3.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2009

li tapprova programmi annwali u plurienniali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2010 u s-snin ta’ wara

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9131)

(2009/883/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1) u b’ mod partikolari l-Artikolu 27(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonosi.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistipula li għandha tkun introdotta miżura finanzjarja Komunitarja biex tirrimborża n-nefqa li ssir mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u żoonosi elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2) ssostitwiet l-Artikolu 24 ta’ din id-Deċiżjoni b’dispożizzjoni ġdida. Permezz ta’ miżuri tranżizzjonali, id-Deċiżjoni 2006/965/KE stipulat li l-programmi għal-lewkożi bovina enżootika u għall-marda ta’ Aujeszky jistgħu jkomplu jiġu ffinanzjati sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (3) tipprevedi li sabiex ikunu approvati taħt il-miżuri previsti fl-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (4), jipprovdi għal programmi ta’ monitoraġġ annwali mill-Istati Membri għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (5) tipprovdi wkoll għal programmi ta’ sorveljanza mill-Istati Membri li għandhom jitwettqu rigward ta’ tjur u għasafar salvaġġi sabiex jikkontribwixxu, inter alia, abbażi ta’ evalwazzjonijiet tar-riskju aġġornati regolament, għall-għarfien dwar it-theddid impost għall-għasafar salvaġġi fir-rigward ta’ kwalunkwe vajrus tal-influwenza ta’ oriġini avjarja fl-għasafar. Dawn il-programmi annwali, u l-finanzjament tagħhom, għall-monitoraġġ jeħtieġu jiġu approvati wkoll.

(7)

Ċerti Stati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni programmi annwali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali, programmi għal kontrolli mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ żoonożijiet, u programmi ta’ monitoraġġ annwali għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSEs li għalihom huma jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

(8)

Fl-2008 u l-2009 ċerti programmi plurienniali ppreżentati mill-Istati Membri għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali ġew approvati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/782/KE (6) u Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/897/KE (7). L-impenn tal-ispiża għal dawk il-programmi plurienniali ġie adottat skont l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament tal-Kunsill applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (8). L-ewwel impenn tal-baġit għal dawn il-programmi sar wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn annwali sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni fil-funzjoni tat-twettiq tal-programm għas-sena preċedenti, abbażi ta’ deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 27(5) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2009 (9), jipprevedi rekwiżiti iktar stretti fil-każ ta’ qatgħet li jipproduċu l-ħalib infettati mill-iscrapie klassiku.

(10)

Fl-2009 Ċipru ppreżenta programm ġdid plurienniali għall-monitoraġġ u l-eradikazzjoni tal-iscrapie, addattat għal dik l-aħħar emenda tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/560/KE (10), approvat il-programm plurienniali tal-iscrapie fejn in-nefqa tal-persunal inkarigat speċifikament biex iwettaq ħidmiet fi ħdan il-programm u l-ispiża tal-qerda tal-karkassi ġiet inkluża fl-ispejjeż eliġibbli għal kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja. It-tieni u l-aħħar sena tal-programm plurienniali tal-iscrapie ppreżentat minn Ċipru għandha għalhekk tiġi approvata u tipprovdi l-istess livell ta’ finanzjar u miżuri eliġibbli Komunitarji bħal tal-ewwel sena.

(11)

Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi annwali ppreżentati mill-Istati Membri, kif ukoll it-(tieni jew it-tielet) sena sussegwenti tal-programmi plurienniali approvati fl-2008 u fl-2009, kemm mill-perspettiva veterinarja kif ukoll minn dik finanzjarja. Dawn il-programmi nstabu li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja rilevanti u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(12)

Fid-dawl tal-importanza tal-programmi annwali u pluriennali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità fil-qasam ta’ saħħet l-annimali u l-pubbliku, kif ukoll tal-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi tat-TSE u tal-influwenza avjarja, huwa xieraq li tkun stabbilita r-rata adatta ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għar-rimborż tal-ispejjeż li jkunu ser isiru mill-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri li hemm referenza għalihom f’din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm.

(13)

Għall-finijiet ta’ maniġġjar tajjeb, użu iktar effiċjenti tal-fondi Komunitarji u t-trasparenza mtejba, huma meħtieġa wkoll li jiġu ffissati għal kull programm, fejn huwa xieraq, ammonti massimi li għandhom jingħataw bħala rimborż lill-Istati Membri għal ċerti spejjeż, bħalma huma t-testijiet użati fl-Istati Membri u kumpens lis-sidien minħabba xi telf mit-tbiċċir jew il-qatla tal-annimali tagħhom.

