24.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ April 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi bovina enżootika, li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika u li l-Polonja u s-Slovenja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2972)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/342/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4), l-Anness A(II)(7) u l-Anness D(I)(E) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi bovina, mill-bruċellożi bovina u mil-lewkożi bovina enżootika rigward merħliet bovini suġġett għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

(2)

Il-listi tar-reġjuni tal-Istati Membri ddikjarati bħala ħielsa mit-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi bovina enżootika huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2).

(3)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE rigward il-provinċja ta’ Oristano fir-reġjun ta’ Sardegna sabiex dan ir-reġjun jista’ jitqies reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina tal-Italja.

(4)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE rigward il-provinċji kollha tar-reġjun ta’ Marche u l-provinċja ta’ Cuneo, l-aħħar provinċja li fadal tar-reġjun ta’ Piemonte li għad mhix inkluża fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, sabiex dawn ir-reġjuni kollha jkunu jistgħu jitqiesu reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina tal-Italja.

(5)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE rigward il-provinċji kollha tar-reġjun ta’ Sardegna sabiex dan ir-reġjun jista’ jitqies reġjun uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika tal-Italja.

(6)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja, il-provinċja u r-reġjuni kkonċernati għandhom jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina, mill-bruċellożi bovina, u mil-lewkożi bovina enżootika rispettivament.

(7)

Il-Polonja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tat-territorju sħiħ sabiex dan l-Istat Membru jista’ jiġi kkunsidrat bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi bovina.

(8)

Il-Polonja ressqet ukoll dokumentazzjoni quddiem il-Kummissjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta’ 11-il reġjun amministrattiv (powiaty) fi ħdan l-unitajiet amministrattivi superjuri (voivodship) ta’ Podlaskie u Pomorskie sabiex dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika tal-Polonja.

(9)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Polonja, it-territorju sħiħ tal-Polonja għandu jiġi rikonoxxut bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina u r-reġjuni (powiaty) tal-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika ta’ dan l-Istat Membru.

(10)

Is-Slovenja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tat-territorju sħiħ sabiex dan l-Istat Membru jista’ jiġi kkunsidrat bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi bovina.

(11)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mis-Slovenja, it-territorju sħiħ tas-Slovenja għandha tiġi rikonoxxuta bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi bovina.

(12)

Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 156, 25. 6. 2003, p. 74.


ANNESS

L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

1)

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNEX I

KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

FR

Franza

LU

Il-Lussemburgu

NL

L-Olanda

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja

KAPITOLU 2

Reġjuni tal-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi

Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

Ir-Reġjun ta’ Emilia-Romagna,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Como, Lecco, Sondrio,

Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno,

Ir-Reġjun tal-Piemonte: Il-Provinċji ta’ Novara, Verbania, Vercelli,

Ir-Reġjun ta’ Sardegna: Il-Provinċja ta’ Oristano,

Ir-Reġjun tat-Toscana: Il-Provinċji ta’ Grosseto, Livorno, Lucca, Prato, Pisa, Pistoia, Siena,

Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

2)

Il-Kapitolu 2 tal-Anness II qed jinbidel b’dan li ġej:

KAPITOLU 2

Ir-reġjuni tal-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi

Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna: Il-Provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Forlì-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċja ta’ Rieti

Ir-Reġjun tal-Liguria: Il-Provinċji ta’ Imperia, Savona,

Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese,

Ir-Reġjun tal-Marche:

Ir-Reġjun tal-Piemonte

Ir-Regjun tal-Puglia: Il-Provinċja ta’ Brindisi

Ir-Reġjun ta’ Sardegna: Il-Provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari,

Ir-Reġjun tat-Toscana,

Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbria: Il-Provinċji ta’ Perugia, Terni,

Ir-Reġjun tal-Veneto

Fil-Portugall:

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Azores: il-gżejjer ta’ Pico, Graciosa, Flores, Corvo.

Fir-Renju Unit:

Il-Gran Brittanja: l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales.”

3)

Il-Kapitolu 2 tal-Anness III qed jinbidel b’dan li ġej:

KAPITOLU 2

Reġjuni ta’ Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika

Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna: Il-Provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Forlì-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċji ta’ Frosinone, Rieti,

Ir-Reġjun tal-Liguria: Il-Provinċji ta’ Imperia, Savona,

Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese,

Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċji ta’ Ancona, Ascoli Piceno, Macerata, Pesaro,

Ir-Reġjun tal-Molise,

Ir-Reġjun tal-Piemonte: Il-Provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli,

Ir-Reġjun ta’ Sardegna,

Ir-Reġjun tat-Toscana: Il-Provinċji ta’ Arezzo, Firenze, Grosseto, Livorno, Lucca, Massa-Carrara, Pisa, Pistoia, Prato, Siena,

Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbria: Il-Provinċji ta’ Perugia, Terni,

Ir-Reġjun tal-Val d’Aosta: Il-Provinċja ta’Aosta,

Ir-Reġjun tal-Veneto

Fil-Polonja:

Voivodship dolnośląskie

Powiaty:

bolesławiecki, dzierżoniowski, głogowski, górowski, jaworski, jeleniogórski, Jelenia Góra, kamiennogórski, kłodzki, legnicki, Legnica, lubański, lubiński, lwówecki, milicki, oleśnicki, oławski, polkowicki, strzeliński, średzki, świdnicki, trzebnicki, wałbrzyski, Wałbrzych, wołowski, wrocławski, Wrocław, ząbkowicki, zgorzelecki, złotoryjski.

Voivodship lubelskie

Powiaty:

bialski, Biała Podlaska, biłgorajski, chełmski, Chełm, hrubieszowski, janowski, krasnostawski, kraśnicki, lubartowski, lubelski, Lublin, łęczyński, łukowski, opolski, parczewski, puławski, radzyński, rycki, świdnicki, tomaszowski, włodawski, zamojski, Zamość.

Voivodship kujawsko-pomorskie

Powiaty:

aleksandrowski, chełmiński, golubsko-dobrzyński, grudziądzki, Grudziądz, toruński, Toruń, wąbrzeski.

Voivodship łódzkie

Powiaty:

bełchatowski, brzeziński, kutnowski, łaski, łęczycki, łowicki, łódzki, Łódź, opoczyński, pabianicki, pajęczański, piotrkowski, Piotrków Trybunalski, poddębicki, radomszczański, rawski, sieradzki, skierniewicki, Skierniewice, tomaszowski, wieluński, wieruszowski, zduńskowolski, zgierski.

Voivodship małopolskie

Powiaty:

brzeski, bocheński, chrzanowski, dąbrowski, gorlicki, krakowski, Kraków, limanowski, miechowski, myślenicki, nowosądecki, nowotarski, Nowy Sącz, oświęcimski, olkuski, proszowicki, suski tarnowski, Tarnów, tatrzański, wadowicki, wielicki.

Voivodship mazowieckie

Powiaty:

białobrzeski, garwoliński, grójecki, gostyniński, grodziski, kozienicki, lipski, Płock, płocki, pruszkowski, przysuski, Radom, radomski, sochaczewski, szydłowiecki, warszawski zachodni, zwoleński, żyrardowski.

Voivodship opolskie

Powiaty:

brzeski, głubczycki, kędzierzyńsko-kozielski, kluczborski, krapkowicki, namysłowski, nyski, oleski, opolski, Opole, prudnicki, strzelecki.

Voivodship podkarpackie

Powiaty:

bieszczadzki, brzozowski, dębicki, jarosławski, jasielski, kolbuszowski, krośnieński, Krosno, leski, leżajski, lubaczowski, łańcucki, mielecki, niżański, przemyski, Przemyśl, przeworski, ropczycko-sędziszowski, rzeszowski, Rzeszów, sanocki, stalowowolski, strzyżowski, Tarnobrzeg, tarnobrzeski.

Voivodship podlaskie

Powiaty:

augustowski, białostocki, Białystok, bielski, hajnowski, sejneński, siemiatycki, sokólski, suwalski, Suwałki, wysokomazowiecki, zambrowski.

Voivodship pomorskie

Powiaty:

Gdańsk, gdański, Gdynia, lęborski, Sopot, wejherowski.

Voivodship śląskie

Powiaty:

będziński, bielski, Bielsko-Biała, bieruńsko-lędziński, Bytom, Chorzów, cieszyński, częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa Górnicza, gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, kłobucki, lubliniecki, mikołowski, Mysłowice, myszkowski, Piekary Śląskie, pszczyński, raciborski, Ruda Śląska, rybnicki, Rybnik, Siemianowice Śląskie, Sosnowiec, Świętochłowice, tarnogórski, Tychy, wodzisławski, Zabrze, zawierciański, Żory, żywiecki.

Voivodship świętokrzyskie

Powiaty:

buski, jędrzejowski, kazimierski, kielecki, Kielce, konecki, opatowski, ostrowiecki, pińczowski, sandomierski, skarżyski, starachowicki, staszowski, włoszczowski.

Voivodship warmińsko-mazurskie

Powiaty:

ełcki, giżycki, gołdapski, olecki.

Voivodship wielkopolskie

Powiaty:

jarociński, kaliski, Kalisz, kępiński, kolski, koniński, Konin, krotoszyński, ostrzeszowski, słupecki, turecki, wrzesiński.”