29.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/87


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Lulju 2009

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 4596)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/568/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li ġie kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-Ekotikketta Komunitarja tista’ tingħata lill-prodott li jkollu l-karatteristiċi li jippermettulu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib fir-rigward tal-aspetti ambjentali prinċipali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-kriterji speċifiċi dwar l-ekotikketta, imfassla abbażi tal-abbozz tal-kriterji magħmul mill-Bord għall-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji dwar l-Ekotikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati ma’ dawk il-kriterji, għandha sseħħ fi żmien xieraq qabel ma jintemm il-perjodu tal-validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat.

(4)

B’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, twettqet reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti tal-valutazzjoni u tal-verifika li kienu ġew stabbliliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE tal-4 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għall-prodotti tal-karta karta assorbenti (2). Dawn il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati magħhom huma validi sal-4 ta’ Jannar 2010.

(5)

Fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni, huwa xieraq li tinbidel it-tifsira tal-grupp ta’ prodotti u li jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi ġodda, sabiex jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

(6)

Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Barra minn hekk, sabiex jiġi speċifikat li prodotti koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (3) għandhom jitħallew barra mill-ambitu tal-prodott ikkonċernat, huwa meħtieġ li tinbidel id-definizzjoni tal-grupp tal-prodott stipulata fid-Deċiżjoni 2001/405/KE.

(8)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2001/405/KE għandha tiġi sostitwita.

(9)

Lill-produtturi li ngħataw l-Ekotikketta għal-karta assorbenti abbażi tal-kriterji inklużi fid-Deċiżjoni 2001/405/KE, għandu jingħatalhom perjodu ta’ tranżizzjoni ħalli jkollhom żmien biżżejjed biex jaddattaw il-prodotti tagħhom sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-krieterji riveduti. Il-produtturi għandhom jitħallew iressqu applikazzjonijiet magħmulin skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2001/405/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm jiskadi ż-żmien ta’ validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp tal prodot t’karta assorbenti’ għandu jinkludi folji u rollijiet ta’ karta assorbenti għall-użu tal-iġjene personali, assorbiment ta’ likwidi u/jew tindif ta’ wċuħ maħmuġin. Il-prodott tal-karta assorbenti normalment jikkonsisti f’folja waħda jew iktar ta’ karta mqabbża “l barra. Il-kontenut ta” fibra fil-prodott għandu jkun ta’ mill-anqas 90 %.

Il-grupp tal-prodott ma għandu jinkludi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

karti mxarrbin għall-imsiħ jew prodotti sanitarji;

(b)

prodotti tal-karta assorbenti f’saffi ma’ materjali oħra apparti l-karta assorbenti;

(c)

prodotti kif imsemmija fid-Direttiva 76/768/KEE.

Artikolu 2

Sabiex tingħata l-Ekotikketta Komunitarja tal-prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti tal-karta assorbenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, il-karta assorbenti għandha tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “karta assorbenti”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għall-finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “karta assorbenti” għandu jkun “004”.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2001/405/KE hija mħassra.

Artikolu 6

1.   Applikazzjonijiet għall-Ekotikketta għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta’ prodotti karta assorbenti mressqa qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2001/405/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta għall-prodotti fil-grupp tal-prodotti karta assorbenti mressqa mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Jannar 2010 jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji mniżżlin fid-Deċiżjoni 2001/405/KE jew inkella fuq il-kriterji mniżżlin f’din id-Deċiżjoni.

Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati.

3.   Meta tingħata Ekotikketta abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji mniżżlin fid-Deċiżjoni 2001/405/KE, dik l-ekotikketta tista’ tintuża għal tnax-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 142, 29.5.2001, p. 10.

(3)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.