(14)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (11), il-programmi għall-eradikazzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Garanzija Agrikola. Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata sakemm l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b’mod effiċjenti u l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti taż-żmien stabbiliti b’din id-Deċiżjoni.

(16)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva l-infiq kollu ppreżentat għal kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun f’Euro. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, ir-rata ta’ kambju għall-infiq f’munita għajr l-euro għandha tkun l-aħħar rata ta’ kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih titressaq l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

(17)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

PROGRAMMI ANNWALI

Artikolu 1

Bruċellożi bovina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellosi bovina ppreżentati minn Spanja, l-Italja, Malta, Ċipru, il-Portugall u r-Renju Unit huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju, il-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi u x-xiri ta’ dożijiet ta’ vaċċini, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 2 000 000 għal Spanja;

(b)

EUR 5 000 000 għall-Italja;

(c)

EUR 75 000 għal Ċipru;

(d)

EUR 15 000 għal Malta;

(e)

EUR 2 500 000 għall-Portugall;

(f)

EUR 2 700 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għat-test rose bengal

EUR 0,2 għal kull test;

(b)

għat-test SAT

EUR 0,2 għal kull test;

(c)

għal test ta’ fissazzjoni kumplementari

EUR 0,4 għal kull test;

(d)

għal test ELISA

EUR 1 għal kull test;

(e)

għall-annimali maqtula

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 2

Tuberkulosi bovina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellosi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispejjeż tat-twettiq ta’ testijiet bit-tuberculin u bil-gamma-interferon u l-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula skont dawn il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 12 000 000 għall-Irlanda;

(b)

EUR 7 500 000 għal Spanja;

(c)

EUR 4 000 000 għall-Italja;

(d)

EUR 1 000 000 għall-Portugall;

(e)

EUR 10 000 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test bit-tuberculin

EUR 1,75 għal kull test;

(b)

għal test gamma-interferon

EUR 5 għal kull test;

(c)

għall-annimali maqtula

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 3

Bruċellożi ovina u kaprina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellosi ovina u kaprina ppreżentati minn Spanja, l-Italja, Ċipru u l-Portugall huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għax-xiri ta’ vaċċini, l-ispejjeż biex jitwettqu t-testijiet fil-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula skont dawn il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 4 500 000 għal Spanja;

(b)

EUR 3 500 000 għall-Italja;

(c)

EUR 75 000 għal Ċipru;

(d)

EUR 1 100 000 għall-Portugall.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għat-test rose bengal

EUR 0,2 għal kull test;

(b)

għal test ta’ fissazzjoni kumplementari

EUR 0,4 għal kull test;

(c)

għall-annimali maqtula

EUR 50 għal kull annimal.

Artikolu 4

Bluetongue f’żoni endemiċi jew ta’ riskju kbir

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bluetongue ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispejjeż tat-twettiq tat-tilqim, għall-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju għas-sorveljanza viroloġika, seroloġika u entomoloġika u għal dawk tax-xiri ta’ nases u vaċċini, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 4 500 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 6 000 għall-Bulgarija;

(c)

EUR 1 600 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 50 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 16 800 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 130 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 80 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 70 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 20 000 000 għal Spanja;

(j)

EUR 40 000 000 għal Franza;

(k)

EUR 2 700 000 għall-Italja;

(l)

EUR 310 000 għal-Latvja;

(m)

EUR 630 000 għal-Litwanja;

(n)

EUR 300 000 għal-Lussemburgu;

(o)

EUR 780 000 għall-Ungerija;

(p)

EUR 4 000 għal Malta;

(q)

EUR 110 000 għall-Olanda;

(r)

EUR 1 000 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 70 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 5 200 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 110 000 għar-Rumanija;

(v)

EUR 590 000 għas-Slovenja;

(w)

EUR 50 000 għas-Slovakkja;

(x)

EUR 490 000 għall-Finlandja;

(y)

EUR 1 700 000 għall-Iżvezja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 2,5 għal kull test;

(b)

għat-test PCR

EUR 10 għal kull test;

(c)

għax-xiri tal-vaċċini monovalenti

EUR 0,3 għal kull doża;

(d)

għax-xiri tal-vaċċini bivalenti

EUR 0,45 għal kull doża;

(e)

għat-tilqima tal-annimali bovini, EUR 1,50 għal kull annimal bovin imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi ta’ vaċċini użati;

(f)

għat-tilqima tal-annimali ovini jew kaprini, EUR 0,75 għal kull annimal ovin jew kaprin imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi ta’ vaċċini użati.

