13.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 336/1


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1221/2008

5 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 121(a) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008 (2) integra fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, b'seħħ mill-1 ta' Lulju 2008, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 (3), li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, mingħajr ma jikkontesta l-għażliet sottostanti ta' politika. Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu li l-frott u tal-ħxejjex intiżi biex jinbiegħu friski lill-konsumatur, jistgħu jiġu kummerċjalizzati biss jekk ikunu tajbin, ġusti u ta' kwalità li jistgħu jiġu kummerċjalizzati u jekk ikun indikat il-pajjiż tal-oriġini. Fl-interess tal-armonizzazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni, ikun xieraq li jiġu ddefiniti dawn il-karatteristiċi billi jiġi stabbilit standard ġenerali ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-frott u l-ħxejjex friski kollha.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (4) sal-lum ma jinkludix standards speċifiċi ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodotti individwali li attwalment jinsabu f'għadd ta' Regolamenti eżistenti, li jkomplu jkunu applikabbli skont l-Artikolu 203a(7) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Fl-interess taċ-ċarezza jkun xieraq li jinġabru l-istandards speċifiċi kollha ta' kummerċjalizzazzjoni previsti skont l-Artikolu 113(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-Regolament (KE) Nru 1580/2007.

(3)

Fid-dawl tal-esperjenza u fl-interess tas-simplifikazzjoni biex titnaqqas il-lista ta' prodotti koperti minn standards speċifiċi ta' kummerċjalizzazzjoni, jixraq ukoll li jiġu inklużi biss dawk il-prodotti li għalihom jidher li jkun neċessarju li jiġi adottat standard imsejjes fuq valutazzjoni tar-rilevanza tiegħu, billi jitqiesu partikolarment liema prodotti huma l-aktar kummerċjalizzati f'termini ta' valur abbażi ta' ċifri li jinsabu fil-bażidejta Comext dwar il-kummerċ intra-Komunitarju u estra-Komunitarju.

(4)

Sabiex jiġu evitati fruntieri bla bżonn għall-kummerċ, fejn ikunu jridu jiġu stabbiliti standards speċifiċi ta' kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti individwali, dawn l-istandards għandhom ikunu dawk stipulati fl-istandards adottati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE). Għall-istess raġuni, prodotti oħra għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-istandard ġenerali ta' kummerċjalizzazzjoni fejn il-proprjetarju jkun kapaċi juri li dawn jikkonformaw ma' kwalunkwe tali standard applikabbli.

(5)

L-eċċezzjonijiet u l-eżenzjonijiet minn dawn l-istandards għandhom ukoll jiġu modifikati skont dan. Partikolarment, ir-referenza għal kriterji minimi ta' kwalità għal prodotti intiżi għall-ipproċessar industrijali għandha titħassar, minħabba li dawk il-kriterji huma marbuta ma' skemi ta' għajnuna li tneħħew bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007. Billi xi frott u ħxejjex jiżviluppaw naturalment u jkollhom tendenza li jispiċċaw, għandhom jitħallew juru tnaqqis żgħir fil-freskezza u fid-dehra sakemm ma jkunux fil-Klassi Extra. Ċerti prodotti li normalment ma jkunux intatti meta jinbiegħu għandhom ikunu eżenti mill-istandard ġenerali ta' kummerċjalizzazzjoni, li fiċ-ċirkustanzi tas-soltu jitlob li l-prodott jinbiegħ intatt.

(6)

Biex jiġu evitati frodi u każijiet li jiżgwidaw lill-konsumaturi, id-dettalji ta' informazzjoni meħtieġa skont l-istandards għandhom ikunu disponibbli għall-konsumatur qabel ix-xiri. Dan jgħodd partikolarment fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, fejn l-esperjenza wriet ir-riskji ta' frodi u evitar tal-protezzjoni tal-konsumatur mogħtija mill-istandards.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-verifiki jkunu jistgħu jitwettqu kif xieraq u b'mod effettiv, il-fatturi u d-dokumenti ta' akkumpanjament, barra dawk għall-konsumaturi, għandhom jinkludu ċertu tagħrif bażiku inkluż fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

(8)

Id-dispożizzjonijiet marbuta mat-taħlitiet tal-frott u l-ħxejjex għandhom jiġu ssimplifikati filwaqt li tinżamm protezzjoni suffiċjenti għall-konsumaturi. L-ambitu tad-dispożizzjonijiet għandu jiġi estiż għall-pakketti ta' 5 kg jew anqas biex tiġi riflessa t-tendenza tas-suq li jinbiegħu pakketti akbar minn qabel.

(9)

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 dwar il-verifiki tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu ssimplifikati mingħajr ma jitnaqqas l-ambitu tagħhom, bil-għan li jiġi żgurat livell xieraq ta' konformità. Dawn għandhom iqisu l-Artikolu 113a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jivverifikaw selettivament, abbażi ta' analiżi tar-riskju, jekk il-prodotti jikkonformawx mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, u li jipprevedi wkoll li l-verifiki għandhom ikunu ffukati fuq l-istadju ta' qabel ma jitilqu mill-inħawi tal-produzzjoni meta l-prodotti jiġu ppakkjati u mgħobbija. Għall-prodotti minn pajjiżi terzi, il-kontrolli għandhom isiru qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Partikolarment, għandu jissaħħah ir-rwol tal-valutazzjoni tar-riskju fl-għażla tal-prodotti biex jiġu verifikati. L-esperjenza wriet li d-definizzjoni ta' “negozjant” għandha titwessa' u ssir aktar dettaljata sabiex jiġi żgurat li l-parteċipanti kollha fil-katina tal-kummerċjalizzazzjoni jkunu koperti u sabiex tkun garantita ċ-ċertezza legali.

(10)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni li ġejjin għandhom għalhekk jitħassru:

(KEE) Nru 1292/81 tat-12 ta' Mejju 1981 li jippreskrivi l-istandards tal-kwalità għall-kurrat, il-brunġiel u l-qargħa bagħli żġħir (5);

(KEE) Nru 2213/83 tat-28 ta' Lulju 1983 li jistabbilixxi standards ta' kwalità għall-basal u ċ-ċikwejra witloof (6);

(KEE) Nru 1591/87 tal-5 ta' Ġunju 1987 li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità għall-kaboċċi, il-brussels sprouts, il-karfus irrigat, l-ispinaċi u l-għanbaqar (7);

(KEE) Nru 1677/88 tal-15 ta' Ġunju 1988 li jistabbilixxi l-livelli ta' kwalita tal-ħjar (8);

(KE) Nru 831/97 tas-7 ta' Mejju 1997 li jqiegħed standards tax-xiri u l-bejgħ applikabbli għall-avokado (9);

(KE) Nru 2288/97 tat-18 ta' Novembru 1997 li jipprovdi l-istandards tal-marketing għat-tewm (10);

(KE) Nru 963/98 tas-7 ta' Mejju 1998 li jistabbilixxi l-istandards għall-bejgħ tal-pastard u l-qaqoċċ (11);

(KE) Nru 730/1999 tas-7 ta' April 1999 li jippreskrivi l-marketing standards għall-karotti (12);

(KE) Nru 1168/1999 tat-3 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-istandard tal-marketing għall-għajnbaqar (13);

(KE) Nru 1455/1999 tal-1 ta' Lulju 1999 li jesiġi n-normi tal-marketing għall-bżar ħelu (14);

(KE) Nru 2377/1999 tad-9 ta' Novembru 1999 li jistabblixxi l-istandards ta' marketing tal-asparagu (15);

(KE) Nru 2561/1999 tat-3 ta' Diċembru 1999 li jistabbilixxi livelli ta' marketing għall-piżelli (16);

(KE) Nru 2789/1999 tat-22 ta' Diċembru 1999 li jistabbilixxi standards ta' marketing għall-għeneb tal-mejda (17);

(KE) Nru 790/2000 tal-14 ta' April 2000 li jippreskrivi l-istandard għall-marketing tat-tadam (18);

(KE) Nru 851/2000 tas-27 ta' April 2000 li jistabbilixxi l-livell standard għall-bejgħ fis-suq tal-berquq (19);

(KE) Nru 175/2001 tas-26 ta' Jannar 2001 li jistabbilixxi l-istandard tal-marketing għall-ġewż fil-qoxra (20);

(KE) Nru 912/2001 tal-10 ta' April 2001 li jippreskrivi n-norma għall-marketing tal-fażola (21);

(KE) Nru 1508/2001 tal-24 ta' Lulju 2001 li jistabilixxi l-istandard għall-marketing tal-basal u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2213/83 (22);

(KE) Nru 1543/2001 tas-27 ta' Lulju 2001 li jistabbilixxi l-istandard għat-tqegħid fis-suq ta' ħass u indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa' (Batavian) (23);

(KE) Nru 1615/2001 tas-7 ta' Awissu 2001 li jistabbilixxi l-istandard għal marketing tal-bettieħ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1093/97 (24);

(KE) Nru 1799/2001 tal-10 ta' April 2001 li tistabbilixxi l-livell tal-kummerċ tal-frott taċ-ċitru (25);

(KE) Nru 2396/2001 tas-7 ta' Diċembru 2001 li jiffissa n-norma ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-kurrat (26);

(KE) Nru 843/2002 tal-21 ta' Mejju 2002 li jippreskrivi l-istandard ta' kwalità fil-bejgħ ta' frawli u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 899/87 (27);

(KE) Nru 1284/2002 tal-15 ta' Lulju 2002 li jippreskrivi l-livell ta' bejgħ fis-suq għall-ġellewż fil-qoxra (28);

(KE) Nru 1466/2003 tad-19 ta' Awissu 2003 li jistabbilixxi l-istandard tal-marketing għall-qaqoċċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 963/98 (29);

(KE) Nru 1757/2003 tat-3 ta' Ottubru 2003 li jippreskrivi l-istandard tal-marketing għaz-zukkini u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1292/81 (30);

(KE) Nru 85/2004 tal-15 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi l-kriterji ta' klassifika tas-suq għat-tuffieħ (31);

(KE) Nru 86/2004 tal-15 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi l-istandard ta' marketing għal-lanġas (32);

(KE) Nru 214/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi l-istandard għat-tqegħid fis-suq taċ-ċirasa (33);

(EC) No 1673/2004 of 24 September 2004 laying down the marketing standard applicable to kiwifruit (34);

(EC) No 1861/2004 of 26 October 2004 laying down the marketing standard applicable to peaches and nectarines (35);

(EC) No 1862/2004 of 26 October 2004 laying down the marketing standard applicable to watermelons (36);

(EC) No 1863/2004 of 26 October 2004 laying down the marketing standard applicable to cultivated mushrooms (37);

(EC) No 634/2006 of 25 April 2006 laying down the marketing standard applicable to headed cabbages and amending Regulation (EEC) No 1591/87 (38).

(11)

Sabiex l-Istati Membri u n-negozjanti jkunu jistgħu jħejju għall-bidliet introdotti b'dan ir-Regolament, dan għandu jkun applikabbli mill-1 ta' Lulju 2009. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali xierqa għandhom jiġu stipulati biex jippermettu l-użu, sakemm l-inventarji jiġu eżawriti, ta' xempji u ċertifikati ta' konformità li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007, u għall-kontinwità tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa lin-negozjanti approvati.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Kapitolu I tat-Titolu II, jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej qabel Artikolu 3:

“Artikolu 2a

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni: proprjetarji

1.   Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 113a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu magħrufa bħala standard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni. Id-dettalji tal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni huma stipulati fil-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Il-frott u l-ħxejjex mhux koperti bi standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jikkonformaw mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, fejn il-proprjetarju jkun f'qagħda li juri li dawn huma konformi mal-istandards applikabbli adottati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE), il-prodott għandu jitqies konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni.

2.   L-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 113(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fil-Parti B tal-Anness I għal dan ir-Regolament fir-rigward tal-prodotti li ġejjin:

(a)

tuffieħ,

(b)

frott taċ-ċitru,

(c)

frott tal-kiwi,

(d)

ħass, indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa',

(e)

ħawħ u nuċiprisk,

(f)

lanġas,

(g)

frawli,

(h)

bżar ħelu,

(i)

għeneb tal-mejda,

(j)

tadam.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, proprjetarju għandu jkun kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-pussess tal-prodotti konċernati.”;

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-frażi introduttorja u l-punt (a) jinbidlu b'dan li ġej:

“Permezz ta' deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, dawn li ġejjin mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni:

(a)

sakemm ma jkunux immarkati b'mod ċar bil-kliem ‘intiżi għall-ipproċessar’ jew ‘għall-għalf tal-bhejjem’ jew kwalunkwe frażi ekwivalenti, prodotti:

(i)

intiżi għall-ipproċessar industrijali, jew

(ii)

intiżi għall-għalf tal-bhejjem jew użu ieħor mhux għall-ikel;”;

(ii)

għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“(d)

prodotti li sarilhom żbir jew qtugħ biex jagħmilhom ‘lesti għall-ikel’ jew ‘lesti għall-kċina’.”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-kliem introduttorju għandu jinbidel b'li ġej:

“Permezz ta' deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, dawn li ġejjin mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni f'qasam tal-produzzjoni partikolari:”;

(c)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni prodotti ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumaturi għall-użu personali u ttikkettati ‘prodott intiż għall-ipproċessar’ jew bi kwalunkwe frażi ekwivalenti oħra u intiżi għal proċessar ieħor barra dawk imsemmija fil-punt (a)(i) tal-paragrafu 1.”;

(d)

jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:

“3a.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni, il-frott u l-ħxejjex friski mhux fil-Klassi Extra, fi stadji ta' wara t-tluq, jistgħu juru tnaqqis żgħir fil-freskezza u fid-dehra u ftit deterjorament minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza tagħhom li jispiċċaw.

3b.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prodotti li ġejjin mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mal-istandards ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni:

(a)

faqqiegħ apparti l-faqqiegħ ikkultivat skont il-kodiċi CN 0709 59,

(b)

kappar skont il-kodiċi CN 0709 90 40,

(c)

lewż morr skont il-kodiċi CN 0802 11 10,

(d)

lewż bil-qoxra skont il-kodiċi CN 0802 12,

(e)

ġellewż bil-qoxra skont il-kodiċi CN 0802 22,

(f)

ġewż bil-qoxra skont il-kodiċi CN 0802 32,

(g)

ġewż tal-arżnu skont il-kodiċi CN 0802 90 50, u

(h)

żagћfran skont il-kodiċi CN 0910 20.”;

(3)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Id-dettalji ta' informazzjoni meħtieġa skont dan il-Kapitolu għandhom jidhru b'mod leġġibbli u f'pożizzjoni ovvja fuq il-ġenb tal-pakkettar, jew stampati b'mod li ma jitħassarx direttament fuq il-pakkett jew fuq tikketta li tkun parti integrali minnu jew imwaħħla sewwa miegħu.”

(b)

Għandhom jiġu miżjuda l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Fil-każ ta' kuntratti mill-bogħod skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni teħtieġ li d-dettalji ta' informazzjoni jkunu disponibbli qabel ma jiġi konkluż ix-xiri.

4.   Fatturi u dokumenti ta' akkumpanjament, esklużi l-irċevuti għall-konsumaturi, għandhom jindikaw l-isem u l-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti u, fejn xieraq, il-klassi, il-varjetà jew it-tip kummerċjali fejn meħtieġ minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazjoni, jew il-fatt li jkunu intiżi għall-ipproċessar.

(*)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.”"

(4)

L-Artikoli 5 u 6 jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Dettalji ta' informazzjoni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

Fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut, id-dettalji ta' informazzjoni meħtieġa minn dan il-Kapitolu għandhom ikunu leġġibbli u jidhru sew. Il-prodotti jistgħu jiġu ppreżentati għall-bejgħ sakemm il-bejjiegħ bl-imnut juri bi prominenza, ħdejn il-prodotti u b'mod leġġibbli, id-dettalji ta' informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini kif ukoll, fejn xieraq, il-klassi u l-varjetà jew it-tip kummerċjali b'tali mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur.

Għal prodotti ppakkjati minn qabel kif imsemmija fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), il-piż nett għandu jkun indikat, minbarra l-informazzjoni kollha prevista fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, fil-każ ta' prodotti mibjugħa skont l-għadd, ir-rekwiżit li jkun indikat il-piż nett ma japplikax jekk l-għadd ta' ogġetti jista' jidher b'mod ċar u jkun jista' jingħadd minn barra, jew jekk l-għadd ikun indikat fuq it-tikketta.

Artikolu 6

Taħlitiet

1.   Il-kummerċjalizzazzjoni ta' pakketti b'piż nett ta' 5 kg jew anqas li jkun fihom taħlitiet ta' tipi differenti ta' frott u ħxejjex għandhom ikunu permessi sakemm:

(a)

il-prodotti jkunu ta' kwalità uniformi u kull prodott konċernat jikkonforma mal-istandards speċifiċi rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni, jew, fejn ma jkunx hemm standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni għal prodott partikolari, l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni.

(b)

il-pakkett ikun tikkettat kif suppost, skont dan il-Kapitolu, u

(c)

it-taħlita ma tkunx waħda li tiżgwida lill-konsumatur.

2.   Ir-rekwiżiti tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-prodotti inklużi f'taħlita li ma jkunux prodotti mis-settur tal-frott u l-ħxejjex kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   Jekk il-frott u l-ħxejjex f'taħlita joriġinaw f'aktar minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, l-ismijiet sħaħ tal-pajjiżi tal-oriġini jistgħu jiġu sostitwiti b'wieħed mis-segwenti, kif xieraq:

(a)

‘taħlita ta' frott u ħxejjex mill-KE’,

(b)

‘taħlita ta' frott u ħxejjex mhux mill-KE’,

(c)

‘taħlita ta' frott u ħxejjex mill-KE u mhux mill-KE’.

(**)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.”"

(5)

L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Ambitu

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli dwar il-verifiki ta' konformità, li għandhom ifissru l-verifiki li jitwettqu fuq il-frott u l-ħxejjex fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni skont dan il-Kapitolu, sabiex jiġi vverifikat li jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u dispożizzjonijiet oħra ta' dan it-Titolu u l-Artikoli 113 u 113a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.”;

(6)

L-Artikolu 8(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

korp' jew organu ta' spezzjoni responsabbli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 113a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, hawn taħt imsejħa ‘il-organu ta' spezzjoni’”.

