natura u kwantità tal-prodotti provduti, jekk ikun il-każ, skont il-fornitur; numru ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.

Kuntratti ta’ servizzi: kategorija u deskrizzjoni tas-servizz; numru ta’ referenza għan-nomenklatura CPV; kwantità ta’ servizzi mixtrija.

4.

Data tal-għoti tal-kuntratt.

5.

Kriterji għall-għoti tal-kuntratt.

6.

Numru ta’ offerti riċevuti.

7.

Isem u indirizz ta’ min ingħata l-kuntratt.

8.

Prezz jew firxa ta’ prezzijiet (minimi/massimi) mħallsa.

9.

Valur tal-offerta (tal-offerti) miżmuma jew l-offerta l-aktar għolja u l-offerta l-inqas għolja kkunsidrati għall-għoti tal-kuntratt.

10.

Skond il-każ, parti mill-kuntratt li se tingħata bħala subkuntratt lil terzi u l-valur tagħha.

11.

Jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ftehim qafas itwal minn seba’ snin.

12.

Data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt konformement mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Anness VI.

13.

Data ta’ meta ntbagħat dan l-avviż.


ANNESS V

Informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi dwar is-subkuntratti msemmija fl-Artikolu 52

1.

Isem, indirizz, numru tal-fax u indirizz tal-posta elettronika ta’ min jingħata l-kuntratt u, jekk ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni ulterjuri.

2.

(a)

post ta’ eżekuzzjoni/twettiq tax-xogħlijiet, post tal-kunsinna tal-prodotti jew tal-provvista tas-servizzi;

(b)

in-natura, il-kwantità u l-estensjoni tax-xogħlijiet u l-karatteristiċi ġenerali tax-xogħol; Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV;

(c)

in-natura tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti, fejn jkun indikat jekk l-offerti humiex mitluba bil-ħsieb ta’ xiri, leasing, kiri jew hire purchase jew ta’ kombinazzjoni ta’ dawn, numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV;

(d)

kategorija u deskrizzjoni tas-servizz; Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.

3.

Kwalunkwe limitu ta’ żmien għat-tmiem impost.

4.

Isem u indirizz tal-korp mingħand min jistgħu jintalbu l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti addizzjonali.

5.

(a)

limitu ta’ żmien biex jaslu l-applikazzjoni għal parteċipazzjoni u/jew biex jaslu l-offerti;

(b)

l-indirizz fejn dawn iridu jintbagħtu;

(c)

lingwa/i li jridu jinkitbu bihom.

6.

Kwalunkwe depożiti jew garanziji rikjesti.

7.

Kriterji oġġettivi li se jiġu applikati għas-selezzjoni tas-subkuntratturi relatati mas-sitwazzjoni personali tagħhom jew l-evalwazzjoni tal-offerta tagħhom.

8.

Kull informazzjoni oħra.

9.

Data ta’ meta ntbagħat dan l-avviż.


ANNESS VI

KARATTERISTIĊI DWAR IL-PUBBLIKAZZJONI

1.

Pubblikazzjoni ta’ avviżi

(a)

L-avviżi msemmija fl-Artikoli 30 u 52 għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jew minn dawk li jingħataw il-kuntratt lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-format imsemmi fl-Artikolu 32. L-avviżi ta’ informazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu, ippubblikati fuq profil ta’ xerrej kif imsemmi fil-punt 2, kif ukoll l-avviż li jħabbar din il-pubblikazzjoni, għandhom jirrispettaw ukoll dan il-format.

L-avviżi msemmija fl-Artikolu 30 u 52 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti fil-każ ta’ avviżi ta’ informazzjoni minn qabel ippubblikati fuq profil ta’ xerrej bi qbil mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1).

L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu, barra minn hekk, jippubblikaw din l-informazzjoni permezz tal-Internet fuq “profil ta’ xerrej” kif imsemmi fil-punt 2;

(b)

l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti lill-awtorità/entità kontraenti l-konferma tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(8).

2.

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali

Il-profil ta’ xerrej jista’ jinkludi avviżi ta’ informazzjoni minn qabel, imsemmija fl-Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu, ta’ informazzjoni dwar is-sejħiet għall-offerti fis-seħħ, ix-xiri pprogrammat, il-kuntratti mogħtija, il-proċeduri annullati, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni ġenerali utli, bħal punt ta’ kuntatt, numru ta’ telefon u tal-fax, indirizz postali u indirizz tal-posta elettronika.