Artikolu 5

Salmonellożi (zoonotic salmonella) f’qatgħat għat-tkabbir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus u f’qatgħat tad-dundjani (Meleagris gallopavo)

1.   Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f’qatgħat għat-tkabbir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus u f’qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo) ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u r-Renju Unit huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u tas-serjotipar fil-qafas tat-teħid ta’ kampjuni uffiċjali, it-testijiet batterjoloġiċi biex jivverifikaw l-effiċjenza tad-diżinfezzjoni, it-testijiet għad-detezzjoni tal-antimikrobi jew l-effett inibitorju tal-formazzjoni tal-batterji fit-tessuti tal-għasafar mill-qatgħet ittestjati għas-Salmonella, ix-xiri tad-dożi tal-vaċċini u l-kumpens lis-sidien għall-valur tat-tjur tal-Gallus gallus tat-trobbija maqtula u għall-bajd meqruda u għad-dundjani tat-trobbija tal-Meleagris gallopavo maqtula u għall-bajd meqrud, kif speċifikat fil-paragrafu 3 u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 2 000 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 20 000 għall-Bulgarija;

(c)

EUR 2 500 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 200 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 15 000 għall-Estonja;

(f)

EUR 800 000 għall-Ġermanja;

(g)

EUR 100 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 550 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 2 500 000 għal Spanja;

(j)

EUR 3 500 000 għal Franza;

(k)

EUR 1 250 000 għall-Italja;

(l)

EUR 100 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 420 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 160 000 għal-Litwanja;

(o)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(p)

EUR 2 500 000 għall-Ungerija;

(q)

EUR 150 000 għal Malta;

(r)

EUR 3 500 000 għall-Olanda;

(s)

EUR 960 000 għall-Awstrija;

(t)

EUR 3 500 000 għall-Polonja;

(u)

EUR 255 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 600 000 għar-Rumanija;

(w)

EUR 117 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 730 000 għas-Slovakja;

(y)

EUR 52 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni/iżolazzjoni) EUR 5,0 għal kull test;

(b)

għall-akkwist ta’ doża waħda ta’ vaċċin tas-Salmonella EUR 0,05 għal kull doża;

(c)

għas-serotipar ta’ iżolati rilevanti ta’ Salmonella spp. EUR 20 għal kull test;

(d)

għal test batterjoloġiku biex jivverifika l-effiċjenza ta’ diżinfezzjoni tal-gallinari tat-tiġieġ wara d-depopulazzjoni ta’ qatgħa li tittestja pożittiva għas-Salmonella, EUR 5,0 kull test;

(e)

għal test għad-detezzjoni tal-antimikrobi jew l-effet inibitorju tal-formazzjoni tal-batterji fit-tessuti mit-tjur minn qatgħet ittestjati għas-Salmonella, EUR 5 kull test;

(f)

(e) għall-kumpens tal-qtil għall-valur ta’ tajra għat-trobbija tat-tip Gallus gallus, EUR 4 għal kull tajra;

(g)

(e) għall-kumpens tal-qtil għall-valur ta’ tajra tal-bajd kummerċjali tat-tip Gallus gallus, EUR 2,20 għal kull tajra;

(h)

(e) għall-kumpens tal-qtil għall-valur ta’ dundjan għat-trobbija tat-tip Meleagris gallopavo, EUR 12 għal kull tajra;

(i)

għall-kumpens ta’ bajd għat-tifqis tal-Gallus gallus tat-trobbija, EUR 0,20 għal kull bajda tat-tifqis meqruda;

(j)

għall-kumpens ta’ bajd tal-Gallus gallus, EUR 0,04 għal kull bajda meqruda;

(k)

għall-kumpens ta’ bajd għat-tifqis tal-Meleagris gallopavo tat-trobbija, EUR 0,40 għal kull bajda tat-tifqis meqruda.

Artikolu 6

Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali

1.   Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’:

(a)

Deni klassiku tal-majjali ppreżentati mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(b)

Deni Afrikan tal-majjali ppreżentat mill-Italja huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet viroloġiċi u seroloġiċi ta’ majjali domestiċi u taċ-ċingjali u għall-programmi mibgħuta mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, ir-Rumanija u s-Slovakkja ukoll bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċini u l-lixki għall-vaċċinazzjoni taċ-ċingjali, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 240 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 1 400 000 għall-Ġermanja;

(c)

EUR 720 000 għal Franza;

(d)

EUR 110 000 għall-Italja;

(e)

EUR 25 000 għal-Lussemburgu;

(f)

EUR 300 000 għall-Ungerija;

(g)

EUR 1 200 000 għar-Rumanija;

(h)

EUR 30 000 għas-Slovenja;

(i)

EUR 515 000 għas-Slovakkja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu l-EUR 2,5 għal kull test.

