15.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/7/2009

tat-2 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2009/758/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 (2) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 (3), u l-addendum magħha (4),

Billi:

(1)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE laqqa’ l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi fis-17 ta’ Novembru 2008, fis-16 ta’ Diċembru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2009 u fit-3 ta’ Lulju 2009.

(2)

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea dwar kontribut mill-Montenegro, il-kontribut mill-Montenegro għandu jiġi aċċettat.

(3)

Konformement mal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/2/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

“Artikolu 1

Kontributi ta’ Stati terzi

Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi, il-kontributi tan-Norveġja, il-Kroazja u l-Montenegro għandhom jiġu aċċettati għall-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (‘Atalanta’).”

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/3/2009 għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 109, 30.4.2009, p. 52.

(3)  ĠU L 112, 6.5.2009, p. 9.

(4)  ĠU L 119, 14.5.2009, p. 40.


ANNESS

“ANNESS

LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

Norveġja

Kroazja

Montenegro”.