2.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/35 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta’ Ġunju 2009
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2008/20 dwar il-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009
(BĊE/2009/15)
(2009/508/KE)
Il-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 106(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999, biex japprova l-volum ta’ muniti li joħorġu l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem l-“Istati Membri parteċipanti”). |
(2) |
Fis-26 ta’ Mejju 2009 l-Oesterreichische Nationalbank talab lill-BĊE li japprova żieda ta’ EUR 160 miljun fil-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Żieda fil-volum tal-muniti euro
Il-BĊE japprova ż-żieda fil-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009.
Bħala riżultat, it-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/20 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tinbidel b’dan li gej:
(EUR miljuni) |
|
|
“Ħruġ ta’ muniti intiżi għaċ-ċirkulazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkulazzjoni) fl-2009 |
Il-Belġju |
105,4 |
Il-Ġermanja |
632,0 |
L-Irlanda |
65,5 |
Il-Greċja |
85,7 |
Spanja |
390,0 |
Franza |
252,5 |
L-Italja |
234,3 |
Ċipru |
22,5 |
Il-Lussemburgu |
42,0 |
Malta |
15,4 |
L-Olanda |
68,5 |
L-Awstrija |
376,0 |
Il-Portugall |
50,0 |
Is-Slovenja |
27,0 |
Is-Slovakkja |
131,0 |
Il-Finlandja |
60,0 ” |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Ġunju 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 352, 31.12.2008, p. 58.