Artikolu 7

Marda tal-infafet fil-majjali

1.   Il-programm għall-eradikazzjoni tal-marda tal-infafet (veżikulari) fil-majjali ppreżentat mill-Italja huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż tat-testijiet f’laboratorju u ma għandhiex taqbeż l-EUR 450 000.

Artikolu 8

Influwenza avjarja fit-tjur u l-għasafar salvaġġi

1.   Il-programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur salvaġġ ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li għandu jġarrab kull Stat Membru għall-ispejjeż biex jitwettqu t-testijiet f’laboratorju u somma f’ammont wieħed għat-teħid ta’ kampjuni tal-għasafar salvaġġi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 135 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 50 000 għall-Bulgaria;

(c)

EUR 85 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 200 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 350 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 10 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 110 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 70 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 300 000 għal Spanja;

(j)

EUR 250 000 għal Franza;

(k)

EUR 650 000 għall-Italja;

(l)

EUR 20 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 60 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(o)

EUR 300 000 għall-Ungerija;

(p)

EUR 10 000 għal Malta;

(q)

EUR 350 000 għall-Olanda;

(r)

EUR 55 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 100 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 200 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 400 000 għar-Rumanija;

(v)

EUR 40 000 għas-Slovenja;

(w)

EUR 35 000 għas-Slovakkja;

(x)

EUR 35 000 għall-Finlandja;

(y)

EUR 200 000 għall-Iżvezja;

(z)

EUR 300 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għat-test ELISA

EUR 2 għal kull test;

(b)

test bl-agar ġel għal diffużjoni immuni

EUR 1,2 għal kull test;

(c)

test HI għal H5/H7

EUR 12 għal kull test;

(d)

test għall-iżolament ta’ vajrus

EUR 40 għal kull test;

(e)

test PCR

EUR 20 għal kull test;

(f)

teħid ta’ kampjuni ta’ tjur salvaġġ

EUR 20 kull kampjun.

Artikolu 9

Enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u scrapie

1.   Il-programmi għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiforma bovina (BSE) u tal-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż li għandu jġarrab kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għat-twettiq ta’ testijiet rapidi fl-annimali kif imsemmi fl-Anness III Kapitolu A Partijiet I u II punti 1 sa 5 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u fl-Anness VII għal dak ir-Regolament, testijiet konfirmatorji u testijiet diskriminatorji molekulari primarji kif imsemmi fl-Anness X Kapitolu C punt 3(2)(c) (i) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża li ser issir minn kull Stat Membru għall-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula u meqruda skont il-programmi għall-eradikazzjoni tagħhom tal-iscrapie u bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż tal-analiżi ta’ kampjuni għall-ġenotipar, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 1 670 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 720 000 għall-Bulgarija;

(c)

EUR 900 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 1 000 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 7 810 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 200 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 3 570 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 2 000 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 5 300 000 għal Spanja;

(j)

EUR 12 500 000 għal Franza;

(k)

EUR 6 000 000 għall-Italja;

(l)

EUR 50 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 240 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 460 000 għal-Litwanja;

(o)

EUR 75 000 għal-Lussemburgu;

(p)

EUR 1 150 000 għall-Ungerija;

(q)

EUR 20 000 għal Malta;

(r)

EUR 2 500 000 għall-Olanda;

(s)

EUR 1 010 000 għall-Awstrija;

(t)

EUR 3 100 000 għall-Polonja;

(u)

EUR 1 350 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 1 000 000 għar-Rumanija;

(w)

EUR 180 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 650 000 għas-Slovakkja;

(y)

EUR 410 000 għall-Finlandja;

(z)

EUR 650 000 għall-Iżvezja;

(za)

EUR 4 700 000 għar-Renju Unit.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun għat-testijiet imwettqa u għall-annimali maqtula u l-ammont massimu bħala medja ma għandux jaqbeż:

(a)

għal testijiet mwettqa fuq l-annimali bovini

EUR 5 għal kull test;

(b)

għal testijiet mwettqa fuq l-annimali ovini u kaprini

EUR 30 għal kull test;

(c)

għal testijiet konfirmatorji u għat-testijiet diskriminatorji molekolari primarji testijiet diskriminatorji

EUR 175 għal kull test;

(d)

kull test ta’ ġenotipar

EUR 10;

(e)

għal kull annimal bovin maqtul

EUR 500;

(f)

għal kull nagħġa jew mogħża maqtula.