ANNESS

QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji jimmiraw partikolarment għal:

tnaqqis fir-rimi ta’ sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi fl-ilma,

tnaqqis fil-ħsara jew fir-riskji ambjentali marbutin mal-użu ta’ enerġija (tisħin globali, aċidifikazzjoni, eżawriment tal-ożonu, eżawriment ta’ riżorsi li ma jiġġeddux) billi jitnaqqsu l-konsum ta’ enerġija u l-emissjonijiet fl-arja marbutin magħha,

tnaqqis ta’ ħsara jew riskji ambjentali marbutin mal-użu ta’ kimiki perikolużi,

għall-użu ta’ fibri sostenibbli,

l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli għall-ħarsien tal-foresti,

Il-kriterji huma ffissati fil-livelli li jippromwovu l-ittikkettjar tal-prodotti tal-karta assorbenti li jkollhom impatt ambjentali aktar baxx.

Ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.

Meta jkun meħtieġ li l-applikant jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri l-konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tiegħu, u/jew minn fornitur/i oħra eċċ, kif xieraq.

Fejn xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ testijiet oħra minnbarra dawk indikati għal kull kriterju jekk l-ekwivalenza tagħhom hija aċċettata mill-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni.

Fejn possibbli, it-testjar għandu jsir minn laboratorji akkreditati kif xieraq li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali espressi fl-istandard EN ISO 17025.

Meta xieraq, il-Korpi Kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Huwa rrakkomandat li l-Korpi Kompetenti jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxuti, bħall-EMAS jew ISO14001, meta jivvalutaw applikazzjonijiet jew jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (nota: mhux rikjest li dawn l-iskemi ta’ ġestjoni jkunu implimentati.)

KRITERJI EKOLOĠIĊI

Il-kriterji ekoloġiċi jkopru l-produzzjoni tal-polpa li tinkludi is-subproċessi kostitwenti kollha minn mindu il-materja prima tal-fibra/karta riċiklata tgħaddi mill-bibien tal-impjant, sakemm il-polpa tħalli l-mitħna tal-polpa. Għall-proċessi tal-produzzjoni tal-karta, kull subproċess mit-taħbit tal-polpa (diżintegrazzjoni tal-karta riċiklata) sakemm il-karta titkebbeb fuq ir-rollijiet.

It-trasport, it-tibdil u l-imballaġġ tal-polpa, tal-karta jew tal-materja prima mhumiex inklużi.

Fibra riċiklata hija definita bħala fibra miksuba minn riċiklaġġ ta’ karta użata u fl-istampar jew mill-konsumatur. Mhumiex inklużi f’din id-definizzjoni fibra mixtrija jew fdalijiet li jiġu mill-istess fabbrikazzjoni tal-fibra verġni

1.   Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja

(a)   Domanda tal-Ossiġnu Kimiku (Chemical Oxygen Demand) (COD), Fosfru (P), Kubrit (S), Ossidi tan-Nitroġenu (NOx):

Għal kull wieħed minn dawn il-parametri, l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma mill-polpa jew il-produzzjoni tal-karta għandha tkun espressa f’termini ta’ punti (PCOD, Pp, PS, PNOx) kif dettaljat iktar ‘l isfel.

L-ebda wieħed mill-punti individwali PCOD, Pp, PS, jew PNOx ma għandu jaqbeż il-1.5.

In-numru totali ta’ punti (Ptotal = PCOD, + Pp, + PS, + PNOx) ma għandux jaqbeż l-4.0.

Il-kalkolu ta’ PCOD għandu jsir kif ġej (il-kalkoli ta’ Pp, PS, u PNOx għandu jsir eżattament bl-istess mod mal-valuri ta’ referenza korrispondenti).

Għal kull polpa “i” użata, l-emissjonijiet COD relatati mkejla (COD pulp,i espressa f’kg/tunnellata ta’ arja niexfa -ADT), għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta’ kull polpa użata (pulp,i fir-rigward ta’ kull tunnellata ta’ arja niexfa tal-karta assorbenti). L-emissjoni ppeżata tas-COD għall-polpi mbagħad tiġi miżjuda mal-emissjoni tas-COD mkejla mill-produzzjoni tal-karta biex tagħti t-total tal-emissjoni tas-COD, COD total.

