17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Marzu 2009
li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1327)
(2009/240/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Anness I, it-Taqsima I.3., l-Anness II, it-Taqsima II.3. u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta’ derogi nazzjonali, li jippermettu li jitqiesu ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Dawn il-listi għandhom jiġu aġġornati biex jinkludu derogi nazzjonali ġodda. |
(2) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li dawn it-Taqsimiet jiġu ssostitwiti kompletament. |
(3) |
Għalhekk id-Direttiva 2008/68/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat għat trasport tal-oġġetti perikolużi mwaqqaf mid-Direttiva 2008/68/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma awtorizzati li jimplimentaw id-derogi stipulati fiha dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.
Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.
Artikolu 2
L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3. u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.
ANNESS
L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3, għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I, it-Taqsima I.3, hija sostitwita b’dan li ġej: “I.3. Derogi nazzjonali Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva. Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn RO = Triq a/bi/bii = l-Artikolu 6(2) a/bi/bii MS = Taqsira għal Stat Membru nn = numru tal-ordni Msejjes fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE BE il-Belġju RO–a–BE-1 Suġġett: Klassi 1 – Kwantitajiet żgħar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1., għal din id-Direttiva: 1.1.3.6 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6 jillimita għal 20 kg il-kwantità ta’ splussiv għall-minjieri li jista’ jiġi trasportat f’vettura ordinarja. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta’ ċentri ‘l bogħod minn żoni ta’ provvista jistgħu jkunu awtorizzati jġorru 25 kg ta’ dinamite jew splussiv qawwi u mhux aktar minn 300 detonatur f’vetturi motorizzati ordinarji, soġġett għall-kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz dwar l-isplussivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l’arrêté royal de 23 septembre 1958 sur les produits explosifs. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–BE– 2 Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.6 Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni fuq id-dokument tat-trasport “kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti”. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97. Kummenti: Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru. 21 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–BE-3 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–a–UK-4. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–BE-4 Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti ADR kollha għat-trasport nazzjonali sa massimu ta’ 1 000 lokalizzatur joniku tad-duħħan minn djar privati għall-faċilità tat-trattament fil-Belġju minn ġol-punti tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tal-lokalizzaturi tad-duħħan. Referenza għall-ADR: Ir-rekwiżiti kollha Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tal-lokalizzaturi joniċi tad-duħħan mhux sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku la darba l-lokalizzatur tad-duħħan huwa ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn il-lokalizzaturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 2.2.7.1.2.(d)). Id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) teżiġi l-ġbir selettiv tal-lokalizzaturi tad-duħħan użati ħalli jiġu trattati ċ-ċirkwiti elettroniċi u, għal-lokalizzaturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjoattivi. Biex din is-selezzjoni selettiva tkun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lid-djar privati jieħdu l-lokalizzaturi tad-duħħan użati tagħhom f’punt tal-ġbir minn fejn dawn id-lokalizzaturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi minn daqqiet permezz ta’ punt tal-ġbir ieħor jew post ta’ ħżin immedjat. Fil-punt tal-ġbir ikun hemm disponibbli kontenituri tal-metall li jesgħu sa massimu ta’ 1 000 lokalizzatur tad-duħħan. Minn dawn il-punti, kontenitur bħal dawn bil-lokalizzaturi tad-duħħan jista’ jiġi trasportat flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem “lokalizzatur tad-duħħan”. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: xenarju għall-ġbir selettiv tal-lokalizzaturi tad-duħħan huwa parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet irjali tal-20 ta’ Lulju 2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni. Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tal-lokalizzaturi joniċi tad-duħħan. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. DE il-Ġermanja RO–a–DE-1 Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 4.1.10 u 7.5.2.1 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-ippakkjar mħallta u t-tagħbija mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jiġi mgħobbija flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti marbuta mal-manifattura tal-karozzi) f’ċerti ammonti, kif imniżżla fl-eżenzjoni. M’għandux jinqabeż il-valur ta’ 1 000 (komparabbli ma’ 1.1.3.6.4). Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom is-6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28. Kummenti: Din l-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jitwasslu bla telf ta’ żmien, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħażna ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhix komuni. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–DE-2 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-kunsinnatur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif definiti f’1.1.3.6 (n1). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra mill-Klassi 7: mhu meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom is-6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18. Kummenti: It-tagħrif mogħti fl-immarkar u t-tikkettar tal-pakketti jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, peress li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun xieraq fejn tidħol id-distribuzzjoni lokali. Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru. 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–DE-3 Suġġett: It-trasport tal-istandards tal-kejl u pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Imballaġġ, immarkar, dokumenti, struzzjonijiet tat-trasport u l-ġarr, struzzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ pakketti vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: Konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom is-6 ta’ Novembru (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24. Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–DE-5 Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 4.1.10.4 MP2 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ imballaġġ mħallat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ imballaġġ imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f’imballaġġ imħallat fil-grupp II tal-imballaġġ u fi kwantitajiet żgħar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom is-6 ta’ Novembru (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21. Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30ċ, 30d, 30e, 30f, 30 g. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. DK id-Danimarka RO–a–DK-1 Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ imballaġġ jew oġġetti li fihom skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi miġbura minn djar u ċerti impriżi bl-għan li jintremew. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: Il-partijiet 2, 3, 4.1, 5.2, 5.4 u 8.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-prinċipji għall-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, id-dispożizzjonijiet tal-immarkar u t-tikkettar, id-dokument tat-trasport u t-taħriġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ ta’ ġewwa jew oġġetti li fihom skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi miġbura minn djar jew ċerti impriżi jistgħu jiġu ppakkjati flimkien fl-imballaġġ ta’ barra. Il-kontenut tal-imballaġġ kollu ta’ ġewwa u/jew ta’ kull imballaġġ ta’ barra ma għandux jaqbeż il-limiti stabbiliti tal-massa jew tal-volum. Id-derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, id-dokumentazzjoni u t-taħriġ. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, § 4 stk. 3. Kummenti: Mhuwiex possibbli li ssir klassifikazzjoni preċiża u jiġu applikati d-dispożizzjonijiet kollha tal-ADR meta jinġabar l-iskart jew il-fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi mid-djar u ċerti impriżi, bl-għan li jintremew. L-iskart tipikament jinżamm fl-imballaġġ li nbigħu fih waqt il-bejgħ bl-imnut. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–DK-2 Suġġett: It-trasport bit-triq u fl-istess vettura ta’ pakketti li jkun fihom sustanzi splussivi u ta’ pakketti li jkun fihom id-detonaturi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5.2.2 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jitħarsu meta jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 tal-15 ta’ Awwissu 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l. Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma’ detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu trasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura. Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport b’dawn il-kundizzjonijiet:
Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. FI il-Finlandja RO–a–FI-1 Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti fix-xarabanks u materjali b’radjuattività baxxa fi kwantitajiet żgħar għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u r-riċerka. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 4.1, 5.4. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ, dokumentazzjoni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti inqas mil-limitu ta’ 1.1.3.6 b’massa massima netta ta’ mhux aktar minn 200 kg fix-xarabanks huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument tat-trasport u mingħajr ma jintlaħqu r-rekwiżiti kollha tal-imballaġġ. Waqt it-trasport tal-materjali b’radjuattivà baxxa b’piż massimu ta’ 50 kg għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u għar-riċerka, il-vettura ma hemmx għalfejn tkun immarkata jew mgħammra skont l-ADR. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003; 312/2005). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–FI-2 Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta mniżżla fid-dokument tat-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.6 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għal imballaġġi vojta u mhux imnaddfa, vetturi, kontejners, tankijiet, vetturi tal-batteriji u kontenituri tal-gass ta’ elementi multipli (“MEGCs”). Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta’ vetturi bit-tank, vojta u mhux imnaddfa li fihom inġarru żewġ jew aktar sustanzi bin-numri NU 1202, 1203 u 1223, id-deskrizzjoni fid-dokumenti tat-trasport tista’ timtela bil-kliem “L-aħħar tagħbija” flimkien mal-isem tal-prodott li għandu bl-aktar punt ta’ infjammabbiltà baxx. “Vettura bit-tank vojt, 3, l-aħħar tagħbija: NU 1203 Motor spirit, II”. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–FI-3 Suġġett: Tikkettar u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.3.2.1.1 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport li jittrasportaw (normalment f’vannijiet) ammonti żgħar ta’ splussivi (sa massimu ta’ 1 000 kg (netti)) għall-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jiġu ttikkettati fuq quddiem u wara, bl-użu tal-plakards skont il-mudell Nru. 1. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. FR Franza RO–a–FR-1 Suġġett: It-trasport ta’ tagħmir radjugrafiku portabbli u mobbli tar-raġġi gamma (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tagħmir radjugrafiku tar-raġġi gamma minn utenti f’vetturi speċjali huwa eżentat iżda soġġett għal regoli speċifiċi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 28. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–FR-2 Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u ttrattat bħala partijiet anatomiċi kopert min-NU 3291 b’piż ta’ inqas minn jew sa 15-il kg. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u ttrattat bħala partijiet anatomiċi kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 12. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–FR-3 Suġġett: It-trasport ta’ sustanzi perikolużi f’vetturi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.3.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u sustanzi perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ sustanzi perikolużi f’vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala bagalji tal-idejn: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet marbuta mal-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ pakki kif stabbilit f’4.1, 5.2 u 3.4. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 21. Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew inkella għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permess kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–FR-4 Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjali perikolużi (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjali perikolużi li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6. mhux soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif stipulat f’5.4.1. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 23-2. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. IE – l-Irlanda RO–a–IE-1 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klass 3 tal-ADR, elenkati fi 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (b’punt ta’ infjammabbiltà < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fi 2.2.61.3 bħala pestiċidi T6 likwidi (b’punt ta’ infjammabbiltà anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6 tal-ADR. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għal dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhux meħtieġ dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klassijiet 3 u 6.1 tal-ADR, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6 tal-ADR. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”. Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta’ dawn il-pestiċidi. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–IE-2 Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f’1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-ADR, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għal ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari sabiex jiġu eliminati. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eliminazzjoni ta’ materjal pirotekniku skadut. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ materjal pirotekniku skadut, bin-numri rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-imballaġġ tal-ADR jiġu rispettati u tagħrif addizzjonali jiġi inkluż fid-dokument tat-trasport. Dan japplika biss għat-trasport lokali, lejn l-eqreb kwartieri militari, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut bl-għan li jiġu eliminati b’mod sikur. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(10) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Il-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ flares “skaduti” għall-emerġenza fuq il-baħar, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizju u minn fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jiġu eliminati b’mod sikur, partikolarment b’rabta mar-rekwiżiti tal-imballaġġ. Id-deroga hija għall-kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f’1.1.3.6) għat-trasport lokali. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–IE-3 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 6.7 u 6.8, fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna nominalment vojta u mhux imnaddfa (għall-ħżin f’postijiet fissi), bl-għan li jitnaddfu, jissewwew, jiġu ittestjati jew skreppjati. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 6.7 u 6.8. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ispezzjoni u l-ittestjar tat-tankijiet. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punti 6.7 u 6.8 tal-ADR għall-ġarr bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna nominalment vojta u mhux imnaddfa (għall-ħżin f’postijiet fissi), bl-għan li jitnaddfu, jissewwew, jiġu ittestjati jew skreppjati sakemm (a) jitneħħew il-pajpijiet kollha imqabbda mat-tank li jkunu raġonevolment jistgħu jitneħħew; (b) jitwaħħal valv tal-pressjoni adatt fit-tank u li għandu jibqa’ operattiv matul il-ġarr; u (ċ) soġġett għal (b) hawn fuq l-aperturi kollha fit-tank u fi kwalunkwe pajp mwaħħal magħhom ġew issiġillati biex jipprevjenu kwalunkwe ħruġ ta’ oġġetti perikolużi, sakemm dan ikun raġonevolment fattibbli. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.” Kummenti: Dawn it-tankijiet jintużaw għall-ħżin ta’ sustanzi f’postijiet fissi u mhux għat-trasport ta’ oġġetti. Dawn ikun fihom kwantitajiet żgħar ħafna ta’ oġġetti perikolużi waqt li jiġu (it-tankijiet) trasportati lejn postijiet differenti għat-tindif, tiswija, eċċ. Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–IE-4 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta’ ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw miegħu). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B għall-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw miegħu). Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: L-attivitajiet prinċipali jikkonsistu fit-tqassim tax-xorb, li mhumiex sustanzi skont l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri tal-gass meħtieġ għad-distribuzzjoni ta’ dax-xorb. Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–IE-5 Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b’mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni inbnew, ġew ittestjati u użati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b’trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment f’kwantitajiet żgħar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet dwar il-vjaġġi b’trasport multimodali, fosthom it-trasport marittimu, l-użu ta’ ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u l-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni inbnew u ġew ittestjati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ġew trasportati lejn il-kunsinnatur permezz ta’ trasport multimodali, fosthom il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni s’għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, f’ġurnata waħda, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fi ħdan l-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta’ trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tqassmu lokalment fi ħdan l-Istat fi kwantitajiet żgħar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utenti aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet espressament speċifikati – ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u lanqas f’ebda parti oħra taż-żona ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi ma’ u aċċettati għall-għanijiet tal-kodiċi IMDG. It-trasport multimodali, li jibda barra ż-żona ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-post tal-importatur, fejn hemm l-intenzjoni li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fi ħdan l-Irlanda. Dan il-ġarr, fl-Irlanda jaqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE, kif emendat. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. LT il-Litwanja RO–a–LT–1 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–a–UK-6 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (resoluzjoni Nru. 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. UK ir-Renju Unit RO–a–UK-1 Suġġett: Il-ġarr ta’ ċerti oġġetti li jkun fihom materjal b’radjuattività baxxa bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, lokalizzaturi tad-duħħan, boxxli (E1). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ materjal tal-Klassi 7. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li jkun fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjuattiv. (Tagħmir mudwal maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux iktar minn 500 lokalizzatur tad-duħħan għall-użu domestiku b’attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux aktar minn ħames biċċiet tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b’attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq). Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(10). Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regoli tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”) jiġu inkorporati fl-ADR. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–UK-2 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi (minbarra tal-Klassi 7) kif ddefinit fi 1.1.3.6 (E2). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta’ trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jifformaw parti minn tagħbija akbar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a). Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn dokument tat-trasport mhuwiex dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali. Data ta’ skadenza: It- 30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–UK-3 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal b’radjuattività livell baxxa sabiex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.1.4. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru għodda għat-tifi tan-nar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ineħħi r-rekwiżit li jinġarr tagħmir għat-tifi tan-nar meta jinġarru kunsinni eżentati biss (NU 2908, 2909, 2910 u 2911). Jirrestrinġi r-rekwiżit jinġarru biss għadd żgħir ta’ kunsinni. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). Kummenti: Il-ġarr ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta’ NU 2908, 2909, 2910, 2911, li ħafna drabi jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–UK-4 Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-imballaġġ intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 6.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti. Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ ma jeħtiġlux ikollu l-marka RID/ADR jew NU u lanqas immarkat b’xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti stipulati fl-Iskeda 3. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) and Regulation 36 Authorisation Number 13. Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand l-utent aħħari. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri ta’ ġewwa tal-oġġetti għad-distribuzzjoni jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ ta’ barra. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–UK-5 Suġġett: Sabiex tkun permessa “kwantità massima totali differenti għal kull unità ta’ trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f’1.1.3.6.3 (N10). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f’kull unità ta’ trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; reg. 14 and Schedule 4. Kummenti: Biex tippermetti limiti differenti ta’ kwantitajiet għall-oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Sabiex tkun tista’ tiġi kkalkolata tagħbija mħallta, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom ikunu “20” għall-Kategorija tat-Trasport 1 u “22” għall-Kategorija tat-Trasport 2. Preċedentement deroga skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–UK-6 Suġġett: Iż-żieda tal-massa massima netta ta’ splussiv permessibbli f’vetturi EX/II (N13). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5.5.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Limitazzjonijiet għall-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3. Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa massima netta ta’ 5 000 kg f’vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta’ Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J. Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jiċċaqalqu fl-Ewropa huma kbar jew goffi u bejn wieħed u ieħor jaqbżu t-tul ta’ 2.5 m. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jitħattew. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u l-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Hemm biss ftit vetturi EX/III użati fir-Renju Unit u jkun ta’ piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta’ aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jġorru dan it-tip ta’ splussiv. Fir-Renju Unit, l-isplussiv militari jinġarr l-aktar b’vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux japprofittaw ruħhom mill-eżenzjoni għall-vetturi militari li teżisti fid-Direttiva Qafas. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg minn dawn l-oġġetti f’vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem suffiċjenti għaliex oġġett jista’ jkun fih aktar minn 1 000 kg ta’ splussiv. Mill-1950 seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin 50) li kienu jinvolvu splussiv li kien jiżen aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b’tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti. Hemm evidenza empirika li tindika li oġġetti splussivi ppakkjati sew ma tantx jieħdu b’daqqa, eż. f’inċident tat-traffiku. L-evidenza minn rapporti militari u minn dejta ta’ provi tal-impatt ta’ missili juru li sabiex jieħdu l-iskrataċ għandhom bżonn veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta’ tfigħ minn għoli ta’ 12-il metru. L-istandards attwali ta’ sikurezza ma jkunux milquta. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–UK-7 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.4 u 8.5 S1(6). Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprovdi għal parkeġġ sikur u faċilitajiet ta’ superviżjoni imma ma teżiġix li ċerti tagħbijiet tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti kif inhu meħtieġ fi 8.5 S1(6) tal-ADR. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24. Kummenti: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f’kuntest nazzjonali. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–UK-8 Suġġett: It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbijiet mħallta ta’ esplosiv, u ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, f’vetturi u f’kontejners (N4/5/6). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5.2.1 u 7.5.2.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija imħallta ta’ splussiv, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 18. Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma’ splussiv ieħor kif ukoll ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandha jkollha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija u tkun permessa biss jekk “jkunu ttieħdu il-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha sabiex jipprevjenu li l-isplussiv jiġi f’kuntatt ma’, jew b’xi mod jipperikola jew ikun mhedded minn dawn l-oġġetti”. Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jrid jippermetti huma:
Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–a–UK-9 Suġġett: Alternattiva li jintwerew il-pjanċi oranġjo għal kunsinni żgħar ta’ materjal radjuattiv f’vetturi żgħar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.3.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-rekwiżit li jintwerew il-pjanċi oranġjo f’vetturi żgħar li qed iġorru materjal radjuattiv. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija: Il-vetturi għandhom jew:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regolament 5 (4) (d). Kummenti: Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. Msejjes fuq l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 2008/68/KE BE il-Belġju RO–bi–BE–1 Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-Annessi A u B. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, it-tikkettar u l-immarkar ta’ pakketti, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Derogi 2-89, 4-97 u 2-2000. Kummenti: Oġġetti perikolużi trasferiti minn post għall-ieħor
Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–BE-3 Suġġett: It-taħriġ għas-sewwieqa. It-trasport lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet (fil-Belġju, f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Struttura tat-taħriġ:
Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Definizzjonijiet — ċertifikat — ħruġ — duplikati — validità u proroga — organizzazzjoni tal-korsijiet u eżamijiet — derogi — penali — dispożizzjonijiet finali. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f’regolament imminenti. Kummenti: Huwa propost li jingħata kors inizjali segwit minn eżami limitat għat-trasport tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat – it-tul tat-taħriġ għandu jkun skont ir-rekwiżiti tal-ADR – wara ħames snin is-sewwieq għandu isegwi kors ta’ aġġornament u jgħaddi minn eżami – iċ-ċertifikat jistipola t-“trasport nazzjonali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE”. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–BE-4 Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’tankijiet biex jinqerdu permezz tal-inċinerazzjoni. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 3.2. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta’ deroga mit-tabella fi 3.2 huwa permess l-użu ta’ kontejner-tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok bil-kodiċi tat-tank L4DH għall-ġarr ta’ likwidu idroreattiv, tossiku, III, mhux speċifikati b’mod ieħor f’kundizzjonijiet speċifiċi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 01 – 2002. Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jkun applikat biss għat-trasport ta’ skart perikoluż fuq distanzi qosra. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–BE-5 Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn impjanti ta’ żmaltiment tal-iskart. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1., għal din id-Direttiva: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-Regolament l-antik: A5, 2X14, 2X12). Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti li jikkonċernaw l-imballaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan xi grupp. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-imballaġġ huma inqas restrittivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route. Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għal-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart sal-impjanti tar-rimi. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–BE-6 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE–5 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–BE-7 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-6 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–BE-8 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–UK-2 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. DE il-Ġermanja RO–bi–DE-1 Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1., għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-kontenut tad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassijiet 1 (bl-eċċezzjoni ta’ 1.4S), 5.2 u 7: Ebda indikazzjoni mhi meħtieġa fid-dokument tat-trasport:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18. Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku kkonċernat. Id-deroga hija rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22. (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–DE-2 Suġġett: Trasport bl-ingrossa ta’ materjal tal-Klassi 9 kontaminat bil-PCB. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.3.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Trasport bl-ingrossa. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għat-trasport bl-ingrossa f’vetturi bil-kaxex tal-ġarra (swap bodies) jew bil-kontejner issiġillati biex ma jidħolx trab jew likwidi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 11. Kummenti: Deroga 11 limitata sal-31.12.2004; mill-2005, l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fl-RID. Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137. Lista Nru 4*. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–DE-3 Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkettat. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1 sa 5. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Pakketti mħallta u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart għandu jkun ippakkattat f’imballaġġ intern (waqt il-ġbir) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-kategoriji ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20. Kummenti: Lista Nru 6*. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. DK id-Danimarka RO–bi–DK-1 Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 e 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil destinatarju jew destinatarji u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub barra mit-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods. Kummenti: Ir-raġuni għal din id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jitrażmettu lill-vetturi tagħrif dwar il-klijenti. Peress li dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u jintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli – qabel ma jibda t-trasport – li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati. Attwalment teżisti deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni bħal din skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–DK-2 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-6 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–DK-3 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–UK-1 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendeta. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. EL il-Greċja RO–bi–EL-1 Suġġett: Deroga għar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il-31 ta’ Diċembru 2001, għat-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta’ xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontejners tank u vetturi bit-tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u vetturi tal-batterija u MEGCs. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżitorja: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1985 u l-31 ta’ Diċembru 2001 jistgħu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2010. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tikkonċerna vetturi għat-trasport tal-materjali perikolużi li ġejjin (NU: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Hija intenzjonata biex tkopri kwantitajiet żgħar jew it-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Din id-dispożizzjoni tranżitorja għandha tidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank adattati skont:
B’mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b’massa ta’ inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali ta’ nafta [gas oil] biss (NU 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2002, li jkollhom il-ħxuna tal-qoxra inqas minn 3 mm, jistgħu jintużaw biss jekk ikunu mibdula f’konformità mal-paragrafu marġinali 211 127 (5)b4 (6.8.2.1.20). Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO-bi–EL–2 Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-vetturi bażi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ Vetturi Bażi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi (kategoriji NU 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li ġew irreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001. Il-vetturi msemmija hawn fuq għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9 (9.2.1 sa 9.2.6) tal-Anness B mad-Direttiva 94/55/KE bl-eċċezzjonijiet li ġejjin. Konformità mar-rekwiżiti ta’ 9.2.3.2. hija meħtieġa biss jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’sistema ABS (anti-lock braking system); għandha tkun mgħammra b’sistema EBS (endurance braking system) kif definita f’9.2.3.3.1, iżda mhux neċessarjament konformi ma’ 9.2.3.3.2. u 9.2.3.3.3. L-enerġija elettrika għat-takografu għandha tkun ipprovduta permezz ta’ lqugħ ta’ sikurezza mqabbda direttament mal-batterija (marġinali 220 514) u t-apparat elettriku tal-mekkaniżmu li jerfa’ fus ta’ karru għandu jkun installat fejn kien oriġinalment installat mill-manifattur tal-vettura u għandu jkun protett f’kaxxa adegwata u siġillata (marġinali 220 517). Fl-ispeċifiku, il-vetturi bit-tank b’massa massima ta’ inqas minn 4 tunnellati maħsuba għat-trasport lokali taż-żejt tat-tisħin bid-diżil (NU: 1202) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3. u 9.2.4.5, iżda mhux neċessarjament mal-oħrajn. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων. (ir-rekwiżiti tekniċi ta’ vetturi li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni, maħsuba għat-trasport lokali ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.) Kummenti: L-għadd tal-vetturi msemmija hawn fuq huwa żgħir meta mqabbel mal-għadd totali ta’ vetturi li huma diġà reġistrati u barra minn dan huma maħsuba biss għat-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta tal-vetturi inkwistjoni, kif ukoll it-tip ta’ oġġetti trasportati ma joħolqux problemi ta’ sikurezza fit-triq. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. ES Spanja RO–bi–ES-1 Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonja anidra. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 6.8.2.2.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Sabiex ikun evitat kwalunkwe telf tal-kontenut fl-eventwalità ta’ ħsara lill-istrutturi esterni (pajpijiet, tagħmir laterali tal-għeluq [lateral shut-off devices]), il-valv intern tal-għeluq u fejn hi mqiegħda għandhom ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn tensjonijiet esterni jew ikunu ddisinjati sabiex jirreżistu dawn it-tensjonijiet. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għatijiet protettivi (jekk ikun hemm) għandhom ikunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tankijiet użati fl-agrikoltura għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonja anidra li bdew jaħdmu qabel l-1 ta’ Jannar 1992 jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir ta’ sikurezza estern minflok intern sakemm joffru protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dik li jagħti l-ħajt tat-tank. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 551/2006. Anejo 1. Apartado 3. Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1992, tip ta’ tank mgħammar b’tagħmir ta’ sikurezza estern kien jintuża biss fl-agrikoltura għall-applikazzjoni tal-ammonja anidra direttament fl-għelieqi. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. FI il-Finlandja RO–bi–FI-1 Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.2.1(a) Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003). Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta’ splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment. Id-deroga hija reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 31. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–FI-2 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-10 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. FR Franza RO–bi–FR-1 Suġġett: L-użu ta’ dokument marittimu bħala dokument tat-trasport għal vjaġġi qosra wara l-ħatt minn fuq il-bastiment. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: It-tagħrif li għandu jidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 23-4. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–FR-2 Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti tal-Klassi 1 flimkien ma’ materjal perikoluż fi klassijiet oħra (91). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5.2.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta ta’ pakki b’tikketti differenti ta’ periklu. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-possibbiltà li jiġu trasportati fi Franza detonaturi sempliċi jew immuntati u oġġetti li mhumiex fil-Klassi 1, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet u għal distanzi inqas minn jew ugwali għal 200 km. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 26. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–FR-3 Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħażna tal-LPG (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħażna tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 30. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–FR-4 Suġġett: Kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħriġ għas-sewwieqa u l-approvazzjoni tal-vetturi użati għat-trasport agrikolu (distanzi qosra). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 6.8.3.2; 8.2.1 u 8.2.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħmir għat-tankijiet u taħriġ għas-sewwieqa. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route – Article 29-2 – Annex D4. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. IE l-Irlanda RO-bi–IE-1 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.1.1.1. li jkun hemm (i) l-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarji, (ii) l-għadd u d-deskrizzjoni tal-pakketti, u (iii) il-kwantità totali tal-oġġetti perikolużi fid-dokument tat-trasport, għat-trasportat sa għand lill-utenti aħħarija ta’ pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dokumentazzjoni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965, kif speċifikat fl-Appendiċi B.5. tal-Annes B għall-ADR, m’hemmx ħtieġa li jkunu inklużi fl-unità ta’ trasport l-isem u l-indirizz tad-destinatarju, in-numru u d-deskrizzjoni tal-pakketti, l-Intermediate Bulk Containers jew ir-reċipjenti, u lanqas il-kwantità totali tal-oġġetti trasportati. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(2) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Fil-każ ta’ tqassim ta’ żejt għat-tisħin tad-djar għand klijenti domestiċi, hija prattika komuni li “jimtela’” it-tank tal-ħażna tal-klijent – b’hekk il-kwantità mqassma ma tkunx magħrufa u lanqas l-għadd ta’ klijenti (fi vjaġġ wieħed) mhu magħruf meta li t-tank mimli jibda l-vjaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ tqassim ta’ ċilindri tal-LPG fid-djar, hija prattika komuni li ċ-ċilindri vojta jinbidlu b’ċilindri mimlija – b’hekk l-għadd ta’ klijenti u l-kunsinni individwali tagħhom mhumiex magħrufa fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–IE-2 Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti li d-dokument tat-trasport, meħtieġ fi 5.4.1.1.1, ikun dak użat għall-aħħar tagħbija f’każ ta’ trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dokumentazzjoni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ tal-ġarr ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(3) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Partikolarment fil-każ ta’ tqassim ta’ petrol u/jew diżil lill-pompi tal-petrol, il-vettura bit-tank tirritorna direttament lejn id-depożitu tal-fjuwil (biex terġa’ timtela’ ħalli tkompli tqassam) immedjatament wara l-kunissa tal-aħħar tagħbija. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–IE-3 Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti t-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, soġġetti għad-dispożizzjoni speċjali CV1 f’7.5.11. jew S1 fi 8.5, f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mingħand l-awtoritajiet kompetenti. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5 u 8.5. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-ġarr. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku huma permessi mingħajr permess speċjali mingħand l-awtoritajiet kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–IE-5 Suġġett: Eżenzjoni mill-“projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta” ta’ 7.5.2.1 għall-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u s-sustanzi u l-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà D fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1 u 8. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 7.5. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-ġarr. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Pakketti li jkun fihom oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà B tal-ADR Klassi 1 u pakketti li jkun fihom sustanzi u oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà D tal-ADR Klassi 1 jisgħu jinġarru fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR sakemm (a) dawn il-pakketti tal-Klassi 1 tal-ADR jinġarru f’kontenituri/kompartimenti separati b’disinn approvat u skont il-kundizzjonijiet meħtieġa, mill-awtoritajiet kompetenti, u (b) dawn is-sustanzi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR jinġarru f’reċipjenti konformi mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti fir-rigward tad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-eżaminazzjoni, it-tħaddim u l-użu tagħhom. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(7) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Sabiex tippermetti, skont kundizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti, it-tagħbija ta’ oġġetti u sustanzi tal-Klassi 1 tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u D fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1. u 8 – jiġifieri “Trakkijiet bil-Pompa”. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–IE-6 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punt 4.3.4.2.2, li teħtieġ il-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil li mhumiex mqabbda permanentement mal-qoxra ta’ vettura bit-tank ikunu vojta matul it-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 4.3 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Użu ta’ vetturi bit-tank. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-manek flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi bit-tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul it-trasport bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Il-mankiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi bit-tank tat-tqassim domestiku għandhom jibqgħu mimlija l-ħin kollu anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-“wet line” li teħtieġ li l-arloġġ u manka tal-vettura bit-tank jkunu mimlija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta’ prodott. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–IE-7 Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta’ 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11. tal-ADR għat-trasport bl-ingrossa ta’ Fertilizzanti bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet sa għand id-destinatarji. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1., għal din id-Direttiva: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali koretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta’ trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta biex tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-pratikolaritajiet tat-trasport bl-ingrossa bejn il-port u d-destinatarju. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-ġarr. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment tal-ġarr, jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastimenti tal-ġarr u d-destinatarji, dokument wieħed tat-trasport li approssimattivament jindika l-massa totali ta’ kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. LT il-Litwanja RO–bi–LT-1 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–EL-1 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (riżoluzzjoni Nru. 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–LT-2 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–EL–2. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (riżoluzzjoni Nru. 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. NL l-Olanda RO–bi–NL-13 Suġġett: L-iskema tal-2004 għat-trasport tal-iskart domestiku perikoluż. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjoni għal ċerti kwanitajiet; Dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġ; l-użu tal-imballaġġ żejjed; dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ; it-tagħbija, il-ħatt u l-ġarr; il-ħaddiema; it-tagħmir; l-operat; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: 17-il dispożizzjoni sustanzjali marbuta mat-trasport ta’ skart żgħir domestiku perikoluż miġbur. Minħabba l-kwantitajiet żgħir involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulata skont l-iskema msemmija hawn fuq. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2004. Kummenti: L-iskema twaqqfet sabiex tippermetti lill-individwi jarmu skart zgħir kimiku f’sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal żebgħa għar-rimi. Il-livell ta’ periklu huwa minimizzat permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, per eżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’pakketti siġillati sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġama’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għal ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentat, l-operatur tat-trasport għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness għall-iskema. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. PT il-Portugall RO–bi–PT-1 Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965 Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija marittima għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif stipulat fis-Sezzjoni 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “NU Nru. 1965 taħlita ta’ gass tal-idrokarburi, likwefatt, mhux speċifikati b’mod ieħor”, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, 16 April 2004, under Article 5, No 1, of Decreto-Lei No 267-A/2003 of 27 October. Kummenti: Tingħaraf l-importanza li jsir aktar faċli għall-operaturi ekonomiċi biex jimlew id-dokumenti tat-trasport tal-oġġetti perikolużi, sakemm ma tintlaqatx s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–PT-2 Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u kontenituri li trasportaw oġġetti perikolużi, id-dokument tat-trasport imsemmi f’Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jinbidel bid-dokument ta’ trasport maħruġ għall-aħħar vjaġġ li sar qabel biex jitqassmu l-oġġetti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, 28 July 2004, skont l-Artikolu 5, Nru. 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta’ Ottubru. Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta li kien fihom oġġetti perikolużi jkun akkumpanjat minn dokument ta’ trasport skont l-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu minimizzati mingħajr preġudizzju għas-sikurezza. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. SE l-Iżvezja RO–bi–SE-1 Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż għall-impjanti tar-rimi tal-iskart perikoluż. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 2, 5.2 u 6.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u tikkettar, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ u r-rekwiżiti għat-tikkettar u l-immarkar modifikat. Minflok li l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-ADR, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-ADR, jiġu ppakkjati (ippakkjar imħallat). Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok in-numru NU. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għall-ġarr ta’ skart perikoluż minn siti pubbliċi ta’ riċiklaġġ lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–SE-2 Suġġett: Isem u indirizz tal-kunsinnatur fid-dokument tat-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1., għal din id-Direttiva: 5.4.1.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħrif ġenerali meħtieġ fid-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur mhumiex meħtieġa jekk l-imballaġġ vojt u mhux imnaddfa jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Ħafna drabi l-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf li jiġi rritornati jkun għadd fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi. Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma’ oħrajn mimlija. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–SE-3 Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’toroq pubbliċi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw it-tikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni skont 9. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom oġġetti perikolużi jiġu trasferiti bejn postijiet li jinsabu fuq in-naħa l-oħra ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwixxix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–SE-4 Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta’ provi, eċċ. Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali ta’ ġarr. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi. Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti konfiskati mill-pulizija bħal splussiv jew beni misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ppakkjati, immarkati jew tikkettati skont l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq bosta mijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ta’ dan it-tip. Fil-każ ta’ xorb bil-kuntrabandu, dan għandu jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tejn tal-aħħar jistgħu jkunu ‘l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) m’hemmx għalfejn li jkun ittikkettat kull pakkett, u b) m’hemmx għalfejn jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull pelit b’dawn il-pakketti għandha tkun ittikkettata korrettament. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom jiġu ssodisfati. Kull sena, isiru madwar 20 minn dawn it-trasportazzjonijiet. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–SE-5 Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’portijiet jew fil-viċinanzi ta’ portijiet. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokumenti għandhom jinġarru fl-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li jġorr oġġetti perikolużi għandha tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport. Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fi 8.1.5. It-trattur ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14). Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–SE-6 Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.2.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: F’ċerti każijiet, il-vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati waqt l-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, pereżempju tankijiet vojta mhux imnaddfa. Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–SE-7 Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’tankijiet. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tip tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. Isem u indirizz ta’ destinatarji multipli jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa jew għal kontejners tip tank, id-deskrizzjoni fid-dokument tat-trasport skont 5.4.1.1.6 mhijiex meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanzi fil-pjan tat-tagħbija jkun immarkat b’0. Isem u indirizz id-destinatarji mhumiex meħtieġ fl-ebda dokument abbord il-vettura. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–SE-9 Suġġett: Trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 5.4, 6.8 u 9.1.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni mhux meħtieġ jikkonforma ma’ xi regolamenti:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa tip ta’ karavann għall-ewkipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u mgħammar b’tank/kontenitur mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ tratturi tal-foresti. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–SE-10 Suġġett: Trasport ta’ splussiv f’tankijiet. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 4.1.4. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-splussivi jistgħu jkunu ppakkatti biss skont 4.1.4. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa biss permessibbli għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti. Vettura mgħobbija bl-isplussivi f’tankijiet għandha tkun immarkata u tikkettata skont 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2 u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta’ trasport tista’ tkun fiha oġġetti perikolużi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg. Utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg och den svenska förordningen SÄIFS 1993:4. Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti kkonċernati kienu fis-seħħ qabel mal-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea. Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport tal-isplussivi f’vetturi b’tank. Fil-futur qrib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet. Id-deroga qadima Nru 84. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–SE-11 Suġġett: Il-liċenzja tas-sewwieq Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex permess taħriġ tas-sewwieq bi kwalunkwe vettura msemmija fi 8.2.1.1. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg. Kummenti: Trasport lokali. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–SE-12 Suġġett: Ġarr ta’ logħob tan-nar NU 0335. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: Anness B, 7.2.4, V2 (1) Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta’ vetturi EX/II u EX/III. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f’7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b’NU 0335 skont it-tabella standrad tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fi 2.1.3.5.5 tal-14-il edizzjoni rriveduta tal-NU. Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi. Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg. Kummenti: It-trasport ta’ logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mingħand il-kunsinnatur sat-terminals jista’ jsir mill-flotta preżenti tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta’ dak li jibqa’ lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati jinvestu f’approvazzjonijiet bħal dawn għax ma jistgħux jirkupraw l-ispejjeż tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq. Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli. Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. UK ir-Renju Unit RO–bi–UK-1 Suġġett: Qsim ta’ toroq pubbliċi b’vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn toroq pubbliċi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Is-sospenzjoni tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn proprjetajiet privati separati bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplika għal ebda dispożizzjoni tar-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b). Kummenti: Sitwazzjoni tista’ sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn proprjetajiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta’ triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi trasport ta’ oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tapplika f’każ bħal dan. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–UK-2 Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent aħħari u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut sa għand l-utent finali (barra għall-Klassi 7) (N11). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 8.3.3. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta’ ftuħ ta’ pakketti hija kwalifikata bil-kundizzjoni “Unless authorised to do so by the operator of the vehicle”, (Għajr f’każ ta’ awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura). Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12 (3). Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–UK-3 Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għall-ġarr ta’ btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-Ippakkjar III. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti tal-imballaġġ u tikkettar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-ġarr ta’ xorb alkoħoliku b’iktar minn 24 %, iżda b’inqas minn 70 % f’volum ta’ alkoħol (Grupp tal-Ippakkjar III) fi btieti tal-injam mingħajr approvazzjoni NU u mingħajr tikketti ta’ periklu, suġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7 (13) and (14). Kummenti: Dan huwa prodott b’valur għoli suġġett għas-sisa tal-gvern li jeħtieġlu jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f’vetturi ssiġillati u żguri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tbiġġil fuq l-imballaġġ u t-tikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–UK-4 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-12 Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Parti 1. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RO–bi–UK-5 Suġġett: Il-ġbir ta’ batteriji użati għar-rimi jew ir-riċiklaġġ. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, għal din id-Direttiva: L-Annessi A u B. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636 Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3: Ċelluli u batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta’ ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma’ ċelluli jew batteriji li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 parti 1. Kummenti: Il-punti ta’ ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhux prattiku li jitħarreġ għadd kbir ta’ nies biex jifirdu u jippakkettaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-UK Waste and Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħataw pakketti adatti konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.” |
(2) |
