21.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 311/1


REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Ottubru 2008

li jadatta numru ta' strumenti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tal-proċedura regolatorja bi skrutinju

Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – L-Ewwel Parti

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 40, 47(1) u (2), l-ewwel u t-tielet sentenzi, 55, 71, 80(2), 95, 100, 137(2), 156, 175(1) u 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4) ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE (5), li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitħassru uħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplimentat biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda.

(2)

Konformement mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti li huma diġà fis-seħħ u li kienu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-istrumenti għandhom jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli.

(3)

Ladarba l-emendi li għandhom isiru fi strumenti għal dan l-iskop jikkonċernaw biss il-proċedura tal-kumitat, huma ma jeħtiġux, fil-każ ta' direttivi, traspożizzjoni mill-Istati Membri,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istrumenti elenkati fl-Anness huma b'dan adattati, skond dak l-Anness, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE.

Artikolu 2

Ir-referenzi magħmula għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrumenti elenkati fl-Anness għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet kif adattati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 22 ta' Ottubru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 35.

(2)  ĠU C 117, 14.5.2008, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2008.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(5)  ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


ANNESS

1.   BIEDJA

1.1.   Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 li għandha x'taqsam ma' l-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra  (1)

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/4/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex iġġib din id-Direttiva konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji ġenerali li japplikaw għall-ikel. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/4/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/4/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Id-deċiżjoni sabiex din id-Direttiva tinġieb konformement mad-dispożizzjonijiet Komunitarji ġenerali li japplikaw għall-oġġetti ta' l-ikel għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, ġiet adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(2).”;

2.

l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, imwaqqaf mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

(*)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.”"

1.2.   Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2000 dwar il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem  (2)

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/36/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari biex tadotta l-miżuri meħtieġa biex timplimenta din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/36/KE inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/36/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-miżuri li ġejjin meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tagħha, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6, paragrafu 2:

miżuri li jġibu lil din iD-direttiva konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji ġenerali li japplikaw għall-ikel,

miżuri li jadattaw id-dispożizzjonijiet fl-Anness I, parti B, punt 2, u partijiet C u D, skond il-progress tekniku.”;

2.

l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, imwaqqaf mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**)

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

(**)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.”"

2.   L-IMPJIEGI

2.1.   Id-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol  (3)

Fir-rigward tad-Direttiva 89/391/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi tad-direttivi individwali previsiti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 86/391/KEE li jirriżultaw mill-adozzjoni ta' direttivi relatati ma' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni, kif ukoll mill-progress tekniku, mill-bidliet fir-regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali u minn skoperti ġodda. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dawk id-direttivi individwali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' emendi ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, l-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat sabiex tagħmel adattamenti ta' natura purament teknika tad-direttivi individwali previsiti fl-Artikolu 16(1), sabiex jittieħed kont ta':

(a)

l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni:

(b)

il-progress tekniku, bidliet f'regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali u skoperti ġodda.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dawn id-direttivi individwali ġew adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fil-paragrafu 2. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fil-paragrafu 3.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

2.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE, tal-31 ta' Marzu 1992, dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti  (4)

Fir-rigward tad-Direttiva 92/29/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi ta' l-Annessi tagħha, bħala riżultat ta' progress tekniku jew bidliet f'regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali u skoperti ġodda fil-qasam. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 92/29/KEE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' emendi ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/29/KE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi ta' l-Annessi ta' din id-Direttiva, fid-dawl tal-progress tekniku jew ta' bidliet f'regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali u ta' skoperti ġodda fil-qasam.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fil-paragrafu 2. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fil-paragrafu 3.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

2.3.   Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/44/KE tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-vibrazzjoni) (is-sittax-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)  (5)

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/44/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari biex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi fl-Anness tagħha minħabba l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi rigward id-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' l-għodda tax-xogħol u/jew tal-postijiet tax-xogħol, kif ukoll minħabba l-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar adattati u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-vibrazzjonijiet tekniċi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/44/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' emendi ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, l-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva 2002/44/KE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Emendi tekniċi

L-emendi ta' natura purament teknika li għandhom isiru fl-Anness ma' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni konformement ma':

(a)

l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam tal-armonizzazzjoni teknika u ta' l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' għodda tax-xogħol u/jew ta' postijiet tax-xogħol;

(b)

il-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar adattati u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-vibrazzjonijiet tekniċi.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12, fil-paragrafu 3.

Artikolu 12

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 89/391/KEE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

2.4.   Id-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 dwar il-ħtiġiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (is-sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)  (6)

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/10/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi, minħabba l-adozzjoni tad-direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' l-apparat tax-xogħol u/jew tal-postijiet tax-xogħol, kif ukoll minħabba l-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar adattati u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-ħoss. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/10/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' emendi ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2003/10/KE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Emendi tekniċi

L-emendi ta' natura purament teknika li għandhom isiru għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni konformement ma':

(a)

l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u ta' l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' apparat tax-xogħol u/jew ta' postijiet tax-xogħol;

(b)

il-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar adattati u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-ħoss.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13, fil-paragrafu 3.

Artikolu 13

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

2.5.   Id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta' l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (it-tmintax-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)  (7)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/40/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi, b'kont meħud ta' l-adozzjoni tad-Direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u/jew tal-postijiet tax-xogħol, u b'kont meħud tal-progress tekniku, tal-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar rilevanti u ta' skoperti ġodda li jirrigwardaw il-kampi elettro-manjetiċi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/40/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' emendi ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/40/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-emendi li jsiru lill-Anness li jkunu ta' natura purament teknika għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni konformement ma':

(a)

l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u ta' l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' tagħmir tax-xogħol u/jew ta' postijiet tax-xogħol;

(b)

il-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar rilevanti u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-kampi elettro-manjetiċi.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11, fil-paragrafu 3.”;

2.

l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

2.6.   Id-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta' April 2006, dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u ta' sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-dsatax-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)  (8)

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/25/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari biex, fl-Annessi ta' din id-Direttiva, tagħmel l-adattamenti purament tekniċi u li jikkunsidraw l-adozzjoni tad-direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u/jew tal-postijiet tax-xogħol, u l-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar rilevanti u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-kampi elettro-manjetiċi fil-kuntest tax-xogħol. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/25/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/25/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-emendi li jsiru lill-Annessi li jkunu ta' natura purament teknika għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni konformement ma':

(a)

l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u ta' l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' tagħmir tax-xogħol u/jew ta' postijiet tax-xogħol;

(b)

il-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar rilevanti u skoperti xjentifiċi ġodda li jirrigwardaw il-radjazzjonijiet ottiċi fil-kuntest tax-xogħol.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11, fil-paragrafu 3.”;

2.

l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jitqiesu id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

3.   L-INTRAPRIŻA

3.1.   Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet għal tankijiet taħt pressjoni u metodi ta' l-ispezzjoni tagħhom  (9)

Fir-rigward tad-Direttiva 76/767/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta għall-progress tekniku l-Annessi u dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi individwali li huma speċifikati f'kull waħda minn dawk id-direttivi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 76/767/KEE u tad-Direttivi individwali tagħha, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 76/767/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

il-punt (a) ta' l-Artikolu 17(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

L-Istat Membru għandu jibgħat id-dokumenti li jagħtu deskrizzjoni tal-bastiment u d-dokumenti li jappoġġaw it-talba tiegħu għal deroga, inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe test li sar, lill-Istati Membri l-oħra li jkollhom erba' xhur żmien biex jaqblu jew ma jaqblux, kif ukoll biex jippreżentaw kummenti, mistoqsijiet, rekwiżiti addizzjonali u talbiet għal aktar ittestjar li jista' jkollhom, jew, jekk jixtiequ, biex jirriferu l-kwistjoni għall-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 20(1). Kopji ta' dawn id-dokumenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni. Tali korrispondenza għandha tkun kunfidenzjali.”;

2.

l-Artikolu 18 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 18

Il-Kummissjoni għandha tadatta għall-progress tekniku l-Annessi I u II ma' din id-Direttiva u dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi separati li huma speċifikati f'kull waħda minn dawk id-direttivi.. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva u ta' direttivi separati, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(2).”;

3.

l-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

3.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi  (10)

Fir-rigward tad-Direttiva 76/769/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 76/769/KEE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza bħall-ħtieġa urġenti li jiġu rrinfurzati r-restrizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni jew l-użu ta' sustanzi perikolużi, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 76/769/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 2a għandu jiġi sostitwit kif ġej:

“Artikolu 2a

Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Annessi ma' din id-Direttiva għall-progress tekniku, fir-rigward ta' sustanzi u preparazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 2b(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 2b(3).”;

2.

għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2b

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 29(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (***).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha..

(***)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.”"

