25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Jannar 2009

li tagħti għajnuna reċiproka lil-Latvja

(2009/289/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 119,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li saret wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),

Billi:

(1)

Fl-isfond tar-riskji finanzjari esterni għolja, is-swieq kapitali u finanzjarji Latvjani kienu riċentement taħt pressjoni, li tirrifletti deterjorament ġenerali fl-atmosfera tas-suq, u tħassib dejjem akbar dwar is-saħħa tal-ekonomija Latvjana minħabba l-iżbilanċi kbar f’termini ta’ defiċit estern wiesa’ u dejn estern kbir ħafna, finanzi pubbliċi dgħajfa u rati għolja ta’ spejjeż u inflazzjoni tal-prezzijiet. Is-settur bankarju Latvjan għadda minn problemi serji ta’ likwidità u fiduċja. Il-livell tar-riservi f’munita barranija naqas hekk kif il-bank ċentrali intervjena biex iżomm il-livell attribwit lill-munita.

(2)

Il-Kunsill b’mod regolari jirrivedi l-politika ekonomika implimentata mil-Latvja, b’mod partikolari fil-kuntesti tal-programm ta’ konverġenza tal-Latvja u tal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali, kif ukoll fil-kuntest tar-Rapporti ta’ Konverġenza.

(3)

Il-finanzjamenti esterni totali li l-Latvja għandha bżonn sal-aħħar tal-ewwel tliet xhur tal-2011 huma stmati li jlaħħqu madwar EUR 7,5 biljun.

(4)

L-awtoritajiet Latvjani talbu assistenza finanzjarja sostanzjali mill-UE u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u pajjiżi oħrajn biex jappoġġaw is-sostenibbiltà tal-bilanċ tal-pagamenti.

(5)

Hemm theddida serja lill-bilanċ tal-pagamenti Latvjan li tiġġustifika l-għoti urġenti ta’ għajnuna reċiproka mill-Komunità flimkien mal-FMI u ma’ kontributuri oħra. Addizzjonalment, fid-dawl tal-urġenza tal-każ, huwa imperattiv li tiġi permessa eċċezzjoni għall-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat fl-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

(6)

Il-pakkett ta’ assistenza finanzjarja jiġi provdut suġġett għal impenn qawwi mill-awtoritajiet Latvjani biex jimplimentaw programm ambizjuż ta’ riforma fiskali, ta’ riforma tas-sistema finanzjarja u ta’ riforma strutturali biex ikunu faċilitati l-aġġustamenti interni u esterni neċessarji, biex tiġi stabilizzata l-ekonomija u biex terġa’ tinbena l-kredibbiltà fil-politika ekonomika. Il-Kummissjoni għandha tivverifika b’mod regolari u mill-qrib, f’kollaborazzjoni mal-EFC, li l-kundizzjonijiet ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna huma implimentati bis-sħiħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Komunità għandha tagħti għajnuna reċiproka lil-Latvja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK