16.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 11/83


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Jannar 2009

li taħtar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Assistent Kontrollur

(2009/30/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta ta’ lista tal-kandidati stabbilita mill-Kummissjoni fil-21 ta’ Ottubru 2008, skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, wara sejħa pubblika għal kandidaturi, bil-ħsieb tal-ħatra tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-Assistent Kontrollur,

Billi għandha ssir il-ħatra, bi qbil komuni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-Assistent Kontrollur b’seħħ mis-17 ta’ Jannar 2009 għal perijodu ta’ ħames snin;

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B’dan qed jinħatru, għall-perijodu mis-17 ta’ Jannar 2009 sas-16 ta’ Jannar 2014:

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data: Is-Sur Peter HUSTINX

Assistent Kontrollur: Is-Sur Giovanni BUTTARELLI.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Jannar 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1. Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kap. 13 Vol. 26, p. 102-124.