Il-valur ta’ referenza tas-COD ppeżat għall-produzzjoni tal-polpa għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod, bħala t-total tal-valuri ta’ referenza ppeżata għal kull polpa użata, u miżjuda mal-valur ta’ referenza għal produzzjoni tal-karta biex tagħti total tal-valur ta’ referenza tas-COD COD reftotal. Il-valuri ta’ referenza għal kull tip ta’ polpa użata u għal produzzjoni tal-karta jidhru fit-tabella 1

Finalment, it-total tal-emissjoni tas-COD jiġi diviż bit-total tal-valur ta’ referenza tas-COD kif ġej:

Formula

Tabella 1

Valuri ta’ referenza għal emissjonijiet minn tipi differenti ta’ polpa u minn produzzjoni tal-karta

(kg/ADT)

Grad tal-Polpa/Karta

Emissjonijiet

referenza tas-COD

referenza P

referenza S

referenza tan-NOx

Polpa Kimika (apparti s-sulphite)

18,0

0,045

0,6

1,6

Polpa Kimika (sulphite)

25,0

0,045

0,6

1,6

Polpa kimika mhux ibbliċjata

10,0

0,02

0,6

1,6

CTMP

15,0

0,01

0,3

0,3

Polpa tal-fibra bbliċjata

3,0

0,01

0,03

0,3

Karta assorbenti

2,0

0,01

0,03

0,5

Fil-każ ta’ koġenerazzjoni ta’ sħana u elettriku fl-istess impjant l-emissjonijiet tan-NOx u S għandhom jiġu allokati u kkalkulati skont l-ekwazzjoni li ġejja:

Is-sehem tal-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku = 2 x (MWh(elettriku))/[2 x MWh(elettriku) + MWh(sħana)]

L-elettriku f’dan il-kalkolu huwa l-elettriku nett, fejn il-parti tal-elettriku tax-xogħol li jintuża fl-impjant tal-enerġija biex jiġġenera l-enerġija hija eskluża, i.e. l-elettriku nett huwa l-parti li tintbagħat mill-impjant tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa/karta.

Is-sħana f’dan il-kalkolu hija s-sħana netta, fejn il-parti tas-sħana tax-xogħol li tintuża fl-impjant tal-enerġija biex tiġġenera l-enerġija hija eskluża, i.e. is-sħana netta hija l-parti li tinbagħat mill-impjant tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa/karta.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ appoġġ relevanti li għandha tinkludi rapporti ta’ testijiet li jużaw il-metodi speċifiċi ta’ test għal kull parametru jew ekwivalenti kif indikat taħt:

COD: ISO 6060; DIN 38409 part 41, NFT 90101 ASTM D 125283, Dr Lang LCK 114, Hack jew WTW

P: EN ISO 6878, APAT IRSA CNR 4110 jew Dr Lange LCK 349

NO x : ISO 11564;

S(oxid.): EPA nru 8;

S(red.): EPA no 16 A;

Kontenut S fiż-żejt: ISO 8754

Kontenut S fil-faħam: ISO 351.

Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għas-COD, P, S u NOx. Hija għandha tinkludi l-emissjonijiet kollha ta’ S u NOx li jokkorru matul il-produzzjoni ta’ polpa u karta, inkluż fwar iġġenerat barra s-sit tal-produzzjoni, ħlief dawk l-emissjonijiet marbutin mal-produzzjoni tal-elettriku. Il-kejl għandu jinkludi bojlers ta’ rkupru, kalkari tal-ġir, bojlers tal-fwar u fran għal qerda ta’ gassijiet jintnu ħafna. Emissjonijiet li jixterrdu għandhom jitqiesu. Valuri ta’ emissjonijiet irrapportati għal S fl-arja għandhom jinkludu kemm emissjonijiet ossidizzati u kemm imnaqqsa ta’ S (dimethyl sulphide, methyl mercaptan, hydrogen sulphide u simili). L-emissjonijiet S marbutin mal-ġenerazzjoni ta’ enerġija bi sħana taż-żejt, faħam u karburanti esterni oħra b’kontenut magħruf ta’ S jistgħu jkunu kkalkolati minflok imkejla, u għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni.

