13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1246/2008

tat-12 ta' Diċembru 2008

li jemenda l-Artikolu 23(2), u l-annessi II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 rigward it-trasferiment finanzjarju tal-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid lejn l-iżvilupp rurali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (1), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-Slovenja u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-trasferiment finanzjarju tal-baġit allokat għall-programmi ta’ għajnuna lejn il-baġit allokat għall-iżvikupp rurali.

(2)

L-Artikolu 23(2), kif ukoll l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għandhom jiġu emendati skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 479/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 23(2) jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-ammonti li għandhom jinħelsu għal kull sena kalendarja huma dawn li ġejjin:

2009: EUR 40.66 miljun,

2010: EUR 82.11 miljun,

mill-2011 ‘il quddiem: EUR 122.61 miljun,”

(2)

L-Annessi II u III jinbidlu bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.


ANNESS

ANNESS II

BAĠIT GĦALL-PROGRAMMI TA’ GĦAJNUNA

(imsemmijin fl-Artikolu 8(1))

(f’eluf ta’ EUR)

Sena tal-baġit

2009

2010

2011

2012

2013

Mill-2014 ‘il quddiem

BG

15 608

21 234

22 022

27 077

26 742

26 762

CZ

2 979

4 076

4 217

5 217

5 151

5 155

DE

22 891

30 963

32 190

39 341

38 867

38 895

EL

14 286

19 167

19 840

24 237

23 945

23 963

ES

213 820

284 219

279 038

358 000

352 774

353 081

FR

171 909

226 814

224 055

284 299

280 311

280 545

IT (*)

238 223

298 263

294 135

341 174

336 736

336 997

CY

2 749

3 704

3 801

4 689

4 643

4 646

LT

30

37

45

45

45

45

LU

344

467

485

595

587

588

HU

16 816

23 014

23 809

29 455

29 081

29 103

MT

232

318

329

407

401

402

AT

8 038

10 888

11 313

13 846

13 678

13 688

PT

37 802

51 627

53 457

65 989

65 160

65 208

RO

42 100

42 100

42 100

42 100

42 100

42 100

SI

3 522

3 770

3 937

5 119

5 041

5 045

SK

2 938

4 022

4 160

5 147

5 082

5 085

UK

0

61

67

124

120

120

ANNESS III

ALLOKAZZJONI TAL-BAĠIT GĦALL-IŻVILUPP RURALI

(Artikolu 23(3))

(f’eluf ta’ EUR)

Sena tal-baġit

2009

2010

Mill-2011 ‘il quddiem

BG

CZ

DE

EL

ES

15 491

30 950

46 441

FR

11 849

23 663

35 512

IT

13 160

26 287

39 447

CY

LT

LU

HU

MT

AT

PT

RO

SI

1 050

1 050

SK

UK

160

160

160


(*)  Il-limiti nazzjonali msemmija fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-Italja li jirrigwardaw is-snin 2008, 2009 u 2010, huma mnaqqsa b’EUR 20 miljun u dawn l-ammonti ġew inklużi fil-baġit tal-Italja għas-snin 2009, 2010 u 2011 kif jidher f’din it-tabella.