(b)

Qed jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-awtoritajiet kordinaturi u l-organu ta' spezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu pubbliċi jew privati. Madankollu l-Istati Membri f'kull każ għandhom ikunu responsabbli minnhom.”;

(7)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jinbidel bis-subparagrafi li ġejjin:

“Stati Membri jistgħu jużaw għal dan l-iskop kwalunkwe bażi dejta jew bażijietdejta oħra diġà stabbiliti għal skopijiet oħra.

‘Negozjant’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika:

(a)

li jkollha frott u ħxejjex soġġetti għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni bil-ħsieb li:

(i)

turihom u toffrihom għall-bejgħ,

(ii)

tbigħhom, jew

(iii)

tikkummerċjalizzahom bi kwalunkwe mod ieħor, jew

(b)

li realment twettaq kwalunkwe mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (a) fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex soġġetti għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

L-attivitajiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (a) tat-tielet subparagrafu għandhom ikopru:

(a)

bejgħ mill-bogħod kemm bl-internet jew xorta oħra,

(b)

tali attivitajiet imwettqa minn persuna fiżika jew ġuridika għaliha nnifisha jew f'isem ta' parti terza, u

(c)

tali attivitajiet imwettqa fil-Komunità u/jew permezz ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u/jew importazzjoni minn pajjiżi terzi.”;

(b)

il-punt (b) tal-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-attivitajiet tagħhom fis-settur tal-frott u l-ħxejjex huma limitati jew għat-trasport ta' provvisti, jew għall-bejgħ fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.”;

(c)

il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.   Fejn il-bażi dejta tkun magħmula minn diversi elementi distinti, l-awtorità koordinatriċi għandha tiżgura li l-bażi dejta, l-elementi tagħha u l-aġġornament tagħhom ikunu uniformi. L-aġġornament għandu jsir partikolarment bl-użu tal-informazzjoni miġbura matul il-verifiki ta' konformità.

4.   Din il-bażi dejta għandha tinkludi, għal kull negozjant, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-isem, l-indirizz, l-informazzjoni meħtieġa għall-klassifikazzjoni tagħha f'waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 10(2), partikolarment il-pożizzjoni fil-katina tal-kummerċjalizzazzjoni, informazzjoni dwar l-importanza tad-ditta, informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba matul verifiki ta' qabel ta' kull negozjant, kif ukoll kull informazzjoni oħra meqjusa neċessarja għall-verifiki, bħall-informazzjoni dwar l-eżistenza ta' sistema ta' garanzija ta' kwalità jew sistema ta' awtoverifika marbuta mal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. L-aġġornament għandu jitwettaq partikolarment bl-użu tal-informazzjoni miġbura matul il-verifiki ta' konformità.”;

(8)

It-Taqsima 2 tal-Kapitlu II tat-Titolu II jinbidel b'dan li ġej:

Taqsima 2

Verifiki tal-konformità mwettqa mill-Istati Membri

Artikolu 10

Verifika tal-konformità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki tal-konformità jitwettqu b'mod selettiv, abbażi ta' analiżi tar-riskju, u bi frekwenza xierqa, sabiex tiġi żgurata konformità xierqa mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u dispożizzjonijiet oħra ta' dan it-Titolu u l-Artikoli 113 u 113a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Il-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju għandhom jinkludu l-eżistenza taċ-ċertifikat tal-konformità msemmi fl-Artikolu 12a maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li l-verifiki tiegħu tal-konformità ġew approvati skont l-Artikolu 13. L-eżistenza ta' tali ċertifikat għandha titqies bħala fattur li jnaqqas ir-riskju tan-nuqqas ta' konformità.

Il-kriterji biex jiġi vvalutat ir-riskju jistgħu jinkludu:

(a)

in-natura tal-prodott, il-perjodu tal-produzzjoni, il-prezz tal-prodott, it-temp, l-operazzjonijiet tal-ippakkjar u l-maniġġ, il-kundizzjonijiet tal-ħżin, il-pajjiż tal-oriġini, il-mezz tat-trasport jew il-volum tal-lott;

(b)

id-daqs tan-negozjanti, il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-kummerċjalizzazzjoni, il-volum jew il-valur kummerċjalizzat minnhom, il-firxa tal-prodotti tagħhom, iż-żona tad-distribuzzjoni jew it-tip ta' negozju mwettaq bħal ħżin, issortjar, ippakkjar u bejgħ;

(c)

sejbiet li saru waqt verifiki preċedenti inklużi l-għadd u t-tip ta' difetti misjuba, il-kwalità tal-prodotti kkummerċjalizzati, u l-livell ta' tagħmir tekniku użat;

(d)

l-affiddabbiltà tas-sistemi tal-garanzija ta' kwalità jew is-sistemi tal-awtoverifika tan-negozjanti marbuta mal-konformità tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni;

(e)

il-post fejn titwettaq il-verifika partikolarment jekk il-punt tal-ewwel dħul fil-Komunità, jew il-post fejn il-prodotti jiġu ppakkjati u mgħobbija;

(f)

kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tindika riskju ta' nuqqas ta' konformità.

2.   L-analiżi tar-riskju għandha tissejjes fuq l-informazzjoni inkluża fil-bażi dejta tan-negozjanti msemmija fl-Artikolu 9 u għandha tikklassifika n-negozjanti f'kategoriji tar-riskju.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu minn qabel:

(a)

il-kriterji biex jiġi vvalutat ir-riskju tan-nuqqas ta' konformità tal-lottijiet;

(b)

abbażi tal-analiżi tar-riskju għal kull kategorija tar-riskju, il-proporzjonijiet minimi tan-negozjanti jew lottijiet u/jew kwantitajiet li se jkunu soġġetti għall-verifika tal-konformità.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jwettqux verifiki selettivi fuq il-prodotti li ma jkunux soġġetti għall-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni, abbażi ta' analiżi tar-riskju.

3.   Fejn il-verifiki juru irregolaritajiet sinifikanti, l-Istati Membri għandhom iżidu l-frekwenza tal-verifiki b'rabta man-negozjanti, prodotti, oriġini, jew parametri oħra.

4.   In-negozjanti għandhom jipprovdu lill-organu ta' spezzjoni bl-informazzjoni kollha li dawk il-korpi jqisu neċessarja għall-organizzazzjoni u t-twettiq tal-verifiki tal-konformità.

Artikolu 11

Negozjanti approvati

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw negozjanti kklassifikati fil-kategorija tal-ibaxx riskju u li jipprovdu garanzija speċjali dwar il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex jużaw ix-xempju fl-Anness II fit-tikketta ta' kull pakkett fl-istadju ta' meta jintbagħat u/jew biex jiffirmaw ċertifikat ta' konformità kif imsemmi fl-Artikolu 12a.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ għal perjodu ta' tliet snin.

3.   Negozjanti li jibbenefikaw minn din il-possibbiltà:

(a)

għandu jkollhom persunal ta' spezzjoni li jkun irċieva taħriġ approvat mill-Istat Membru;

(b)

għandu jkollhom tagħmir xieraq għall-preparazzjoni u l-ippakkjar tal-prodotti;

(c)

għandhom jintrabtu li jipproċedu għall-verifika tal-konformità tal-merkanzija li jibagħtu u għandhom iżommu reġistru tal-operazzjonijiet kollha ta' verifiki mwettqa.

4.   Meta negozjant awtorizzat ma jikkonformax aktar mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni, l-Istat Membru għandu jirtira l-awtorizzazzjoni.

5.   Minkejja l-paragrafu 1, negozjanti awtorizzati jistgħu jkomplu jużaw ix-xempji li jikkonformaw mar-Regolament tat-30 ta' Ġunju 2009 sakemm l-inventarji jiġu eżawriti.

Awtorizzazzjonijiet mogħtija lil negozjanti qabel l-1 ta' Lulju 2009 għandhom jibqgħu japplikaw għall-perjodu li għalih kienu nħarġu.

Artikolu 12

Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mid-dwana

1.   Id-dwana tista' taċċetta biss dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni u/jew dikarazzjonijiet għall-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti soġġetti għall-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni jekk:

(a)

il-merkanzija tkun akkumpanjata minn ċertifikat ta' konformità, jew

(b)

il-korp kompetenti ta' spezzjoni jkun informa lill-awtorità doganali li l-lottijiet ikkonċernati nħarġulhom ċertifikat ta' konformità, jew

(c)

il-korp kompetenti ta' spezzjoni jkun informa lill-awtoritajiet doganali li hu ma ħariġx ċertifikat ta' konformità għal-lottijiet ikkonċernati għaliex dawn ma jkunux jeħtieġu li jiġu vverifikati fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 10(1).

Dan għandu jsir mingħajr ħsara għal kwalunkwe verifika tal-konformità li l-Istat Membru jista' jwettaq skont l-Artikolu 10.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-prodotti soġġetti għall-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni stipulat fl-Anness I u l-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) jekk l-Istat Membru konċernat iqisu neċessarju fid-dawl tal-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 10(1).

Artikolu 12a

Iċ-ċertifikati ta' konformità

1.   Iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu minn awtorità kompetenti biex jikkonfermaw li l-prodotti kkonċernati jikkonformaw mal-istandards rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni. Iċ-ċertifikat għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità huwa stabbilit fl-Anness III.

Il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(4) minflok jistgħu jużaw iċ-ċertifikat tagħhom stess sakemm il-Kummissjoni tqis li dan jinkludi tal-anqas informazzjoni ekwivalenti għaċ-ċertifikat Komunitarju. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, bil-mezzi li hi tqis xierqa, xempji ta' tali ċertifikati ta' pajjiżi terzi.

2.   Dawn iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu kemm f'format fuq karta b'firma oriġinali jew b'format verifikat b'firma elettronika.

3.   Kull ċertifikat għandu jkun stampat mill-awtorità kompetenti u ffirmat mill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jagħmlu dan.

4.   Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu f'tal-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

5.   Kull ċertifikat għandu jkollu numru tas-serje, li permezz tiegħu jista' jkun identifikat, u kopja ta' kull ċertifikat maħruġ tinżamm mill-awtorità kompetenti.

6.   Minkejja l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw iċ-ċertifikati ta' konformità li kkonformaw ma' dan ir-Regolament fil-30 ta' Ġunju 2009 sakemm l-inventarji jiġu eżawriti.”

(9)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Fuq talba ta' pajjiż terz, il-Kummissjoni tista' tapprova, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-verifika tal-konformità mal-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni mwettqa minn dan il-pajjiż terz qabel l-importazzjoni fil-Komunità.”;

(b)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-lista ta' pajjiżi li l-verifiki tagħhom dwar il-konformità ġew approvati skont dan l-Artikolu, u l-prodotti konċernati, huma stabbiliti fl-Anness IV.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, bil-mezzi li hi tqis xierqa, id-dettalji tal-awtoritajiet uffiċjali u l-organu ta' spezzjoni konċernati.”

(10)

L-Artikolu 14 jitħassar.

(11)

L-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Sospensjoni tal-approvazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tissospendi l-approvazzjoni jekk jinstab li, f'għadd sinifikanti ta' lottijiet u/jew kwantitajiet, il-merkanzija ma tikkorrispondux għall-informazzjoni fiċ-ċertifikati ta' konformità maħruġa mill-organu ta' spezzjoni ta' pajjiż terz.”

(12)

L-Artikoli 16, 17 u 18 jitħassru.

(13)

It-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu II titħassar.

(14)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Meta l-ispetturi jsibu li l-merkanzija tikkonforma mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, il-organu ta' spezzjoni jista' joħroġ ċertifikat ta' konformità kif stabbilit fl-Anness III.”

(b)

It-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Jekk organu ta' spezzjoni jaċċetta xewqa ta' negozjant li jagħmel il-merkanzija konformi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn tkun saret il-verifika li wasslet għar-riżultat ta' nuqqas ta' konformità, in-negozjant għandu jinnotifika b'dan lill-korp kompetenti ta' spezzjoni tal-Istat Membru destinatarju tal-lott mhux konformi. L-Istat Membru li joħroġ ir-riżultat tan-nuqqas ta' konformità għandu jibgħat kopja ta' dan ir-riżultat lill-Istati Membri l-oħra konċernati, inkluż l-Istat Membru destinatarju tal-lott mhux konformi.”

(c)

Il-paragrafu 4 jitħassar.

(15)

It-Taqsima segwenti tiżdied mal-Kapitolu II tat-Titolu II:

Taqsima 6

Komunikazzjonijiet

Artikolu 20a

Komunikazzjonijiet

1.   Stat Membru li fit-territorju tiegħu tinstab konsenja minn Stat Membru ieħor li ma tikkonformax mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni minħabba difetti jew deterjorament li setgħu nkixfu fil-ħin tal-ippakkjar għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li x'aktarx ikunu kkonċernati.

2.   Stat Membru li fit-territorju tiegħu lott ta' merkanzija minn pajjiż terz jiġi rifjutat milli jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri li x'aktarx ikunu kkonċernati u lill-pajjiż terz konċernat u mniżżel fl-Anness IV.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tas-sistemi tagħhom tal-ispezzjoni u l-analiżi tar-riskju. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b'kull emenda sussegwenti għal dawk is-sistemi.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sinteżi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni f'sena partikolari sat-30 ta' Ġunju tas-sena segwenti.

5.   Il-komunikazzjoni għandha ssir bil-mezz speċifikat mill-Kummissjoni.”

(16)

L-Anness I jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(17)

L-Anness II jinbidel bit-test tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(18)

L-Anness III jinbidel bit-test tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(19)

It-titlu tal-Parti A u l-Parti B u C tal-Anness IV jitħassru.

(20)

L-Anness V jitħassar.

(21)

L-Anness VI jitħassar bit-test tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Tħassir

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1292/81, (KEE) Nru 2213/83, (KEE) Nru 1591/87, (KEE) Nru 1677/88, (KE) Nru 831/97, (KE) Nru 2288/97, (KE) Nru 963/98, (KE) Nru 730/1999, (KE) Nru 1168/1999, (KE) Nru 1455/1999, (KE) Nru 2377/1999, (KE) Nru 2561/1999, (KE) Nru 2789/1999, (KE) Nru 790/2000, (KE) Nru 851/2000, (KE) Nru 175/2001, (KE) Nru 912/2001, (KE) Nru 1508/2001, (KE) Nru 1543/2001, (KE) Nru 1615/2001, (KE) Nru 1799/2001, (KE) Nru 2396/2001, (KE) Nru 843/2002, (KE) Nru 1284/2002, (KE) Nru 1466/2003, (KE) Nru 1757/2003, (KE) Nru 85/2004, (KE) Nru 86/2004, (KE) Nru 214/2004, (KE) Nru 1673/2004, (KE) Nru 1861/2004, (KE) Nru 1862/2004, (KE) Nru 1863/2004 u (KE) Nru 634/2006 jitħassru.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2009.

Dan ir-Regolament jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta' Diċembru 2008

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 129, 15.5.1981, p. 38.

(6)  ĠU L 213, 4.8.1983, p. 13.

(7)  ĠU L 146, 6.6.1987, p. 36.

(8)  ĠU L 150, 16.6.1988, p. 21.

(9)  ĠU L 119, 8.5.1997, p. 13.

(10)  ĠU L 315, 19.11.1997, p. 3.

(11)  ĠU L 135, 8.5.1998, p. 18.

(12)  ĠU L 93, 8.4.1999, p. 14.

(13)  ĠU L 141, 4.6.1999, p. 5.

(14)  ĠU L 167, 2.7.1999, p. 22.

(15)  ĠU L 287, 10.11.1999, p. 6.

(16)  ĠU L 310, 4.12.1999, p. 7.

(17)  ĠU L 336, 29.12.1999, p. 13.

(18)  ĠU L 95, 15.4.2000, p. 24.

(19)  ĠU L 103, 28.4.2000, p. 22.

(20)  ĠU L 26, 27.1.2001, p. 24.

(21)  ĠU L 129, 11.5.2001, p. 4.

(22)  ĠU L 200, 25.7.2001, p. 14.

(23)  ĠU L 203, 28.7.2001, p. 9.

(24)  ĠU L 214, 8.8.2001, p. 21.

(25)  ĠU L 244, 14.9.2001, p. 12.

(26)  ĠU L 325, 8.12.2001, p. 11.

(27)  ĠU L 134, 22.5.2002, p. 24.

(28)  ĠU L 187, 16.7.2002, p. 14.

(29)  ĠU L 210, 20.8.2003, p. 6.

(30)  ĠU L 252, 4.10.2003, p. 11.

(31)  ĠU L 13, 20.1.2004, p. 3.

(32)  ĠU L 13, 20.1.2004, p. 19.

(33)  ĠU L 36, 7.2.2004, p. 6.

(34)  ĠU L 300, 25.9.2004, p. 5.

(35)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 10.

(36)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 17.

(37)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 23.

(38)  ĠU L 112, 26.4.2006, p. 3.


ANNESS I

“ANNESS I

L-ISTANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2a

PARTI A

Standard Ġenerali tal-Kummerċjalizzazzjoni

1.   Rekwiżiti minimi ta' kwalità

Bla ħsara għat-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

intatti,

f'saħħithom; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux adattati għall-konsum huma esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsarat ikkawżati mill-pesti li jaffettwaw il-laħam,

ħielsa minn indewwa esterna annormali,

ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

Il-kundizzjoni tal-prodotti trid tkun tali li tippermettilhom:

jifilħu għat-trasport u l-maniġġ,

jaslu f'kundizzjoni tajba fil-post tad-destinazzjoni.

2.   Rekwiżiti minimi ta' maturità

Il-prodotti jrid ikunu żviluppati biżżejjed u juru sajran sodisfaċenti.

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-prodotti jrid ikunu tali li jippermettulhom ikomplu l-proċess tas-sajran u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.

3.   Tolleranza

Tolleranza ta' 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta' kwalità għandha tiġi permessa f'kull lott. Madankollu, din it-tolleranza ma għandhiex tkopri l-prodott milqut minn taħsir jew kwalunkwe deterjorament ieħor li ma jħalluhx xieraq għal konsum.

4.   L-immarkar tal-oriġini tal-prodott

L-isem sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini. Għall-prodotti li joriġinaw fi Stat Membru, dan għandu jkun fil-lingwa tal-pajjiż tal-oriġini, jew fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju. Għal prodotti oħrajn, dan għandu jkun fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju.

PARTI B

L-ISTANDARDS SPEĊIFIĊI TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI

PARTI 1:   L-ISTANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TUFFIEĦ

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan il-kriterju ta' klassifika jgħodd għat-tuffieħ ta' varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mill-Malus domestica Borkh., li għandhom jitfornew friski lill-konsumatur; it-tuffieħ għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tuffieħ, wara t-tħejjija u l-ippakkjar tiegħu.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għall kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tuffieħ għandu jkun:

intatt,

f'saħħtu, il-prodott ma jkunx affettwat mit-taħsir jew deterjorament b'tali mod li jkunx tajjeb għall-konsum,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli,

prattikament ħieles mill-pesti,

prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti,

ħieles minn indewwa esterna annormali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

Barra minn hekk, it-tuffieħ irid ikun inqata' bil-galbu.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tuffieħ għandhom ikunu tali li jippermettulu:

ikompli bil-proċess tiegħu ta' maturità u jilħaq il-livell ta' maturità meħtieġ b'rabta mal-karatteristiċi tal-varjetà (1)  (2),

jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u

jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Klassifika

It-tuffieħ huwa kklassifikat fi tliet klassijiet definiti hawn taħt.

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

It-tuffieħ f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità superjuri. Fl-għamla, id-daqs u l-lewn, għandu jkollu l-karatteristiċi tal-varjetà (3) u z-zokk ewlieni ma jridx ikun mittiefes.

Il-laħam irid ikun kompletament f'saħħtu.

It-tuffieħ għandu jkun ħieles minn difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jkunux jaffettwaw id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Il-Klassi I

It-tuffieħ f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba. Fil-forma, id-daqs u l-lewn, it-tuffieħ għandu jkun xempju tal-varejtà (3).

Il-laħam irid ikun kompletament f'saħħtu.

Madankollu, id-difetti żgħar li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma tagħhom,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difett żgħir fit-tilwin,

difetti żgħar fil-qoxra li m'għandhomx ikunu ta' aktar minn:

2 ċm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

1 ċm2 tal-erja totali tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma għandhiex tkun ta' aktar minn 1 cm2 tal-erja totali tal-wiċċ,

dbabar ħfief li ma jkunux ta' aktar minn 1 ċm2 tal-erja totali tal-wiċċ u li ma jkunux tilfu l-lewn.

Iz-zokk jista' jkun nieqes, sakemm il-qatgħa tkun nadifa u l-qoxra biswit ma tkunx bil-ħsara.

(iii)   Il-Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tuffieħ li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq (3).

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti kbar.

Id-difetti li ġejjin huma awtorizzati sakemm il-frott iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fejn jidħlu l-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp,

difetti fit-tilwin,

id-difetti tal-qoxra m'għandhomx ikunu akbar minn:

4 ċm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

2,5 ċm2 tal-erja totali tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma għandhiex tkun aktar minn 1 cm2 tal-erja totali tal-wiċċ,

dbabar ħfief li ma jkunux ta' aktar minn 1,5 cm2 tal-wiċċ totali li jista' jkun tilef ħarira fil-lewn.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Id-daqs jiġi ddeterminat jew skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali jew inkella skont il-piż.

Għall-varjetajiet kollha u għall-klassijiet kollha d-daqs minimu huwa 60 mm, jekk imkejjel skont id-dijametru, jew 90 g, jekk jitkejjel skont il-piż. Frott ta' daqsijiet iżgħar jista' jkun aċċettat, jekk il-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn jew indaqs għal 10,5o Brix u d-daqs mhuwiex iżgħar minn 50 mm jew 70 g.

Biex jiġi żgurat li jkun hemm uniformità ta' daqs fil-kaxxa tal-ippakkjar:

(a)

għal frott li jkun tkejjel skont id-dijametru, id-differenza fid-dijametru bejn il-frott li jkun hemm fl-istess kaxxa għandha tkun limitata għal:

5 mm għall-frott tal-Klassi ‘Extra’ u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u f'safef. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Bramley's Seedling (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista' tkun sa 10 mm, u

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f'pakketti għall-bejgħ. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Bramley's Seedling (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista' tkun sa 20 mm, jew

(b)

għall-frott li jkun tkejjel skont il-piż, id-differenza fil-piż bejn il-frott fl-istess kaxxa għandha tkun limitata għal:

20 % tal-piż medju tal-frotta individwali fil-pakkett, għall-frott tal-Klassi ‘Extra’ u għall-frott tal-Klassi I u II li jkun ippakkjat f'ringieli u safef, u

25 % tal-piż medju tal-frotta individwali fil-pakkett għall-frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż fil-pakketti jew fil-pakketti għall-bejgħ.

Ma hemmx rekwiżiti għal uniformità fid-daqs għal frott tal-Klassi II ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f'pakketti għall-bejgħ.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

5 % fl-għadd jew fil-piż tat-tuffieħ li ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jkun jissodisfa dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Il-Klassi I

10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tuffieħ li ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jkun jissodisfa dawk tal-Klassi II, jew eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi ta' dik il-klassi.

(iii)   Il-Klassi II

10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tuffieħ li la jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, ħlief għall-prodotti affettwati mit-taħsir jew minn kull deterjorament ieħor li ma jagħmluhx tajjeb għall-konsum.

F'din it-tolleranza, qed ikun awtorizzat massimu ta' 2 % tal-għadd jew piż ta' frott li jkun juri dawn id-difetti li ġejjin:

attakki serji ta' sufra (żerriegħa morra) jew il-kapsula tal-ilma,

ħsara ħafifa jew xquq li ma ssewwewx,

traċċi żgħar ħafna ta' taħsir,

il-preżenza ta' pesti li jieklu mill-intern u/jew ħsara fil-laħam ikkawżata mill-pesti.

B.   Tolleranzi tad-daqs

Għall-klassijiet kollha:

tolleranza totali ta' 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tal-qisien permessi. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti b'qies ta':

5 mm jew aktar 'l isfel mid-dijametru minimu meta d-daqs jitkejjel skont id-dijametru,

10 g jew aktar 'l isfel mil-piż minimu meta d-daqs jitkejjel skont il-piż.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontenut ta' kull kaxxa tal-ippakkjar irid ikun uniformi u jkollu biss tuffieħ tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk ikun skont id-daqs) u l-istess grad ta' sajran.

Fil-każ tal-klassi ‘Extra’, l-uniformità tgħodd ukoll għal-lewn.

Il-pakketti għall-bejgħ ta' piż nett li ma jaqbiżx il-5 kg jista' jkun jkollhom fihom taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet differenti, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà konċernata, fl-oriġini, fid-daqs (jekk ikun skont id-daqs) u fil-grad ta' maturità.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.

B.   L-ippakkjar

It-tuffieħ irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq. L-aktar, il-pakketti għall-bejgħ li jkollhom piż nett ta' aktar minn 3 kg għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex il-prodott ikun protett sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra jew ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta huwa permess biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.

C.   Preżentazzjoni

Għall-frott tal-klassi ‘Extra’', il-frott irid ikun ippakkjat f'safef.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b'mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   L-identifikazzjoni

Isem u indirizz tal-pakkjatur u/jew tal-ispeditur.

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, bil-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew il-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li l-organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Tip ta' prodott

‘Tuffieħ’ jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra

Isem il-varjetà jew il-varjetajiet fejn xieraq.

Fil-każ ta' pakketti għall-bejgħ li fihom ikun hemm taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet differenti, l-isem ta' kull varjetà differenti li jkun hemm fil-pakkett.

C.   L-orġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, iż-żona fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali,

Fil-każ ta' pakketti għall-bejgħ li fihom ikun hemm taħlita ta' varjetajiet ta' tuffieħ ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà kkonċernata.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

Il-klassi

Id-daqs jew, għall-frott ippakkjat f'safef, l-għadd tal-unitajiet.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu;

(b)

għall-prodotti li ma jkunux soġġetti għar-regoli tal-uniformità, id-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit minn ‘u aktar’ jew ‘+’ jew denominazzjoni simili jew, fejn applikabbli, segwit mid-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta.

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiv)

Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tisgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqiegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

Appendiċi

1.   Il-kriterji tat-tilwin, il-gruppi tal-ilwien u l-kodiċi

Grupp tal-lewn

A

(Varjetajiet ħomor)

B

(Varjetajiet tal-lewn aħmar imħallat)

C

(Varjetajiet imlewna ħafif bl-istrixxi)

D

(Varjetajiet oħra)

Erja totali tal-wiċċ b'lewn aħmar karatteristiku tal-varjetà

Erja totali tal-wiċċ b'lewn aħmar imħallat karatteristiku tal-varjetà

Erja totali tal-wiċċ imlewna ħafif ħamra, bi dwawar jew strixxi karatteristiki tal-varjetà

Klassi ‘Extra’

3/4

1/2

1/3

L-ebda rekwiżit fir-rigward tal-lewn aħmar

Klassi I

1/2

1/3

1/10

Klassi II

1/4

1/10

2.   Il-kriterji tal-ħmura samranija

Grupp R: Varjetajiet li għalihom il-ħmura samranija hija karatteristika tal-qoxra u mhux difett jekk din tkun tikkorrispondi għad-dehra tipika tal-varjetà.

Għall-varjetajiet li mhumiex immarkati bl-ittra ‘R’ fil-lista ta' hawn taħt, il-ħmura samranija hija awtorizzata fil-limiti li ġejjin:

 

Klassi ‘Extra’

Klassi I

Klassi II

Tolleranza għall-Klassi II

(i)

Irqajja' kannella

mhux barra t-toqba taz-zokk

tista' tidħol kemxejn aktar 'il ġewwa mit-toqba taz-zokk jew tal-pistill

tista' tidħol aktar 'il ġewwa mit-toqba taz-zokk jew tal-pistill

frotta li ma tvarjax ħafna mill-apparenza u l-kundizzjoni tal-pakkett

mhux raffa

mhux raffa

kemxejn raffa

 

(ii)

Ħmura samranija

 

Erja massima tal-wiċċ tal-frotta permessa

 

bħal xibka fina ta' ħmura (li ma tikkuntrastax bil-qawwi mal-lewn ġenerali tal-frotta)

traċċi ħfief u iżolati ta' ħmura samranija li ma tbiddilx id-dehra ġenerali tal-frotta jew tal-pakkett

1/5

1/2

frotta li ma tvarjax ħafna mill-apparenza u l-kundizzjoni tal-pakkett

qawwija

l-ebda

1/20

1/3

frotta li ma tvarjax ħafna mill-apparenza u l-kundizzjoni tal-pakkett

difetti kumulattivi (bl-eċċezzjoni ta' rqajja' kannella li huma esklużi minn dawn id-difetti kumulattivi). Fl-ebda każ ma jistgħu l-ħmura samranija ħafifa u l-ħmura samranija qawwija jaqbżu l-massimu ta':

1/5

1/2

frotta li ma tvarjax ħafna mill-apparenza u l-kundizzjoni tal-pakkett

3.   Il-lista mhix eżawrjenti tal-varjetajiet ta' tuffieħ ikklassifikati skont il-kriterji tal-lewn u tal-ħmura samranija

Il-frott ta' varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista għandhom ikunu kklassifikati skont il-karatteristiċi varjetali tagħhom.

Varjetajiet

Sinonimi

Grupp tal-lewn

Ħmura samranija

African Red

 

B

 

Akane

Tohoku 3

B

 

Alborz Seedling

 

C

 

Aldas

 

B

 

Alice

 

B

 

Alkmene

Early Windsor

C

 

Alwa

 

B

 

Angold

 

C

 

Apollo

Beauty of Blackmoor

C

 

Arkcharm

Arkansas No 18, A 18

C

 

Arlet

 

B

R

Aroma

 

C

 

Mutanti ta' lewn aħmar ta' Aroma, pereżempju Aroma Amorosa

 

B

 

Auksis

 

B

 

Belfort

Pella

B

 

Belle de Boskoop u mutanti

 

D

R

Belle fleur double

 

D

 

Berlepsch

Freiherr von Berlepsch

C

 

Berlepsch rouge

Red Berlepsch, Roter Berlepsch

B

 

Blushed Golden

 

 

 

Bohemia

 

B

 

Boskoop rouge

Red Boskoop, Roter Boskoop

B

R

Braeburn

 

B

 

Mutanti ta' lewn aħmar ta' Braeburn, pereżempju:

 

A

 

Hidala

 

 

 

Joburn

 

 

 

Lochbuie Red Braeburn

 

 

 

Mahana Red

 

 

 

Mariri Red

 

 

 

Redfield

 

 

 

Royal Braeburn

 

 

 

Bramley's Seedling

Bramley, Triomphe de Kiel

D

 

Brettacher Sämling

 

D

 

Calville (grupp ta'…)

 

D

 

Cardinal

 

B

 

Carola

Kalco

C

 

Caudle

 

B

 

Charden

 

D

 

Charles Ross

 

D

 

Civni

 

B

 

Coromandel Red

Corodel

A

 

Cortland

 

B

 

Cox's orange pippin u mutanti

Cox Orange

C

R

Mutanti ta' lewn aħmar ta' Cox's Orange Pippin, pereżempju:

 

B

R

Cherry Cox

 

 

 

Crimson Bramley

 

D

 

Cripps Pink

 

C

 

Cripps Red

 

C (4)

 

Dalinbel

 

B

 

Delblush

 

D

 

Delcorf u mutanti, pereżempju:

Dalili

Monidel

 

C

 

Delgollune

 

B

 

Delicious ordinaire

Ordinary Delicious

B

 

Deljeni

 

D

 

Delikates

 

B

 

Delor

 

C

 

Discovery

 

C

 

Dunn's Seedling

 

D

R

Dykmanns Zoet

 

C

 

Egremont Russet

 

D

R

Elan

 

D

 

Elise

Red Delight

A

 

Ellison's orange

Ellison

C

 

Elstar u mutanti, pereżempju:

 

C

 

Daliter

 

 

 

Elshof

 

 

 

Elstar Armhold

 

 

 

Elstar Reinhardt

 

 

 

Mutanti ta' lewn aħmar ta' Elstar, pereżempju:

 

B

 

Bel-El

 

 

 

Daliest

 

 

 

Goedhof

 

 

 

Red Elstar

 

 

 

Valstar

 

 

 

Empire

 

A

 

Falstaff

 

C

 

Fiesta

Red Pippin

C

 

Florina

 

B

 

Fortune

 

D

R

Fuji u mutanti

 

B

 

Gala

 

C

 

Mutanti ta' lewn aħmar ta' Gala, pereżempju:

 

A

 

Annaglo

 

 

 

Baigent

 

 

 

Galaxy

 

 

 

Mitchgla

 

 

 

Obrogala

 

 

 

Regala

 

 

 

Regal Prince

 

 

 

Tenroy

 

 

 

Garcia

 

D

 

Gloster

 

B

 

Goldbohemia

 

D

 

Golden Delicious u mutanti

 

D

 

Golden Russet

 

D

R

Goldrush

Coop 38

D

 

Goldstar

 

D

 

Gradigold

 

D

 

Granny Smith

 

D

 

Gravenstein rouge

Red Gravenstein, Roter Gravensteiner

B

 

Gravensteiner

Gravenstein

D

 

Greensleeves

 

D

 

Holsteiner Cox u mutanti

Holstein

D

R

Holstein rouge

Red Holstein, Roter Holsteiner Cox

C

R

Honeycrisp

 

C

 

Honeygold

 

D

 

Horneburger

 

D

 

Howgate Wonder

Manga

D

 

Idared

 

B

 

Ingrid Marie

 

B

R

Isbranica

Izbranica

C

 

Jacob Fisher

 

D

 

Jacques Lebel

 

D

 

Jamba

 

C

 

James Grieve u mutanti

 

D

 

James Grieve rouge

Red James Grieve

B

 

Jarka

 

C

 

Jerseymac

 

B

 

Jester

 

D

 

Jonagold (5) u mutanti, pereżempju:

 

C

 

Crowngold

 

 

Daligo

 

 

Daliguy

Jonasty

 

Dalijean

Jonamel

 

Jonagold 2000

Excel

 

Jonabel

 

 

Jonabres

 

 

King Jonagold

 

 

New Jonagold

Fukushima

 

Novajo

Veulemanns

 

Schneica

 

 

Wilmuta

 

 

Jonagored u mutanti, pereżempju:

 

A

 

Decosta

 

 

Jomured

Van de Poel

 

Jonagold Boerekamp

 

 

Jomar

 

 

Jonagored Supra

 

 

Jonaveld

 

 

Primo

 

 

Romagold

Surkijn

 

Rubinstar

 

 

Red Jonaprince

 

 

Jonalord

 

C

 

Jonathan

 

B

 

Julia

 

B

 

Jupiter

 

D

 

Karmijn de Sonnaville

 

C

R

Katy

Katja

B

 

Kent

 

D

R

Kidd's orange red

 

C

R

Kim

 

B

 

Koit

 

C

 

Krameri Tuvioun

 

B

 

Kukikovskoje

 

B

 

Lady Williams

 

B

 

Lane's Prince Albert

 

D

 

Laxton's Superb

Laxtons Superb

C

R

Ligol

 

B

 

Lobo

 

B

 

Lodel

 

A

 

Lord Lambourne

 

C

 

Maigold

 

B

 

Mc Intosh

 

B

 

Meelis

 

B

 

Melba

 

B

 

Melodie

 

B

 

Melrose

 

C

 

Meridian

 

C

 

Moonglo

 

C

 

Morgenduft

Imperatore

B

 

Mountain Cove

 

D

 

Mutsu

 

D

 

Normanda

 

C

 

Nueva Europa

 

C

 

Nueva Orleans

 

B

 

Odin

 

B

 

Ontario

 

B

 

Orlovskoje Polosatoje

 

C

 

Ozark Gold

 

D

 

Paula Red

 

B

 

Pero de Cirio

 

D

 

Piglos

 

B

 

Pikant

 

B

 

Pikkolo

 

C

 

Pilot

 

C

 

Pimona

 

C

 

Pinova

 

C

 

Pirella

 

B

 

Piros

 

C

 

Rafzubex

 

A

 

Rafzubin

 

C

 

Rajka

 

B

 

Rambour d'hiver

 

D

 

Rambour Franc

 

B

 

Reanda

 

B

 

Rebella

 

C

 

Red Delicious u mutanti, pereżempju:

 

A

 

Campsur

Erovan

Evasni

Flatrar

Fortuna Delicious

Otago

Red King

Red Spur

Red York

Richared

Royal Red

Sandidge

Shotwell Delicious

Stark Delicious

Starking

Starkrimson

Starkspur

Topred

Trumdor

Well Spur

Red Dougherty

 

A

 

Red Rome

 

A

 

Redkroft

 

A

 

Regal

 

A

 

Regina

 

B

 

Reglindis

 

C

 

Reine des Reinettes

Goldparmäne, Gold Parmoné

C

 

Reineta Encarnada

 

B

 

Reinette Rouge du Canada

 

B

 

Reinette d'Orléans

 

D

 

Reinette Blanche du Canada

Reinette du Canada, Canada Blanc, Kanadarenette, Renetta del Canada

D

R

Reinette de France

 

D

 

Reinette de Landsberg

 

D

 

Reinette grise du Canada

Graue Kanadarenette

D

R

Relinda

 

C

 

Remo

 

B

 

Renora

 

B

 

Resi

 

B

 

Resista

 

D

 

Retina

 

B

 

Rewena

 

B

 

Roja de Benejama

Verruga, Roja del Valle, Clavelina

A

 

Rome Beauty

Belle de Rome, Rome

B

 

Rosana

Berner Rosenapfel

B

 

Royal Beaut

 

A

 

Rubin

 

C

 

Rubinola

 

B

 

Sciearly

 

A

 

Scifresh

 

B

 

Sciglo

 

A

 

Sciray

GS48

A

 

Scired

 

A

R

Sciros

 

A

 

Selena

 

B

 

Shampion

 

B

 

Sidrunkollane Talioun

 

D

 

Sinap Orlovskij

Orlovski Sinap

D

 

Snygold

Earlygold

D

 

Sommerregent

 

C

 

Spartan

 

A

 

Splendour

 

A

 

St. Edmunds Pippin

 

D

R

Stark's Earliest

 

C

 

Štaris

Staris

A

 

Sturmer Pippin

 

D

R

Sügisdessert

 

C

 

Sügisjoonik

 

C

 

Summerred

 

B

 

Sunrise

 

A

 

Sunset

 

D

R

Suntan

 

D

R

Sweet Caroline

 

C

 

Talvenauding

 

B

 

Tellisaare

 

B

 

Tiina

 

B

 

Topaz

 

B

 

Tydeman's Early Worcester

Tydeman's Early

B

 

Veteran

 

B

 

Vista Bella

Bellavista

B

 

Wealthy

 

B

 

Worcester Pearmain

 

B

 

York

 

B

 

Zarja Alatau

Zarya Alatau

D

 

PARTI 2:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAĊ-ĊITRU

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott segwenti, ikklassifikati bħala 'frott taċ-ċitru', li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż il-frott taċ-ċitru għall-ipproċessar industrijali.

varjazzjonijiet ta' lumi (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-ispeċi tas-Citrus limon (L.) Burm. f.,

varjazzjonijiet ta' mandarin (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-ispeċi tas-Citrus reticulata Blanco, inklużi satsumas (Citrus unshiu Marcow.), klementin (Citrus clementina Hort. ex Tan.), mandarin komuni (Citrus deliciosa Ten.) u tanġerin (Citrus tangerina Hort. ex Tan.) imkabbra minn din l-ispeċi u l-ibridi tagħha, hawn taħt imsejħa ‘mandarin’,

varjazzjonijiet ta' larinġ (varjazzjonijiet ikkultivati) imkabbra mill-ispeċi tas-Citrus sinensis (L.) Osb.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-frott taċ-ċitru wara t-tħejjija u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott taċ-ċitru jrid ikun:

intatt,

ħieles mid-dbabar u/jew fejqan estensiv tal-qtugħ,

f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew minn deterjorament li minħabba f'hekk ma jkunux tajbin għall-ikel huma esklużi,

prattikament nadif u mingħajr materjal estranju viżibbli,

prattikament ħieles mill-pesti,

prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti,

mingħajr sinjali ta' tikmix intern,

mingħajr ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,

mingħajr kull likwidu annormali estern,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun inqata' bil-galbu u jkun laħaq grad xieraq ta' żvilupp u ta' sajran, b'kunsiderazzjoni għall-kriterji xierqa għall-varjetà, iż-żmien tal-qtugħ u l-post tat-tkabbir.

L-iżvilupp u l-istat tas-sajran tal-frott taċ-ċitru għandhom ikunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u

jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

Frott taċ-ċitru li jilħaq ir-rekwiżiti tas-sajran ta' dan l-Anness jista' jitlaħħaq il-lewn karatteristiku tas-sajran xieraq (degreened). Dan it-trattament ikun permess biss jekk il-karatteristiċi organolettiċi l-oħra naturali ma jkunux tbiddlu.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-maturità taċ-ċitru hija definita mill-parametri segwenti speċifikati għal kull speċi hawn taħt:

1.

Il-kontenut minimu ta' meraq

2.

Tilwin

Il-grad tal-lewn għandu jkun tali li bi żvilupp normali, il-frott taċ-ċitru jilħaq il-lewn tipiku tal-varjetà fil-punt tad-destinazzjoni tiegħu.

(i)   Lumi

Il-kontenut minimu ta' meraq:

lumi Verdelli u Primofiore:

20 %

Lumi ieħor:

25 %

Tilwin: għandha tkun tipika tal-varjetà. Għaldaqstant, il-frott b'lewn aħdar (iżda mhux aħdar skur) ikun permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi tal-kontenut minimu ta' meraq.

(ii)   Mandarin

Il-kontenut minimu ta' meraq:

Mandarin, eskluż il-klementin:

33 %

Klementin:

40 %

Tilwin: irid ikun tipiku tal-varjetà mill-anqas fuq terz tal-wiċċ tal-frotta.

(iii)   Larinġ

Il-tilwin irid ikun tipiku tal-varjetà. Frott b' lewn aħdar ċar huwa permess, sakemm ma jeċċedix wieħed fuq ħamsa tal-wiċċ totali tal-frott. Il-frott għandu juri l-kontenut minumu ta' meraq li ġej:

Larinġ tad-demm:

30 %

Grupp Navels:

33 %

Varjetajiet oħra:

35 %

Madankollu, larinġ magħmul f'żoni b'temperaturi għolja u b'kundizzjonijiet ta' umdità relattivament għolja matul il-perjodu ta' żvilupp jista' jkun ta' lewn aħdar li jeċċedi wieħed fuq ħamsa mill-wiċċ totali, sakemm jissodisfa l-kontenut minimu ta' meraq li ġej:

Varjetajiet Mosambi, Sathgudi u Pacitan:

33 %

Varjetajiet oħra:

45 %

C.   Klassifikazzjoni

Il-frott taċ-ċitru huwa klassifikat fi tlett klassijiet definiti hawn taħt:

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Fil-forma, id-dehra ta' barra, l-iżvilupp u l-lewn irid jkunu karatteristiċi tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Irid ikunu mingħajr difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Il-Klassi I

Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Għandu jkun karatteristiku tat-tip ta' varjetà u/jew kummerċjali.

Id-difetti żgħar segwenti, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fit-tilwin,

difett żgħir fil-qoxra li jsir matul it-tkabbir tal-frott, bħal ċertu tqaxxir ta' qoxra (Helminthosporium solani), tħammir ismar, eċċ.,

difetti żgħar li jkunu tranġaw u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk mal-frott l-ieħor, ħsara mill-maniġġ, eċċ.

(iii)   Il-Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott taċ-ċitru li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti segwenti huma permessi, kemm-il darba l-frott taċ-ċitru jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu f'dawk li huma kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difett fil-forma,

difett fil-lewn,

qoxra raffa,

difetti żgħar fil-qoxra li joħorġu matul il-formazzjoni tal-frotta, bħal ċertu tqaxxir ta' qoxra (Helminthosporium solani), tħammir ismar, eċċ.,

difetti żgħar li jkunu tranġaw u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħall-ħsara mis-silġ, mill-ħakk bejn il-frott, ħsara mill-maniġġ, eċċ.,

alterazzjonijiet superfiċjali fil-qoxra li jkunu tranġaw,

distakkament parzjali u ħafif tan-naħa fil-perikarpju tal-larinġ (li hu permess għall-mandarin).

III.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Il-qies irid ikun kalkulat permezz tad-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta.

A.   Daqs minimu

Il-frott bil-qies li jkun iċken mill-qisien minimi segwenti huma esklużi:

Lumi:

45 mm

Mandarin, eskluż il-klementin:

45 mm

Klementin:

35 mm

Larinġ:

53 mm

B.   Skali ta'qies

L-iskali tal-qisien huma kif ġej:

Larinġ

Lumi

Mandarin

Kodiċi tad-daqs

Dijametru

(mm)

Kodiċi tad-daqs

Dijametru

(mm)

Kodiċi tad-daqs

Dijametru

(mm)

0

92–110

0

79–90

1-XXX

78 u akbar

1

87–100

1

72–83

1-XX

67–78

2

84–96

2

68–78

1 jew 1-X

63–74

3

81–92

3

63–72

2

58–69

4

77–88

4

58–67

3

54–64

5

73–84

5

53–62

4

50–60

6

70–80

6

48–57

5

46–56

7

67–76

7

45–52

6 (6)

43–52

8

64–73

 

 

7

41–48

9

62–70

 

 

8

39–46

10

60–68

 

 

9

37–44

11

58–66

 

 

10

35–42

12

56–63

 

 

 

 

13

53–60

 

 

 

 

Il-frott taċ-ċitru jista' jiġi ppakkjat bl-għadd. F'dan il-każ, sakemm titħares l-uniformità tal-qies rikjesta fil-punt C tat-Titolu III, il-firxa ta' daqsijiet fil-pakkett tista' taqa' barra minn kodiċi ta' daqs wieħed, iżda bejn żewġ kodiċi biswit xulxin.

C.   Uniformità

L-uniformità fid-daqs tintlaħaq permezz tal-iskali ta' daqs imsemmija hawn fuq, sakemm ma jingħadx mod ieħor, kif ġej:

(i)

għal frott imqiegħed f'safef regolari, f'pakketti jew pakketti ta' unità għall-konsumatur, id-differenza bejn l-iżgħar u l-akbar frotta fl-istess pakkett, fl-istess kodiċi ta' daqs jew, fil-każ tal-frott taċ-ċitru ppakkjati skont l-għadd, li jaqgħu taħt żewġ kodiċijiet biswit xulxin, ma għandhomx ikunu aktar mill-ammonti massimi li ġejjin:

 

Kodiċi tad-daqs

Differenza massima bejn il-frott fl-istess pakkett

(f'mm)

Lumi

0 sa 7

7

Mandarin

1-XXX-4

5 sa 6

7 sa 10

9

8

7

Larinġ

0 sa 2

3 sa 6

7 sa 13

11

9

7

(ii)

għal frott mhux mqiegħed f'safef regolari, f'pakketti jew pakketti ta' unitajiet riġidi għall-konsumaturi, id-differenza bejn l-iżgħar u l-akbar frotta fl-istess pakkett ma għandhiex tkun aktar mill-varjetà ta' gradi ta' daqs adattat fl-iskala tad-daqs, jew, fil-każ tal-frott taċ-ċitru ppakkjat skont l-għadd, il-varjetà f'mm ta' wieħed jew tnejn mill-kodiċi biswit xulxin ikkonċernati;

(iii)

għal frott fil-kontenituri bl-ingrossa u l-frott ġo pakketti ta' unità mhux riġidi għall-konsumaturi (basktijiet tax-xibka, basktijiet, eċċ.), id-differenza massima fid-daqs bejn l-iżgħar u l-akbar frotta fl-istess lott jew pakkett ma għandhiex tkun aktar mill-varjetà miksuba billi jinġabru tliet gruppi konsekuttivi ta' daqsijiet fl-istess skala ta' daqs.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

5 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott taċ-ċitru illi ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Il-Klassi I

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(iii)   Il-Klassi II

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott taċ-ċitru li la jissodisfa la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni tal-prodotti affettwati minn taħsir jew deterjorament li ma jħalluhx tajjeb għall-konsum. F'din it-tolleranza, il-massimu ta' 5 % huwa permess għall-frott li juri ftit ħsara superfiċjali li ma tfiqx, jew li jkollu qatgħat niexfa u frott imkemmex u midbiel.

B.   Tolleranzi tad-daqs

Għall-klassijiet u t-tipi kollha ta' preżentazzjoni: 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott taċ-ċitru korrispondenti mal-qies immedjatament taħt u/jew fuq dak (jew dawk, fil-każ tal-kombinazzjoni ta' tliet qisien) imsemmija fuq il-pakketti huwa permess.

F'kull każ, it-tolleranza ta' 10 % tapplika biss għal frott mhux iżgħar mill-minimi segwenti:

Lumi:

43 mm

Mandarin, eskluż il-klementin:

43 mm

Klementin:

34 mm

Larinġ:

50 mm

V.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih frott taċ-ċitru biss tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u qies, u konsiderevolment tal-istess grad ta' sajran u żvilupp.

Barra minn hekk, għall-Klassi ‘Extra’, l-uniformità fil-lewn hija meħtieġa.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.

B.   L-ippakkjar

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Jekk il-frott ikun imkebbeb, irqiq, niexef, ġdid jew mingħajr riħa (7) trid tintuża karta.

L-użu ta' sostanzi li għandhom tendenza li jimmodifikaw karatteristiċi naturali tal-frott taċ-ċitru, speċjalment it-togħma jew ir-riħa tiegħu (7), huwa projbit.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju. Għaldaqstant, il-preżentazzjoni ta' fergħa ċkejkna (mhux tal-injam) bi ftit weraq ħodor imqabbdin magħha hija permessa.

Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.

C.   Preżentazzjoni

Il-frott taċ-ċitru jista' jiġi ppreżentat:

(a)

imqiegħed f'safef regolari f'pakketti;

(b)

mhux imqiegħed f'safef regolari f'pakketti jew fi bramel kbar. Din il-preżentazzjoni hi permessa biss għall-Klassijiet I u II;

(ċ)

f'pakketti individwali ta' piż ta' mhux aktar minn 5 kg għal bejgħ dirett lill-konsumatur jew

magħmula minn għadd ta' frott, jew

magħmula minn piż nett tal-pakkett.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati leġġibbli u indellibbli, u viżibbli minn barra.

A.   L-identifikazzjoni

Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   It-tip tal-prodott

L-isem tal-ispeċi jekk il-prodott ma jkunx viżibbli minn barra, minbarra l-mandarin li għalih l-isem tal-ispeċi jew il-varjetà (fejn applikabbli) hija obbligatorja,

Isem il-varjetà, għal-larinġ,

L-isem tat-tip:

għal-lumi: l-indikazzjoni ‘Verdelli’ u ‘Primofiore‘ fejn xieraq,

għall-klementin: l-indikazzjoni ‘Klementin, bla żerriegħa’, ‘Klementin’ (1 sa 10 żerriegħat), ‘Klementing biż-żerriegħa’ (aktar minn 10 żerriegħat) fejn xieraq.

C.   L-orġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

Il-klassi.

Il-kodiċi tal-qies għall-frott ippreżentat skont l-iskala tal-qies jew l-ogħola u l-anqas limitu tal-kodiċi tal-qies fil-każ tat-tliet qisien konsekuttivi tal-iskala tal-qies.

Il-kodiċi tad-daqs (jew, meta l-frott li jkun ippakkjat skont l-għadd jaqa' f'żewġ kodiċi biswit xulxin, il-kodiċijiet ta' daqs jew dijametru minimu u massimu) u l-għadd ta' frott, fil-każ ta' frott imqiegħed f'safef fil-pakkett,

Meta jkun użat, aċċenn għall-aġent ta' preservazzjoni u s-sustanzi kimiċi l-oħra użati fl-istadju ta' wara l-ħsad.

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiv).

Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqiegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 3:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAL-KIWI

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott tal-kiwi tal-varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-Actinidia chinensis (Planch.) u Actinidia deliciosa (A. Chev., C.F. Liang u A.R. Ferguson) li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż il-frott tal-kiwi għall-ipproċessar industrijali.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti fejn jirrigwarda l-kwalità tal-frott tal-kiwi wara l-proċess tat-tħejjija u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi ta' kwalità

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott tal-kiwi jrid ikun:

intatt (iżda mingħajr pedunklu),

f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew minn deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli,

prattikament ħieles mill-pesti,

prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti,

adegwatament sod: mhux artab, imkemmex jew imxarrab,

iffurmat tajjeb, frott doppju/multiplu eskluż,

ħieles minn indewwa esterna annormali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott tal-kiwi jrid ikunu tali li jgħinuh:

jifilaħ għat-trasport u l-maniġġ, u

jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Rekwiżiti minimi ta' maturità

Il-frott tal-kiwi għandu jkun żviluppat biżżejjed u juri sajran sodisfaċenti. Sabiex jissodisfa dan ir-rekwiżit, il-frott irid jilħaq grad ta' sajran:

fl-istadju tal-ippakkjar fir-reġjun tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni sussegwenti mill-pakkjatur, kif ukoll fl-istadju tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, b'tal-anqas 6,2 Brix jew medja ta' kontenut ta' materja xotta ta' 15 %,

fl-istadji l-oħra kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, b'tal-anqas 9,5 Brix.

C.   Klassifikazzjoni

Il-frott tal-kiwi huwa kklassifikat fi tliet klassijiet definit aktar 'l isfel.

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun żviluppat tajjeb u jkollu l-karatteristiċi kollha u l-lewn tipiku tal-varjetà.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0,8 jew akbar.

(ii)   Il-Klassi I

Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun sod u l-laħam irid ikun perfettament tajjeb.

Id-difetti żgħar segwenti, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma (iżda mingħajr nefħiet jew diformazzjonijiet),

difett żgħir fit-tilwin,

difetti superfiċjali fil-qoxra, sakemm l-erja totali affettwata ma taqbiżx 1 ċm2,

'Hayward mark' żgħira qisha linja lonġitudinali u mingħajr ħotob 'il barra.

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0,7 jew akbar.

(iii)   Il-Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott tal-kiwi li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-frott għandu jkun raġonevolment sod u l-laħam m'għandux juri difetti serji.

Id-difetti segwent jistgħu jkunu permessi sakemm il-frott tal-kiwi jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fit-tilwin,

difetti fil-qoxra, bħal qtugħ żgħir jew brix, sakemm l-erja totali affettwata ma taqbiżx iż-2 ċm2,

‘Hayward marks’ ħafna aktar qawwija bi b'ħotob ħfief,'

dbabar ħfief.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Id-daqs jiġi determinat skont il-piż tal-frott.

Il-piż minimu għall-Klassi 'Extra' huwa ta' 90 g, għall-Klassi I huwa ta' 70 g u għall-Klassi II huwa ta' 65 g.

Id-differenza fil-piż bejn l-akbar u l-iżgħar frotta f'pakkett wieħed ma tridx taqbeż:

l-10 g għall-frott li jiżen sa 85 g,

l-15 g għall-frott li jiżen bejn 85 g u 120 g,

l-20 g għall-frott li jiżen bejn 120 g u 150 g,

l-40 g għall-frott li jiżen 150 g jew aktar,

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

5 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-klassi, iżda li jossodisfa dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Il-Klassi I

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda jissodisfa dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(iii)   Il-Klassi II

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax la l-kondizzjonijiet tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodott affettwat bit-taħsir, dbabar qawwija jew kull deterjorament ieħor li ma jħallihx tajjeb għall-konsum.

B.   Tolleranzi tad-daqs

Għall-klassijiet kollha: 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fejn jidħlu l-piż minimu u/jew il-firxa tal-qisien speċifikata.

Madanakllu, il-frott irid ikun ta' daqs immedjatament taħt jew fuq id-daqs indikat jew, fil-każ tal-iżgħar daqs, ma jridx jiżen anqas minn 85 g fil-Klassi 'Extra', 67 g fil-Klassi I u 62 g fil-Klassi II.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frott tal-kiwi tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.

B.   L-ippakkjar

Il-frott tal-kiwi jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjal, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikkettar isiru b'linka jew kolla li m'humiex tossiċi.

Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.

C.   Preżentazzjoni

Fil-Klassi ‘Extra’ il-frott irid ikun ippreżentat separatament minn xulxin, u rranġat b'mod regolari fuq saff wieħed.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett irid ikollu fuqu dawn id-dettalji li ġejjin, b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġibbli u indelibbli, u viżibbli minn barra:

A.   L-identifikazzjoni

Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   It-tip tal-prodott

‘Frott tal-kiwi’, ‘Actinidia’ jew denominazzjoni ekwivalenti, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra,

isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-orġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

il-klassi,

id-daqs espress bil-piż minimu u massimu tal-frott,

għadd ta' prodotti (fakultattiv).

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).

Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqiegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 4:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦASS, INDIVJA BIL-WERAQ MIBRUM U INDIVJA BIL-WERAQ WIESA'(BATAVIAN)

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal:

ħass ta' varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra minn:

Lactuca sativa L. var. capitata L. (ħass (kaboċċjat) inkluż ħass tat-tip ‘Iceberg’).

Lactuca sativa L. var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine),

Lactuca sativa L. var. crispa L. (ħass għat-tqattigħ) u

inkroċji bejn dawn il-varjetajiet,

indivja bil-weraq mibrum tal-varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra miċ-Cichorium endivia L. var. crispum Lam.,

indivja bil-weraq wiesa' (Batavian) (escaroles) tal-varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra miċ-Cichorium endivia L. var. latifolium Lam.,

li għandhom jitfornew friski lill-konsumatur.

Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati werqa werqa jew ħass fil-qsari.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti dwar il-kwalità għall-prodotti wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-kategoriji kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, il-prodott irid ikun:

intatti,

f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew minn deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi,

nadif u mnaddaf, jiġifieri prattikament ħieles mill-ħamrija jew kull mezz ieħor ta' tkabbir u ħieles minn kull materja estranja viżibbli,

friski fid-dehra,

minfuħ,

prattikament ħieles mill-pesti,

prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti,

mhux fi stat li jinbidel f'żerriegħa

ħieles minn indewwa esterna annormali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

Fil-każ tal-ħass, jitħalla telf ta' lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jolqotx b'mod serju d-dehra tal-prodott.

L-għeruq iridu jinqatgħu qrib il-bażi tal-weraq ta' barra u l-qatgħa trid tkun pulita.

Il-prodott irid ikun ta' żvilupp normali.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodott irid ikunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u

jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Klassifikazzjoni

Il-prodotti huma kklassifikati fiż-żewġ kategoriji definiti hawn taħt:

(i)   Il-Klassi I

Il-prodotti f'din il-klassi jrid ikunu ta' kwalità tajba. Huma jrid ikunu karatteristiċi tal-varjetà jew tat-tip kummerċjali, speċjalment fil-lewn.

Il-prodotti jrid ikunu wkoll:

iffurmati tajjeb,

sodi, waqt li jitqiesu l-metodi ta' kultivazzjoni u t-tip tal-prodott,

ħielsa minn ħsara jew deterjorament li ma jħalluhomx tajbin biex jittieklu,

ħielsa minn ħsara mill-ġlata.

Il-ħass kaboċċjat irid ikollu qalba wahda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta' ħass ikkaboċċjat li jitkabbar taħt protezzjoni, il-qalba tista' tkun żgħira.

Il-ħass Cos irid ikollu qalba, li tista' tkun żgħira.

Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa' (Batavian) trid tkun lewn isfar.

(ii)   Il-Klassi II

Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għad-dħul fil-Klassi I, iżda jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi speċifikati hawn fuq.

Il-prodotti jrid ikunu:

raġonevolment iffurmati sew,

ħielsa minn ħsara u deterjorament li b'mod serju ma jħalluhomx ikunu tajbin biex jittieklu.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jitħallew sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti żgħar fil-lewn,

ħsara ħafifa kkważata mill-pesti.

Il-ħass ikkaboċċjat irid ikollu qalba, li tista' tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta' ħass ikkaboċċjat li jitkabbar taħt protezzjoni, in-nuqqas ta' qalba jista' jkun permess.

Il-ħass Cos jista' ma jurix qalba.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Id-daqs ikun iddeterminat mill-piż ta' unità waħda.

A.   Piż minimu

Il-piż minimu għall-Klassijiet I u II huwa:

 

Imkabbra fil-beraħ

Imkabbra taħt protezzjoni

Ħass ikkaboċċjat (mbarra ħass tat- tip ‘crisphead’ jew ‘Iceberg’) u ħass Cos jew Romaine (eskluż ħass tat-tip ‘Little gem’)

150 g

100 g

Ħass tat-tip ‘crisphead’ u ‘Iceberg’

300 g

200 g

Ħass għat-tqattigħ (leaf lettuces) u ħass ‘Little gem’

100 g

100 g

Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa' (Batavian)

200 g

150 g

B.   Uniformità

(a)

Ħass

Fil-kategoriji kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f' kull pakkett ma tridx taqbeż:

40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità,

100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità,

150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità,

300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità,

(b)

Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa' (Batavian)

Fil-kategoriji kollha, id-differenza bejn l-eħfef u l-itqal unità f'kull pakkett ma tridx taqbeż it-300 g.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Il-Klassi I

10 % fl-għadd ta' unitajiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal- Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Il-Klassi II

10 % fl-għadd ta' unitajiet li ma jissodisfawx la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti mimsusa minn taħsir jew deterjorament ieħor li ma jħalluhomx tajbin għall-konsum.

B.   Tolleranzi tad-daqs

Fil-klassijiet kollha, 10 % fl-għadd ta' unitajiet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet dwar id-daqs, iżda li ma jkunux jiżnu aktar jew anqas minn 10 % tal-piż inkwistjoni.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs.

Madankollu, tista' tkun ippakkjata flimkien taħlita tat-tipi differenti ta' prodotti deskritti f'dan l-istandard, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip konċernat, fid-daqs. Barra minn hekk, it-tipi għandhom ikunu jintgħarfu wieħed mill-ieħor b'mod ċar u l-proporzjon ta' kull tip fil-pakkett għandu jkun jidher mingħajr ma ssir ħsara lill-pakkett.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.

B.   L-ippakkjar

Il-prodotti jrid ikunu ppakkjati b'mod li jkunu protetti kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjal, partikolarment ta' karta jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew it-tikkettjar ikun sar b'linka jew kolla mhux tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.

Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.

C.   Preżentazzjoni

Il-prodotti ppreżentati f'aktar minn saff wieħed jistgħu jkunu ppakkjati bil-qiegħ ta' wieħed fuq il-qalba tal-ieħor sakemm is-safef jew l-irjus ikunu protetti jew separati kif ikun xieraq.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b'mod leġġibbli u indellibbli, u viżibbli minn barra.

A.   L-identifikazzjoni

Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   It-tip tal-prodott

‘Ħass’, Ħass ‘Butterhead’, ‘Batavia’, ‘Ħass Iceberg’, ‘Ħass Cos’, ‘Ħass għat-tqattigħ’ (jew, pereżempju u fejn xieraq, ‘Werqa tal-ballut’, ‘Lollo bionda’, ‘Lollo rossa’, ‘Indivja bil-weraq mibrum’ jew ‘indivja bil-weraq wiesa (Batavian)’ jew sinonimi jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra

‘Little gem’ fejn xieraq jew sinonimi oħra

Indikazzjoni ‘imkabbra taħt protezzjoni’, jew xi indikazzjoni oħra xierqa, meta jkun il-każ

Isem il-varjetà (fakultattiv)

Meta tipi differenti ta' prodotti jkunu mħallta flimkien:

l-indikazzjoni ‘insalati imħallta’, jew,

l-indikazzjoni ta' kull tip ta' prodott, u, fejn il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra, l-indikazzjoni tal-għadd ta' biċċiet minn kull tip.

C.   L-orġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

il-klassi

id-daqs, espress mill-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta' unitajiet

il-piż nett (fakultattiv).

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).

Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 5:   L-ISTANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦAWĦ U Ċ-NUĊIPRISK

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal ħawħ u n-nuċiprisk (8) imkabbra minn varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) ta' Prunus persica Sieb. u Zucc., li għandhom jitfornew friski lill-konsumatur, eskluż il-ħawħ u n-nuċiprisk għal ipproċessar industrijali.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ

L-għan tal-livell hu sabiex jiddeffinixxi r-rekwiżiti ta' kwalità għall-ħawħ u n-nuċipresk wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi ta' kwalità

Fil-klassijiet kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-ħawħ u n-nuċipresk irid ikunu:

intatti,

f'saħħithom; prodotti affettwati mit-taħsir jew minn deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli,

prattikament ħielsa minn pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

ħielsa minn indewwa esterna annormali,

ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

Ħawħ u nuċipresk irid ikunu nqatgħu bil-galbu.

L-żvilupp u l-istat tal-ħawħ u n-nuċipresk għandhom ikunu tali sabiex ikunu jistgħu:

jifilħu għat-trasport u l-maniġġ, u

jaslu f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Rekwiżiti minimi ta' maturità

Il-ħawħ u nuċiprisk irid ikunu żviluppati biżżejjed u juru sajran sodisfaċenti.

L-iżvilupp u l-istat tal-maturità tal-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikunu tali li jippermettulhom ikomplu l-proċess tas-sajran u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran. Sabiex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit l-indiċi refrattometru tal-laħam, imkejjel fil-punt mezzan tal-frotta fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 8 oBrix jew akbar u s-sodezza għandha tkun anqas minn 6,5 kg imkejla bi planġer ta' 8 mm dijametru (0,5cm2) f'żewġ punti tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta.

C.   Klassifikazzjoni

Il-ħawħ u n-nuċiprisk huma kklassifikati fi tlett klassijiet kif imfissra taħt:

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

Il-ħawħ u n-nuċipresk f'din il-klassi jrid ikunu ta' kwalità superjuri. Fil-forma, żvilupp u lewn irid ikunu tipiċi tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikunu mkabbra. Irid ikunu mingħajr difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali żgħar ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx l-apparenza ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tiegħu fil-pakkett.

(ii)   Il-Klassi I

Il-ħawħ u n-nuċipresk f'din il-klassi jrid ikunu ta' kwalità tajba. Irid ikunu karatteristiċi tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikunu mkabbra. Madankollu, difett żgħir fil-forma, żvilupp jew lewn jista' jitħalla.

Il-laħam irid ikun kompletament f'saħħtu.

Il-ħawħ u n-nuċipresk maqsuma minn fejn iz-zokk jaqbad mal-frotta jkunu esklużi.

Difetti żgħar fil-qoxra, madankollu, jistgħu jitħallew sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tiegħu fil-pakkett u li ma jaqbżux:

1 ċm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

0,5 ċm2 f'erja totali għal difetti oħra.

(iii)   Il-Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-ħawħ u n-nuċipresk li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam tal-frotta ma għandux juri xi difetti serji. Il-frott maqsum minn fejn iz-zokk jaqbad mal-frotta huwa permess biss b'rabta mat-tolleranzi tal-kwalità.

Id-difetti segwenti fil-qoxra jistgħu jitħallew sakemm il-ħawħ u nuċipresk iżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni u ma jaqbżux:

2 ċm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

1,5 ċm2 f'erja totali għal difetti oħra.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit b':

ċirkumferenza, jew

dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.

Il-ħawh u n-nuċipresk irid ikunu ggradat skont l-iskala segwenti:

Dijametru

Qisien

(kodiċi)

Ċirkumferenza

90 mm u aktar

AAAA

28 ċm u aktar

80 mm u aktar iżda taħt id-90 mm

AAA

25 ċm u aktar iżda taħt it-28 mm

73 mm u aktar iżda taħt it-80 mm

AA

23 ċm u aktar iżda taħt il-25 ċm

67 mm u aktar iżda taħt it-73 mm

A

21 ċm u aktar iżda taħt it-23 mm

61 mm u aktar iżda taħt is-67 mm

B

19 ċm u aktar iżda taħt il-21 ċm

56 mm u aktar iżda taħt il-61 mm

C

17,5 ċm u aktar iżda taħt id-19 ċm

51 mm u aktar iżda taħt is-56 mm

D

16 ċm u aktar iżda taħt is-17,5 ċm

Id-daqs minimu permess ghall-klassi 'Extra' huwa ta' 17,5 ċm (ċirkumferenza) jew 56 mm (dijametru).

Daqs D (51 mm jew iżjed iżda anqas minn 56 mm ta' dijametru jew 16 ċm u iżjed iżda anqas minn 17,5 ċm ċirkumferenza) mhux permess fil-perijodu bejn l-1 ta' Lulju to l-31 ta' Ottubru.

Għandu jingħata daqs f'kull klassi.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Jistgħu jiġu permessi tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

5 % fl-għadd jew fil-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk ta' Klassi I, jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Il-Klassi I

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk ta' Klassi II, jew, eċċezzjonalment, li huma skont it-tolleranzi għal dik il-klassi.

(iii)   Il-Klassi II

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li ma jissodisfawx la lr-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni tal-frott milqut bit-taħsir, tbabar sew jew kull deterjorament ieħor li ma jħalluhomx tajbin għall-kunsum.

B.   Tolleranzi tad-daqs

Għall-klassijiet kollha, 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-ħawħ jew tan-nuċiprisk sa mhux aktar minn 1 ċm aktar jew anqas mid-daqs iddikjarat fuq il-pakkett fil-każ ta' kejl taċ-ċirkomferenza u sa mhux aktar minn 3 mm aktar jew anqas fil-każ ta' kejl tad-dijametru. Madankollu, għal frott fl-iżgħar daqs, din it-tolleranza għandha tapplika biss għal ħawħ jew in-nuċiprisk ta' daqs iżgħar b'mhux aktar minn 6 mm (ċirkunferenza) jew 2 mm (dijametru) mid-daqs minimu speċifikat.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss ħawħ jew nuċiprisk tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, grad ta' sajran u daqs, u għall-klassi ‘Extra’, il-kontenut irid ikun uniformi fil-lewn.

Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   L-ippakkjar

Il-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikunu ppakkjati b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.

C.   Il-preżentazzjoni

Il-ħawħ u n-nuċiprisk jistgħu jkunu ppreżentati:

f'pakketti żgħar ta' unità,

f'saff wieħed, fil-każ tal-Klassi ‘Extra’; kull frotta individwali f'din il-klassi għandha tkun isseparata minn dawk ta' madwarha.

Fil-Klassijiet I u II:

f'saff wieħed jew tnejn, jew

f'mhux aktar minn erba' safef meta l-frott ikun mqiegħed f'riċipjenti riġidi rranġati b'tali mod li ma jserrħux fuq il-bqija tal-frott fis-saff immedjat ta' taħthom.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett irid ikollu d-dettalji li ġejjin f'ittri fuq l-istess naħa, stampati leġibbli u indelibbli u viżibbli minn barra:

A.   L-identifikazzjoni

Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   It-tip tal-prodott

‘Ħawħ’ jew ‘nuċiprisk’, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra,

il-lewn tal-laħam,

isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-orġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

il-klassi,

daqs espress f'dijametri minimi u massimi jew ċirkumferenza minima u massima jew skont il-kodifikar stabbilit fit-Taqsima III ‘Dispożizzjonijiet dwar id-daqs’,

għadd ta' unitajiet (fakultattiv),

kontenut minimu ta' zokkor, imkejjel b'refrattrometru u espress fi gradi ta' Brix (fakultattiv),

sodezza massima, imkejjla b'penetrometru u espressa f'kg/0,5 ċm2 (fakultattiv),

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).

Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 6:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAL-LANĠAS

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal lanġas ta' varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbrin mill-Pyrus communis L. li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż il-lanġas għall-ipproċessar industrijali.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinjixxi r-rekwiżiti ta' kwalità, wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, skont id-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandu jkun:

intatt,

f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew minn deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli,

prattikament ħieles minn pesti,

prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti,

ħieles minn indewwa esterna annormali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

Barra minn hekk, irid ikun inqata' bil-galbu.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li tippermettilu:

ikompli jsir u jilħaq l-istat misjur meħtieġ skont il-karatteristiċi tal-varjetà,

jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ u

jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Klassifikazzjoni

Il-lanġas huwa kklassifikati fi tliet klassijiet definit hawn taħt.

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

Lanġas f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Fil-forma, fid-daqs u l-lewn, irid ikun bl-istess karatteristiċi tal-varjetà u jrid ikun b'zokk intatt.

Il-laħam irid ikun perfettament f'saħħtu, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa (9).

Irid ikun ħieles minn difetti ħlief xi difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Il-lanġas ma jridx ikun imrammel.

(ii)   Il-Klassi I

Il-lanġas ta' din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Fil-forma, daqs u l-lewn, irid ikun karatteristiku tal-varejtà.

Il-laħam irid ikun perfettament f'saħħtu, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa (9).

Id-difetti żgħar segwenti, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakketti:

difett żgħir fil-forma tagħom,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difett żgħir fit-tilwin,

difetti żgħar fil-qoxra li m'għandhomx ikun aktar minn:

2 ċm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

1 cm2 tal-erja totali tal-wiċċ għal difetti oħrajn, ħlief l-iskorċa (Venturia pirina u V. inaequalis), li ma teċċedix iż-0,25 cm2 tal-erja totali tal-wiċċ,

dbabar żgħir li ma teċċedix iċ-1 ċm2 tal-erja totali tal-wiċċ u li ma jkunux tilfu l-lewn.

Iz-zokk jista' jkollu ħsara żgħira.

Il-lanġas ma jridx ikun imrammel.

(iii)   Il-Klassi II

Din il-klassi tiġbor fiha lanġas li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti kbar.

Id-difetti li ġejjin huma awtorizzati sakemm il-frott iżomm il-karatteristiċi essenzali tiegħu dwar il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp,

difetti fit-tilwin,

ftit ħmura samranija raffa (9),

id-difetti tal-qoxra m'għandhomx ikunu akbar minn:

4 ċm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

2,5 cm2 tal-erja totali tal-wiċċ għal difetti oħrajn, ħlief l-iskorċa (Venturia pirina u V. inaequalis), li ma teċċedix iż-0,25 cm2 tal-erja totali tal-wiċċ,

dbabar ħafif li ma jeċċedux iċ-1 cm2 tal-wiċċ totali li jista' jkun tilef ħarira fil-lewn.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.

Daqs minimu huwa meħtieġ għal kull klassi kif ġej:

 

‘Extra’

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta' frott kbir (10)

60 mm

55 mm

55 mm

Varjetajiet oħra

55 mm

50 mm

45 mm

Eċċezzjonalment, u għal lanġas tas-sajf inklużi fl-anness għal dan l-istandard, l-ebda daqs minimu ma hu se jiġi stabbilit għal kunsinni maħsuda u kunsinnati bejn l-10 ta' Ġunju u l-31 ta' Lulju (inklużi) fi kwalunkwe sena.

Biex jiġi żgurat li jkun hemm uniformità ta' daqs f'pakkett, id-differenza fid-dijametru bejn frott fl-istess pakkett għandha tkun ristretta għal:

5 mm għall-frott tal-Klassi Extra u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef,

10 mm għal frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f'pakketti għall-bejgħ.

Ma hemmx limitu dwar uniformità fid-daqsijiet għal frott tal-Klassi II ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f'pakketti għall-bejgħ.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

5 % fl-għadd jew fil-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Il-Klassi I

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi. Madankollu, lanġas mingħajr żokk ma humiex inklużi f'din it-tolleranza.

(iii)   Il-Klassi II

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-lanġas li ma jissodisfax la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, ħlief prodotti affettwati mit-taħsir jew xi deterjorament ieħor li ma jħalluhx tajjeb għal konsum.

Fil-limiti ta' din it-tolleranza, massimu ta' 2 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott huwa permess li juri d-difetti li gejjin:

ħsara ħafifa jew xquq li ma ssewwewx,

traċċi żgħar ħafna ta' taħsir,

il-preżenza ta' pesti li jieklu mill-intern u/jew ħsara fil-laħam ikkawżata mill-pesti.

B.   Tolleranzi tad-daqs

Għall-klassijiet kollha:

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frott li jikkorrespondi mad-daqs immedjatament aktar jew anqas minn dak immarkat fuq il-pakkett, li, għal frott ikklassifikat fl-iżgħar grad permessa varjazzjoni massima ta' 5 mm anqas mill-minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontentut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà,, kwalità u daqs (jekk ikun skont id-daqs) u l-istess livell ta' sajran.

Fil-każ tal-Klassi 'Extra', l-uniformità tapplika wkoll għal tilwin.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.

B.   L-ippakkjar

Il-lanġas irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.

Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.

C.   Il-preżentazzjoni

Frott tal-Klassi ‘Extra’ jrid ikun ippakkjat f'ringieli u safef.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett irid ikollu fuqu dawn id-dettalji li ġejjin, b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġibbli u indelibbli, u viżibbli minn barra:

A.   L-identifikazzjoni

Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza 'Pakkjatur u/jew Speditur' (jew taqsiriet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   It-tip tal-prodott

‘Lanġas’ jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra,

isem il-varjetà.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

il-Klassi,

id-daqs jew, għal frott ippakkjat f'ringieli u safef, l-għadd ta' unità.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għal prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi;

(b)

għal prodotti mhux soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala d-dijametru tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwita bi ‘u akbar’ jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, bid-dijametru tal-akbar frotta fil-pakkett.

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).

Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

Appendiċi

1.   Kriterji tad-daqs

L

=

Varjetà ta' frott kbir

SP

=

Lanġasa tas-sajf, li għaliha daqs minimu m'huwiex meħtieġ fir-rigward ta' kunsinni maħsuda u kunsinnati bejn l-10 ta' Ġunju u l-31 ta' Lulju ta' kwalunkwe sena.

2.   Lista mhux eżawrjenti ta' varjetarjiet tal-lanġas ta' frotta kbira u tas-sajf ikklassifikati skont il-kriterji tagħhom tad-daqs

Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fil-lista jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritti fit-Taqsima III tal-istandard.

Uħud mill-varjetajiet imniżżla fil-lista li segwenti jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b'ismijiet kummerċjali li għalihom kien intalbet jew inkisbet il-protezzjoni ta' trademark f'xi pajjiż jew pajjiżi. L-ewwel u t-tieni kolonna tat-tabella ta' hawn taħt ma humiex intiżi li jinkludu ismijiet kummerċjali. Referenzi għal trademarks magħrufa ġew inklużi fit-tielet kolonna għall-iskopijiet ta' tagħrif biss.

Varjetà

Sinonimi

Isem kummerċjali

Daqs

Abbé Fétel

Abate Fetel

 

L

Abugo o Siete en Boca

 

 

SP

Akςa

 

 

SP

Alka

 

 

L

Alsa

 

 

L

Amfora

 

 

L

Alexandrine Douillard

 

 

L

Bergamotten

 

 

SP

Beurré Alexandre Lucas

Lucas

 

L

Beurré Bosc

Bosc, Beurré d'Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexandre

 

L

Beurré Clairgeau

 

 

L

Beurré d'Arenberg

Hardenpont

 

L

Beurré Giffard

 

 

SP

Beurré précoce Morettini

Morettini

 

SP

Blanca de Aranjuez

Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla

 

SP

Carusella

 

 

SP

Castell

Castell de Verano

 

SP

Colorée de juillet

Bunte Juli

 

SP

Comice rouge

 

 

L

Concorde

 

 

L

Condoula

 

 

SP

Coscia

Ercolini

 

SP

Curé

Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana

 

L

D'Anjou

 

 

L

Dita

 

 

L

D. Joaquina

Doyenné de juillet

 

SP

Doyenné d'hiver

Winterdechant

 

L

Doyenné du comice

Comice, Vereinsdechant

 

L

Erika

 

 

L

Etrusca

 

 

SP

Flamingo

 

 

L

Forelle

 

 

L

Général Leclerc

 

Amber GraceTM

L

Gentile

 

 

SP

Golden Russet Bosc

 

 

L

Grand champion

 

 

L

Harrow Delight

 

 

L

Jeanne d'Arc

 

 

L

Josephine

 

 

L

Kieffer

 

 

L

Leonardeta

Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon

 

SP

Lombacad

 

Cascade®

L

Moscatella

 

 

SP

Mramornaja

Mramornoje

 

L

Mustafabey

 

 

SP

Packham's Triumph

Williams d'Automne

 

L

Passe Crassane

Passa Crassana

 

L

Perita de San Juan

 

 

SP

Pérola

 

 

SP

Pitmaston

Williams Duchesse

 

L

Précoce de Trévoux

Trévoux

 

SP

Président Drouard

 

 

L

Rosemarie

 

 

L

Santa Maria

Santa Maria Morettini

 

SP

Spadoncina

Agua de Verano, Agua de Agosto

 

SP

Taylors Gold

 

 

L

Triomphe de Vienne

 

 

L

Williams Bon Chrétien

Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett

 

L

PARTI 7:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FRAWLI

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard ta' kwalità japplika għall-frawli ta' varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-ġenus Fragaria L. li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż frawli intiż għall-ipproċessar industrijali.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tal-kkwalità fejn jirrigwarda l-kwalità tal-frawli wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frawli jrid ikun:

intatt,

f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew mid-deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli,

friski fid-dehra, iżda mhux maħsula,

prattikament ħieles mill-pesti,

prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti,

bil-berkun (ħlief fil-każ ta' frawli selvaġġ); il-berkun u z-zokk (jekk ikunu hemm) irid ikunu friski u ħodor,

ħieles minn indewwa esterna annormali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

Il-frawli jrid ikun inqata' bil-galbu.

Irid ikun żviluppat biżżejjed u juri sajran sodisfaċenti. L-iżvilupp u l-kundizzjoni jrid ikunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u

jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Klassifika

Il-frawli jiġi kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

Il-frawli ta' din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun ileqq fl-apparenza, u jippermetti l-karatteristiċi tal-varjetà.

Irid ikun ħieles mill-ħamrija.

Irid ikun ħieles minn difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jkunux jaffettwaw id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Il-Klassi I

Il-frawli f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Fejn jidħol il-lewn u l-forma, irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Id-difetti żgħar segwenti, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakketti:

difett żgħir fil-forma,

roqgħa bajda, li ma teċċedix wieħed minn għaxra tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,

marki żgħar ta' tagħfis fil-wiċċ.

Irid ikun prattikament ħieles mill-ħamrija.

(iii)   Il-Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-frawli li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti segwent jistgħu jkunu permessi sakemm il-frawli jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

roqgħa bajda li ma tkunx akbar minn wieħed minn ħamsa tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,

dbabar ħafif xott li mhux probabbli li jinfirex,

traċċi żgħar ta' ħamrija.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Id-daqs hu determinat mid-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali.

Il-frawli jrid ikollu d-daqsijiet minimi li ġejjin:

il-Klassi ‘Extra’ 25 mm,

Klassijijet I u II: 18 mm.

Ma hemmx daqs minimu għall-frawli selvaġġ.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

5 % fl-għadd jew fil-piż tal-frawli li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi. Minn dawn il-5 % mhux aktar minn total ta' 2 % jista' jikkonsisti minn frott imħassar.

(ii)   Il-Klassi I

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi. Minn dawn l-10 %, mhux aktar minn total ta' 2 % jista' jikkonsisti minn frott imħassar.

(iii)   Il-Klassi II

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frawli li ma jissodisfax la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, ħlief prodotti affettwati mit-taħsir jew xi deterjorament ieħor li ma jħalluhx tajjeb għal konsum. Minn dawn l-10 %, mhux aktar minn total ta' 2 % jista' jikkonsisti minn frott imħassar.

B.   Tolleranzi tad-daqs

Għall-klassijiet kollha: 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-frawli li ma jikkonformax mad-daqs minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frawli tal-istess oriġini, varjetà u kwalità.

Fil-każ tal-Klassi ‘Extra’, il-frawli – bl-eċċezzjoni tal-frawli tal-bosk – irid ikun partikolarment uniformi u regolari fir-rigward tal-grad tas-sajran, lewn u daqs. Fil-Klassi I, il-frawli jistgħu jkunu anqas uniformi fid-daqs.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.

B.   L-ippakkjar

Il-frawli jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-frott tal-Klassi ‘Extra’ jrid ikun ippreżentat partikolarment tajjeb.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.

Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett irid ikollu fuqu dawn id-dettalji li ġejjin, b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġġibbli u indelibbli, u viżibbli minn barra:

A.   L-identifikazzjoni

Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   It-tip tal-prodott

‘Frawli’, jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-orġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

Il-klassi.

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).

Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqiegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 8:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BŻAR ĦELU

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal bżar ħelu ta' varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbrin mill-Capsicum annuum L. var. annuum, li għandu jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż il-bżar ħelu intiż għall-ipproċessar industrijali.

Skont l-għamla tagħhom issir distinzjoni bejn erba' tipi kummerċjali:

bżar ħelu tawwali (bil-ponta),

bżar ħelu kwadru (mingħajr ponta),

bżar ħelu kwadru li jkun ġej għall-ponta (parti ta' fuq għamla ta' labra tal-inxir),

bżar ħelu ċatt (bżar tadami).

II.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-bżar ħelu wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u għat-tolleranza permessa, il-bżar ħelu jrid ikun:

intatt,

f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew mid-deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli,

frisk fid-dehra,

prattikament ħieles mill-pesti,

prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti,

żviluppat sew,

ħieles mill-ħsarat ikkawżati mill-ġlata,

ħieles minn ħsarat li ma jkunux fiequ,

ħieles minn ħruq tax-xemx [ħlief għall l-ispeċifikazzjonijiet fil-Kapitolu B: Klassifikazzjoni, il-punt (ii)],

bil-pedunkuli mwaħħla,

ħieles minn indewwa esterna annormali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-bżar ħelu jrid ikunu tali li tippermettilu:

jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u

jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Klassifika

Il-bżar ħelu huwa klassifikat f'żewġ klassijiet, iddefiniti hawn taħt:

(i)   Il-Klassi I

Bżar ħelu f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali f'dak li jirrigwardja l-iżvilupp, il-forma u l-lewn b'kunsiderazzjoni xierqa tal-livell tas-sajran.

Irid ikun ukoll:

sod,

prattikament ħieles mit-tbajja'.

Il-pedunkulu jista' jkollu ħsara ħafifa jew jkun maqtugħ bil-berkun intatt.

(ii)   Il-Klassi II

Din il-klassi tinkludi bżar ħelu li ma jikkwalifikax sabiex ikun inkluż fil-Klassi I iżda jissodisfa r-rekwiżiti minimi speċifikati hawn fuq.

Id-difetti segwent jistgħu jkunu permessi sakemm il-bżar iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma u l-iżvilupp,

ħruq mix-xemx jew ħsarat żgħar li jkunu fiequ, b'limitu ta' 2 cm fit-tul tad-difetti tal-forma tawwalija, u 1 cm2 tal-erja tat-total għal difetti oħra,

xquq irqaq xotti superfiċjali li ma jeċċedux il-tul kumplessiv kumulattiv ta' 3 cm.

Jistgħu jkunu anqas iebsa mingħajr ma jidbielu.

Il-pedunkulu jista' jkollu ħsara jew ikun maqtugħ.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Il-qies huwa ddeterminat bid-dijametru tal-ispalla (wisa') tal-bżar ħelu. Fil-każ ta' bżar ħelu ċatt (bżar tadami) it-terminu ‘wisa’ jfisser id-dijametru ekwatorjali massimu.

Għal bżar ħelu li jkun tkejjel, id-differenza fid-dijametru bejn l-akbar u l-iżgħar bżar ħelu fl-istess pakkett ma jistax jeċċedi l-20 mm.

Il-wisa' tal-bżar ħelu ma jistax ikun anqas minn:

bżar ħelu tawwali (bil-ponta): 20 mm

bżar ħelu kwadru (ċatt) u bżar ħelu kwardu li jkun ġej għal ponta (parti ta' fuq f'għamla ta' labra tal-inxir): 40 mm

bżar ħelu ċatt (bżar tadami): 55 mm

It-tkejjil ma huwiex obbligatorju għall-Klassi II, bla ħsara għal qisien minimi.

Ir-rekwiżiti ta' daqs ma għandhomx japplikaw għal prodotti fiċ-ċokon (11).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Il-Klassi I

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Il-Klassi II

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-bżar ħelu li ma jissodisfax la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, ħlief prodotti affettwati mit-taħsir jew xi deterjorament ieħor li ma jħalluhx tajjeb għal konsum.

B.   Tolleranzi tad-daqs

(i)   Il-Klassi I

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-bżar ħelu li ma jkunx konformi mal-qisien identifikati fil-marġini ta' ± 5 mm inkluż mhux aktar minn 5 % tal-bżar ħelu anqas mid-daqs minimu kif stipulat.

(ii)   Il-Klassi II

Bżar ħelu skont id-daqs

10 % fl-għadd jew fil-piż tal-bżar ħelu li ma jkunx konformi mal-qisien identifikati fil-marġini ta' ± 5 mm inkluż mhux aktar minn 5 % tal-bżar ħelu anqas mid-daqs minimu kif stipulat.

Bżar ħelu mhux skont id-daqs

5 % fl-għadd jew fil-piż ta' bżar ħelu sa 5 mm iżgħar mid-daqs minimu stipulat.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikunu uniformi u jkun fih bżar ħelu biss tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità, daqs (jekk ikun skont id-daqs) u, fil-każ tal-Klassi I, konsiderevolment tal-istess livell ta' sajran u lewn.

Madankollu, taħlita ta' bżar ħelu ta' lewn differenti jistgħu jiġu ppakkjati f'daqqa, jekk għandhom l-istess oriġini, kwalità, tip kummerċjali u daqs (jekk ikun skont id-daqs).

Pakketti ta' piż nett li ma jeċċedix kilo għall-konsumaturi, jista' jkun fihom taħlitiet ta' bżar ħelu ta' lwien differenti u/jew tipi kummerċjali, sakemm ikunu uniformi f'termini ta' kwalità, u għal kull lewn u/jew tip kummerċjali konċernat, fl-oriġini.

Fil-każ ta' prodotti skont id-daqs, il-bżar ħelu tawwali għandu jkun ta' uniformità suffiċjenti fit-tul.

Bżar ħelu fiċ-ċokon irid ikun raġonevolment ta' daqs uniformi. Dan jista' jkun imħallat ma' prodotti fiċ-ċokon oħrajn ta' tip u oriġini differenti.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.

B.   L-ippakkjar

Il-bżar ħelu jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett irid ikollu fuqu dawn id-dettalji li ġejjin, b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, leġġibbli u indelibbli, u viżibbli minn barra:

A.   L-identifikazzjoni

Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   It-tip tal-prodott

Jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra:

‘Bżar ħelu’,

il-lewn,

it-tip kummerċjali (‘tawwali’, ‘kwadrat mhux għall-ponta’, ‘kwadrat għall-ponta’, ‘ċatt’) jew isem il-varjetà.

Fil-każ ta' pakketti jew pakketti għall-konsumatur li jkun fihom taħlita ta' lwien differenti u/jew tipi kummerċjali ta' bżar ħelu:

'Bżar imħallat', jew denominazzjoni ekwivalenti:

jekk il-kontenut mhux viżibbli minn barra, l-ilwien u/jew it-tipi kummerċjali tal-bżar ħelu u l-għadd ta' kull wieħed mill-ilwien u/jew it-tipi kummerċjali kkonċernati.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, iż-żona fejn tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' pakketti għall-konsumaturi li jkun fihom taħlita ta' bżar ħelu ta' lwien differenti u/jew tipi kummerċjali ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini jeħtieġilha tidher ħdejn isem il-lewn u/jew it-tip kummerċjali konċernat.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

Il-klassi

Id-daqs (jekk ikun skont id-daqs) espress bħala dijametri minimi u massimi jew il-marka ‘mhux skont id-daqs’ fejn xieraq

Fejn xieraq, ‘Bżar ċkejken’ (‘Mini peppers’ jew ‘Baby peppers’), jew termini oħra xierqa għall-prodott fiċ-ċokon. Fejn diversi tipi ta' prodotti żgħar ikunu mħallta fl-istess pakkett, il-prodotti kollha u l-oriġini rispettivi tagħhom għandhom ikunu msemmija.