3.3.   Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni  (11)

(1)

Fir-rigward tad-Direttiva 94/25/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tintroduċi emendi fid-dawl tal-progress tal-konoxxenza teknika u fid-dawl ta' evidenza xjentifika ġdida. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 94/25/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 94/25/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 6a għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6a

Il-Kummissjoni tista' tintroduċi emendi li jkunu neċessarji, fid-dawl tal-progress tal-konoxxenza teknika u ta' evidenza xjentifika ġdida, fejn jidħlu r-rekwiżiti ta' l-Anness I.B.2 u ta' l-Anness I.C.1 esklużi modifiki diretti jew indiretti li jsiru f'termini tal-valuri ta' l-emissjonijiet ta' l-egżost jew tal-ħsejjes u tal-valuri tal-proporzjonijiet Froude u P/D. Emendi bħal dawn jistgħu jinkludu l-karburanti ta' referenza u l-livelli li għandhom jintużaw għall-ittestjar ta' l-emissjonijiet ta' l-exhaust u tal-ħsejjes.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6b (2).”;

2.

għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6b

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit konformement ma' l-Artikolu 6(3).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

3.4.   Id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' żewġ fibri tat-tessut  (12)

Fir-rigward tad-Direttiva 96/73/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadotta l-miżuri neċessarji għall-adattament għall-progress tekniku tal-metodi ta' analiżi kwantitattiva previsti fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 96/73/KE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tadatta għall-progress tekniku l-metodi ta' analiżi kwantitattiva previsti fl-Anness II. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(2).

Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat għal Direttivi dwar l-Ismijiet u l-Ittikkettar tat-Tessuti.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

3.5.   Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar tal-preparazzjonijiet perikolużi  (13)

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/45/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi tagħha għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/45/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/45/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 10(3), l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Relattivament għal ċerti preparazzjonijiet klassifikati bħala perikolużi fis-sens ta' l-Artikolu 7, bħala deroga mill-punti 2.4, 2.5, u 2.6 tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-eżenzjonijiet għal ċerti dispożizzjonijiet fir-rigward ta' l-ittikkettar ambjentali jew dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma' l-ittikkettar ambjentali, fejn jista' jintwera li jkun hemm tnaqqis fl-impatt ambjentali. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20a (3).”;

2.

fl-Artikolu 12(4), it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri fil-qafas ta' l-Anness V. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20a (3).”;

3.

l-Artikolu 19(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 20a (2).”;

4.

l-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 20

Il-Kummissjoni għandha tadatta għall-progress tekniku l-Annessi ma' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20a (3).”;

5.

għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 20a

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 29(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (****).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

(****)  ĠU  196, 16.8.1967, p. 1.”"

3.6.   Id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta  (14)

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/24/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta għall-progress tekniku l-Annessi tagħha jew id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi individwali msemmija fl-Anness I tagħha. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/24/KE jew tad-direttivi separati, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/24/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Il-Kummissjoni tista' tadatta għall-progress tekniku l-Annessi ma' din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi separati msemmija fl-Anness I. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva jew tad-Direttivi separati, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

2.

l-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

3.7.   Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jinġibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati tekniċi  (15)

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/37/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi tagħha, tadatta d-dispożizzjonijiet tekniċi tad-Direttivi individwali u tintroduċi fid-Direttivi individwali dispożizzjonijiet relatati ma' l-approvazzjoni mill-KE tat-tip ta' unitajiet tekniċi separati. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/37/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/37/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttiv għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej

“1.   Il-miżuri li ġejjin, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u li huma relatati mas-suġġett imsemmi hawn taħt, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3):”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Annessi ma' din id-Direttiva jekk, skond id-Deċiżjoni 97/836/KE, jiddaħħlu regolamenti ġodda jew emendi li l-Komunità tkun aċċettat għar-regolamenti eżistenti. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).”;

2.

l-Artikolu 20(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

3.8.   Id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl  (16)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/22/KE, il-Kummissjoni, b'mod partikolari, tista' tieħu miżuri adatti sabiex temenda l-Annessi speċifiċi għall-istrumenti (minn MI-001 sa MI-010). Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/22/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/22/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

2.

l-Artikolu 16(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' temenda l-Annessi speċifiċi għall-istrumenti (minn MI-001 sa MI-010) fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a)

żbalji massimi permissibbli (ŻMPijiet) u l-klassijiet ta' eżattezza;

(b)

kondizzjonijiet operattivi valutati;

(ċ)

valuri kritiċi ta' bidla;

(d)

disturbi.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).”.

4.   L-AMBJENT

4.1.   Id-Direttiva tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 1975 dwar il-kwalità ta' l-ilma għall-għawm  (17)

Fir-rigward tad-Direttiva 76/160/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta għall-progress tekniku l-valuri parametriċi G u I, u l-metodi ta' l-analiżi, stabbiliti fl-Anness tagħha. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 76/160/KEE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 76/160/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn l-emendi li jkunu meħtieġa sabiex tadatta għall-progress tekniku l-valuri parametriċi G u I, u l-metodi ta' l-analiżi, stabbiliti fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).”;

2.

l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

4.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi  (18)

Fir-rigward tad-Direttiva 91/271/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex temenda r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet A, B u C ta' l-Anness I tagħha. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 91/271/KEE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 91/271/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Is-sistemi ta' ġbir deskritti fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima A ta' l-Anness I. Il-Kummissjoni tista' temenda dawk ir-rekwiżiti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

2.

l-Artikolu 4(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-iskariki minn impjanti ta' trattament ta' ilma mormi urban deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jilħqu l-kriterji rilevanti ta' l-Anness I. B. Il-Kummissjoni tista' temenda dawn il-kriterji. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

3.

l-Artikolu 5(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-iskariki minn impjanti ta' trattament ta' ilma mormi urban deskritti fil-paragrafu 2 għandhom jilħqu l-kriterji rilevanti ta' l-Anness I B. Il-Kummissjoni tista' temenda dawn il-kriterji. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

4.

l-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha teżamina dik it-talba u tieħu l-miżuri meħtieġa konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

(b)

fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw minn qabel id-dokumentazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-każ u tieħu l-miżuri adatti konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

5.

l-Artikolu 11(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Ir-Regolamenti u/jew awtorizzazzjoni speċifika għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima C ta' l-Anness. Il-Kummissjoni tista' temenda dawk ir-rekwiżiti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

6.

l-Artikolu 12(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Ir-Regolamenti preċedenti u/jew awtorizzazzjonijiet speċifiċi ta' skariki minn impjanti ta' trattament ta' ilma mormi urban, magħmula taħt il-paragrafu 2 fi ħdan agglomerazzjonijiet ta' bejn l-2 000 u l-10 000 e.p. fil-każ ta' rimi f'ilma ħelu jew ilmijiet estwarji u f'agglomerazzjonijiet ta' 10 000 e.p. jew aktar fir-rigward ta' l-iskariki kollha, għandhom jinkludu kondizzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fit-Taqsima B ta' l-Anness I. Il-Kummissjoni tista' temenda dawk ir-rekwiżiti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).”;

7.

l-Artikolu 15(5) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni tista' tifformula linji gwida dwar is-sorveljanza msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

8.

l-Artikolu 17(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2), il-metodi u l-formati li għandhom jiġu adottati għar-rappurtar fuq il-programmi nazzjonali. Kwalunkwe emenda għal dawn il-metodi u formati għandha tiġi adottata skond dik il-proċedura.”;

9.

fl-Artikolu 18, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

4.3.   Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli  (19)

Fir-rigward tad-Direttiva 91/676/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta jew tissupplimenta l-Annessi fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 91/676/KEE u jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 91/676/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikoli 7 u 8 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Il-Kummissjoni tista' tfassal linji gwida għall-monitoraġġ imsemmi fl-Artikoli 5 u 6 skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 8

Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Annessi ma' din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).”;

2.

l-Artikolu 9(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

3.

fil-punt 2 ta' l-Anness III, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Jekk Stat Membru jippermetti ammont differenti taħt il-punt (b) tat-tieni subparagrafu, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni li għandha teżamina l-ġustifikazzjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2).”.

4.4.   Id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u Direttiva tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz  (20)

Fir-rigward tad-Direttiva 94/63/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tirrivedi l-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir għat-tagħbija mill-qiegħ preskritt fl-Anness IV u sabiex tadatta, bl-eċċezzjoni tal-valuri tal-limiti stipulat fil-punt 2 ta' l-Anness II, l-Annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 94/63/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 94/63/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 4(1), is-sitt subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“It-terminals kollha b'faċilitajiet tat-tagħbija għat-tankers tat-triq għandhom ikunu mgħammra b'ta' l-anqas irfid wieħed li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għal tagħmir ta' tagħbija mill-qiegħ preskritti fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid dawk l-ispeċifikazzjonijiet f'intervalli regolari u, fejn ikun il-każ, tirrivedihom. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).”;

2.

