15.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2009/947/KE)

IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2) flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu, u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(2)

F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (2) (il-Ftehim) skont il-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(3)

Il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fis-7 ta’ Lulju 2009 suġġett għall–konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/741/KE (3)

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuni mogħtija s-setgħa li jagħmlu n-notifikazzjoni prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-25 ta’ Ottubru 2005 (ĠU C 272 E, 9.11.2006, p. 56).

(2)  ĠU L 265, 9.10.2009, p. 25.

(3)  ĠU L 265, 9.10.2009, p. 24.