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).

Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 9:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-GĦENEB

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-għeneb tal-mejda tal-varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbar minn Vitis vinifera L. li jitforna frisk lill-konsumatur, eskluż l-għeneb tal-mejda intiż għall-ipproċessar industrijali.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ

L-għan ta' dan l-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-għeneb tal-mejda wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, l-għenieqed u l-għenbiet irid ikunu:

f'saħħithom; prodotti affettwati mit-taħsir jew mid-deterjorament li ma jħalluhomx tajbin għall-konsum huma esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

ħielsa minn indewwa esterna annormali,

ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

Barra minn hekk, l-għenbiet irid ikun:

intatt,

iffurmat tajjeb,

żviluppat normali.

It-tilwin minħabba x-xemx ma jkunx difett.

L-għenieqed irid ikunu nqatgħu bil-galbu.

Il-meraq tal-għenbiet għandu jkollu indiċi refrattometriku tal-anqas:

12 o Brix għall-varjetajiet Alphonse Lavallée, Cardinal u Victoria,

13 o Brix għall-varjetajiet l-oħra kollha li għandhom iż-żerriegħa,

14 o Brix għall-varjetajiet kollha li m'għandhomx żerriegħa.

Barra minn dan, il-varjetajiet kollha jrid ikollhom livelli ta' proporzjon sodisfaċenti ta' zokkor/aċidità.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-għeneb tal-mejda jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u

jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Klassifika

L-għeneb tal-mejda jiġi kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità superjuri. Fil-forma, l-iżvilupp u l-lewn tal-għenieqed irid ikunu tipiċi tal-varjetà, skont id-distrett li fih ikunu tkabbru, u ma jridx ikollhom difetti. L-għenbiet irid ikunu sodi, imwaħħla sew, imqassma indaqs maz-zokk u jkollhom in-nwar tagħhom prattikament intatti.

(ii)   Il-Klassi I

L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Fil-forma, l-iżvilupp u l-lewn tal-għenieqed għandhom ikunu tipiċi tal-varjetà, skont id-distrett li fih ikunu tkabbru. L-għenbiet irid ikunu sodi, imwaħħla sew u, sa fejn hu possibbli, ikollhom in-nwar tagħhom prattikament intatt. Madankollu, jista' jkunu anqas imqassmin indaqs maz-zokk minn dawk tal-Klassi ‘Extra’.

Madankollu, id-difetti segwenti jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jkunux jaffettwaw id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difetti ħfief fil-forma,

difetti żgħar fil-lewn,

skorċa tax-xemx ħafifa ħafna li taffettwa biss il-qoxra.

(iii)   Il-Klassi II

Din il-klassi tinkludi għeneb tal-mejda li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

L-għenieqed jista' jkollhom difetti żgħar fil-forma, l-iżvilupp u l-lewn, sakemm dawn ma jippreġudikawx il-karatteristiċi essenzjali tal-varjetà, skont id-distrett li fih ikunu tkabbru.

L-għenbiet irid jkunu suffiċjentement sodi u suffiċjentement imwaħħla, u, fejn possibbli, ikunu għadhom bin-nwar. Jistgħu jkunu anqas imqassmin indaqs maz-zokk minn dawk tal-Klassi I.

Id-difetti segwenti huma permessi sakemm l-għeneb tal-mejda jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fit-tilwin,

skorċa tax-xemx ħafifa li taffettwa biss il-qoxra,

dbabar ħfief,

difetti ħfief fil-qoxra.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż tal-għanqud

Ir-rekwiżiti minimi ta' daqs għal kull għanqud huma definiti għall-għeneb tal-mejda mkabbar taħt il-ħġieġ u għeneb tal-mejda mkabbar fil-miftuħ, varjetajiet ta' għenba kbira jew għenba żgħira rispettivament.

 

Għeneb tal-mejda mkabbar taħt il-ħġieġ

(jekk indikat fuq it-tikketta)

Għeneb tal-mejda mkabbar fil-beraħ

Il-varjetajiet kollha ħlief varjetajiet ta' għenba żgħira elenkati fl-Appendiċi

Il-varjetajiet ta' għenba żgħira elenkati fl-Appendiċi

Klassi ‘Extra’

300 g

200 g

150 g

Klassi I

250 g

150 g

100 g

Klassi II

150 g

100 g

75 g

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

5 % fil-piż ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Il-Klassi I

10 % fil-piż ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(iii)   Il-Klassi II

10 % fil-piż ta' għenieqed li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti affettwati b'taħsir jew xi deterjorament ieħor li ma jħalluhomx tajbin għall-konsum.

B.   Tolleranzi tad-daqs

(i)   Il-Klassi ‘Extra’ u l-Klassi I

10 % fil-piż tal-għenieqed li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tad-daqs tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-klassi immedjatament inferjuri.

(ii)   Klassi II

10 % fil-piż li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tad-daqs tal-klassi iżda li jkun jiżen mhux anqas minn 75 g.

(iii)   Il-Klassi ‘Extra’ u l-Klassijiet I u II

F'kull pakkett għall-konsumatur li ma jeċċedix il-1 kg f'piż nett, għenqud li jiżen anqas minn 75 g huwa permess li jaġġusta l-piż, sakemm l-għenqud jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-klassi speċifikata.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss għenieqed tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u livell ta' sajran.

Fil-każ ta' għeneb ippakkjat f'pakketi żgħar għall-konsumatur, ta' piż net mhux akbar minn 1 kg, l-uniformità tal-varjetà u l-oriġni mhumiex meħtieġa.

Fil-każ tal-Klassi ‘Extra’, l-għenieqed irid bejn wieħed u ieħor ikunu tal-istess daqs u lewn.

L-inklużjoni f'kull pakkett ta' għenieqed ta' lewn differenti għal skopijiet dekorattivi għandhom ikunu permissibli fil-każ tal-varjetà Chasselas.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.

B.   L-ippakkjar

L-għeneb tal-mejda jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun imħares kif xieraq.

Fil-każ tal-Klassi ‘Extra’, l-għenieqed irid ikunu ppakkjati f'saff wieħed.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra u ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet tad-ditta jitħalla biss jekk l-istampar u t-tikketta jsiru b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor, għalkemm biċċa żarġun tad-dielja li ma jkunx itwal minn 5 ċm jista' jitħalla maz-zokk tal-għanqud bħala għamla ta' preżentazzjoni speċjali.

Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b'mod leġġibbli u indellibbli, u viżibbli minn barra.

A.   L-identifikazzjoni

Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza ‘Pakkjatur u/jew Speditur’ (jew taqsiriet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikati b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   It-tip tal-prodott

‘Għeneb tal-mejda’, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra,

isem il-varjetà jew, fejn applikabbli, il-varjetatjiet,

‘taħt il-ħġieġ’, fejn applikabbli.

C.   L-oriġini tal-prodott

Pajjiż (jew, fejn applikabbli, pajjiżi) tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn imkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

Il-Klassi.

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).

Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

Appendiċi

Lista eżawrijenti tal-varjetajiet ta' għenba żgħira

Varjetà

Ismijiet oħra li bihom tkun magħrufa l-varjetà

Admirable de Courtiller

Admirable, Csiri Csuri

Albillo

Acerba, Albuela, Blanco Ribera, Cagalon

Angelo Pirovano

I. Pirovano 2

Annamaria

I. Ubizzoni 4

Baltali

 

Beba

Beba de los Santos, Eva

Catalanesca

Catalanesa, Catalana, Uva Catalana

Chasselas blanc

Chasselas doré, Fendant, Franceset, Franceseta, Gutedel, Krachgutedel, White van der Laan

Chasselas rouge

Roter Gutedel

Chelva

Chelva de Cebreros, Guareña, Mantuo, Villanueva

Ciminnita

Cipro bianco

Clairette

Blanquette, Malvoisie, Uva de Jijona

Colombana bianca

Verdea, Colombana de Peccioli

Dehlro

 

Delizia di Vaprio

I. Pirovano 46 A

Exalta

 

Flame Seedless

Red Flame

Gros Vert

Abbondanza, St Jeannet, Trionfo dell'Esposizione, Verdal, Trionfo di Gerusalemme

Jaoumet

Madeleine de St Jacques, Saint Jacques

Madeleine

Angevine, Angevine Oberlin, Madeleine Angevine Oberlin, Republicain

Mireille

 

Molinera

Besgano, Castiza, Molinera gorda

Moscato d'Adda

Muscat d'Adda

Moscato d'Amburgo

Black Muscat, Hambro, Hamburg, Hamburski Misket, Muscat d'Hambourg, Moscato Preto

Moscato di Terracina

Moscato di Maccarese

Œillade

Black Malvoisie, Cinsaut, Cinsault, Ottavianello, Sinso

Panse precoce

Bianco di Foster, Foster's white, Sicilien

Perla di Csaba

Càbski Biser, Julski muskat, Muscat Julius, Perle de Csaba

Perlaut

 

Perlette

 

Pizzutello bianco

Aetonychi aspro, Coretto, Cornichon blanc, Rish Baba, Sperone di gallo, Teta di vacca

Precoce de Malingre

 

Primus

I. Pirovano 7

Prunesta

Bermestia nera, Pergola rossa, Pergolese di Tivoli

Regina dei Vigneti

Königin der Weingärten, Muskat Szölöskertek Kizalyneja, Szölöskertek Kizalyneh, Rasaki ourgarias, Regina Villoz, Reina de las Viñas, Reine des Vignes, I. Mathiasz 140, Queen of the Vineyards

Servant

Servan, Servant di Spagna

Sideritis

Sidiritis

Sultanines

Bidaneh, Kishmich, Kis Mis, Sultan, Sultana, Sultani, Cekirdesksiz, Sultanina bianca, Sultaniye, Thompson Seedless u mutazzjonijiet

Valenci blanc

Valensi, Valency, Panse blanche

Valenci noir

Planta Mula, Rucial de Mula, Valenci negro

Yapincak

 

PARTI 10:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TADAM

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għat-tadam tal-varjetajiet (insla mill-kultivazzjoni) imkabbra mill-Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw./Lycopersicon esculentum Mill. li jrid jitforna frisk lill-konsumatur, bl-esklużjoni tat-tadam għall-ipproċessar industrijali.

It-tadam jista' jiġi kklassifikat f'erba' tipi kummerċjali:

‘tond’,

‘ċatt’ (imfellel),

‘żenguli’ jew ‘tawwali’,

tadam ċirasi (inkluż it-tadam ‘cocktail’).

II.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadam irid ikun:

intatt,

f'saħħtu; prodotti affettwati mit-taħsir jew mid-deterjorament li ma jħalluhomx tajba għall-konsum huma esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal estranju viżibbli,

frisk fid-dehra,

prattikament ħieles mill-pesti,

prattikament ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti,

ħieles minn indewwa esterna annormali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma estranja.

Fil-każ tat-tadam fl-għenieqed, iz-zkuk irid ikunu friski, f'saħħithom, nodfa u ħielsa mill-weraq kollha u minn kull materjal estranju viżibbli.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam irid ikunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-maniġġ, u

jasal f'kundizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B.   Klassifika

It-tadam huwa kklassifikat fi tliet kategoriji kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

It-tadam ta' din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikollu laħam sod u jrid ikun karatteristiku tal-varjetà rigward il-forma, id-dehra u l-iżvilupp.

Il-lewn tiegħu, skont l-istat tiegħu tas-sajran, jrid ikun tali li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu A hawn fuq.

Irid ikun ħieles mid-dwawar ħodor u difetti oħra, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Il-Klassi I

It-tadam ta' din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun raġjonevolment sod u karatteristiku tal-varjetà

Irid ikun ħieles mill-qsim u d-dwawar ħodor viżibbli. Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett ħafif fl-għamla u fl-iżvilupp,

difett żgħir fit-tilwin,

difetti ħfief fil-qoxra,

dbabar ħfief ħafna.

Barra minn hekk, it-tadam miċ-ċatt (imfellel) jista' juri:

xquq imfejqa ta' mhux aktar minn 1 cm tul,

mingħajr protuberanzi eċċessivi,

b'żokra żgħira u mingħajr tapp (nixfa bħal sufra),

it-tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 1 ċm2,

barxa fina tal-fjura f'għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn tnejn minn tlieta tal-akbar dijametru tal-frotta.

(iii)   Il-Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Irid ikun raġjonevolment sod (iżda jista' jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u ma jridx juri xquq li ma fiqux.

Jistgħu jitħallew id-difetti segwenti, sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-format, fl-iżilupp u fil-lewn,

defetti jew dbabar fil-qoxra, iżda l-frott ma jkunx affettwat serjament,

xquq niexfa ta' mhux aktar minn 3 ċm tul għat-tadam tond, ċatt jew żenguli.

Barra minn hekk, it-tadam ċatt jista' juri:

protuberanzi aktar qawwija minn dawk permessi għall-Klassi I, iżda mingħajr ma' jitilfu l-għamla tagħhom,

żokra,

it-tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 2 ċm2,

barxa fina tal-fjura f'għamla tawwalija (bħal ħjata).

III.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD ID-DAQS

Id-daqs hu determinat mid-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma japplikawx għat-tadam ‘cherry’.

A.   Daqs minimu

Għat-tadam klassifikat bħala tal-Klassi ‘Extra’ u tal-Klassijiet I u II, id-daqs minimu huwa stabbilit hekk:

35 mm għat-tadam tond u ċatt,

30 mm għat-tadam żenguli.

B.   Skala tal-għoti tad-daqs

It-tadam għandu jkun gradat skont l-iskala tal-għoti tad-daqs li ġejja:

tat-30 mm u aktar iżda taħt il-35 mm (12),

tal-35 mm u aktar iżda taħt l-40 mm,

tal-40 mm u aktar iżda taħt is-47 mm,

tas-47 mm u aktar iżda taħt is-57 mm,

tas-57 mm u aktar iżda taħt is-67 mm,

tas-67 mm u aktar iżda taħt it-82 mm,

tas-57 mm u aktar iżda taħt is-67 mm,

tal-102 mm u fuqhom.

L-osservanza tal-iskala tal-għoti tad-daqs hija obbligatorja għat-tadam tal-Klassi ‘Extra’ u tal-Klassi I.

L-iskala tal-għoti tad-daqs ma tapplikax għat-tadam f'għenieqed.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IT-TOLLERANZI

Tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi indikata,

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Il-Klassi ‘Extra’

5 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda jissodisfa dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Il-Klassi I

10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda jissodisfa dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, dak li jkun fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

Fil-klassi tal-għenieqed tat-tadam, 5 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam maqtugħ miz-zokk.

(iii)   Il-Klassi II

10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi, għajr il-prodotti affettwati mit-taħsir, dbabar jidhru jew kwalunkwe deterjonament ieħor li ma jħalluhx tajjeb għall-konsum.

Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, 10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam maqtugħ miz-zokk.

B.   Tolleranzi tad-daqs

Għall-klassijiet kollha: 10 % fl-għadd jew fil-piż tat-tadam li jikkonforma mad-daqs immedjatament akbar jew iżgħar minn dak speċifikat, b'minimu ta' 33 mm għat-tadam tond u ċatt u 28 mm għat-tadam żenguli.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PREŻENTAZZJONI

A.   L-uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u qies (jekk ikun tkejjel).

Is-sajran u l-lewn tat-tadam fil-Klassi ‘Extra’ u l-Klassi I irid ikunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam żenguli jrid ikun uniformi biżżejjed.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tirrappreżenta l-kontenut kollu.

B.   L-ippakkjar

It-tadam irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' tali kwalità li jevitaw li jikkawżaw kwalunkwe ħsara barra jew ġewwa l-prodott. L-użu ta' materjal, partikolarment ta' karta jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess sakemm l-istampar jew it-tikkettjar ikun sar b'linka jew kolla mhux tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal ieħor estranju.

Stikers imwaħħla individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu tali li, meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas iwasslu għal difetti fil-qoxra.

C.   Il-preżentazzjoni

It-tadam jista' jiġi ppreżentat kif ġej:

(i)

bħala frott sfuż, bil-berkun u zokk qasir jew mingħajrhom;

(ii)

bħala għenqud ta' tadam, jiġifieri t-tadam ikun ippreżentat bħala fjuritura sħiħa jew parti minnha, kull fjuritura jew parti minnha jkun fiha tal-anqas l-ammont segwenti ta' frott:

tliet frottiet (żewġ frottiet għal dak ippakkjat minn qabel), jew

fil-każ ta' għenqud tat-tadam ċirasi, sitt frottiet (erba' frottiet għal dak ippakkjat minn qabel)

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD L-IMMARKAR

Kull pakkett irid ikollu d-dettalji li ġejjin f'ittri fuq l-istess naħa, stampati leġibbli u indelibbli u viżibbli minn barra:

A.   L-identifikazzjoni

Isem u indirizz il-pakkjatur u/jew il-ispeditur.

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa u aċċettata uffiċjalment li tirrapreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur, indikat b'rabta qariba mar-referenza 'Pakkjatur u/jew Speditur' (jew taqsiriet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità indikat b'rabta qariba mal-avviż ‘Ippakkjat għal:’ jew avviż ekwivalenti. jew referenza ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettjar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lill-pakkjatur u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li organu ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   It-tip tal-prodott

‘It-tadam’ jew ‘għenieqed tat-tadam’ u t-tipi kummerċjali jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. Dawn id-dettalji dejjem irid ikunu provduti għat-tadam ċirasi (jew ‘cocktail’), kemm jekk f'għenieqed jew le.

isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

Il-Klassi,

Id-daqs (jekk ikun skont id-daqs) espress bħala dijametri minimi u massimi jew il-marka ‘mhux skont id-daqs’ fejn xieraq.

Kontenut minimu ta' zokkor, imkejjel b'refrattrometru u espress fi gradi ta' Brix (fakultattiv).

E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva).

Il-pakketti ma jeħtiġux li juru d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ, ċarament viżibbli minn barra, u meta kollha jkunu juru dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tiżgwida. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'notifika mqegħda f'pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.”


(1)  Minħabba l-karatterisitiċi varjetali tal-varjetà Fuji u l-varjanti tagħha marbuta mal-maturità fiż-żmien li din tinħasad, il-kapsula radjali tal-ilma hija awtorizzata sakemm din tkun fl-għoqod arterjali ta' kull frotta.

(2)  Għal dak il-għan, għandu juri kontenut tajjeb ta' solidi solubbli u l-grad ta' sħuħija.

(3)  Il-kriterji għal-lewn u l-ħmura samranija qed jidhru fl-appendiċi għal dan il-kriterju ta' klassifika, kif ukoll lista mhix eżawrjenti tal-varjetajiet konċernati skont kull kriterju.

(4)  Tal-anqas 20 % tal-Klassi I u l-Klassi II.

(5)  Madankollu, għall-varjetà Jonagold, tal-anqas wieħed minn għaxra tal-wiċċ tal-frott fil-Klassi II irid ikun bl-istrixxi ta' lewn aħmar.

(6)  Qisien taħt il-45 mm jirreferu biss għall-klementin.

(7)  L-użu ta' aġenti tal-ippreservar jew kull sustanza kimika oħra li tista' tħalli riħa estranja fuq il-qoxra tal-frott hija permessa fejn ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli.

(8)  Dan it-test japplika għall-varjetajiet kollha mkabbra minn Prunus persica Sieb. u Zucc., kemm jekk inhuma ħawħ jew nuċiprisk jew simili b'għadma fihom (clingstones) jew mingħajr għadam u b'qoxra lixxa jew raffa.

(9)  Dan ma japplikax meta l-ħmura samranija tkun karatteristika tal-varjetà.

(10)  Lista mhux eżawrijenti ta' varjetajiet ta' lanġas ta' frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi ta' dan l-istandard.

(11)  ‘Prodotti fiċ-ċokon’ tfisser varjetá jew nisel bil-kultivazzjoni tal-bżar ħelu, miksub bit-tgħammir ta' pjanti u/jew tekniki ta' kultivazzjoni speċjali, eskluż il-bżar ħelu ta' varjetajiet mhux fiċ-ċokon li ma jkunux żviluppaw totalment jew li jkunu ta' daqs inadegwat. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha tal-istandard jeħtieġ li jitħarsu.

(12)  Għat-tadam żenguli biss.


ANNESS II

“ANNESS II

XEMPJU MSEMMI FL-ARTIKOLU 11(1)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

“ANNESS III

ĊERTIFIKAT TA' KONFORMITÀ MAL-ISTANDARDS KOMUNITARJI TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GHAL FROTT U ĦXEJJEX FRISKI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 11, 12 U 12A

Image Test ta 'immaġni

ANNESS IV

“ANNESS VI

Metodi ta' spezzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1)

Kumment: il-metodi ta' spezzjoni li ġejjin jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' gwida għall-implimentazzjoni tal-kontroll ta' kwalità ta' frott u ħxejjex friski adottati mill-Iskema tal-OECD għall-Applikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-Frott u l-Ħxejjex.

1.   DEFINIZZJONIJIET

1.1   Pakkett

Parti minn lott ippakkjata individwalment, inkluż kontenut sabiex jiffaċielita l-maniġġ u t-trasport ta' għadd ta' unitajiet għall-bejgħ jew ta' prodotti sfużi jew irranġati, sabiex jimpedixxu ħsara permezz ta' maniġġ fiżiku jew trasport. Kontenituri tat-triq, ferrovija, baħar u ajru mhumiex meqjusa bħala pakketti.

1.2   Pakketti tal-bejgħ

Parti minn lott ippakkjata individwalment, inkluż kontenut li jikkostitwixxi unità għall-bejgħ għall-utent aħħari jew konsumatur fil-punt tax-xiri.

1.2a   Ippakkjar minn qabel

Pakketti ppakkjati minn qabel huma pakketti għall-bejgħ fejn l-ippakkjar ikun fih, kompletament jew parzjalment, l-oġġetti tal-ikel, iżda b'tali mod li l-kontenut ma jkunx jista' jitbiddel mingħajr il-ftuħ jew il-bdil tal-pakkett. Il-film protettiv li jkopri prodotti singoli mhux meqjus bħala ppakkjar minn qabel.

1.3   Kunsinna

Kwantità ta' prodott li għandu jinbiegħ minn negozjant partikolari li tinsab fil-mument tal-ispezzjoni u definita minn dokument. Kunsinna tista' tikkonsisti f'tip jew diversi tipi ta' prodotti; tista' tinkludi lott wieħed jew aktar ta' frottu u ħxejjex friski, niexfa jew imnixxfa.

1.4   Lott

Kwantità ta' prodott li, fil-mument tal-ispezzjoni f'post wieħed, għandha karatteristiċi simili fir-rigward ta':

il-pakkjatur u/jew il-ispeditur

il-pajjiż tal-oriġini

it-tip tal-prodott

il-klassi tal-prodott

id-daqs (jekk il-prodott huwa gradat skont id-daqs)

il-varjetà jew tip kummerċjali (skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-istandard)

it-tip tal-ippakkjar u l-preżentazzjoni.

Madankollu, jekk matul il-kontroll tal-konformità tal-kunsinni (kif iddefinit fil-punt 1.3), ikun diffiċli li ssir distinzjoni bejn il-lottijiet differenti u/jew l-preżentazzjoni ta' lottijiet individwali ma tkunx possibbli, il-lottijiet kollha ta' kunsinna speċifika jista' jkunu trattati bħala lott wieħed jekk ikunu simili fir-rigward tat-tip tal-prodott, il-ispeditur, il-pajjiż tal-oriġini, il-klassi u l-varjetà jew it-tip kummerċjali, jekk dan ikun previst fl-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni.

1.5   Kampjunar

Kampjuni kollettiv meħuda temporanjament minn lott waqt kontroll tal-konformità.

1.6   Kampjun primarju

Pakkett meħud mil-lott b'mod aleotorju, fil-każ ta' prodotti ppakkjati jew, fil-każ ta' prodotti bil-massa (tgħabija diretta f'vettura tat-trasport jew kompartiment tagħha), kwantità meħuda b'mod aleatorju minn punt fil-lott.

1.7   Kampjun ta' massa

Diversi kampjuni primarji preżunti li jirrappreżentaw il-lott sabiex il-kwantità totali tkun biżżejjed biex tippermetti l-valutazzjoni tal-lott fir-rigward tal-kriterji kollha.

1.8   Kampjun sekondarju

Kwantità ndaqs ta' prodotti meħuda b'mod aleotorju mill-kampjun primarju.

Fil-każ tal-ġewż ippakkjat, il-kampjun sekondarju għandu jiżen bejn it-300 g u l-1 kg. Jekk il-kampjun primarju jkun magħmul minn pakketti li fihom pakketti għall-bejgħ, il-kampjun sekondarju għandu jkunu pakkett għall-bejgħ wieħed jew aktar li flimkien jilħqu tal-anqas it-300 g.

Fil-każ tal-prodotti l-oħra ppakkjati, il-kampjun sekondarju għandu jkun fih 30 unità, fil-każ li l-piż net tal-pakkett ikun 25 kg jew anqas u l-pakkett ma jkunx fih kwalunkwe pakketti għall-bejgħ. F'ċerti każijiet dan ifisser li l-kontenut kollu tal-pakkett irid jiġi ċċekkjat, jekk il-kampjun primarju jkun fih aktar minn 30 unità.

1.9   Kampjun imħallat (prodotti niexfa u mnixxfa biss)

Kampjun imħallat huwa taħlita, li tiżen tal-anqas 3 kg, tal-kapmjuni sekondarji kollha meħudha mill-kampjun ta' massa. Il-prodotti f'kampjun imħallat għandu jkun mħallat indaqs.

1.10   Kampjun imnaqqas

Kwantità ta' prodott meħuda b'mod aleotorju mill-massa jew kampjun imħallat li d-daqs tiegħu jkun ristrett għall-kwantità minima neċessarja iżda biżżejjed biex jippermetti l-valutazzjoni ta' ċertu kriterji individwali.

Jekk il-metodu ta' spezzjoni jeqred il-prodott, il-qies tal-kampjun imnaqqas ma għandux jeċċedi l-10 % tal-kampjun ta' massa jew, fil-każ tal-ġewż bil-qoxra, 100 ġewża meħuda minn kampjun imħallat. Fil-każ tal-prodotti żgħar niexfa jew imnixxfa (jiġifieri 100 g jinkludu aktar minn 100 unità) il-kampjun imnaqqas ma għandux jaqbeż it-300 g.

Għall-valutazzjoni ta' kriterji tal-livell tal-iżvilupp u/jew is-sajran, il-kompożizzjoni tal-kampjunar għandha ssid skont il-metodi oġġettivi deskritti fil-Guidance on Objective Tests to Determine Quality of Fruit and Vegetables and Dry and Dried Produce (http://www.oecd.org/agr/fv).

Bosta kampjuni mnaqqsa jistgħu jittieħdu minn kampjun ta' massa jew imħallat sabiex tiġi ċċekkjata l-konformità tal-lott ma' kriterji differenti.

2.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-KONTROLLI TAL-KONFORMITÀ

2.1   Kumment ġenerali

Kontroll tal-konformità għandu jsir permezz ta' valutazzjoni tal-kampjuni aleotorji minn punti differenti fil-lott li jkun jed jiġu kkontrollati. Huwa msejjes fuq il-prinċipju ta' preżunzjoni li l-kwalità tal-kampjuni hija rappreżentattiva tal-kwalità tal-lott.

2.2   Post tal-kontroll

Kontroll tal-konformità jista' jitwettaq matul l-operazzjoni tal-ippakkjar, fil-punt tal-ħruġ tal-kunsinna, matul it-trasport, fil-punt tal-wasla, fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa jew tal-bejgħ bl-imnut.

Fil-każijiet fejn il-korp tal-ispezzjoni ma jwettaqx il-kontroll tal-konformità fil-kwartieri tiegħu stess, il-proprejtarju għandu jipprovdi l-faċilitajiet li jippermettu t-twettiq ta' kontroll tal-konformità.

2.3   Identifikazzjoni ta' lottijiet u/jew formazzjoni ta' idea ġenerali tal-kunsinna

L-identifikazzjoni ta' lottijiet għandha titwettaq abbażi tal-immarkar tagħhom jew kriterji oħra, bħalma huma l-indikazzjonijiet stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE (1). Fil-każ ta' kunsinni magħmula minn diversi lottijiet huwa neċessarju li l-ispettur jieħu idea ġenerali tal-kunsinna bl-għajnuna tad-dokumenti jew dokumenti li jakkompanjawha u li jikkonċernaw il-kunsinni. Huwa mbagħad jiddetermina kemm il-lottijiet ippreżentati jikkonformaw mal-informazzjoni f'dawn id-dokumenti.

Jekk il-prodott ikun irid jitgħabba jew tgħabba fuq mezz tat-trasport, in-numru ta' reġistrazzjoni ta' dan tal-aħħar għandu jkun użat għall-identifikazzjoni tal-kunsinna.

2.4   Preżentazzjoni tal-prodott

L-ispettur għandu jiddeċiedi liema pakketti għandhom ikunu kkontrollati. Il-preżentazzjoni għandha ssir mill-operatur u għandha tinkludi l-preżentazzjoni tal-kampjun ta' massa kif ukoll il-forniment tal-informazzjoni kollha neċessarja għall-identifikazzjoni tal-konsinna jew lott.

Jekk ikunu meħtieġa kampjuni mnaqqsa jew sekondarji, dawn ikunu identifikati mill-ispettur innifsu mill-kampjun ta' massa.

2.5   Verifika fiżika

Valutazzjoni tal-ippakkjar u l-preżentazzjoni:

L-ippakkjar, inkluż il-materjal użat fil-pakkett, għandu jkun ittestjat għal adegwatezza u indafa skont id-dispożizzjonijiet tal-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni. Dan għandu jsir abbażi tal-kampjuni primarji, fil-każ tal-prodott ippakkjat u fil-każijiet l-oħra kollha abbażi tal-vettura tat-trasport. Jekk ċerti tipi ta' pakketti biss ikunu permessi, l-ispettur jivverifika jekk dawn humiex qed ikunu użati.

Verifika tal-immarkar:

L-ispettur għandu jiċċekkja jekk il-prodott hux immarkat kond l-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni. Dan għandu jinkludi kontrol tal-preċiżjoni tal-immarkar u/jew l-estent ta' kwalunkwe emendi meħtieġa.

Fil-każ tal-prodotti ppakkjati, dan għandu jitwettaq abbażi tal-kampjuni primarji, fil-każijiet l-oħra kollha abbażi tad-dokumenti mwaħħla fuq il-pelit jew mal-vettura tat-trasport.

Frott u ħxejjex imkebba individwalment fil-plastik ma għandhomx jitqiesu bħala ikel ippakkjat minn qabel skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/13/KE u ma għandhomx neċessarjament ikunu mmarkati skont l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. F'dawn il-każijiet, it-tkebbib tal-plastik jista' jitqies bħala protezzjoni sempliċi ta' prodotti fraġli.

Verifika tal-konformità tal-prodott:

L-ispettur għandu jiddetermina l-qies tal-kampjun ta' massa b'tali mod li jippermetti valutazzjoni tal-lot. Huwa għandu jagħżel b'mod aleotorju l-pakketti li għandhom ikunu spezzjonati jew, fil-każ ta' prodott ta' massa, il-punti tal-lott li minnhom għandhom jittieħdu kampjuni individwali.

Għandu jkun hemm l-attenzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat li t-tneħħija ta' kampjuni ma tolqotx ħażin il-kwalità tal-prodott.

Pakketti bil-ħsara ma għandhomx jintużaw bħala parti minn kampjun ta' massa. Għandhom jitwarrbu u jistgħu, fejn meħtieġ, ikunu soġġetti għall-eżami u rapport separat.

Il-kampjun ta' massa għandu jkun kompost mill-kwantitajiet minimi segwenti kull meta lott ikun iddikjarat li mhux sodisfaċenti jew ir-riskju ta' prodott li ma jikkonformax mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni jkun irid jiġi eżaminat:

Prodott ippakkjat

Għadd ta' pakketti fil-lott

Għadd ta' pakketti li għandhom jittieħdu (kampjuni primarji)

Sa 100

5

Minn 101 sa 300

7

Minn 301 sa 500

9

Minn 501 sa 1 000

10

Aktar minn 1 000

15 (minimu)

Prodott bil-massa.

(tgħabija diretta f'vettura tat-trasport jew f'kompartiment tagħha)

Kwantità tal-lott f'kg jew għadd ta' munzelli fil-lott

Kwantità ta' kampjuni primarji f'kg jew għadd ta' munzelli

Sa 200

10

Minn 201 sa 500

20

Minn 501 sa 1 000

30

Minn 1 001 sa 5 000

60

Aktar minn 5 000

100 (minimu)

Fil-każ ta' frott u ħxejjex ta' massa (aktar minn 2 kg għal kull unità), il-kampjuni primarji għandhom ikunu magħmula minn tal-anqas ħames unitajiet. Fil-każ ta' lottijiet li jinvolvu anqas minn 5 pakketti jew jiżnu anqas minn 10 kg, il-kontroll għandu jkopri l-lott kollu.

Jekk l-ispettur jiskopri, wara spezzjoni, li ma tistax tintlaħaq deċiżjoni, għandu jitwettaq kontroll fiżiku ieħor u r-riżultat kumplessiv ikun irrappurtat bħala l-medja taż-żewġ kontrolli.

2.6   Kontroll tal-prodott

Fil-każ tal-prodott ippakkjat, il-kampjun primarju għandu jintuża biex tiġi kkontrollata d-dehra tal-prodott, il-preżentazzjoni, l-indafa tal-pakketti u t-tikkettar. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu abbażi tal-lott jew il-vettura tat-trasport.

Il-prodott għandu jitneħħa totalment mill-pakkett tiegħu għall-kontroll tal-konformità. L-ispettur jista jiddisponi minn dan fejn il-kampjun ikun ibbażat fuq kampjuni mħallta.

L-ispezzjoni tal-uniformità, ir-rekwiżiti minimi, il-klassijiet ta' kwalità u daqs għandhom jitwettqu abbażi ta' kampjun ta' massa, jew abbażi ta' kampjun imħallat fejn jitqies il-fuljet spjegattiv tal-Iskema tal-OECD għall-Applikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-Frott u l-Ħxejjex (http://www.oecd.org/agr/fv).

Fejn jiġu osservati difetti, l-ispettur għandu jaċċerta l-persentaġġ rispettiv tal-prodott mhux konformi mal-istandard b'għadd jew piż.

Id-difetti esterni għandhom jiġu kkontrollati abbażi tal-kampjun ta' massa jew imħallat. Ċertu kriterji dwar il-livell ta'żvilupp u/jew sajran jew dwar il-preżenza jew assenza ta' difetti interni jista' jkunu verifikati abbażi ta' kampjuni mnaqqsa. Il-kontroll ibbażat fuq kampjun imnaqqas huwa applikabbli partikolarment għal kontrolli li jeqirdu l-valur kummerċjali tal-prodott.

Il-kriterji tal-livell tal-iżvilupp u/jew is-sajran, għandhom jiġu kkontrollati bl-użu ta' strumenti u metodi stipulati għal dan il-għand fl-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni jew skont il-Guidance on Objective Tests to Determine Quality of Fruit and Vegetables and Dry and Dried Produce (http://www.oecd.org/agr/fv).

2.7   Rapport tar-riżultati tal-kontroll

Dokumenti msemmija fl-Artikolu 12a għandhom jinħarġu fejn xieraq.

Jekk jinstabu difetti li jwasslu għan-nuqqas ta' konformità, in-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun infurmat bil-miktub dwar dawn id-difetti u l-persentaġġ misjub kif ukoll bir-raġunijiet tan-nuqqas ta' konformità. Jekk il-konformità tal-prodott mal-istandard tkun possibbli permezz ta' bidla fl-immarkar, in-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu infurmati.

Jekk jinstabu difetti fi prodott, għandu jkun indikat il-persentaġġ misjub li ma jkunx konformi mal-istandard.

2.8   Tnaqqis fil-valur permezz tal-kontrolli tal-konformità

Wara l-kontroll tal-konformità, il-kampjun ta' massa/imħallat jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu.

Il-organu ta' spezzjoni ma għandux ikun marbut li jagħti lura l-elementi tal-kampjun ta' massa/imħallat meqrud matul il-kontroll tal-konformità”.


(1)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 21.