28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1058/2008

tas-27 ta’ Ottubru 2008

li jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arroz del Delta del Ebro (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għat-tħassir tad-denominazzjoni “Arroz del Delta del Ebro”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummisjsoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/06, ir-reġistrazzjoni ta’ din id-denominazzjoni għandha titħassar.

(3)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, id-denominazzjoni għalhekk trid titħassar mir-“Reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni murija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 314, 22.12.2007, p. 44.


ANNESS

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

SPANJA

Arroz del Delta del Ebro (IĠP)