3.

Format u proċeduri ta’ trasmissjoni tal-avviżi b’mezzi elettroniċi

Il-format u l-proċeduri ta’ trasmissjoni tal-avviżi b’mezzi elettroniċi huma aċċessibbli fl-indirizz Internet: “http://simap.europa.eu”.


ANNESS VII

REĠISTRI (1)

PARTI A

Kuntratti tax-xogħlijiet

Ir-reġistri professjonali kif ukoll id-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti għal kull Stat Membru huma:

għall-Belġju, “Registre du Commerce”/“Handelsregister”,

għall-Bulgarija, “Търговски регистър”,

għar-Repubblika Ċeka, “obchodní rejstřík”,

għad-Danimarka, “Erhvervs- og Selskabsstyrelsen”,

għall-Ġermanja, “Handelsregister” u “Handwerksrolle”,

għall-Estonja, “Registrite ja Infosüsteemide Keskus”,

għall-Irlanda, kuntrattur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of Companies” jew ir-“Registrar of Friendly Societies” jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li huwa ddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata,

għall-Greċja, “Μητρώο Εργοληπτικών Επιχειρήσεων'- MEΕΠ” tal-Ministeru tal-ambjent, tal-iżvilupp tat-territorju u tax-xogħlijiet pubbliċi (Υ.ΠΕ.ΧΩ.Δ.Ε),

għal Spanja, “Registro Oficial de Licitadores y Empresas Clasificadas del Estado”,

għal Franza, “Registre du commerce et des sociétés” u “Répertoire des métiers”,

għall-Italja, “Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato”,

għal Ċipru, il-kuntrattur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat tal-“Council for the Registration and Audit of Civil Engineering and Building Contractors (Συμβούλιο Εγγραφήςκαι Ελέγχου Εργοληπτών Οικοδομικών και Τεχνικών Έργων)” konformement mar-Registration and Audit of Civil Engineering and Building Contractors Law,

għal-Latvja, “Uzņēmumu reģistrs”“Reġistru tal-intrapriżi”,

għal-Litwanja, “Juridinių asmenų registras”,

għal-Lussemburgu, “Registre aux firmes” u “Rôle de la Chambre des métiers”,

għall-Ungerija, “Cégnyilvántartás”, “egyéni vállalkozók jegyzői nyilvántartása”,

għal Malta, il-kuntrattur jikseb in-“numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tal-liċenzja ta’ kummerċ” tiegħu, u, f’każ ta’ sħubija jew kumpannija, in-numru ta’ reġistrazzjoni pertinenti kif mogħti mill-awtorità Maltija tas-servizzi finanzjarji,

fl-Olanda, “Handelsregister”,

għall-Awstrija, “Firmenbuch”, “Gewerberegister”, “Mitgliederverzeichnisse der Landeskammern”,

għall-Polonja, “Krajowy Rejestr Sądowy” (Reġistru nazzjonali),

għall-Portugall, “Instituto da Construção e do Imobiliário” (INCI),

għar-Rumanija, “Registrul Comerțului”,

għas-Slovenja, “Sodni register” u “obrtni register”,

għas-Slovakkja, “Obchodný register”,

għall-Finlandja, “Kaupparekisteri”/“Handelsregistret”,

għall-Isvezja, “aktiebolags-, handels- eller föreningsregistren”,

għar-Renju Unit, kuntrattur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of Companies” jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li huwa ddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata.

PARTI B

Kuntratti tal-provvisti

Ir-reġistri professjonali jew kummerċjali u d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti huma:

għall-Belġju, “Registre du commerce”/“Handelsregister”,

għall-Bulgarija, “Търговски регистър”,

għar-Repubblika Ċeka, “obchodní rejstřík”,

għad-Danimarka, “Erhvervs- og Selskabsstyrelsen”,

għall-Ġermanja, “Handelsregister” u “Handwerksrolle”,

għall-Estonja, “Registrite ja Infosüsteemide Keskus”,

għall-Greċja, “Βιοτεχνικό ή Εμπορικό ή Βιομηχανικό Επιμελητήριο”, u “Μητρώο Κατασκευαστών Αμυντικού Υλικού”,