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Adattament għall-progress tekniku

Ħlief għal-limiti tal-valuri msemmija fl-Anness II, il-punt 2, il-Kummissjoni tista' tadatta l-Annessi ma' din id-Direttiva għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).”;

3.

l-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

4.5.   Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi  (21)

Fir-rigward tad-Direttiva 96/82/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi II sa VI tagħha għall-progress tekniku u sabiex tistabbilixxi kriterji armonizzati għad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri bil-għan li stabbiliment ikun fi stat li ma joħloq l-ebda periklu ta' aċċident serju. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 96/82/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 96/82/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 9(6), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji armonizzati għad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtorità kompetenti li stabbiliment partikolari jkun fi stat li ma joħloq l-ebda periklu ta' xi aċċident serju fis-sens tas-subparagrafu (a). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).”;

2.

l-Artikolu 15(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom, hekk kif l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 14 tkun inġabret, jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' l-analiżi tagħhom u bir-rakkomandazzjonijiet tagħhom billi jużaw formola ta' rapport stabbilita u miżmuma dejjem taħt reviżjoni permezz tal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2).

Ir-rappurtar ta' din l-informazzjoni mill-Istati Membri jista' ma jsirx mall-ewwel biss sabiex ikunu jistgħu jitlestew il-proċedimenti legali fejn ikun hemm il-possibilità li tali rappurtar jaffettwa dawk il-proċedimenti”;

3.

l-Artikolu 21 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 21

Termini ta' riferenza tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tadatta l-kriterji msemmija fl-Artikolu 9(6)(b) u l-Annessi II sa VI għall-progress tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

2.   Il-miżura biex titfassal il-forma tar-rapport imsemmija fl-Artikolu 15(2), għandha tiġi adottata konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2).”;

4.

l-Artikolu 22 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat.

2.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

4.6.   Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April ta' l-1999 dwar ir-rimi ta' skart f' terraferma  (22)

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/31/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi tagħha għall-progress xjentifiku u tekniku u biex tadotta miżuri għall-istandardizzazzjoni ta' metodi ta' kontroll, ta' kampjunament u ta' analiżi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/31/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/31/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Proċedura ta' Kumitat

Il-miżuri meħtieġa għall-adattament ta' l-Annessi ma' din id-Direttiva għal progress xjentifiku u tekniku u sabiex jiġu stabbiliti l-istandardizzazzjoni ta' metodi ta' kontroll, ta' kampjunament u ta' analiżi rigward it-terraferma ta' skart għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, fost affarijiet oħrajn billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3). Għal dan l-iskop, skond l-Anness II, il-Kumitat għandu jikkunsidra l-prinċipji ġenerali u proċeduri ġenerali għal kriterji ta' eżami u aċċettazzjoni kif stipulat fl-Anness II u għandu jistabbilixxi kriterji speċifiċi u/jew metodi ta' eżami u valuri limiti assoċjati għal kull klassi ta' terraferma, inklużi jekk neċessarju tipi speċifiċi ta' terraferma skond kull klassi, inkluż il-ħżin taħt l-art.

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja msemija fl-Artikolu 17(2), tadotta, u meta jkun meħtieġ temenda, dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni u għat-trażmissjoni regolari tad-data statistika msemmija fl-Artikoli 5, 7 u 11.”;

2.

l-Artikolu 17(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

4.7.   Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda  (23)

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/94/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi tagħha. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/94/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

1.   Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi ma' din id-Direttiva u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tagħha għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3) wara konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet oħra interessati.

Biex jiġi assistit dan il-proċess ta' adattament kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2003, rapport dwar l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jkopri l-perjodu mit-18 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002. Il-format ta' dan ir-rapport għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2) mhux aktar tard mit-18 ta' Jannar 2001.

2.   Addizzjonalemnt għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri mmirati lejn:

(a)

aktar speċifikazzjoni tal-format tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 3 billi tadatta l-Anness I;

(b)

aktar speċifikazzjoni tar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-gwida msemmija fl-Artikolu 4 bil-għan li jiġu klassifikati mudelli ġodda ta' karozzi biex b'hekk ikun jista' jsir elenku tal-mudelli skond l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-karburant fi klassijiet speċifikati, inkluża klassi għal elenku tal-mudelli tal-karozzi ġodda l-aktar effiċjenti fil-konsum tal-karburant;

(ċ)

it-twaqqif ta' rakkomandazzjonijiet biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipji tad-dispożizzjonijiet dwar il-letteratura promozzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 lil media u materjali oħra.

Il-miżuri li hemm referenza għalihom fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu, li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).

Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2).”;

2.

l-Artikolu 10(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

4.8.   Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart  (24)

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/76/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi kriterji għar-rekwiżiti relatati mat-tnaqqis tal-frekwenza ta' ċertu kejl perjodiku, sabiex tiddeċiedi d-data li minnha se jitwettaq kejl kontinwu ta' ċerti valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet fl-arja, sabiex tadatta l-Artikoli 10, 11 u 13 u l-Annessi I u III għall-progress tekniku jew għal skoperti ġodda dwar il-benefiċċji tas-saħħa ta' tnaqqis ta' emissjonijiet; u, sabiex tadatta t-tabelli fl-Anness II il-punt 2.1. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/76/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/76/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“7.   It-tnaqqis tal-frekwenza tal-kejl perjodiku tal-metalli tqal minn darbtejn fis-sena għal darba kull sentejn u għad-diossini u furans minn darbtejn fis-sena għal darba fis-sena jistgħu jkunu awtorizzati fil-permess mill-awtorità kompetenti sakemm l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ikunu inqas mill-50 % tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjoni mfassla rispettivament skond l-Anness II jew l-Anness V u sakemm ikunu disponibbli l-kriterji tar-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu dawn il-kriterji, ibbażata millinqas fuq id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (d). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2).”;

(b)

il-paragrafu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“13.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, hekk kif issir disponibbli fil-Komunità teknika adatta ta' kejl, id-data minn meta l-kejl kontinwu tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet ta' l-arja għall-metalli tqal, diossini u furans għandhom jitwettqu skond l-Anness III. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi żżid magħha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2).”;

2.

l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Adattament għall-progress teknoloġiku jew skoperti ġodda

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva u li jadattaw l-Artikoli 10, 11 u 13 u l-Annessi I u III għall-progress teknoloġiku jew skoperti ġodda dwar il-benefiċċji għas-saħħa mit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2).”;

3.

l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

4.

fil-punt II.2.1 ta' l-Anness II, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Fil-każ fejn, għall-impjanti kbar ta' kombustjoni, ikunu stabbiliti valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet iżjed severi taħt id-Direttiva 2001/80/KE jew ikunu maħsuba valuri tal-limitu iżjed severi taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità, dawn il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għandhom jissostitwixxu, għall-impjanti u sustanzi li jniġġsu kkonċernati, il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet kif preskritti fit-tabelli li ġejjin (Cproċ). F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadatta dawk it-tabelli għal dawn il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet iżjed severi. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2) mingħajr dewmien.”.

4.9.   Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali  (25)

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/49/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-punt 3 ta' l-Anness I, u l-Annessi II u III, għall-progress tekniku u xjentifiku u tistabbilixxi metodi komuni ta' valutazzjoni. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/49/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/49/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' reviżjoni ta' l-Anness II, tistabbilixxi metodi komuni ta' l-istudju għad-determinazzjoni ta' Ljal u Llejl. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Sakemm dawn il-metodi jkunu adottati, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-metodi ta' l-istudji adottati skond l-Anness II u bbażati fuq il-metodi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni proprja tagħhom. F'każi bħal dawn, l-Istati Membri għandhom juru li dawk il-metodi jagħtu riżultati ekwivalenti għar-riżultati akwistati bil-metodi stabbiliti fil-paragrafu 2(2) ta' l-Anness II.”;

2.

l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Adattament għall-progress tekniku u xjentifiku

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I, il-punt 3, l-Anness II u l-Anness III ta' din id-Direttiva għall-progress tekniku u xjentifiku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”;

3.

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

4.

fl-Anness III, it-tieni sentenza tal-kliem introduttorju għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Ir-relazzjonijiet ta' doża-effett introdotti bir-reviżjonijiet futuri ta' dan l-Anness li jsiru skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3) għandhom jikkonċernaw partikolarment:”.

4.10.   Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta' prodotti ta' l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament  (26)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi u tadatta sistema għall-iżvilupp u l-assenjament ta' identifikaturi partikolari għall-OMĠ. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dak ir-Regolament billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1.

l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Identifikaturi partikolari

Il-Kummissjoni għandha:

(a)

qabel l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 7 tistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjament ta' identifikaturi partikolari għall-OMĠs;

(b)

tadatta s-sistema prevista fil-punt (a), kif ikun xieraq.

Il-miżuri previsti fl-ewwel paragrafu, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). Waqt li jkun qed isir dan, għandhom jitqiesu l-iżviluppi li jkun hemm f'fora internazzjonali.”;

2.

l-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

4.11.   Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi  (27)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/42/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Anness III għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/42/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/42/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Adattamenti għal progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness III sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku. Dawk il-miżuri, imfasslasabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

2.

