5.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Settembru 2008

li tfassal il-formola standard għar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 5123)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/810/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/25, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (2),

Billi:

(1)

Il-formola standard imsemmija fl-Artikolu 17 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 561/2006 għandha titfassal bħala mezz li bih l-Istati Membri jikkomunikaw mal-Kummissjoni, kull sentejn, l-informazzjoni neċessarja għall-preparazzjoni ta’ rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament, tar-Regolament (KEE) Nru 3281/85 u dwar l-iżviluppi fl-oqsma in kwistjoni.

(2)

Il-formola standard stabbilita qabel mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/173/KEE (3) għandha issa tiġi aġġornata sabiex tqis, fost l-oħrajn, l-iżvilupp fir-regoli Komunitarji dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ.

(3)

Ir-rekwiżiti ġodda tar-rappurtar stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 561/2006 u d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni jkopru b’mod partikolari l-informazzjoni dwar eċċezzjonijiet nazzjonali mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u dettalji aktar preċiżi dwar verifiki li jseħħu fuq il-vetturi.

(4)

Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 Directive 2002/15/KE of the European Parliament and of the Council of 11 March 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (5) tikkumplimenta d-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tas-sewqan, il-pawżi u l-perjodi ta’ mistrieħ stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 561/2006.

(5)

Skond l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/15/KE, għandu jsir kull sentejn mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Il-perjodu ta’ sentejn għandu jkun l-istess bħal dak li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

(6)

Jixraq għalhekk li, għal raġunijiet ta’ konvenjenza amministrattiva u monitoraġġ effettiv tal-impatt tar-regoli Komunitarji f’dan il-qasam, jiġi pprovdut għall-inklużjoni ta’ din l-informazzjoni fil-formola standard,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-formola standard imsemmija fl-Artikolu 17 (1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha titfassal skont il-kampjun fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 93/173/KEE hija b’dan imħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

(3)  ĠU L 72, 25.3.1993, p. 33.

(4)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.

(5)  ĠU L 80, 23.2.2002, p. 35.


ANNESS

formola standard għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 u d-Direttiva 2002/15/KE, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/15/KE

1.   STAT MEMBRU

2.   PERJODU TA’ REFERENZA

(l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006)

Minn (data):

Sa (data):

3.   KALKOLU TAL-KONTROLLI MINIMI LI GĦANDHOM ISIRU

(L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KEE)

(a)

Numru ta’ ġranet maħduma min kull sewwieq tul il-perjodu ta’ referenza.

(b)

Numru totali ta’ vetturi soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

(c)

Numru totali ta’ ġranet maħduma [(a) x (b)]:

(d)

Kontrolli minimi [2 % ta’ (c) mill-1 ta’ Jannar 2008, 3 % minn Jannar 2010]:

4.   KONTROLLI MAT-TRIQ

4.1.   Numru ta’ sewwieqa kkontrollati mat-triq skont il-pajjiż tar-reġistrazzjoni u t-tip ewlieni tat-tagħbija

Tip ewlieni ta’ tagħbija

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

Ċittadini

Non-ċittadini

Trasport ta’ passiġġieri

 

 

 

Trasport ta’ merkanzija

 

 

 

Total

 

 

 

4.2.   Numru ta’ vetturi mwaqqfa għal kontroll mat-triq skont it-tip ta’ triq u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni

It-tip ta’ triq

A

B

BG

CY

CZ

D

DK

E

EST

F

FIN

GB

GR

H

I

IRL

L

Awtostrada

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq nazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq sekondarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

It-tip ta’ triq

LT

LV

M

NL

P

PL

RO

S

SK

SLO

FL

IS

N

CH

Oħrajn

Total

Awtostrada

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq nazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq sekondarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.3.   Numru ta’ vetturi mwaqqfa għal kontroll mat-triq skont it-tip ta’ takografu

Tip ta’ takografu

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi terzi

Ċittadini

Non-ċittadini

Analoġiku

 

 

 

Diġitali

 

 

 

Total

 

 

 

Jekk l-istatistiċi nazzjonali jippermettu, imla wkoll it-tabella taħt billi tagħti ċ-ċifri eżatti fir-rigward tal-vetturi mgħammra bit-takografu diġitali:

(a)

Numru ta’ vetturi mgħammra b’ takografu diġitali

 

(b)

Sehem ta’ vetturi mgħammra b’ takografu diġitali fi flotta totali ta’ vetturi soġġetti għar-Regolamenti

 

4.4.   Numru ta’ jiem ta’ xogħol ikkontrollati mat-triq skont il-pajjiż tar-reġistrazzjoni u t-tip ewlieni tat-tagħbija

Tip ewlieni ta’ tagħbija

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi terzi

Ċittadini

Non-ċittadini

Trasport ta’ passiġġieri

 

 

 

Trasport ta’ merkanzija

 

 

 

Total

 

 

 

4.5.   Infrazzjonijiet – għadd u tip tal-infrazzjonijiet irreġistrati mat-triq

(R – ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, D – ksur tad-Direttiva 2006/22/KE)

Artikolu

Tip ta’ infrazzjoni

Trasport ta’ passiġġieri

Trasport ta’ merkanzija

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

Ċittadini

Non-ċittadini

Ċittadini

Non-ċittadini

R 6

Ħin tas-sewqan:

limitu ta’ kuljum

limitu ta’ kull ġimgħa

limitu kull ħmistax

 

 

 

 

 

 

R 6

Nuqqas ta’ rekords għal xogħol ieħor u/jew disponibbiltà

 

 

 

 

 

 

R 7

Pawżi fil-ħin ta’ sewqan (sewqan ta’ aktar minn 4.5 siegħa mingħajr pawża jew b’pawża qasira wisq)

 

 

 

 

 

 

R 8

Perjodi ta’ mistrieħ:

minimu ta’ kuljum

minimu ta’ kull ġimgħa

 

 

 

 

 

 

R 10 & 26

Rekords tal-ħin tas-sewqan:

sena (1) għaż-żamma tad-dejta

rekords għat-28 jum ta’ qabel

Rekords tal-Ħin tal-Ħidma

 

 

 

 

 

 

D Anness I A

Tagħmir għar-reġistrazzjoni

ma jkunx jaħdem sew it-tagħmir

użu ħażin jew tbagħbis tat-tagħmir tar-reġistrazzjoni

 

 

 

 

 

 

5.   KONTROLLI FL-ISTABBILIMENT TAL-IMPRIŻA

5.1.   Numru ta’ sewwieqa kkontrollati u numru ta’ jiem ta’ xogħol ikkontrollati fl-istabbiliment tal-impriża:

Tip ta’ tagħbija

Numru ta’ sewwieqa kkontrollati

Numru ta’ jiem ta’ xogħol ikkontrollati

I.   Tipoloġija

Trasport ta’ passiġġieri

 

 

Trasport ta’ merkanzija

 

 

II.   Tipoloġija

Trasport għall-kiri jew għal terzi

 

 

Trasport għal kont proprju

 

 

5.2.   Infrazzjonijiet – għadd u tip tal-infrazzjonijiet irreġistrati fl-istabbiliment

(R – ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, D – ksur tad-Direttiva 2006/22/KE)

Artikolu 1

Tip ta’ offiża

Trasport ta’ passiġġieri

Trasport ta’ merkanzija

R 6

Ħin tas-sewqan:

limitu ta’ kuljum

limitu ta’ kull ġimgħa

limitu kull ħmistax

 

 

R 6

Nuqqas ta’ rekords għal xogħol ieħor u/jew disponibbiltà

 

 

R 7

Pawżi fil-ħin ta’ sewqan (sewqan ta’ aktar minn 4.5 siegħa mingħajr pawża jew b’pawża qasira wisq)

 

 

R 8

Perjodi ta’ mistrieħ:

minimu ta’ kuljum

minimu ta’ kull ġimgħa

 

 

R 10 & 26

Rekords tal-ħin tas-sewqan:

sena (1) għaż-żamma tad-dejta

rekords għat-28 jum ta’ qabel

 

 

D Anness I

Tagħmir għar-reġistrazzjoni

ma jkunx jaħdem sew l-apparat

użu ħażin jew tbagħbis tat-tagħmir tar-reġistrazzjoni

 

 

5.3.   Numru ta’ impriżi u sewwieqa kkontrollati fl-istabbiliment skont id-daqs tal-flotta tal-impriża

Daqs tal-flotta

Numru ta’ impriżi kkontrollati

Numru ta’ sewwieqa kkontrollati

Numru ta’ infrazzjonijiet misjuba

1

 

 

 

2-5

 

 

 

6-10

 

 

 

11-20

 

 

 

21-50

 

 

 

51-200

 

 

 

201-500

 

 

 

Aktar minn 500

 

 

 

6.   KAPAĊITÀ NAZZJONALI tal-INFURZAR

(a)

Numru ta’ uffiċjali tal-kontroll involuti f’kontrolli mat-triq u fl-istabbilimenti:

(b)

Numru ta’ uffiċjali tal-kontroll imħarrġa biex ikunu jistgħu janalizza dejta mit-takografi diġitali sew mat-triq sew fl-istabbilimenti tal-impriża:

(c)

Numru ta’ unitajiet ta’ tagħmir ipprovduti lill-uffiċjali tal-kontroll sabiex ikunu jistgħu jniżżlu, jaqraw u jistħarrġu dejta mit-takografi diġitali sew mat-triq sew fl-istabbilimenti tal-impriża:

7.   INIZJATTIVI NAZZJONALI U INTERNAZZJONALI

7.1.   Nazzjonali

(a)

Regolatorji (inkluż l-aġġornament dwar liema użu sar mill-eċċezzjonijiet skont l-Artikolu 13(1))

(b)

Amministrattivi

(c)

Oħrajn

7.2.   Internazzjonali

(a)

Kontrolli organizzati numru f’kull sena, pajjiżi li qed jikkollaboraw

(b)

Skambji ta’ esperjenza, dejta, persunal: numru ta’ inizjattivi, nies, suġġetti tal-iskambju, pajjiżi li qed jikkollaboraw

8.   SANZJONIJIET

8.1.   Skali fis-sena ta’ referenza

8.2.   Bidliet

(a)

Data u natura tal-aktar bidliet reċenti (ibbażat fuq is-sena ta’ referenza)

(b)

Referenzi amministrattivi jew legali

9.   KONKLUŻJONIJIET U KUMMENTI, INKLUŻ KULL ŻVILUPP FL-OQSMA KKONĊERNATI

10.   RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA DWAR IL-ĦIN TAX-XOGĦOL 2002/15/KE

Din it-taqsima għandha ġeneralment tinkludi tagħrif dwar:

kif tfassal ir-rapport, liema partijiet ġew ikkonsultati

l-implimentazzjoni [il-qagħda legali, kif it-traspożizzjoni biddlet il-qagħda legali preċedenti fir-rigward tal-ħin tax-xogħol, diffikultajiet speċifiċi li qamu minħabba l-applikazzjoni tad-Direttiva, miżuri meħuda bħala tweġiba għal dawn id-diffikultajiet, miżuri anċillari għall-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni],

il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni [korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli, metodi użati għall-monitoraġġ, problemi li qamu u s-soluzzjonijiet applikati],

l-interpretazzjoni ġuridika [uri jekk kienx hemm sentenzi tal-qrati fuq livell nazzjonali li jinterpretaw jew japplikaw id-Direttiva dwar kwistjonijiet sinifikanti, x’kienu l-punti ġuridiċi ewlenin dwar il-kwistjoni],

valutazzjoni tal-effettività [dejta użata sabiex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri tat-traspożizzjoni, aspetti pożittivi u negattivi tal-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni],

prospettiva [prijoritajiet fil-qasam tematiku, suġġerimenti għal adattamenti jew emendi għad-Direttiva li jiddikjaraw ir-raġuni, jindikaw bidliet meqjusa bħala meħtieġa għall-progress tekniku, suġġerimenti għal miżuri anċillari fuq il-livell tal-UE].

11.   PERSUNA RESPONSABBLI GĦALL-KUMPILAZZJONI TA’ DAN IR-RAPPORT

Isem: …

Pożizzjoni: …

Organizzazzjoni: …

Indirizz amministrattiv: …

Tel..fax …

e-mail: …

Data: …