għal Spanja, “Registro Mercantil” jew, fil-każ ta’ persuni mhux reġistrati, ċertifikat li juri li l-persuna kkonċernata ddikjarat taħt ġurament li teżerċita l-professjoni in kwistjoni,

għal Franza, “Registre du commerce et des sociétés” u “Répertoire des métiers”,

għall-Irlanda, fornitur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of Companies” jew ir-“Registrar of Friendly Societies” u li juri li huwa fforma kumpannija jew li huwa mniżżel f’reġistru kummerċjali jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li huwa ddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata,

għall-Italja, “Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato” u “Registro delle Commissioni provinciali per l'artigianato”,

għal Ċipru, il-fornitur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat mir-“Registrar of Companies and Official Receiver” (Έφορος Εταιρειών και Επίσημος Παραλήπτης) jew, jekk dan mhux il-każ, attestat li jippreċiża li l-interessat iddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata,

għal-Latvja, “Uzņēmumu reģistrs” (“Reġistru tal-intrapriżi”),

għal-Litwanja, “Juridinių asmenų registras”,

għal-Lussemburgu, “Registre aux firmes” u “Rôle de la Chambre des métiers”,

għall-Ungerija, “Cégnyilvántartás”, “egyéni vállalkozók jegyzői nyilvántartása”,

għal Malta: il-fornitur jikseb “numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tal-liċenzja ta’ kummerċ” tiegħu, u jekk tkun sħubija jew kumpannija, “in-numru ta’ reġistrazzjoni pertinenti kif mogħti mill-awtorità Maltija tas-servizzi finanzjarji”,

għall-Olanda, “Handelsregister”,

għall-Awstrija, “Firmenbuch”, “Gewerberegister”, “Mitgliederverzeichnisse der Landeskammern”,

għall-Polonja, “Krajowy Rejestr Sądowy”,

għall-Portugall, “Registo nacional das Pessoas Colectivas”,

għar-Rumanija, “Registrul Comerțului”,

għas-Slovenja, “Sodni register” u “obrtni register”,

għas-Slovakkja, “Obchodný register”,

għall-Finlandja, “Kaupparekisteri”/“Handelsregistret”,

għall-Isvezja, “aktiebolags-, handels- eller föreningsregistren”,

għar-Renju Unit, fornitur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of Companies” u li juri li dan ifforma kumpannija jew huwa mniżżel f’reġistru kummerċjali jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li dan iddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata.

PARTI C

Kuntratti tas-servizzi

Ir-reġistri professjonali jew kummerċjali u d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti huma:

għall-Belġju, “Registre du commerce/Handelsregister” u “Ordres professionnels -/Beroepsorden”,

għall-Bulgarija, “Търговски регистър”,

għar-Repubblika Ċeka, “obchodní rejstřík”,

għad-Danimarka, “Erhvervs- og Selskabsstyrelsen”,

għall-Ġermanja, “Handelsregister”, “Handwerksrolle”, “Vereinsregister”, “Partnerschaftsregister” u “Mitgliedsverzeichnisse der Berufskammern der Länder”,

għall-Estonja, “Registrite ja Infosüsteemide Keskus”,

għall-Irlanda, min jipprovdi s-servizzi jista’ jkun mistieden li jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of companies”, jew ir-“Registrar of Friendly Societies” jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li huwa ddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn hu stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata,

għall-Greċja, min jipprovdi s-servizzi jista’ jkun mistieden jipproduċi dikjarazzjoni taħt ġurament quddiem nutar rigward l-eżerċizzju tal-professjoni kkonċernata; fil-każijiet previsti mill-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ, għal provvista tas-servizzi ta’ studji kif imsemmi fl-Anness I, ir-reġistru professjonali “Μητρώο Μελετητών” kif ukoll “Μητρώο Γραφείων Μελετών”,

għal Spanja, “Registro Oficial de Licitadores y Empresas Clasificadas del Estado”,

għal Franza, “Registre du commerce et des sociétés” u “Répertoire des métiers”,

għall-Italja, “Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato”, “Registro delle commissioni provinciali per l'artigianato”, “Consiglio nazionale degli ordini professionali”,