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

4.12.   Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati  (28)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi r-rekwiżiti standard għal kontrolli ta' telf, sabiex tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' programmi ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni, u sabiex tadotta rekwiżiti addizzjonali ta' ttikkettar. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1.

l-Artikolu 3(7) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti standard għal kontrolli ta' telf għal kull waħda mill-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

2.

l-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, abbażi ta' informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri u b'konsultazzjoni mas-setturi rilevanti, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku għal programmi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-persunal rilevanti involut fl-installazzjoni, il-manteniment jew ‘servicing’ ta' tagħmir u sistemi koperti mill-Artikolu 3(1) kif ukoll għall-persunal involut fl-attivitajiet previsti fl-Artikoli 3 u 4. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

3.

l-Artikolu 7(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-forma tat-tikketta li għandha tintuża għandha tiġi stabbilita skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2).

Ir-rekwiżiti ta' ttikkettar, flimkien ma' dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom, fejn xieraq, ikunu adottati. Dawk il-miżuri, imfasslasabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

Qabel ma tippreżenta proposta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-idoneità ta' l-inklużjoni ta' tagħrif ambjentali addizzjonali, inkluż il-potenzjal ta' tisħin globali, fuq ttikketti, filwaqt li jittieħed kont ta' skemi ta' tikkettar eżistenti li jkunu diġà applikabbli għall-prodotti u tagħmir imsemmija fil-paragrafu 2.”;

4.

l-Artikolu 12(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

4.13.   Id-Direttiva 2006/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar il-kwalità ta' l-ilma ħelu li għandu bżonn protezzjoni jew titjib sabiex tkun sostnuta l-ħajja tal-ħut  (29)

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/44/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-valuri G għall-parametri, u l-metodi ta' analiżi, stabbiliti fl-Anness I għall-progress tekniku u xjentifiku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/44/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/44/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri meħtieġa biex jadattaw għall-progress tekniku u xjentifiku l-valuri G għall-parametri u l-metodi ta' analiżi li jinsabu fl-Anness I ma' din id-Direttiva.. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).”;

2.

l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

4.14.   Id-Direttiva 2006/113/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski  (30)

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/113/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta għall-progress tekniku u xjentifiku l-valuri G għall-parametri, u l-metodi ta' analiżi, stabbiliti fl-Anness I. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/113/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/113/KE għandu jiġi sostitwitb'dan li ġej:

“Artikolu 12

Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat imwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/44/KE, għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex jadattaw għall-progress tekniku u xjentifiku l-valuri G għall-parametri u l-metodi ta' analiżi li jinsabu fl-Anness I ma' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/44/KE.”.

5.   L-ISTATISTIKA EWROPEA

5.1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta' l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità  (31)

Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 696/93, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Anness għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KEE) Nru 696/93, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 696/93 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1.

l-Artikoli 5 u 6 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Wara t-tmiem tal-perjodu transitorju msemmi fl-Artikolu 4, il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura ta' amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2), tawtorizza Stat Membru biex juża unitajiet oħra ta' l-istatistika tas-sistema ta' produzzjoni.

Artikolu 6

Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi dawk maħsuba għall-adattament għall-progress ekonomiku u tekniku li jikkonċernaw b'mod partikolari l-unitajiet ta' l-istatistika tas-sistema ta' produzzjoni, il-kriterji użati u d-definizzjonijiet speċifikati fl-Anness, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).”;

2.

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat għall-Programm ta' l-Istatistika.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

5.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat-23 ta' Novembru 1995 dwar il-ġbir ta' l-informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu  (32)

Fir-rigward tad-Direttiva 95/57/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tiddetermina d-definizzjonijiet li japplikaw għall-karatteristiċi tal-ġbir ta' l-informazzjoni kif ukoll l-aġġustamenti kollha tal-lista ta' dawn il-karatteristiċi, sabiex tadotta r-rekwiżiti minimi ta' eżattezza meħtieġa li għandhom jintlaħqu mir-riżultati tal-ġbir kif ukoll mill-proċeduri sabiex jiġi assigurat l-ipproċessar armonizzat tal-bażi sistematiċi, u sabiex tadotta regoli dettaljati dwar l-ipproċessar mill-Istati Membri ta' l-informazzjoni miġbura. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 95/57/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 95/57/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Id-definizzjonijet li japplikaw għall-karatteristiċi tal-ġbir ta' l-informazzjoni kif ukoll l-aġġustamenti kollha tal-lista tal-karatteristiċi għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).”;

2.

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-ġbir ta' l-istatistika għandha tassigura, safejn ikun possibbli, li r-riżultati jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta' eżattezza meħtieġa. Dawk ir-rekwiżiti, kif ukoll il-proċeduri li jassiguraw l-ipproċessar armonizzat tal-bażi sistematiċi, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2). Ir-rekwiżiti minimi ta' eżattezza għandhom jiġu ddeterminati b'mod partikolari b'referenza għall-iljieli mqattgħin f'akkomodazzjoni kull sena fil-livell nazzjonali.”;

3.

l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

L-ipproċessar ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-informazzjoni miġbura msemmija fl-Artikolu 3 skond ir-rekwiżiti ta' eżattezza stabbiliti fl-Artikolu 4 u skond ir-regoli dettaljati adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2). Il-livell reġjonali għandu jkun konformi man-Nomenklatura ta' l-Unitajiet Territorjali ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej.”;

4.

fl-Artikolu 7(3), il-kliem “fl-Artikolu 12” għandu jiġi sostitwit bil-kliem: “fl-Artikolu 12(1)”;

5.

fl-Artikolu 9, il-kliem “fl-Artikolu 12” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 12(1)”;

6.

fl-Artikolu 11, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, 4 u 6, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 7 u 9 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(1)”;

7.

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

5.3.   Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS)  (33)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex temenda l-unitajiet amministrattivi użati għall-klassifikazzjoni tan-NUTS, sabiex tidderoga l-limiti demografiċi għal uħud mill-unitajiet li m'humiex amministrattivi, sabiex temenda l-unitajiet amministrattivi iżgħar skond ir-rekwiżiti tal-livell NUTS 3 kif ukoll sabiex temenda l-klassifikazzjoni NUTS. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1.

l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-unitajiet amministrattivi eżistenti li jintużaw għall-klassifikazzjoni NUTS huma elenkati fl-Anness II. Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u li jadattaw l-Anness II, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

(b)

fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Ċerti unitajiet mhux amministrattivi individwali jistgħu, madankollu, jiddevjaw minn dawn l-egħtiebi minħabba f'ċirkostanzi partikolari ġeografiċi, soċjo ekonomiċi, storiċi, kulturali jew ambjentali, speċjalment fil-gżejjer u f'reġjunijiet imbiegħda. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

2.

fl-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u li jadattaw l-Anness III għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

3.

l-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“4.   L-emendi li jsiru lill-klassifikazzjoni NUTS għandhom jiġu adottati fit-tieni nofs tas-sena kalendarja, mhux aktar frekwentement minn kull tliet snin, skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

(b)

il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Meta ssir emenda lill-klassifikazzjoni NUTS, l-Istat Membru interessat għandu jittrasmetti lill-Kummissjoni s-serje taż-żmien għas-suddiviżjoni ġdida reġjonali, sabiex tissostitwixxi data li tkun diġà ġiet trasmessa. Il-lista tas-serje u kemm idumu għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni waqt li jittieħed kont tal-fattibbiltà tal-provvista tagħhom. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2). Is-serje taż-żmien għandhom jiġu provduti fi żmien sentejn mill-emendament tal-klassifikazzjoni NUTS.”;

4.

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar il-Programm ta' l-Istatistika.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

5.4.   Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC)  (34)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri dwar l-oqsma sekondarji ta' l-objettiv u l-individwi inklużi fil-kampjun inizjali, kif ukoll miżuri li jieħdu kont tal-bidliet ekonomiċi u tekniċi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-oqsma sekondarji ta' l-objettiv għandhom jiġu inklużi, fil-komponent traversali biss, kull sena mill-2005 'l quddiem. Għandu jiġi kopert qasam sekondarju wieħed kull sena. Il-miżuri li jiddefinixxu l-oqsma ta' l-objettiv, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

2.

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fil-komponent lonġitudinali, l-individwi inklużi fil-kampjun inizjali, jiġifieri, il-persuni kampjunarji, għandhom jiġu segwiti tul il-panel Kull persuna kampjunarja li tmur f'residenza privata tagħha ġewwa l-konfini nazzjonali għandha tiġi segwita fil-lokalità l-ġdida tagħha skond ir-regoli u l-proċeduri ta' traċċjar li jiġu definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

3.

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

4.

l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2)” għandu jitħassar;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, imfassla sabiexjemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3) mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel il-bidu tas-sena ta' l-istħarriġ.”.

5.5.   Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontabilità ekonomika għall-agrikoltura fil-Komunità  (35)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 138/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taġġorna l-metodoloġija tal-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura (EAA) fil-Komunità, il-lista tal-kwantitajiet varjabbli u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tad-data għal dawn il-kontijiet. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 138/2004, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-metodoloġija ta' l-EAC għandha tiġi aġġornata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 4(2).”;

2.

l-Artikolu 3, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista tal-kwantitajiet varjabbli u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tad-data stabbiliti fl-Anness II. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 4(2).”;

3.

l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

5.6.   Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar statistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni  (36)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri għall-implimentazzjoni tal-moduli li jikkonċernaw elementi differenti bħas-selezzjoni u l-ispeċifikazzjoni tagħhom, l-aġġustament u l-modifika tas-suġġetti u l-karatteristiċi, il-kopertura, l-perjodiċità, previsti minn dak ir-Regolament imsemmi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.   Il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-moduli ta' dan ir-Regolament għandhom jikkonċernaw is-selezzjoni u l-ispeċifikazzjoni, l-aġġustament u l-modifika tas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom, il-kopertura, perjodi ta' referenza u tqassim tal-karatteristiċi, l-perjodiċità u timing tal-provista tad-data u l-limiti ta' żmien għat-trażmissjoni tar-riżultati.

