19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/90


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/981/PESK

tat-18 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/318/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' April 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/318/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar (1).

(2)

Ma għadx hemm raġunijiet biex persuna waħda tinżamm fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna msemmija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha titneħħa mil-lista stabbilita fl-Anness II għall-Pożizzjoni Komuni 2006/318/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

Å. TORSTENSSON


(1)  ĠU L 116, 29.4.2006, p. 77.


ANNESS

PERSUNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

#

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

(inkuż il-Ministeru)

Sess (M/F)

E7c

Aung Khaing Moe

Iben Myo Myint, d.t.t. 25.6.1967

(hu maħsub li attwalment jinsab fir-Renju Unit; mar hemm qabel iddaħħal fil-lista)

M