Kampjuni ta’ emissjonijiet fl-ilma għandhom jittieħdu fuq kampjuni mhux iffiltrati u mhux qiegħda jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant pubbliku ta’ trattament. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni ta’ matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, meta l-kejl tal-emissjonijiet ma jkunx disponibbli għal perjodu ta’ 12-il xahar, ir-riżultati għandhom ikunu bbażati fuq l-emissjonijiet mkejla darba kuljum għal 45 ġurnata konsekuttiva, wara li l-valuri tal-emissjonijiet tal-impjanti jkunu stabilizzaw.

(b)   AOX:

Il-valur tal-medja ppeżata tal-AOX li joħroġ mill-produzzjoni tal-polpi użati fil-prodotti tal-karta assorbenti ekotikkettati ma jridx jaqbeż iż-0.12 kg/kartaADT. L-emissjonijiet AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa individwali użata m’għandhomx ikunu iktar minn 0.25 kg/ADT.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ test magħmul bil-metodu ta’ test li ġej: AOX ISO 9562 (1989) mill-fornitur tal-polpa flimkien mal-kalkoli ddettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, kif ukoll id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ relevanti kollha.

Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. AOX għandu jkun imkejjel biss fi proċessi fejn komposti tal-klorin jintużaw għall-ibbliċjar tal-polpa. AOX m’għandux għalfejn ikun imkejjel fl-ilma mormi minn produzzjoni ta’ karta mhux integrata jew fl-ilma mormi minn produzzjoni ta’ polpa mingħajr ibblliċjar jew fejn l-ibbliċjar isir b’sustanzi bla klorin.

Il-kejl għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u mhux qiegħda jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament b’impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni ta’ matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, meta l-kejl tal-emissjonijiet ma jkunx disponibbli għal perjodu ta’ 12-il xahar, ir-riżultati għandhom ikunu bbażati fuq l-emissjonijiet mkejla darba kuljum għal 45 ġurnata konsekuttiva, wara li l-valuri tal-emissjonijiet tal-impjanti jkunu stabilizzaw.

(c)   CO2:

L-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju minn sorsi li ma jiġġeddux m’għandhomx ikunu ta’ iktar minn 1 500 kg kull ADT ta’ karta prodotta, inklużi emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fuq il-post kif ukoll barra).

Il-fjuwils użati biex il-karta assorbenti tinbidel fi prodott u għat-trasport biex jiġi mqassam dan il-prodott, polpi u materja prima oħra ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolazzjonijiet.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kalkoli ddettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ appoġġ relevanti.

L-applikant għandu jipprovdi dejta dwar l-emissjonijiet fl-arja tad-dijossidu tal-karbonju. Dan għandu jinkludi s-sorsi kollha ta’ fjuwils li ma jiġġeddux matul il-produzzjoni ta’ polpa u karta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fuq il-post jew barra l-post).

Il-fatturi ta’ emissjonijiet li ġejjin għandom jintużaw fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 minn fjuwils:

Tabella 2

Fjuwil

Emissjonijiet tas-CO 2

Unità

Faħam

95

g CO2 fossili/MJ

Żejt mħux maħdum

73

g CO2 fossili/MJ

Żejt tal-Fjuwil 1

74

g CO2 fossili/MJ

Żejt tal-Fjuwil 2-5

77

g CO2 fossili/MJ

LPG

62,40

g CO2 fossili/MJ

Gass naturali

56

g CO2 fossili/MJ

Elettriku min-netwerk

400

g CO2 fossili/kWh

Għall-elettriku min-netwerk kollu, għandu jintuża l-valur imsemmi fit-tabella hawn fuq (il-medja Ewropea) sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi li qed jintuża elettriku minn sorsi li jiġġeddu skont id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), f’liema każ l-applikant jista’ jeskludi l-elettriku li jiġġeded mill-kalkolu.

