24.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Diċembru 2009

li taħtar lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mis-26 ta' Ġunju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2015

(2009/1009/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi għandu jinħatar is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-perijodu mis-26 ta' Ġunju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Uwe CORSEPIUS huwa b’dan maħtur Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mis-26 ta' Ġunju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tkun notifikata lis-Sur Uwe CORSEPIUS mill-President tal-Kunsill.

Għandha tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. CARLGREN