għal Ċipru, min jipprovdi s-servizzi jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat mir-“Registrar of Companies and Official Receiver” (Έφορος Εταιρειών και ΕπίσημοςΠαραλήπτης) jew, jekk dan mhux il-każ, attestat li jippreċiża li l-interessat iddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni fil-pajjiż fejn hu stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata,

għal-Latvja, “Uzņēmumu reģistrs” (“Reġistru tal-intrapriżi”),

għal-Litwanja, “Juridinių asmenų registras”,

għal-Lussemburgu, “Registre aux firmes” u “Rôle de la Chambre des métiers”,

għall-Ungerija, “Cégnyilvántartás”, “egyéni vállalkozók jegyzői nyilvántartása”, ċerti “szakmai kamarák nyilvántartása” jew, fil-każ ta’ ċerti attivitajiet, ċertifikat li juri li l-persuna kkonċernata hija awtorizzata teżerċita l-attività kummerċjali jew il-professjoni in kwistjoni,

għal Malta, min jipprovdi s-servizzi jikseb in-“numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tal-liċenzja ta’ kummerċ” tiegħu, u, jekk tkun sħubija jew kumpannija, in-numru ta’ reġistrazzjoni pertinenti kif mogħti mill-awtorità Maltija tas-servizzi finanzjarji,

għall-Olanda, “Handelsregister”,

għall-Awstrija, “Firmenbuch”, “Gewerberegister”, “Mitgliederverzeichnisse der Landeskammern”,

għall-Polonja, “Krajowy Rejestr Sądowy” (Reġistru nazzjonali),

għall-Portugall, “Registo nacional das Pessoas Colectivas”,

għar-Rumanija, “Registrul Comerțului”

għas-Slovenja, “Sodni register” u “obrtni register”,

għas-Slovakkja, “Obchodný register”,

għall-Finlandja, “Kaupparekisteri”/“Handelsregistret”,

għall-Isvezja, “aktiebolags-, handels- eller föreningsregistren”,

għar-Renju Unit, min jipprovdi s-servizzi jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-“Registrar of companies” jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li huwa ddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni in kwistjoni f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata.


(1)  Għall-finijiet tal-Artikolu 40,“reġistri”, wieħed għandu jifhem dawk li jidhru fl-Anness preżenti u, fejn saru xi modifiki fil-livell nazzjonali, ir-reġistri li ssostitwewhom. Dan l-Anness hu biss indikattiv ma jiġġudikax minn qabel il-kompatibilità ta’ dawn ir-reġistri mal-liġi Komunitarja dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.


ANNESS VIII

Rekwiżiti relatati mal-mezzi għar-riċezzjoni elettronika ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni u ta’ offerti

Il-mezzi biex jaslu talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti b’mod elettroniku għandhom mill-anqas jiggarantixxu, permezz tal-mezzi tekniċi u l-proċeduri xierqa, li:

(a)

il-firem elettroniċi dwar it-talbiet għall-parteċipazzjoni u tal-offerti jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali b’applikazzjoni tad-Direttiva 1999/93/KE;

(b)

il-ħin u d-data eżatti tar-riċeviment tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u tal-offerti jistgħu jkunu determinati bi preċiżjoni;

(ċ)

jista’ jkun raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta’ żmien speċifikati, ħadd ma jista’ jkollu aċċess għad-data trasmessa skont dawn ir-rekwiżiti;

(d)

f’każ ta’ vjolazzjoni ta’ din il-projbizzjoni ta’ aċċess, jista’ jkun raġonevolment żgurat li l-vjolazzjoni tinkixef b’mod ċar;

(e)

il-persuni awtorizzati biss jistgħu jistabbilixxu jew jimmodifikaw id-dati tal-ftuħ tad-data riċevuta;

(f)

waqt l-istadji differenti tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt, l-azzjoni simultanja biss tal-persuni awtorizzati tista’ tippermetti l-aċċess għat-totalità, jew għal parti waħda, tad-data ppreżentata;

(g)

l-azzjoni simultanja tal-persuni awtorizzati ma tistax tagħti aċċess għad-data trasmessa ħlief wara d-data speċifikata;

(h)

id-data riċevuta u miftuħa f’applikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti ma tibqax aċċessibbli ħlief għall-persuni awtorizzati li jsiru jafu biha.