2.   Użu ta’ enerġija

Il-konsum totali tal-elettriku relatat mal-prodott tal-karta assorbenti għandu jiġi kkalkulat bħala t-total tal-elettriku użat fil-polpa u l-istadji ta’ produzzjoni tal-karta assorbenti u m’għandux jaqbeż: 2 200 kWh ta’ elettriku għal kull ADT ta’ karta prodotta.

L-applikant għandu jikkalkula l-ammont kollu ta’ elettriku użat matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta assorbenti, inkluż l-elettriku użat fit-tneħħija tal-linka ta’ karti mormija li jintużaw għall-produzzjoni tal-karta reċiklata.

Il-kalkolu tal-elettriku ma jinkludix l-enerġija użata fit-trasport tal-materja prima jew fit-tibdil u l-imballaġġ.

Elettriku jfisser l-elettriku kollu impurtat li jiġi min-netwerk tal-provvista tal-elettriku ġġenerat internament u li hu mkejjel bħala enerġija elettrika. Elettriku użat għat-trattament tal-ilma mormi u t-tindif tal-arja ma hemmx bżonn li jiġi inkluż.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kalkoli ddettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ relevanti kollha. Id-dettalji rrapportati għandhom għalhekk jinkludu l-konsum totali tal-elettriku.

3.   Fibri – Ġestjoni sostenibbli tal-foresti

(a)

Il-produttur/i tal-polpa u tal-karta għandu jkollhom politika ta’ akkwist ta’ injam u fibra u sistema biex jitraċċaw u jivverifikaw l-oriġini tal-injam u jsegwuh minn mindu jkun għadu fil-foresti sa ma jasal fl-ewwel punt ta’ riċeviment.

L-oriġini tal-fibri verġni kollha użati għandha tkun dokumentata. Il-produttur tal-polpa u tal-karta irid jiżgura li l-injam u l-fibra kollha ġejjin minn sorsi legali. L-injam u l-fibra ma għandhomx jiġu minn żoni protetti jew żoni li qegħdin l-proċess uffiċjali biex ikun magħżula għall-ħarsien, foresti li ilhom jikbru ħafna u foresti b’valur ta’ konservazzjoni għoli ħafna definiti fil-proċessi nazzjonali tal-partijiet interessati sakemm ix-xiri ma jkunx ċar, li sar skont ir-regolamenti tal-konservazzjoni nazzjonali.

(b)

Il-materja prima tal-fibra fil-karta tista’ tkun riċiklata jew verġni. Madankollu, 50 % ta’ kwalunkwe fibra verġni trid tiġi minn foresti b’ġestjoni sontenibbli li kienu ċċertifikati minn skemi indipendenti ta’ parti terza li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar l-Istrateġija tal-Forestrija għall-UE u l-iżvilupp ulterjuri tagħha.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li tindika t-tipi, l-kwantitajiet u l-oriġini preċiża ta’ fibri użati fil-produzzjoni tal-polpa u tal-karta. Fejn jintużaw fibri verġni minn foresti, l-applikant għandu jagħti ċertifikat(i) xierqa mill-fornitur tal-polpa/karta li juri/u li l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tissodisfa b’mod korrett ir-rekwiżiti kif stipulati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar l-Istrateġija tal-Forestrija għall-UE.

4.   Sustanzi kimiċi perikolużi

(a)   Klorin:

Il-gass tal-klorin ma għandux ikun użat bħala aġent għall-ibbliċjar. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-gass tal-klorin marbut mal-produzzjoni u l-użu ta’ dijossidu tal-klorin.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni mill-produttur(i) tal-polpa li gass tal-klorin ma ntużax bħala aġent għall-ibbliċjar. Nota: filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-ibbliċjar ta’ fibri rriċiklati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu preċedenti ta’ ħajjithom setgħu kienu ibbliċjati bil-gass tal-klorin.

