4.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2009

li taħtar membru supplenti Spanjol tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2009/807/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara tmiem il-mandat tas-Sur Enrique OJEDA VILA.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa b’dan maħtur fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membru supplenti għall-bqija tal-mandat attwali, li jirrikorri sal-25 ta’ Jannar 2010:

Is-Sur Miguel LUCENA BARRANQUERO, Segretarju Ġenerali tal-Azzjoni Esterna, Andalusija.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. CARLGREN


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.