18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/84


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1281/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 812/2007 għal-laħam tal-majjal

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 812/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 jinvolvu kwantitajiet li huma anqas minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4170 skont ir-Regolament (KE) Nru 812/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2009, huma 2 611 500 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 182, 12.7.2007, p. 7.