2.   Il-miżuri ta' implimentazzjoni, inklużi l-aġġustament u l-aġġornament ta' miżuri sabiex jittieħed kont tal-bidliet tekniċi u ekonomiċi, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2), wara li jittieħed kont tar-riżorsi ta' l-Istati Membri, u l-piż fuq dawk li jirrispondu, l-fattibbiltà teknika u metodoloġika u l-affidabbiltà tar-riżultati.

3.   Għandhom jitfasslu miżuri ta' implimentazzjoni minn ta' l-anqas disa' xhur qabel il-bidu ta' perjodu ta' ġbir ta' data.

Artikolu 9

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

5.7.   Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani  (37)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 184/2005, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tispeċifika l-istandards komuni ta' kwalità kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità u sabiex tadatta l-Annessi għall-bidliet ekonomiċi u tekniċi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 184/2005, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1.

l-Artikolu 4(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-istandards komuni ta' kwalità, kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità, għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet fir-rigward ta' l-ispejjeż tal-ġbir u l-kompilazzjoni tad-data kif ukoll tibdil importanti fil-ġbir tad-data.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

Il-kwalità tad-data trasmessa għandha tiġi valutata, fuq il-bażi tar-rapporti ta' kwalità, mill-Kummissjoni bl-għajnuna tal-Kumitat dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti msemmi fl-Artikolu 11(1).

Din il-valutazzjoni mill-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni.”;

2.

l-Artikoli 10 u 11 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 10

L-Adattament għall-bidliet Ekonomiċi u Tekniċi

Il-miżuri li ġejjin, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, u meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-bidliet ekonomiċi u tekniċi, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3):

(a)

miżuri li jaġġornaw ir-rekwiżiti tad-data, inklużi l-iskadenzi għall-preżentazzjoni kif ukoll ir-reviżjonijiet, l-estensjonijiet u l-eliminazzjonijiet ta' flussi ta' data stabbiliti fl-Anness I;

(b)

miżuri li jaġġornaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 11

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat tal-Bilanċ tal-Pagamenti, (‘il-Kumitat’).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli minn 5 sa 7 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.   Il-BĊE jista' jattendi l-laqgħat tal-Kumitat bħala osservatur.”.

5.8.   Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 dwar il-kumpilazzjoni ta' kontijiet trimestrali mhux finanzjarji skond is-settur istituzzjonali  (38)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1161/2005, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi skedi ta' żmien u tqassim tat-transazzjonijiet, sabiex taġġusta l-ħin ta' trasmissjoni tad-data, sabiex taġġusta l-proporzjon tat-total Komunitarju u sabiex tiddefinixxi standards komuni ta' kwalità. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1161/2005 inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 huwa b'dan emendat kif ġej:

1.

l-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, skeda ta' żmien għat-trasmissjoni tal-punti p. 1, p. 2, D.42, D.43, D.44, D.45 u B.4G, rispettivament, u kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ħtieġa ta' tqassim tat-transazzjonijiet elenkati fl-Anness skond is-settur kontroparti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi, fost affarijiet oħrajn, iżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3). Kwalunkwe deċiżjoni tali m'għandhiex tiġi adottata qabel ma l-Kummissjoni tkun irrapportat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skond l-Artikolu 9.”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-ħin tat-trasmissjoni speċifikat fil-paragrafu 3 jista' jiġi aġġustat mill-Kummissjoni, b'massimu ta' ħamest ijiem. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).”;

2.

l-Artikolu 3(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-proporzjon (1 %) tat-total Komunitarju msemmi fil-paragrafu 1 jista' jiġi aġġustat mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).”;

3.

l-Artikolu 6 (1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwalità tad-data trasmessa titjieb maż-żmien sabiex tilħaq l-istandards tal-kwalità komuni li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni. Il-miżuri li jistabbilixxu dawk l-istandards komuni ta' kwalita', imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).”;

4.

l-Artikolu 7 għandu jitħassar;

5.

l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika (‘il-Kumitat’).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

6.   IS-SOĊJETÀ TA' L-INFORMAZZJONI

6.1.   Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi  (39)

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/93/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi kriterji għall-Istati Membri biex jiddeterminaw jekk għandux jinħatar korp biex jiddetermina l-konformità ta' mekkaniżmi ta' sikurezza għall-ħolqien ta' firem mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness III tagħha. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/93/KE billi jissupplimentaha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/93/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-konformità tal-mekkaniżmi ta' sikurezza għall-ħolqien tal-firem mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness III għandhom jiġu stabbiliti minn korpi adatti, pubbliċi jew privati, maħtura mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji għall-Istati Membri biex jistabbilixxu jekk korp għandux jiġi maħtur. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi żżid magħha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).”;

2.

fl-Artikolu 3(5), il-kliem “fl-Artikolu 9” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 9(2)”;

(3)

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn ‘Kumitat tal-Firem Elettroniċi’.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

6.2.   Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell EU  (40) .

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 733/2002, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura għan-nomina tar-Reġistru, u sabiex tadotta regoli tal-politika pubblika dwar l-implimentazzjoni u l-funzjoni tat-Top Level Domain (TLD) “.eu” u prinċipji ta' politika pubblika dwar ir-reġistrazzjoni. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 733/2002 billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni tal-kriterji u tal-proċedura għan-nomina tar-Reġistru.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 3 (1), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

tistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura għan-nomina tar-Reġistru. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' uġenza msemmija fl-Artikolu 6(4)”;

2.

fl-Artikolu 5, il-paragrafu (1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Wara li tikkonsulta mar-Reġistru, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta' politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet ta' l-.eu TLD u l-prinċipji tal-politika pubblika dwar ir-reġistrazzjoni. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

Il-politika pubblika għandha tinkludi:

(a)

politika dwar is-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' konflitti;

(b)

politika pubblika dwar reġistrazzjoni spekulattiva u abużiva ta' ismijiet ta' qasam inkluża l-possibbiltà ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' qasam f'fażijiet biex jiġu assigurati opportunitajiet temporanji adegwati għad-detenturi ta' drittijiet li kienu jeżistu qabel rikonoxxuti jew stabbiliti bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità u biex korpi pubbliċi jirreġistraw isimhom;

(ċ)

politika dwar il-possibiltà tar-revokazzjoni ta' ismijiet ta' qasam, inkluża l-kwistjoni ta' bona vacantia;

(d)

kwistjonijiet dwar il-lingwa u kunċetti ġeografiċi;

(e)

it-trattament ta' proprjetà intellettwali u drittijiet oħra.”;

3.

l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni li għandu x'jaqsam man-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru) (*****).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

(*****)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.”."

7.   IS-SUQ INTERN

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali  (41)

Fir-rigward tad-Direttiva 2005/36/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddefinixxi l-kriterji neċessarji sabiex jitwaqqfu pjattaformi komuni li jirrigwardjaw l-eżenzjoni mill-miżuri kumpensatorji. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/36/KE inter alia billi jissupplimentawaha b'elementi ġodda mhux essenzjali magħha, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2005/36/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (ċ), (ii), għandha titħassar it-tieni sentenza;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadatta l-lista li tidher fl-Anness II sabiex jittieħed kont ta' taħriġ li jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-ewwel paragrafu, punt ċ) ii). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

2.

fl-Artikolu 13(2), it-tielet subparagrafu, it-tielet sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadatta l-lista li tidher fl-Anness III sabiex jittieħed kont ta' edukazzjoni u taħriġ regolati li jipprovdi standard professjonali komparabbli u li jipprepara lit-trainee għal-livell komparabbli ta' responsabbilitajiet u funzjonijiet. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

3.

l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Jekk il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tqis li abbozz ta' pjattaforma komuni jiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali, tista' tippreżenta abbozz ta' miżuri bil-ħsieb li jiġu adottati. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

(b)

il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Jekk Stat Membru jikkunsidra li l-kriterji stabbiliti f'miżura adottata skond il-paragrafu 2 ma għadhomx joffru garanziji adegwati rigward il-kwalifiki professjonali, għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta abbozz ta' miżuri bil-ħsieb li jiġu adottati. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3)”;

4.

l-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 20

Adattament tal-listi ta' l-attivitajiet ta' l-Anness IV

Il-Kummissjoni tista' tadatta l-listi ta' l-attivitajiet imsemmija fl-Anness IV li huma s-suġġett ta' rikonoxximent ta' esperjenza professjonali skond l-Artikolu 16, bil-ħsieb li n-nomenklatura tiġi aġġornata jew iċċarata, kemm-il darba dan ma jinvolvix tibdil fl-attivitajiet relatati mal-kategoriji individwali. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