(b)   APEOs:

Alkylphenol ethoxylates jew derivattivi oħra tal-alkylphenol ma għandhomx jiżdiedu ma’ kimiki ta’ tindif, kimiki li jneħħu l-linka, aġenti li jimpedixxu r-ragħwa, dispersanti jew kisi. Derivattivi tal-alkylphenol huma ddefiniti bħala sustanzi li mad-degradazzjoni jipproduċu l-alkyl phenols.

Valutazzjoni u verifika : L-applikant jew il-fornitur/i tal-kimika għandu jipprovdi dikjarazzjoni(jiet) li alkylphenol ethoxylates jew derivattivi oħra tal-alkylphenol ma żdidux ma’ dawn il-prodotti.

(c)   Surfactants fil-formuli għat-tneħħija tal-linka għall-fibri rriċiklati:

Fejn surfactants jintużaw fi kwantitajiet ta’ mill-anqas 100 g/ADT (magħduda fuq is-surfactants kollha użati fil-formuli differenti kollha użati għat-tneħħija tal-linka fil-fibri rritornati), kull surfactant għandu jkun faċilment bijodegradabbli. Fejn surfactants jintużaw fi kwantitajiet ta’ inqas minn 100 g/ADT, kull surfactant għandu jkun jew bijodegradabbli fil-pront jew eventwalment bijodegradibbli fl-aħħar (ara metodi tat-test u livelli ta’ fejn jgħaddu minnu hawn taħt).

Valutazzjoni u verifika : L-applikant jew il-fornitur/i tal-kimika għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien ma’ skedi bid-dejta relevanti dwar is-sikurezza jew rapporti ta’ testijiet għal kull surfactant li għandhom juru l-metodu ta’ test, il-limitu u l-konklużjoni ddikjarati, billi jintuża wieħed mill-metodi ta’ testijiet u livelli ta’ fejn jgħaddu minnhom li ġejjin: għal bijodegradabbiltà fil-pront OECD 301 A-F (jew standards ISO ekwivalenti), b’perċentwal ta’ degradazzjoni fi 28 jum ta’ għall-inqas 70 % għal 301 A u E, u ta’ għall-inqas 60 % għal 301 B, C, D u F; għal bijodegradabbiltà fl-aħħar OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti (3), b’perċentwal ta’ degradazzjoni (inkluż assorbiment) fi 28 jum ta’ għall-inqas 70 % għal 302 A u B, u ta’ għall-inqas 60 % għal 302 C.

(d)   Bijoċidi:

Il-komponenti attivi f’bijoċidi jew aġenti bijostatiċi użati biex jopponu organiżmi li jifformaw tajn f’sistemi ta’ ċirkolazzjoni tal-ilma li fihom fibri ma għandhomx ikunu potenzjalment bijokumulattivi.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant jew il-fornitur/i tal-kimika għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien ma’ skeda bid-dejta dwar is-sikurezza relevanti jew rapport ta’ test li għandhom juru l-metodu ta’ test, limitu u konklużjoni ddikjarati, billi jintużaw il-metodi ta’ testijiet li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E.

(e)   Aġenti tar-reżistenza għat-tixrib:

L-għajnuna ta’ reżistenza għat-tixrib ma għandux ikun fiha iktar minn 0,7 % ta’ sustanzi kloro-organiċi epichlorohydrin (ECH), 1,3-dichloro-2-propanol (DCP) u 3-monochloro-1,2-propanediol (MCPD), ikkalkulati bħala t-total tat-tliet komponenti u marbuta mal-materja xotta tal-aġent tar-reżistenza għat-tixrib.

Aġenti tar-reżistenza għat-tixrib li fihom il glyoxal ma jistgħux jintużaw fil-produzzjoni tal-karta assorbenti bl-ekotikketta.

