28.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2009

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2000 li tawtorizza lid-Direttur tal-Europol jidħol f’negozjati dwar ftehimiet ma’ Stati terzi u korpi mhux relatati mal-UE

(2009/167/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni tal-Europol) (1),

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet esterni tal-Europol ma’ Stati terzi u korpi mhux relatati mal-Unjoni Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dak l-Att,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw ir-riċeviment ta’ informazzjoni mill-Europol mingħand partijiet terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dak l-Att,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 li jadotta r-regoli li jirregolaw it-trasmissjoni ta’ data personali mill-Europol lil Stati terzi u korpi terzi (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 ta’ dak l-Att,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Marzu 2000 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni li tawtorizza lid-Direttur tal-Europol sabiex jidħol f’negozjati dwar ftehimiet ma’ Stati terzi u ma’ korpi mhux relatati mal-UE (5).

(2)

Hemm interessi operattivi li jitolbu li l-Indja tiżdied mal-lista ta’ Stati terzi li magħhom id-Direttur tal-Europol huwa awtorizzat jibda negozjati.

(3)

Id-Deċiżjoni tas-27 ta’ Marzu 2000 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tas-27 ta’ Marzu 2000 hi hawn emendata kif gej:

fl-Artikolu 2(1), taħt l-intestatura “Stati Terzi”, l-Istati li ġejjin għandhom jiġu miżjuda mal-lista alfabetika:

“—

Indja”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara li tiġi adottata.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Il-President

I. LANGER


(1)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2. Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 19 Volum 08.

(2)  ĠU C 26, 30.1.1999, p. 19. Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 19 Volum 01.

(3)  ĠU C 26, 30.1.1999, p. 17. Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 19 Volum 01.

(4)  ĠU C 88, 30.3.1999, p. 1.

(5)  ĠU C 106, 13.4.2000, p. 1.