5.

fl-Artikolu 21(6), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadatta l-għarfien u l-ħiliet imsemmija fl-Artikoli 24(3), 31(6), 34(3), 38(3), 40(3) u 44(3), għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

6.

fl-Artikolu 25, il-paragrafu (5) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni tista' tadatta l-perijodi minimi ta' taħriġ imsemmija fl-Anness V, punt 5.1.3, għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

7.

fl-Artikolu 26, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tinkludi fl-Anness V, punt 5.1.3 speċjalizzazzjonijiet mediċi ġodda li huma komuni għal mhux inqas minn żewġ kwinti ta' l-Istati Membri bil-ħsieb li jitqies it-tibdil fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

8.

fl-Artikolu 31(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadatta l-kontenut elenkat fl-Anness V, punt 5.2.1 għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

9.

fl-Artikolu 34(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadatta l-kontenut elenkat fl-Anness V, punt 5.3.1, għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

10.

fl-Artikolu 35, paragrafu 2, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadatta l-perijodu minimu ta' taħriġ imsemmi fit-tieni subparagrafu għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

11.

fl-Artikolu 38(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadatta l-kontenut elenkat fl-Anness V, punt 5.4.1, għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

12.

fl-Artikolu 40(1), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadatta l-kontenut elenkat fl-Anness V, punt 5.5.1, għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

13.

fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 44(2), it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadatta l-kontenut elenkat fl-Anness V, punt 5.6.1, għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

14.

fl-Artikolu 46(2), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' temenda l-għarfien u l-ħiliet elenkati fil-paragrafu 1, għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).”;

15.

l-Artikolu 58 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 58

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 taghha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

8.   IS-SAĦĦA U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

8.1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' oġġetti ta' l-ikel iffriżati malajr għal konsum mill-bniedem  (42)

Fir-rigward tad-Direttiva 89/108/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi l-kriterji ta' purità li għandhom jiġu sodisfatti mill-mezzi krijoġeniċi kif ukoll il-proċeduri ta' teħid ta' kampjuni għal oġġetti ta' l-ikel iffriżati malajr, il-proċeduri ta' monitoraġġ tat-temperaturi ta' dawn l-oġġetti ta' l-ikel u tal-monitoraġġ ta' temperaturi fil-mezzi ta' trasport, ta' magazzinaġġ u ta' ħażna. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 89/108/KEE billi jissupplimentawha b'elementi mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 89/108/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 4, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-kriterji ta' purità li għandhom jiġu sodisfatti minn dawn il-mezzi krijoġeniċi għandhom jiġu adottati, safejn ikun meħtieġ, mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

2.

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-proċeduri ta' teħid ta' kampjuni għal oġġetti ta' l-ikel iffriżati malajr u l-proċeduri ta' monitoraġġ tat-temperaturi tagħhom u tal-monitoraġġ ta' temperaturi fil-mezzi ta' trasport, ta' magazzinaġġ u ta' ħażna għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).”;

3.

l-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

8.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta' l-24 ta' Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel  (43)

Fir-rigward tad-Direttiva 90/496/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadotta dispożizzjonijiet li jkunu neċessarji għal bidliet fil-lista ta' vitamini, minerali u l-kwantità rakkomandata tagħhom ta' kuljum; għad-definizzjoni tal-fibra u l-metodi assoċjati tagħha ta' analiżi; sabiex jirrestrinġu jew jipprojbixxu allegazzjonijiet tan-nutrizzjoni; għal emendi u żidiet relatati mal-lista ta' kategoriji ta' nutrijenti u l-fatturi tagħhom ta' konverżjoni, kif ukoll sabiex tistabbilixxi r-regoli dwar il-medda tat-tagħrif li għandu jingħata u l-mod ta' komunikazzjoni tiegħu f'każ ta' prodotti ta' l-ikel li ma jkunux ippakkjati minn qabel. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 90/496/KEE inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 90/496/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1(4)(a), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva u li jbidlu l-lista ta' vitamini, minerali u l-kwantità rakkomandata tagħhom ta' kull jum għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

2.

fl-Artikolu 1(4)(b), it-tielet subparagrafu, il-kliem “l-Artikolu 10” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 10(2)”;

3.

fl-Artikolu 1(4), il-punt (j) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(j)

‘fibra’ tfisser il-materjal li għandu jiġi definit mill-Kummissjoni u mkejjel bil-metodu ta' analiżi li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

4.

l-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

L-uniċi allegazzjonijiet tan-nutrizzjoni permessi għandhom ikunu dawk li jirrelataw ma' l-enerġija, man-nutrijenti elenkati fl-Artikolu 1(4)(a)(ii) u mas-sustanzi li jagħmlu sehem minn, jew huma komponenti ta', kategorija ta' dawk in-nutrijenti. Dispożizzjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu allegazzjonijiet tan-nutrizzjoni skond it-tifsira ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

5.

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-emendi għall-fatturi ta' konverżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u ż-żieda mal-lista fil-paragrafu 1 ta' sustanzi li jagħmlu sehem minn, jew huma komponenti ta', waħda mill-kategoriji ta' nutrijenti msemmija f'dak il-paragrafu u l-fatturi ta' konverżjoni tagħhom għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni s abiex jiġi kalkolat b'mod aktar eżatt il-valur ta' enerġija ta' l-oġġetti ta' l-ikel,. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

6.

fl-Artikolu 6(3), il-kliem “l-Artikolu 10” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 10(2)”;

7.

fl-Artikolu 6(5)(b), il-kliem “l-Artikolu 10” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 10(2)”;

8.

fl-Artikolu 6(8), it-tieni subparagrafu, il-kliem “l-Artikolu 10” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 10(2)”;

9.

l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Fil-każ ta' prodotti ta' l-ikel li ma jkunux impakkettati minn qabel imqiegħda għall-bejgħ lill-konsumatur ta' l-aħħar jew lill-caterers bil-kwantità u l-oġġetti ta' l-ikel ippakkjati fil-punt tal-bejgħ fuq it-talba tax-xerrej jew ippakkeġġjati minn qabel bil-ħsieb li jinbiegħu minnufih, il-medda tat-tagħrif li għaliha jirriferi l-Artikolu 4 u l-mod tal-komunikazzjoni tiegħu jista' jiġi stabbilit b'liġi nazzjonali sa l-adozzjoni eventwali ta' miżuri mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

10.

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

8.3.   Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li jikkonċerna l-ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza  (44)

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/2/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex timplimenta regoli relatati ma' l-irradjazzjoni ta' l-ikel. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/2/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Minħabba raġunijiet ta' effiċjenza, il-limiti normali taż-żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom ikunu limitati għall-adozzjoni ta' ċerti eċċezzjonijiet għar-regoli relatati ma' dożi massimi ta' radjazzjoni għal oġġetti ta' l-ikel u l-użu ta' trattament ta' irradjazzjoni flimkien ma' trattament kimiku, kif ukoll għall-adozzjoni ta' rekwiżiti supplimentari għall-approvazzjoni ta' faċilitajiet ta' irradjazzjoni.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' l-emendi għad-Direttiva 1999/2/KE jew għad-Direttivi implimentattivi permezz ta' projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet kif paragunati mas-sitwazzjoni legali preċedenti sal-medda neċessarja sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/2/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).”;

2.

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-approvazzjoni għandha tingħata biss jekk il-faċilità:

tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kodiċi Konġunt tal-FAO/WHO ta' Prattika Internazzjonali Codex Alimentarius Irrikmandat mill-Kummissjoni għat-tħaddim tal-faċilitajiet ta' irradjazzjoni użati għat-trattament ta' l-ikel (referenza FAO/WHO/CAC, vol.XV edizzjoni 1), u kwalunkwe rekwiżiti supplimentari li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4);

tinnomina persuna responsabbli għall-osservanza tal-kondizzjonijiet kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċess.”;

3.

fl-Artikolu 8(3), il-kliem “l-Artikolu 12” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 12(2)”;

4.

fl-Artikolu 9(2), il-punt (a), l-ewwel subparagrafu, il-kliem “l-Artikolu 12” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 12(2)”;

5.

l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.';

(******)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.”"

6.

fl-Artikolu 14(2), il-kliem “l-Artikolu 12” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 12(2)”;

7.

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-adattamenti ta' din id-Direttiva jew tad-Direttiva implimentattiva jistgħu jsiru mill-Kummissjoni biss sal-punt neċessarju biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u għandhom f'kull każ ikunu limitati għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet kif paragunati mas-sitwazzjoni legali ta' qabel. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12(5).”.

8.4.   Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-supplimenti ta' l-ikel  (45)

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/46/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadotta regoli speċifiċi għall-vitamini u l-minerali użati bħala supplimenti ta' l-ikel, inkluż sabiex tistabbilixxi valuri speċifiċi għal livelli massimi u minimi għall-vitamini u l-minerali preżenti fis-supplimenti ta' l-ikel kif ukoll il-kriterji ta' purità tagħhom. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/46/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' miżura li tipprojbixxi l-użu ta' vitamina jew ta' mineral li l-użu tagħhom kien awtorizzat qabel.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/46/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-kriterji għall-purità għas-sustanzi elenkati fl-Anness II ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, ħlief fejn japplikaw skond il-paragrafu 3. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”;

2.