Valutazzjoni u verifika : L-applikant jew il-fornitur/i tal-kimiki għandhom jipprovdu dikjarazzjoni(jiet) li l-kontenut tal-epichlorohydrin (ECH), 1,3-dichloro-2-propanol (DCP) u 3-monochloro-1,2-propanediol (MCPD), ikkalkulati bħala t-total tat-tliet komponenti u marbuta mal-materja xotta tal-aġent tar-reżistenza għat-tixrib ma jkunx iktar minn 0.7 %.

(f)   Sustanzi li jrattbu, lozjonijiet, fwejjaħ u addittivi ta’ oriġini naturali:

L-ebda wieħed mis-sustanzi kostitwenti jew preparazzjonijiet/taħlitiet fis-sustanzi li jrattbu, lozjonijiet, fwejjaħ u adittivi ta’ oriġini naturali ma jista’ jiġi kklassifikat bħala perikoluż għall-ambjent, sensitizzanti, karċinoġeniku jew mutaġeniku frażijiet tar-riskju R42, R43, R45, R46, R50, R51, R52 jew R53 (jew u kombinazzjoni tagħhom) f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (4) jew id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/45/KE (5) u l-emendi tagħha. Kwalunkwe sustanza/fwieħa li f’konformità mad-Direttiva 2003/15/KE (6) (is-7 emenda tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 76/768/KEE, Anness III, parti I) teħtieġ li l-fwieħa tkun ittikkettata fuq il-prodott/imballaġġ, ma għandhiex tintuża fil-prodott ekotikkettat (limitu ta’ konċentrazzjoni 0,01 %).

Kwalunkwe ingredjent miżjud mal-prodott bħala fwieħa għandu jiġi mmanifatturat, itrattat u applikat b’konformità mal-kodiċi ta’ prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwieħa.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi lista ta’ sustanzi li jrattbu, lozjonijiet u addittivi ta’ orġini naturali li ġew miżjuda mal-prodott tal-karta assorbenti b’dikjarazzjoni għal kull preparazzjoni ġdida li l-kriterju ġie ssodisfat.

Għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti ta’ dan il-kriterju lill-Korp Kompetenti mill-manifattur l-fwieħa.

5.   Sikurezza tal-prodotti

Prodotti magħmula minn fibri rriċiklati jew minn taħlitiet ta’ fibri rriċiklati u fibri verġni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-iġjene kif ġej:

 

Il-karta assorbenti ma għandux ikun fiha iktar minn:

Formaldehyde: 1 mg/dm2 skont il-metodu tat-test EN 1541

Glyoxal: 1,5 mg/dm2 skont il-metodu tat-test DIN 54603

PCP: 2 mg/kg/skont il-metodu tat-test EN ISO 15320

 

Il-prodotti tal-karta assorbenti kollha għandħom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Slimicides u sustanzi antimikrobiċi: Ebda dewmien fit-tkabbir ta’ mikroorganiżmi f’konformità mal-metodu tat-test EN 1104

Kuluri u li jagħtu luminożità ottika: Ebda tiżliġ ta’ kuluri skont il-metodu tat-test EN 646/648 (il-livell 4 huwa meħtieġ)

Kuluri u linka:

Il-kuluri u l-linka użati fil-produzzjoni tal-karta assorbenti ma għandux ikun fihom sustanzi bl-ażo li jistgħu jeħlu ma’ kwalunkwe wieħed mill-ammini elenkati tat-tabella 3.

Il-kuluri u l-linka użati fil-produzzjoni tal-karta assorbenti ma għandhomx ikunu bbażati fuq is-Cd jew l-Mn.

Tabella 3

Il-Kuluri ma għandhomx jerħu l-ammini li ġejjin skont id-Direttiva 2002/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

Ammina

Numru CAS

4-amino-biphenyl

92-67-1

Benzidine

92-87-5

4-chloro-toluidine

95-69-2

2-naphtylamine

91-59-8

o-aminoazo-toluene

97-56-3

2-amino-4-nitro-toluene

99-55-8

p-chloroaniline

106-47-8

2,4-diamino-anisol

615-05-4

2,4'-diamino-diphenylmethane

101-77-9

3,3'-dichlorobenzidine

91-94-1

3,3'-dimethoxybenzidine

119-90-4

3,3'-dimethylbenzidine

119-93-7

3,3'-dimethyl-4,4'-diamino-diphenylmethane

838-88-0

p-cresidine

120-71-8

4,4'-methylenebis(2-chloroaniline)

101-14-4

4,4'-oxydianiline

101-80-4

4,4'-thiodianiline

139-65-1

o-toluidine

95-53-4

2,4-toluilenediamine

95-80-7

2,4,5-trimethylaniline

137-17-7

0-anisidinedimethoxyaniline

90-04-0

2,4-xylidine

95-68-1

4,6-xylidine

87-62-7

4-aminoazobenzene

60-09-3

Valutazzjoni u verifika : L-applikant jew il-fornitur/i għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju.

6.   Ġestjoni tal-iskart

Il-produtturi kollha tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti ta’ karta assorbenti kkonvertita għandu jkollhom sistema ta’ ġestjoni tal-iskart u għall-prodotti ta’ residwi ġejjin mill-impjanti ta’ produzzjoni. Is-sistema għandha tkun dokumentata jew spjegata fl-applikazzjoni u għandha tinkludi tal-inqas il-punti li ġejjin:

proċeduri għas-separazzjoni u r-riċiklaġġ mil-linja tal-iskart,

proċeduri għall-irkupru ta’ materjali għal użi oħra, bħal inċinerazzjoni sabiex jiżdied il-proċess tal-istim, jew għal użu agrikolu,

proċeduri għall-ġestjoni ta’ skart perikoluż.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jagħti deskrizzjoni tal-ġestjoni tal-skart għall-postijiet ikkonċernati u dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

7.   Kemm hu tajjeb għall-użu

Il-prodott għandu jkun tajjeb għall-użu.

8.   Tagħrif għall-konsumatur

Il-Kaxxa 2 tal-Ekotikketta għandha tinkludi t-test li ġej:

użu ta’ fibra sostenibbli,

livelli baxxi ta’ tniġġis tal-arja u l-ilma,

livelli baxxi ta’ emmissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-użu tal-elettriku.

Barra minn hekk, maġenb l-Ekotikketta l-manifattur jista’ wkoll jipprovdi tagħrif li jindika l-perċentwal minimu ta’ fibri ċċertifikati.


(1)  ADT = Air dry tonne means 90 % dry matter content for pulp. The actual dry matter content for paper is usually around 95 %. In the calculations the reference values for the pulps shall be adjusted to correspond the dry fibre content of the paper that most often is more than 90 %.

(2)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.

(3)  eż: l-istandard EN ISO 14593: 1999 – Il-kwalità tal-ilma – Evalwazzjoni ta’ bijodigradibbliltà aerobika finali ta’ komposti organiċi f’mezz milwiem’ [Water quality – Evaluation in an aqueous medium of the ultimate aerobic biodegradability of organic compounds] – Metodu b’analiżi ta’ karbonju mhux organiku f’kontenituri ssiġillati (test CO2 spazju fin-naħa ta’ fuq) [Method by analysis of inorganic carbon in sealed vessels (CO2 headspace test)] Ma għandux jintuża adattament minn qabel. Il-Prinċipju ta’ tieqa għal-10 ijiem mhuwiex applikat (metodu ta’ referenza) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 907/2006 tal-20 ta’ Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-deterġenti, sabiex jiġu adattati l-Annessi III u VII tiegħu (ĠU L 168, 21.6.2006).

(4)  ĠU 196, 16.8.1967, p.1.

(5)  ĠU L 200, 30.7.1999, p.1.

(6)  ĠU L 66, 11.3.2003, p.26.

(7)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 15.