EUR 70.

Artikolu 10

L-Idrofobija

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mill-Bulgarija, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li għandu jġarrab kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu t-testijiet f’laboratorju għall-detezzjoni tal-antiġen jew l-antikorpi idrofobiċi, il-karatterizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija, id-detezzjoni tal-biomarkatur u t-titrazzjoni tal-lixki tal-vaċċini, u għax-xiri u d-distribuzzjoni tal-vaċċin flimkien ma’ nases għall-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 820 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 880 000 għall-Ungerija;

(c)

EUR 4 100 000 għall-Polonja;

(d)

EUR 1 800 000 għar-Rumanija;

(e)

EUR 370 000 għas-Slovakkja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 8 għal kull test;

(b)

għal test tad-detezzjoni tat-tetraċiklina fl-għadam

EUR 8 għal kull test;

(c)

għal test tal-antikorpi florexxenti (TAF)

EUR 12 għal kull test.

Artikolu 11

Lewkożi bovina enżootika

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-lewkożi bovina enżootika ppreżentati mill-Estonja, il-Litwanja, Malta u l-Polonja huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li għandu jġarrab kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju u kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula skont dawk il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 20 000 għall-Estonja;

(b)

EUR 20 000 għal-Litwanja;

(c)

EUR 500 000 għal Malta;

(d)

EUR 1 400 000 għall-Polonja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 0,5 għal kull test;

(b)

għal test għal diffużjoni immuni ta’ agar gel

EUR 0,5 għal kull test;

(c)

għal annimal maqtul

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 12

Il-Marda ta’ Aujeszky

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky ppreżentati mill-Bulgarija, Spanja, l-Ungerija u l-Polonja huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jiġġarrbu mill-Istat Membru kkonċernat għall-ispiża ta’ testijiet f’laboratorju, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 25 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 122 000 għall-Ungerija;

(c)

EUR 3 764 000 għall-Polonja;

(d)

EUR 870 000 għal Spanja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu EUR 1 għal kull test ELISA.

KAPITOLU II

PROGRAMMI PLURIENNALI

Artikolu 13

L-Idrofobija

1.   Il-programmi pluriennali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ippreżentati mil-Litwanja u l-Awstrija huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

2.   It-tielet sena tal-programmi plurienniali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mill-Estonja, il-Latvja, is-Slovenja u l-Finlandja hija b’dan approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li għandu jġarrab kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju għad-detezzjoni tal-antiġen jew l-antikorpi idrofobiċi, il-karatterizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija, id-detezzjoni tal-biomarkatur u t-titrazzjoni tal-lixki tal-vaċċini, u għax-xiri u d-distribuzzjoni tal-vaċċin flimkien ma’ nases għall-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 950 000 għall-Estonja;

(b)

EUR 1 130 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 1 000 000 għal-Litwanja;

(d)

EUR 110 000 għall-Awstrija.

(e)

EUR 550 000 għas-Slovenja;

(f)

EUR 100 000 għall-Finlandja.

4.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istat Membru kkonċernat għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 8 għal kull test;

(b)

għal test tad-detezzjoni tat-tetraċiklina fl-għadam

EUR 8 għal kull test;

(c)

għal test tal-antikorpi florexxenti (TAF)

EUR 12 għal kull test.

5.   L-ammonti impenjati għas-snin li ġejjin għandhom jiġu deċiżi bħala parti mit-twettiq tal-programm fl-2010.

Artikolu 14

Il-Marda ta’ Aujeszky

1.   It-tielet sena tal-programm plurienniali għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky ppreżentat mill-Belġju hija b’dan approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża li se ssir mill-Belġju biex twettaq it-testijiet f’laboratorju u ma għandhiex taqbeż l-EUR 262 000.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Belġju għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu l-EUR 1 għal kull test ELISA.

Artikolu 15

Lewkożi bovina enżootika

1.   It-tieni sena tal-programmi purienniali għall-eradikazzjoni tal-lewkożi bovina enżootika ppreżentati mill-Italja, il-Latvja u l-Portugall hija b’dan approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li għandu jġarrab kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet f’laboratorju u kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula skont dawk il-programmi u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 800 000 għall-Italja;

(b)

EUR 55 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 750 000 għall-Portugall.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 0.5 għal kull test;

(b)

għal test bl-agar gel għal diffużjoni immuni

EUR 0,5 għal kull test;

(c)

għall-annimali maqtula

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 16

Scrapie

1.   Il-programm plurienniali għall-monitoraġġ u l-eradikazzjoni tal-iscrapie ppreżentat minn Ċipru fit-18 ta’ Marzu 2009 huwa b’dan approvat għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità m’għandhiex taqbeż l-EUR 8 200 000 u ser tkun bir-rata ta’:

(a)

100 % tal-ispejjeż li għandu jġarrab Ċipru għat-twettiq tat-testijiet rapidi għall-Anness III Kapitolu A Parti II punti 1 sa 5 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u l-Anness VII minn hemm ’il quddiem u t-testijiet diskriminatorji molekulari primarji kif imsemmi fl-Anness X Kapitolu C punt 3.2(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

75 % tal-ispejjeż imġarrba minn Ċipru biex jingħata kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali li kellhom jinqatlu u jinqerdu skont il-programm tagħha għall-monitoraġġ u l-eradikazzjoni tal-iscrapie;

(c)

50 % tal-ispejjeż għal:

(i)

l-analiżi tal-kampjuni għad-determinazzjoni tal-ġenotipi;

(ii)

ix-xiri tal-preparazzjonijiet li jintużaw għall-ewtanizzar tal-annimali;

(iii)

il-persunal impjegat speċifikament biex iwettaq ix-xogħol fi ħdan il-programm;

(iv)

il-qerda tal-karkassi.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jitħallsu lura lil Cipru għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għatt-testijiet mwettqa fuq l-annimali ovini u kaprini

EUR 30 għal kull test;

(b)

għal testijiet diskriminatorji molekulari primarji mwettqa

EUR 175 għal kull test;

(c)

għal testijiet ta’ ġenotipar

EUR 10 għal kull test;

(d)

għal kull nagħġa jew mogħża maqtula.

EUR 100 għal kull bhima.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 17

Il-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali maqtula minħabba raġunijiet sanitarji, jew maqtula u l-prodotti meqrudin, għandu jingħata fi żmien 90 jum wara l-qtil jew il-qtil sanitarju tal-annimal jew il-qerda tal-prodotti jew wara l-preżentazzjoni tat-talba kompluta mis-sid.

L-Artikolu 9(1), (2) u (3) tar-Regolament.(KE).Nru 883/2006 (12) għandu japplika għall-ħlasijiet ta’ kumpens magħmula barra d-90 jum.

Artikolu 18

1.   In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun espressa f’euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

2.   Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru hija f’valuta li ma tkunx l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f’euro billi japplika r-rata tal-kambju l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru.

Artikolu 19

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16 għandha tingħata sakemm l-Istati Membri kkonċernati:

(a)

jimplimentaw il-programmi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni u l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi;

(b)

iġibu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16;

(c)

jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2010 r-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, skont l-Artikolu 27(7)(a) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE;

(d)

għall-programmi msemmija fl-Artikolu 8, jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati pożittivi u negattivi tal-investigazzjonijiet lokalizzati waqt is-sorveljanza tagħhom tat-tjur u tal-għasafar salvaġġi permezz tas-sistema on-line tal-Kummissjoni, kull tliet xhur, billi jgħaddu dawn ir-riżultati f’perjodu ta’ erba’ ġimgħat wara tmiem ix-xahar kopert mir-rapport;

(e)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, jgħaddu rapport finali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(7)(b) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011 dwar it-twettiq tekniku tal-programm akkumpanjat minn provi li jiġġustifikaw l-ispejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati miksuba waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010;

(f)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, jimplimentaw il-programm b’mod effiċjenti;

(g)

ma jippreżentawx, għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, aktar talbiet għal kontribuzzjonijiet Komunitarji oħra għal dawn il-miżuri, u preċedentement ma ppreżentawx talbiet bħal dawn.

2.   Fejn Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kumissjoni għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità wara li tkun qieset in-natura u l-gravità tal-ksur, u t-telf finanzjarju għall-Komunità.

Artikolu 20

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 21

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, is-26 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22.

(3)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

(4)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(6)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 29.

(7)  ĠU L 322, 2.12.2008, p. 39.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 34, 4.2.2009, p. 11.

(10)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 56.

(11)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(12)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.