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-modifiki fil-listi msemmija fil-paragrafu 1, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13(4) sabiex tneħħi vitamina jew mineral mil-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”;

3.

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-ammonti massimi u minimi ta' vitamini u minerali msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”;

4.

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jkunu meħtieġa adattamenti għal din id-Direttiva jew għall-implementazzjoni ta' l-atti tal-Komunità sabiex jirrimedjaw id-diffikultajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u sabiex jassiguraw il-protezzjoni tas-saħħa umana, hija għandha tadotta dawk l-emendi. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13(4) bil-għan li tadotta dawk l-adattamenti. L-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' sigurtà jista', f'dak il-każ, iżomm fis-seħħ miżuri bħal dawn sa meta ssir l-adozzjoni ta' l-adattamenti.”;

5.

l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

(*******)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.”"

9.   L-ENERĠIJA U T-TRASPORT

9.1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma  (46)

Fir-rigward tad-Direttiva 91/672/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-lista taċ-ċertifikati tal-boatmasters għall-ġarr ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 91/672/KEE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 91/672/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadatta l-lista taċ-ċertifikati li jidhru fl-Anness I ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

2.

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

9.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta' l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar  (47)

Fir-rigward tad-Direttiva 92/75/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex iżżid tipi oħrajn ta' apparat tad-dar mal-lista fl-Artikolu 1(1) tagħha u sabiex tadotta miżuri dwar it-tipi elenkati ta' apparat tad-dar. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 92/75/KEE, billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 92/75/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 1 (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Jistgħu jiġu miżjuda tipi oħra ta' apparat tad-dar mal-lista f'dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).”;

2.

l-Artikolu 2 (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Id-dettalji dwar it-tikketta u l-fiche għandhom jiġu definiti b'Direttivi relatati ma' kull tip ta' apparat adottat skond din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10 (2).”;

3.

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tadotta, u tadatta għall-progress tekniku, miżuri relatati ma' l-istabbiliment u t-tħaddim ta' l-iskema permezz ta' Direttivi implimentattivi u permezz ta' żjieda ta' aktar apparati tad-dar fil-lista stabbilita fl-Artikolu 1(1) fejn ikun probabbli li jiġi frankat ammont sinifikanti ta' enerġija.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).”;

4.

l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

9.3.   Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni fil-Komunità  (48)

Fir-rigward tad-Direttiva 96/50/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-forma taċ-ċertifikat tas-sidien tad-dgħajjes u għall-iżviluppi fir-rigward ta' l-għarfien professjonali meħtieġ għall-ħruġ taċ-ċertifikat. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 96/50/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 96/50/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-Kummissjoni tista' tieħu l-passi neċessarji bil-għan li tadatta l-forma taċ-ċertifikat tas-sidien tad-dgħajjes fl-Anness I għall-iżviluppi fir-rigward ta' l-għarfien professjonali meħtieġ għall-ħrug taċ-ċertifikat u speċifikat fl-Anness II. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan l-att, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).”;

2.

l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/672/KEE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

9.4.   Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju ta' l-1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità  (49)

Fir-rigward tad-Direttiva 98/41/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta ċerti dispożizzjonijiet, mingħajr ma jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, sabiex jittieħed kont tal-emendi tal-Konvenzjoni SOLAS li jirrigwardjaw is-sistemi ta' reġistrazzjoni li jkunu daħlu fis-seħħ wara. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 98/41/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 98/41/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (b) tal-paragrafu 3, il-kliem “Artikolu 13” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “Artikolu 13(2)”.

(b)

fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4, il-kliem “Artikolu 13” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “Artikolu 13(2)”;

2.

fl-Artikolu 12, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għall-emendar tal-Konvenzjoni SOLAS, din id-Direttiva tista' tkun emendata sabiex tassigura l-applikazzjoni, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva u mingħajr ma jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, ta' emendi għall-Konvenzjoni SOLAS li jirrigwardjaw is-sistemi ta' reġistrazzjoni li jkunu daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva. Il-miżuri li Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”;

3.

l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (********), b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

(********)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”"

9.5.   Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija  (50)

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/59/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Annessi tagħha, id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(b) u r-referenzi għall-istrumenti tal-Komunità u ta' l-IMO u biex tadatta l-Annessi sabiex jittejjeb ir-reġim stabbilit bid-Direttiva 2000/59/KE u jitqiesu l-miżuri tal-Kummissjoni u ta' l-IMO li jidħlu fis-seħħ wara, u b'hekk tkun assigurata l-implimentazzjoni armonizzata tagħhom. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/59/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/59/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibhra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill (*********).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.;

(*********)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”"

2.

l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Proċedura emendatorja

L-Annessi ta' din id-Direttiva, id-definizzjoni fl-Artikolu 2(b) u r-referenzi għall-istrumenti Komunitarji u ta' l-IMO jistgħu jiġu adattati mill-Kummissjoni sabiex jinġiebu f'linja waħda mal-miżuri Komunitarji jew ta' l-IMO li jkunu daħlu fis-seħħ, sakemm b'dawn l-emendi ma jiġix estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Barra minn hekk, l-Annessi ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni meta dan ikun meħtieġ biex jittejjeb ir-reġim stabbilit b'din id-Direttiva, sa fejn dawn l-emendi ma jestendux il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

L-emendi ta' l-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva billi jiġi applikat l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.”.

9.6.   Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b'sigurtà ta' bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa  (51)

Fir-rigward tad-Direttiva 2001/96/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta ċerti definizzjonijiet, ir-referenzi għall-konvenzjonijiet internazzjonali u l-kodifiki tar-Riżoluzzjonijiet ta' l-IMO u ċ-Ċirkolarijiet, ir-referenzi għan-normi ta' l-ISO, ir-referenzi għall-istrumenti tal-Komunità u l-Annessi tagħhom, sabiex jiġu implimentati l-proċeduri stabbiliti bid-Direttiva u tkun assigurata l-konformità ma' l-istrumenti internazzjonali u Komunitarji li jkunu ġew adottati, emendati jew miġjuba fis-seħħ wara li tkun daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2001/96/KE, sakemm b'dan ma jiġix estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li temenda l-proċeduri ta' bejn il-bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa u t-terminals kif ukoll l-obbligazzjonijiet tar-rapportaġġ. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2001/96/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2001/96/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill (**********).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.;

(**********)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”"

2.

fl-Artikolu 15, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Id-definizzjonijiet fil-punti minn 1 sa 6 u minn 15 sa 18 ta' l-Artikolu 3, ir-referenzi għall-konvenzjonijiet internazzjonali u l-kodifiki tar-Riżoluzzjonijiet ta' l-IMO u ċ-Ċirkolarijiet, ir-referenzi għan-normi ta' l-ISO, ir-referenzi għall-istrumenti tal-Komunità u l-Annessi, jistgħu jiġu emendati biex jinġiebu konformi ma' l-istrumenti internazzjonali u Komunitarji li jkunu ġew adottati, emendati jew miġjuba fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm b'dan ma jiġix estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

2.   Il-Kummissjoni tista' temenda l-Artikolu 8 u l-Annessi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva, kif ukoll temenda jew tħassar l-obbligazzjonijiet tar-rapportaġġ imsemmija fl-Artikoli 11(2) u 12, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma jestendux il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).”.

9.7.   Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti li jkunu waslu u/jew li jkunu qed jitilqu minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità  (52)

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/6/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-listi ta' formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti, il-firmatarji, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif ukoll il-mudelli tal-formoli FAL ta' l-II IMO. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadatta r-referenzi għall-istrumenti ta' l-IMO biex id-Diretiva 2002/6/KE tinġieb konformement mal-miżuri tal-Komunità jew ta' l-IMO. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/6/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/6/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Proċedura emendatorja

Il-miżuri li jadattaw l-Annessi I u II ta' din id-Direttiva u tar-referenzi għall-istrumenti ta' l-IMO biex jinġiebu konformement mal-miżuri tal-Komunità jew ta' l-IMO li daħlu fis-seħħ għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(2).”;

2.

l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 (***********).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha..

(***********)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”"

9.8.   Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruportijiet tal-Komunità  (53)

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/30/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-lista ta' ajruportijiet fl-ibliet fl-Anness I. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/30/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/30/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (b), għandha titħassar l-aħħar sentenza.

(b)

għandu jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Anness I. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”;

2.