L-Anness II, it-Taqsima II.3 hija sostitwita b’dan li ġej: “II.3. Derogi nazzjonali Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva. Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn RA = Ferrovija a/bi/bii = l-Artikolu 6(2) a/bi/bii MS = Taqsira għal Stat Membru nn = numru tal-ordni Msejjes fuq l-Artikolu 6(2)(a) tal-2008/68/KE DE il-Ġermanja RA–a–DE-2 Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1. għal din id-Direttiva: 4.1.10.4 MP2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ imballaġġ imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (tal-Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattament fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkati) kif lesti għall-bejgħ f’imballaġġ imħallat fil-grupp II tal-imballaġġ u fi kwantitajiet żgħar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21. Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. FR Franza RA–a–FR-1 Suġġett: Trasport ta’ bagalji reġistrati fuq ferroviji tal-passiġġieri. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 7.7. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: materjali u oġġetti RID li huma esklużi mit-trasport bħala bagalji. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: materjali u oġġetti RID li jistgħu jinġarru bħala pakki espress jistgħu jinġarru bħala bagalji fuq ferroviji tal-passiġġieri. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de fer – Artikolu 18. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RA–a–FR-2 Suġġett: Pakki ta’ materjali perikolużi miżmuma minn passiġġieri fil-ferroviji. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 7.7. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: materjali u oġġetti RID esklużi mit-trasport bħala bagalji tal-idejn. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport bħala bagalji tal-idejn ta’ pakki ta’ materjali perikolużi maħsub għall-użu personali jew professjonali ta’ passiġġieri huwa awtorizzat soġġett għal ċerti kundizzjonijiet: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet marbuta mal-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ pakki stabbiliti f’4.1, 5.2 u 3.4. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de fer – Artikolu 19. Kummenti: Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RA–a–FR-3 Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi li għandu jkun indikat fin-nota tal-konsinna. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti stipulati f’ 1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu tad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer – Article 20.2. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RA–a–FR-4 Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq ċerti vaguni postali. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.3.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni postali biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta’ materjal tal-istess klassi (li mhux tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) għandhom jitwaħħlulhom tikketti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer – Article 21.1. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RA–a–FR-5 Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq vaguni li jġorru kontenituri żgħar. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.3.1 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jekk it-tikketti li jitwaħħlu mal-kontenituri ż-żgħar jidhru sewwa, il-vaguni ma għandhomx bżonn jitwaħħlulhom tikketti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer – Article 21.2. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RA–a–FR-6 Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq vaguni li jġorru vetturi tat-triq mgħobbija b’pakki. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.3.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jekk il-vetturi tat-triq ikollhom tikketti li jikkorrispondu għall-pakki li hemm fihom, il-vaguni ma għandhomx bżonn jitwaħħlulhom tikketti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer – Article 21.3. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. SE l-Iżvezja RA–a–SE–1 Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jiġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti espress, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.3.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Hemm limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. UK ir-Renju Unit RA–a–UK-1 Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti li fihom ċertu materjal b’radjuattività baxxa bħal arloġġi, lokalizzaturi tad-duħħan, boxxli. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: Ħafna mir-rekwiżiti tal-RID. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ materjal tal-Klassi 7. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjuattiv. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999). Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu inkorporati emendi simili għar-regoli tal-IAEA fl-RID. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RA–a–UK-2 Suġġett: It-tbiġġil tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussiv, u ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, f’vetturi u f’kontejners (N4/5/6). Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 7.5.2.1 u 7.5.2.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija imħallta ta’ splussiv, sakemm dan il-ġarr jista’ jitwettaq mingħajr riskju. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999). Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit għall-splussiv ma’ splussiv ieħor, kif ukoll ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri raġonevolment fattibbli kollha jkunu ttieħdu sabiex jipprevjenu li l-isplussiv jiġi f’kuntatt ma’, jew inkella jpoġġi fil-periklu jew ikun mhedded minn, dawn l-oġġetti”. Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jrid jippermetti:
Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RA–a–UK-3 Suġġett: Li tkun permessa kwantità massima totali għal kull unità ta’ trasport għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fi 1.1.3.1. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sabiex tistipula regoli dwar eżenzjonijiet fuq kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussiv. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b). Kummenti: Sabiex tippermetti limiti differenti għall-kwantitajiet limitati u fatturi ta’ multiplikazzjoni għal tagħbija mħallat ta’ oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għal finijiet tal-kalkolu tat-tagħbija mħallta, il-fatturi ta’ multiplikazzjoni għandhom ikunu “20” għall-Kategorija 1 tat-trasport u “2” għall-Kategorija 2 tat-trasport. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RA–a–UK-4 Suġġett: Adozzjoni tal-RA–a–FR-6. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.3.1.3.2. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tbiġġil tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ “piggyback carriage”. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f’każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b’mod ċar. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(12). Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. RA–a–UK-5 Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti f’imballaġġ intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 6.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Ir-Regolament 26. Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID mhumiex adatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta’ distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand l-utent aħħari. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr il-pakkett ta’ barra. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. Msejjes fuq l-Artikolu 6(2)(b)(i) tal-2008/68/KE DE il-Ġermanja RA–bi–DE-2 Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż pakkettat. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 1 sa 5. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ mħallat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart għandu jkun ippakkettat f’imballaġġ intern (waqt il-ġbir) u mqassam f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung – GGAV 2002 vom 6 ta’ Novembru 2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20. Kummenti: Lista Nru 6*. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. DK id-Danimarka RA–bi–DK1 Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 għal din id-Direttiva: 7.5 Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanżi protettivi Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprovdi għall-dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II it-Taqsima II.1 għal din id-Direttiva dwar il-ġarr mill-mina tal-ferrovija li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, ta-15 ta’ Frar 2005. Kummenti: Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015. SE l-Iżvezja RA–bi–SE-1 Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjanti tar-rimi tal-iskart perikoluż. Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 2, 5.2, u 6.1. Kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u tikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ u r-rekwiżiti modifikati għat-tikkettar u l-immarkar. Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-RID, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-RID, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat). Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU. Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għall-ġarr ta’ skart perikoluż minn siti pubbliċi tar-riċiklaġġ lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż. Data ta’ skadenza: It-30 ta’ Ġunju 2015.” |
(3) |
l-Anness III, it-Taqsima III.3 hija ssostitwita b’dan li ġej: “III.3. Derogi nazzjonali
|