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

9.9.   Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini  (54)

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/91/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadatta għall-progress tekniku ċerti partijiet tal-qafas ġenerali speċifikat fl-Anness ta' dik id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/91/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/91/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jadottaw metodoloġija, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, għal kalkolu tal-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini fuq il-bażi tal-qafas ġenerali speċifikat fl-Anness ma' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness għall-progress tekniku, filwaqt li tqis l-istandards jew normi applikati fil-liġi nazzjonali. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).”;

2.

fl-Artikolu 13, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-adattamenti tal-punti 1 u 2 ta' l-Anness ma' din id-Direttiva għall-progress tekniku, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).”;

3.

l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

9.10.   Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar ħtiġiet speċifici ta' stabbiltà għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro  (55)

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/25/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-ħtiġiet speċifiċi ta' stabbiltà u l-linji gwida intenzjonati għall-amministrazzjonijiet nazzjonali sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u, b'mod partikolari dak ta' l-IMO, kif ukoll tiżdied l-effiċjenza tad-Direttiva fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba u l-progress teknoloġiku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/25/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/25/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Adattamenti

L-Annessi ma' din id-Direttiva jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari dak ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjoni (IMO), kif ukoll tiżdied l-effiċjenza ta' din id-Direttiva fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba u l-progress teknoloġiku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).”;

2.

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

(************)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”"

9.11.   Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri.  (56)

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/59/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadatta l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/59/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/59/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Adattament għal progress xjentifiku u tekniku

L-adattamenti ta' l-Annessi I u II għall-progress xjentifiku u tekniku, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).”;

2.

l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

9.12.   Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani  (57)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 785/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-ammonti relatati mal-kopertura tar-responsabbiltà fir-rigward tal-passiġġieri, tal-bagalji, u tat-trasport tal-merkanzija u l-ammonti relatati mal-kopertura tar-responsabbiltà fir-rigward ta' terzi persuni. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 785/2004, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu adattati, skond il-ħtieġa, jekk dan ikun meħtieġ minħabba emendi tat-trattati internazzjonali rilevanti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).”;

2.

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu adattati, skond il-ħtieġa, jekk dan ikun meħtieġ tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).”;

3.

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.

9.13.   Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità  (58)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 336/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Anness li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet għall-amministrazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kodiċi internazzjonali dwar l-amministrazzjoni tas-sigurtà. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 336/2006, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1.

il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Adattamenti ta' l-Anness II, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

2.

l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha..

(*************)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”"

9.14.   Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija  (59)

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/32/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta ċerti valuri u metodi ta' kalkolu għall-progress tekniku; sabiex tirfina u tikkomplementa l-qafas ġenerali għall-kejl u l-verifika ta' l-iffrankar ta' l-enerġija; sabiex tgħolli l-persentaġġ ta' kalkoli axxendenti armonizzati użati fil-mudell ta' kalkolu armonizzat; u sabiex tiżviluppa sett ta' indikaturi armonizzati ta' effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u ta' punti ta' referenza. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/32/KE, inter alia jissupplimentawha elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/32/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Reviżjoni u adattament għall-progress tekniku

1.   Il-valuri u l-metodi ta' kalkolu msemmija fl-Annessi II sa V ma' din id-Direttiva għandhom jiġu adattati għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

2.   Qabel l-1 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha tkompli tirfina u tikkomplementa kif meħtieġ il-punti 2 sa 6 ta' l-Anness IV, filwaqt li tirrispetta l-qafas ġenerali stabbilit f'dak l-Anness. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi, fost affarijiet oħrajn, iżidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

3.   Qabel l-1 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha tgħolli l-persentaġġ ta' kalkoli axxendenti armonizzati użati fil-mudell ta' kalkolu armonizzat imsemmi fil-punt 1 ta' l-Anness IV, mingħajr preġudizzju għall-iskemi nazzjonali li diġà jagħmlu użu minn persentaġġ ogħla. Din il-miżura, li tfasslet sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3). Il-mudell ġdid ta' kalkolu armonizzat b'persentaġġ sinifikattivament ogħla ta' kalkoli axxendenti jibda jintuża l-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2012.

Kull fejn ikun prattiku u possibbli, il-kejl totali ta' kemm ikun ġie frankat matul il-perjodu totali ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jsir b'dan il-mudell ġdid ta' kalkolu armonizzat msemmi fl-ewwel subparagrafu, mingħajr preġudizzju għal dawk l-iskemi nazzjonali li jużaw persentaġġ ogħla ta' kalkoli axxendenti.

4.   Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa sett ta' indikaturi armonizzati ta' effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u ta' punti ta' referenza bbażati fuqhom, billi tikkunsidra data disponibbli jew data li trid tinġabar b'mod li jkun ekonomikament effettiv għal kull Stat Membru. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3). Sabiex jiġu żviluppati dawn l-indikaturi armonizzati ta' effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u dawn il-punti ta' referenza, il-Kummissjoni għandha tuża bħala gwida ta' referenza l-lista indikattiva stabbilita fl-Anness V. L-Istati Membri gradwalment jintegraw dawn l-indikaturi u l-punti ta' referenza fid-data ta' statistika inkluża fl-EEAPs tagħhom, kif imsemmija fl-Artikolu 14, u jużawhom bħala għodda għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiddeċiedu fuq l-oqsma ta' prijorità futuri fl-EEAPs.

Sa mhux aktar tard mis-17 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fuq il-progress li jkun sar biex jiġu stabbiliti indikaturi u punti ta' referenza.”;

2.

l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.


(1)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.

(2)  ĠU L 197, 3.8.2000, p. 19.

(3)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(4)  ĠU L 113, 30.4.1992, p. 19.

(5)  ĠU L 177, 6.7.2002, p. 13.

(6)  ĠU L 42, 15.2.2003, p. 38.

(7)  ĠU L 159, 30.4.2004, p. 1.

(8)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 38.

(9)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 153.

(10)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.

(11)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.

(12)  ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1.

(13)  ĠU L 200, 30.7.1999 p. 1.

(14)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.

(15)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

(16)  ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1.

(17)  ĠU L 31, 5.2.1976, p. 1.

(18)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.

(19)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(20)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24.

(21)  ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.

(22)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

(23)  ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16.

(24)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

(25)  ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

(26)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(27)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.

(28)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(29)  ĠU L 264, 25.9.2006, p. 20.

(30)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 14.

(31)  ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1.

(32)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32.

(33)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(34)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.

(35)  ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1.

(36)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.

(37)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23.

(38)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 22.

(39)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(40)  ĠU L 113, 30.4.2002, p. 1.

(41)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(42)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 34.

(43)  ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40.

(44)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

(45)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(46)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.

(47)  ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.

(48)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 31.

(49)  ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35.

(50)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81.

(51)  ĠU L 13, 16.1.2002, p. 9.

(52)  ĠU L 67, 9.3.2002, p. 31.

(53)  ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40.

(54)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

(55)  ĠU L 123, 17.5.2003, p. 22.

(56)  ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.

(57)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1.

(58)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1.

(59)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.


Indiċi kronoloġiku

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsil 76/160/KEE tat-8 ta' Diċembru 1975 dwar il-kwalità ta' l-ilma għall-għawm

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/767/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet għal tankijiet taħt pressjoni u metodi ta' l-ispezzjoni tagħhom

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KE tal-21 ta' Diċembru, 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' oġġetti ta' l-ikel iffriżati malajr għal konsum mill-bniedem

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta' l-24 ta' Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(9)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma

(10)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti

(11)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta' l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar

(12)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta' l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità

(13)

Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni

(14)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz

(15)

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat-23 ta' Novembru 1995 dwar il-ġbir ta' l-informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu

(16)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni fil-Komunità

(17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi

(18)

Id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' żewġ fibri tat-tessut

(19)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità

(20)

Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 li għandha x'taqsam ma' l-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra

(21)

Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet f'dak li jikkonċerna l-ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza

(22)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April ta' l-1999 dwar ir-rimi ta' skart f' terraferma

(23)

Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi

(24)

Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi

(25)

Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda

(26)

Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(27)

Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

(28)

Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart

(29)

Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b'sigurtà ta' bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa

(30)

Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti li jkunu waslu u/jew li jkunu qed jitilqu minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità

(31)

Id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta

(32)

Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruportijiet tal-Komunità

(33)

Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell EU

(34)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti ta' l-ikel

(35)

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali

(36)

Id-Direttiva 2002/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-vibrazzjoni) (is-sittax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(37)

Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini

(38)

Ir-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 dwar il-ħtiġiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (Is-Sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(39)

Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġiet ta' stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro

(40)

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS)

(41)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien (UE-SILC)

(42)

Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru tas-26 ta' Mejju, 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jinġibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati tekniċi

(43)

Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri

(44)

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta' prodotti ta' l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE

(45)

Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE

(46)

Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni

(47)

Id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl

(48)

Id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta' l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(49)

Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontabilità ekonomika għall-agrikolutra fil-Komunità

(50)

Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani

(51)

Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani

(52)

Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 dwar il-kumpilazzjoni ta' kontijiet trimestrali mhux finanzjarji skond is-settur istituzzjonali

(53)

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali

(54)

Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità

(55)

Id-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(56)

Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija

(57)

Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati

(58)

Id-Direttiva 2006/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar il-kwalità ta' l-ilma ħelu li għandu bżonn protezzjoni jew titjib sabiex tkun sostnuta l-ħajja tal-ħut

(59)

Id-Direttiva 2006/113/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-kwalità meħtieġa ghall-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski