28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1056/2008

tas-27 ta’ Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol (2), l-Aġenżija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għamlet ewalvazzjoni tal-implikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Anness I (Parti M) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

L-Aġenzija kkonkludiet li d-dispożizzjonijiet attwali tal-Anness I (Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huma stretti wisq għall-inġenji tal-ajru li m’humiex involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru u, b’mod partikolari, għall-l-inġenji tal-ajru li mhumiex ikklassifikati bħala “inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu b’magni”.

(3)

Minħabba li skada l-perjodu li fih l-Istati Membri setgħu japplikaw deroga għall-inġenji tal-ajru li mhumiex involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, kif stabbilit fl-Artiklu 7(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, li l-maġġoranza tal-Istati Membri issa applikaw, id-dispożizzjonijiet tal-Anness I (Part M) għandu jkun applikat bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha mit-28 ta’ Settembru 2008, sakemm ma jkunx adottat tibdil ieħor fiż-żmien stipulat.

(4)

L-Aġenzija ħasset li għandha tagħmel emendi sinifikanti fir-Regolament (KE) Nru 2042/2003, u b’mod partikolari l-Anness I (Parti M), biex tadatta r-rekwiżiti eżistenti għall-kumplessità tal-kategoriji differenti tal-inġenji tal-ajru u t-tipi tal-operazzjonijiet mingħajr ma tnaqqas il-livell ta’ sikurezza.

(5)

Biex tagħti lok lill-awotoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-partijiet interessati li jiffamiljarizzaw ruħhom mar-rekwiżiti l-ġodda tal-Parti M, u biex jaddataw għalihom, l-Istati Membri għandhom iħallu d-differiment tal-applikazzjoni tal-Parti M għall-inġenji tal-ajru mhux involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru għal perjodu ulterjuri ta’ sena jew sentejn, jiddependi fuq id-dispożizzjonijiet ikkonċernati.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jieħdu kont tal-Komunikazzjoni tal-11 ta’ Jannar 2008 mill-Kummissjoni “Aġenda għal Ġejjieni Sostenibbli għall-Avjazzjoni Ġenerali u Kummerċjali” (3).

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (k) u (l) li ġejjin:

“(k)

‘ELA1 inġenju tal-ajru’ jfisser l-Inġenji tal-ajru Ħfief Ewropej li ġejjin:

(i)

ajruplan, sailplane jew sailplane bil-magna b’Massa Massima għat-Tluq (MTOM) ta’ inqas minn 1 000 kg li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem b’magna;

(ii)

Ballun bi kwantità ta’ gass ta’ disinn massimu jew volum ta’ arja sħuna massima ta’ mhux aktar minn 3 400 m3 għall-blalen tal-arja sħuna, 1 050 m3 għall-blalen tal-gass, 300 m3 għall-blalen tal-gass marbutin (tethered);

(iii)

‘airship’ maħsub għal mhux aktar minn żewġ persuni u bi kwantità ta’ gass tat-tlugħ ta’ disinn massimu jew volum ta’ arja sħuna massima ta’ mhux aktar minn:

(l)

‘Inġenju tal-ajru LSA’ (jiġifieri “Ajruplan Ħafif tal-Isports”) li għandu dawn il-karatteristiċi kollha:

(i)

Massa tat-Tluq Massima (MTOM) ta’ mhux aktar minn 600 kg;

(ii)

veloċità massima tat-twaqqif tal-magna fil-konfigurazzjoni tal-inżul (VS0) ta’ mhux aktar minn 45 knot fil-Veloċità fl-Ajru Kalibrata (CAS) għall-massa tat-tluq massima ċċertifikata u għaċ-ċentru tal-gravità l-aktar kruċjali tal-inġenju tal-ajru;

(iii)

kapaċità massima ta’ postijiet għal mhux aktar minn żewġ persuni, inkluż il-pilota;

(iv)

magna waħda, mingħajr turbina, mgħammar bi skrun;

(v)

kabina mhux taħt pressjoni.”

2.

Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Għall-inġenji tal-ajru mhux użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru, kwalunkwe ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew dokument ekwivalenti maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-Istat Membru u validu fit-28 ta’ Settembru 2008 għandu jkun validu sad-data tal-iskadenza tiegħu jew sat-28 ta’ Settembru 2009, liema data tiġi l-ewwel. Meta jiskadi, l-awtorità kompetenti tista’ terġa’ toħroġ mill-ġdid jew testendi għal darb’oħra ċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew dokument ekwivalenti għal sena, jekk jippermettu r-rekwiżiti tal-Istat Membru. Meta jerġa’ jiskadi, l-awtorità kompetenti tista’ terġa’ toħroġ mill-ġdid jew testendi għal darb’oħra ċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew dokument ekwivalenti għal sena, jekk jippermettu r-rekwiżiti tal-Istat Membru. Mhu permess l-ebda ħruġ ieħor jew estensjoni mill-ġdid. Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-punt kienu użati, meta kienet ittrasferita r-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru lejn l-UE, għandu jkun maħruġ ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni ġdid skont M.A.904.”

3.

Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Ċertifikati ta’ ħruġ għall-użu u ċertifikati awtorizzati ta’ ħruġ għall-użu maħruġa qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament minn organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skont ir-rekwiżiti ta’ Stat Membru għandhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk mitluba skont il-punti M.A.801 u M.A.802 tal-Anness I (parti M) rispettivament.”

4.

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’ dan li ġej:

“1.   Il-persunal li jiċċertifika għandu jkun ikkwalifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III, barra minn kif stabbilit fil-punti M.A.606(h), M.A.607(b), M.A.801(d) u M.A.803 tal-Anness I u fil-punt 145.A.30(j) tal-Anness II (Parti 145) u l-Appendiċi IV ta l-Anness II (Parti 145).”

5.

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

“2.   B’deroga mill-paragrafu 1:

(a)

id-dispożizzjonijet tal-Anness I, barra mill-punti M.A.201(h)(2) u M.A.708(c), għandhom japplikaw mit-28 ta’ Settembru 2005;

(b)

il-punt M.A.201(f) tal-Anness I għandu japplika għall-inġenji tal-ajru li mhumiex involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru mħaddma minn trasportaturi ta’ pajjizi terzi sa mit-28 ta’ Settembru 2009.”

(b)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(a)

id-dispożizzjonijiet tal-Anness I għal inġenji tal-ajru li mhumiex involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, sat-28 ta’ Settembru 2009;”

(ii)

il-punt (g) li ġej huwa miżjud:

“(g)

Għal inġenji tal-ajru li mhumiex involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru minbarra inġenji tal-ajru kbar, il-bżonn tal-konformità mal-Anness III (Parti 66) fid-dispożizzjonijiet li ġejjin, sat-28 ta’ Settembru 2010:

M.A.606(g) u M.A.801(b)2 tal-Anness I (Parti-M),

145.A.30(g) u (h) tal-Anness II (Parti-145).”

6.

L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jibda’ jseħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 27 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1

(2)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.

(3)  KUMM(2007) 869 finali.


ANNESS

1.

L-Anness I (Parti M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2042/2003 huwa b’hekk emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt M.1, paragrafu 4, jiżdied il-punt (iii) li ġej:

“(iii)

B’deroga mill-paragrafu 4(i), meta l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenju tal-ajru li mhuwiex użat fit-trasport kummerċjali bl-ajru jkollu ġestjoni minn organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-adegwataezza għall-avjazzjoni kontiwata tiegħu approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta’ dan l-Anness (Parti M) mhux suġġetta għas-sorveljanza tal-Istat Membru fejn hu rreġistrat, u biss jekk bi qbil mal-Istat Membru fejn hu rreġistrat qabel l-approvazzjoni tal-programm ta’ manutenzjoni:

(a)

l-awtorità indikata mill-Istat Membru responsabbli għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, jew

(b)

l-Aġenzija jekk l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata qegħda f’pajjiż terz.”

(2)

Fil-punt M.A.201, il-paragrafu (e) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(e)

Biex ikunu sodisfatti r-responsabbiltajet tal-paragrafu (a),

(i)

Sid l-inġenu tal-ajru jista’ jagħti b’kuntratt il-ħidmiet assoċjati mal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata lill-organizzazzjoni approvata għall-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta’ dan l-Anness (Parti M). F’dan il-każ, l-organizzazzjoni għall-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata tassumi r-responsabbiltà għat-twettiq kif jixraq ta’ dawn il-ħidmiet.

(ii)

Sid li jiddeċiedi li l-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata tkun ir-responsabbiltà tiegħu, mingħajr kuntratt skond l-Appendiċi I, jista’ madanakollu jagħmel kuntratt limitat ma’ organizzazzjoni approvata għall-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni skond is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta’ dan l-Anness (Parti M), għall-iżvilupp tal-programm ta’ manutenzjoni u l-approvazzjoni tiegħu skond il-punt M.A.302. F’dak il-każ, dan il-kuntratt limitat jittrasferixxi r-responsabbilità għall-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-programm ta’ manutenzjoni għand l-organizzazzjoni għall-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata li għandha l-kuntratt.”

(3)

Fil-punt M.A.201, il-paragrafu (i), il-frażi ta’ introduzzjoni hija mibdula b’dan li ġej: “Meta operatur ikun mitlub minn Stat Membru biex ikollu ċertifikat ta’ operazzjoni kummerċjali, barra minn dak għat-trasport kummerċjali bl-ajru, dan għandu:”.

(4)

Fil-punt M.A.201, il-paragrafu (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(a)

Kull persuna jew organizzazzjoni responsabbli skond il-punt M.A.201 għandu jirraporta lill-awtorità kompetenti nominata mill-Istat tar-Reġistrazzjoni, lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tip, jew għad-disinn tat-tip supplimentali u, fejn applikabbli, l-Istat Membru tal-operatur, kull kundizzjoni ta’ inġenju tal-ajru jew komponent tiegħu identifikata li tista’ tipperikola s-sikurezza tat-titjir.”

(5)

Il-punt M.A.302 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.302   Programm ta’ manutenzjoni

(a)

Il-manutenzjoni ta’ kull inġenju tal-ajru għandha tkun organizzata skond programm ta’ manutenzjoni.

(b)

Il-programm ta’ manutenzjoni u kull emenda sussegwenti għadhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

(ċ)

Meta l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata hija f’idejn organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta’ dan l-Anness (Parti M), il-programm ta’ manutenzjoni u l-emendi tiegħu jistgħu jkunu approvati permezz ta’ proċedura ta’ approvazzjoni indiretta.

(i)

F’dak il-każ, il-proċedura ta’ approvazzjoni indiretta għandha tkun stabbilita mill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata bħala parti mill-Espożizzjoni tal-Ġestjoni tal-Adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata u għandha tkun approvata mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata.

(ii)

L-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata m’għandhiex tuża l-proċedura ta’ approvazzjoni indiretta meta din l-organizzazzjoni ma tkunx taħt is-sorveljanza tal-Istat Membru tar-Reġistrazzjoni, sakemm ma jkunx hemm ftehim skond il-punt M.1. paragrafu 4(ii) jew 4(iii), kif japplika, li jittrasferixxi r-responsabbilità għall-approvazzjoni tal-programm ta’ manutenzjoni lill-Istat Membru tal-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata.

(d)

Il-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jrid jistabbilixxi l-konformità ma’:

(i)

l-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtorità kompetenti;

(ii)

l-istruzzjonijiet għall-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata maħruġa mid-detentur ta’ ċertifkat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentali, approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003 u l-Anness tiegħu (Parti 21);

(iii)

istruzzjonijiet addizzjoniali jew alternattivi proposti mis-sid jew mill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata meta approvati skond il-Punt M.A. 302, minbarra għal intervalli ta’ xogħlijiet relatati mas-sikurezza msemmija fil-paragrafu (e), li jistgħu jiżdiedu, suġġetti għal biżżejjed reviżjonijiet magħmula skond il-paragrafu (g) u biss meta suġġetti għall-approvazzjoni diretta skond il-punt M.A.302(b).

(e)

Il-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jkun fih id-dettalji, inkluża l-frekwenza, tal-manutenzjoni kollha li trid titwettaq, inkluż kull xogħol speċifiku marbut ma’ operazzjonijiet speċifiċi.

(f)

Għall-inġenji tal-ajru kbar, meta l-programm ta’ manutenzjoni huwa bbażat fuq il-loġika tal-grupp ta’ tmexxija tal-manutenzjoni jew fuq is-sorveljanza tal-kundizzjoni, il-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jinkludi programm ta’ affidabbilità.

(g)

Il-programm ta’ manutenzjoni għandu jkun suġġett għal reviżjonijiet perjodiċi u emendat kull meta jkun meħtieġ. Ir-reviżjonijiet għandhom jiżguraw li l-programm jibqa’ validu fid-dawl tal-esperjenza operattiva u l-istruzzjonijiet mill-awtorità kompetenti waqt li jieħu kont ta’ istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni ġodda u/jew mibdula dwar il-manutenzjoni ppromulgati mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip supplimentari u kull organizzazzjoni oħra li tippubblika dejta bħal din skond l-Anness (Parti 21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.”

(6)

Il-punt M.A.305, paragrafu (b) huwa mibdul bit-test li ġej:

“(b)

Id-dokumentazzjoni dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata għandha tikkonsisti minn:

1.

il-ġurnal ta’ abbord l-inġenju tal-ajru, il-ġurnal(i) tal-magni jew il-kards tal-ġurnal tal-modulu tal-magna, il-ġurnal(i) tal-iskrun u kards tal-ġurnal għal kull komponent li jista’ jintuża għal żmien limitat, kif xieraq, u,.

2.

meta jkun meħtieġ minn M.A. 306 għat-trasport kummerċjali bl-ajru jew mill-Istati Membru għal operazzjonijiet kummerċjali barra dawk ta’ trasport kummerċjali bl-ajru, il-ġurnal tekniku tal-operatur.”

(7)

Fil-punt M.A.403, paragrafu (b), il-kliem “skond MA.801(b)1, M.A..801(b)2 jew Parti 145” huwa mibdul bil-kliem “skond M.A.801(b)1, M.A.801(b)2, M.A.801(c), M.A.801(d) jew l-Anness II (Parti 145)”.

(8)

Fil-punt M.A.501, paragrafu (a), il-kliem “speċifikat fil-Parti 145 u s-Sottoparti F” huwa mibdul bil-kliem “speċifikat fl-Anness (Parti 21) għar-Regolmanet (KE) Nru 1702/2003, l-Anness II (Parti 145) jew s-Sottoparti F, Sezzjoni A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament”.

(9)

Il-punt M.A.502 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.502   Manutenzjoni tal-komponenti

(a)

Il-manutenzjoni tal-kompnenti għanhha titwettaw minn organizzazzjonijiet approvati skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F, ta’ dan l-Anness (Parti M) jew mal-Anness II (Parti 145).

(b)

B’deoga mill-paragrafu (a), il-manutenzjoni ta’ komponent skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew, jekk aċċettat mill-awtorità kompetenti, skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-kompenenti, jista’ jitwettaq minn organizzazzjoni bil-grad A approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M) jew mal-Anness II (Parti 145) kif ukoll minn personal li jiċċertifika msemmi fil-punt M.A.801(b)2 waqt li dawn il-komponenti jkunu mwaħħlin fl-inġenju tal-ajru biss. Madanakollu, dawn l-organizzazzjonijiet jew personal li jiċċertifika jistgħu jneħħu temporanjament dan il-komponent għall-manutenzjoni, biex itejbu l-aċċess għall-komponent, ħlief għal meta din it-tneħħija tiġġenera l-ħtieġa ta’ manutenzjoni addizzjonali li mhijiex eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Il-manutenzjoni tal-komponent imwettqa skond dan is-Sottoparagrafu mhijiex eliġibbli għall-ħruġ ta’ Formola 1 tal-EASA u għandha tkun suġġetta għar-rekwiżiti ta’ ħruġ għall-użu ta’ inġenju tal-ajru skond il-punt M.A.801.

(ċ)

B’deroga mill-paragrafu (a), il-manutenzjoni ta’ komponent tal-magna/Ġeneratur Awziljari (APU) skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-magna/APU jew, jekk aċċettat mill-awtorità kompetenti, skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-kompenenti, jista’ jitwettaq minn organizzazzjoni bil-grad B approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M) jew mal-Anness II (Parti 145) waqt li dawn il-komponenti jkunu mwaħħlin fl-inġenju tal-ajru biss. Madanakollu, dawn l-organizzazzjonijiet jew personal li jiċċertifika bi grad B jistgħu jneħħu temporanjament dan il-komponent għall-manutenzjoni, biex itejbu l-aċċess għall-komponent, ħlief għal meta din it-tneħħija tiġġenera l-ħtieġa ta’ manutenzjoni addizzjonali li mhijiex eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

(d)

B’deroga mill-paragrafu (a) u l-punt M.A.801(b)2, il-manutenzjoni fuq komponent li jkun imwaħħal jew imneħħi temporanjament minn inġenju tal-ajru ELA1 li ma jintużax għat-trasport kummerċjali bl-ajru, u mwettqa skond id-dejta tal-manutenzjoni ta’ komponent, tista’ titwettaq minn personal li jiċċertifika msemmi fil-punt M.A.801(b)2 ħlief għal:

1.

eżami bir-reqqa qabel it-tiswija tal-komponenti barra l-magni u l-iskrejjen, u,

2.

eżami bir-reqqa qabel it-tiswija tal-magni u l-iskrejjen ta’ inġenji tal-ajru li mhumiex CS-VLA, CS-22 u LSA.

Il-manutenzjoni tal-komponenti mwettqa skond dan is-Sottoparagrafu mhijiex eliġibbli għall-ħruġ ta’ Formola 1 tal-EASA u għandha tkun suġġetta għar-rekwiżiti ta’ ħruġ għall-użu ta’ inġenju tal-ajru skond il-punt M.A.801.”

(10)

Il-punt M.A.503 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.503   Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat

Komponenti mwaħħla li jistgħu jintużaw għal żmien limitat m’għandhomx jaqbżu ż-żmien limitat tal-użu approvat kif speċifikat fil-programm ta’ manutenzjoni approvat u d-direttivi dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni, ħlief kif previst mill-punt M.A.504(c).”

(11)

Il-punt M.A.504, paragrafu (b) huwa mibdul bit-test li ġej:

“(b)

Komponenti li ma jissewwewx għandhom ikunu identifikati u maħżuna f’post sigur taħt il-kontroll ta’ organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-istatus ġejjieni ta’ dawn il-komponenti. Madankollu, għal inġenju tal-ajru mhux użat għat-trasport kummerċjali bl-ajru, barra minn inġenji tal-ajru kbar, il-persuna jew l-organizzazzjoni li ddikjarat li l-komponent ma jissewwiex tista’ tittrasferixxi l-kustodja tal-komponent, wara li tidentifikah bħala li ma jissewwiex, lil sid l-inġenju tal-ajru sakemm dan it-trasferiment ikun rifless fil-ġurnal tal-inġenju tal-ajru jew tal-magna jew tal-komponent.”

(12)

Il-punt M.A.601 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.601   Ambitu

Din is-Sottoparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jintleħqu minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew il-kontinwazzjoni ta’ approvazzjoni għall-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u l-kompenenti mhumiex elenkati fil-punt M.A.201(g).”

(13)

Fil-parti M.A.604(a), il-punti 5 u 6 huwa mibdula b’dan li ġej:

“5.

elenku tal-personal li jiċċertifika bl-ambitu tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tagħhom, u;

6.

Elenku tal-postijiet fejn issir il-manutenzjoni, flimkien ta’ deskrizzjoni ġenerali tal—aċilitajiet;”.

(14)

Fil-punt M.A.606, jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

B’deroga mill-paragrafu (g), l-organizzazzjoni tista’ tuża personal li jiċċertifika kkwalifikat skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin meta jipprovdu appoġġ ta’ manutenzjoni lil operaturi involuti f’operazzjonijiet kummerċjali, suġġetti għall-proċeduri xierqa li jridu jkunu approvati bħala parti mill-manwal tal-organizzazzjoni:

1.

Għal direttiva ripetittiva dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni qabel it-titjira li b’mod speċifiku tiddikjara li l-ekwipaġġ tat-titjira jista’ jwettaq din id-direttiva dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni, l-organizzazzjoni tista’ toħrġ awtorizzazzjoni limitata ta’ personal li jiċċertifika lill-kmandant tal-inġenju tal-ajru fuq il-bażi tal-liċenzja li jkollu l-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm, l-organizzazzjoni tiżgura li twettaq biżżejjed taħriġ prattiku biex ikun żgurat li din il-persuna tista’ twettaq id-direttiva tal-adegwatezza għall-avjazzjoni skond l-istandard meħtieġ.

2.

Fil-każ ta’ inġenju tal-ajru li jopera ‘l bogħod minn post appoġġjat, l-organizzazzjoni tista’ toħrġ awtorizzazzjoni limitata ta’ personal li jiċċertifika lill-kmandant tal-inġenju tal-ajru fuq il-bażi tal-liċenzja li jkollu l-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm, l-organizzazzjoni tiżgura li twettaq biżżejjed taħriġ prattiku biex ikun żgurat li din il-persuna tista’ twetttaq ix-xogħol skond l-istandard meħtieġ.”

(15)

Il-punt M.A.607 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.607   Personal li jiċċertifika

(a)

Minbarra M.A.606(g), il-personal li jiċċertifika jista’ jeżerċita l-privileġġi tiegħu biss jekk l-organizzazzjoni tiżgura:

1.

li l-personal li jiċċertifika jista’ juri li jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 66.A.20(b) tal-Anness III (Parti 66), minbarra meta l-Anness III (Parti 66) tirreferi għal regolament ta’ Stat Membru, u f’dak il-każ huma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament, u,

2.

li l-personal li jiċċertifika għandu għarfien adegwat tal-inġenju tal-ajru u/jew il-komponent(i) tiegħu li għandhom ikunu taħt manutenzjoni flimkien mal-proċeduri assoċjati tal-organizzazzjoni.

(b)

Fil-każi mhux previsti li ġejjin, meta inġenju tal-ajru huwa miżmum milli jtir f’post differenti mill-bażi prinċipali fejn ebda personal li jiċċertifika xieraq mhu disponibbli, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni li għandha l-kuntratt biex tipprovdi appoġġ għall-manutenzjoni tista’ toħroġ awtorizzazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ darba:

1.

lill-wieħed mill-impjegatli li għandu l-kwalifika tat-tip fuq ingenju tal-ajru b’teknoloġija, kostruzzjoni u sistemi simili; jew

2.

lil xi persuna b’mhux inqas minn tliet snin esperjenza fil-manutenzjoni u li għandha liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru ICAO valida ggradata għat-tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu bżonn ċertifikazzjoni sakemm m’hemm ebda organizzazzjoni approvata skond din il-Parti f’dak il-post u l-organizzazzjoni li għandha l-kuntratt għandha evidenza fil-fajl tal-esperjenza u l-liċenzja ta’ dik il-persuna.

Kull każ bħal dan għandu jkun irrappurtat lill-awtorità kompetenti fi żmien sebat ijiem minn meta ħarġet din l-awtorizzazzzjoni ta’ ċertifikazzjoni. L-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata li toħroġ awtorizzazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ darba għandha tiżgura li kull manutenzjoni bħal din li tista’ teffettwa s-sikurezza ta’ titjira tkun iċċekkjata.

(ċ)

L-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata għandha tirreġistra d-dettalji kollha rigward il-personal li jiċċertifika u żżomm eleku attwali tal-personal kollu li jiċċertifika, flimkien mal-ambitu tal-applikazzjoni tagħhom bħala parti mill-manwal tal-organizzazzjoni skond il-punt M.A.604(a)5”.

(16)

Il-punt M.A.608(a), punt 1 huwa mibdul b’li ġej:

“1.

iżomm it-tagħmir u l-għodda speċifikata fid-dejta tal-manutenzjoni deskritta fil-punt M.A.609 jew l-ekwivalenti vverifikati kif elenkat fil-manwal tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni kif meħtieġ għall-manutenzjoni ta’ kuljum fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni; kif ukoll,”

(17)

Il-punt M.A.610 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.610   Ordnijiet ta’ xogħol ta’ manutenzjoni

Qabel jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni għandha tkun miftehma ordni ta’ xogħol bil-miktub bejn l-organizzazzjoni u l-organizzazzjoni li qed titlob il-manutenzjoni biex ikun stabbilit b’mod ċar ix-xogħol ta’ manutenzjoni li għandu jsir.”

(18)

Fil-punt M.A.613, il-paragrafu (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(a)

Mat-tlestija tal-manutenzjoni tal-komponenti meħtieġa kollha f’konformità ma’ din is-Sottoparti, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ ħruġ għall-użu tal-komponent skond il-punt M.A.802. Il-Formola 1 tal-EASA għandha tinħareġ barra għal dawk il-komponenti li l-manutenzjoni tagħhom issir skond il-punt M.A.502(b) u l-punt M.A.502(d) u l-komponenti ffabbrikati skond il-punt M.A.603(b).”

(19)

Il-punt M.A.615 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.615   Privileġġi tal-organizzazzjoni

L-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M), tista’:

(a)

tkompli manutenzjoni fuq kull inġenju tal-ajru u/jew komponent li għaliha tkun approvata fil-postijiet speċifikati fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni u fil-manwal tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni.

(b)

tagħmel arranġamenti għat-twettiq ta’ servizzi speċjalizzati, taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni, għand organizzazzjoni oħra kkwalifikata b’mod adattat, suġġetta għal li jkunu stabbiliti proċeduri xierqa bħala parti mill-Manwal tal-Organizzazzjoni ta’ Manutenzjoni tagħha kif approvat direttament mill-awtorità kompetenti.

(ċ)

tkompli manutenzjoni fuq kull inġenju tal-ajru u/jew komponent li għalihom tkun approvata fi kwalunkwe post suġġetta għall-ħtieġa li din il-manutenzjoni titnissel jew minn qagħda fejn l-inġenju tal-ajru ma jkunx jista’ jissewwa jew min-neċessità li jingħata appoġġ għal manutenzjoni ta’ kultant, suġġetta għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-Manwal tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni.

(d)

toħroġ ċertifikati ta’ ħruġ għall-użu mat-tlestija tal-manutenzjoni, skond il-punt M.A.612 jew il-punt M.A.613.”

(20)

Il-punt M.A.703 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(a)

l-għoti ta’ approvazzjoni huwa indikat mill-ħruġ taċ-ċertifikat inkluż fl-Appendiċi VI mill-awtorità kompetenti.”;

(ii)

il-paragrafu (c) li ġej huwa miżjud:

“(c)

L-ambitu ta’ applikazzjoni tax-xogħol meqjus li jikkostitwixxi l-approvazzjoni għandu jkun speċifikat fl-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata skond il-punt M.A. 704.”

(21)

Il-punt M.A.704 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

“3.

it-titlu(i) u isem(ismijiet) tal-persuna(i) msemmija fil-punti M.A.706(a), M.A.706(c), M.A.706(d) u M.A.706(i);”;

(ii)

il-punt 9 jiżdied mal-paragrafu (a):

“9.

lista tal-programmi ta’ manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru approvati, jew, għall-inġenji tal-ajru mhux involuti fil-trasport kummerċjali bl-ajru, il-lista tal-programmi ta’ manutenzjoni ‘ġeneriċi’ u ‘bażiċi’”;

(iii)

il-paragrafu (c) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(c)

Minkejja l-paragrafu (b), emendi minuri għall-espożizzjoni jistgħu jkunu approvati indirettament permezz ta’ proċedura ta’ approvazzjoni indiretta. Il-proċedura indiretta għandha tiddefinixxi l-emendi minuri eliġibbli, għandha tkun stabbilita mill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata bħala parti mill-espożizzjoni u tkun approvat mill-awtorità kompetenti responsabbli għal dik l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata.”

(22)

Fil-punt M.A.706, il-paragrafi segwenti (f) u (g) huma miżjuda:

“(i)

Għall-organizzazzjonijiet li jestendu ċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni skond il-punti M.A.711(a)4 u M.A.901(f), l-organizzazzjoni għandha tinnomina persuni awtorizzati biex jagħmlu dan, suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorià kompetenti.

(j)

L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi u żżomm aġġornat fl-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, it-titlu(i) u isem(ismijiet) tal-persuna(i) msemmija fil-punti M.A.706(a), M.A.706(c), M.A.706(d) and M.A.706(i);”

(23)

Fil-punt M.A.707, il-paragrafu (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(a)

Biex tkun approvata ħalli twettaq reviżjonijiet tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, organizzazzjoni approvata ta’ ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, għandu jkollha personal xieraq għal reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata biex toħroġ ċertifikati jew rakkomandazzjonijiet msemmija fis-Sottoparti I, Sezzjoni A.

1.

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċhali bl-ajru, u l-inġenji tal-ajru ta’ aktar minn 2 730 kg MTOM, barra blalen, dan il-personal għandu jkollu:

a.

mill-inqas ħames snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, u;

b.

liċenzja adegwata f’konformità mal-Anness III (Parti 66) jew kwalifika adegwata tal-personal ta’ manutenzjoni rikonoxxuta f’livell nazzjonali għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Anness III (Parti 66) tirreferi għar-regolamenti nazzjonali) jew grad ajrunawtiku jew l-ekwivalenti, u;

c.

taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika, u;

d.

pożizzjoni fl-organizzazzjoni approvata b’responsabbiltajiet adattati.

e.

Minbarra l-punti ‘a’ u ‘d’, ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.A.707(a)1b jista’ jinbidel ma’ ħames snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata b’żieda ma’ dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.707(a)1a.

2.

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru ta’ 2 730 kg MTOM jew inqas, u blalen, dan il-personal għandu jkollu:

a.

mill-inqas tliet snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, u:

b.

liċenzja adegwata f’konformità mal-Anness III (Parti 66) jew kwalifika adegwata tal-personal ta’ manutenzjoni rikonoxxuta f’livell nazzjonali għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Anness III (Parti 66) tirreferi għar-regolamenti nazzjonali) jew grad ajrunawtiku jew l-ekwivalenti, u;

c.

taħriġ adattat fil-manutenzjoni ajrunawtika, u;

d.

pożizzjoni fl-organizzazzjoni approvata b’responsabbiltajiet adattati.

e.

Minbarra l-punti ‘a’ u ‘d’, ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.A.707(a)2b jista’ jinbidel ma’ erba’ snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata b’żieda ma’ dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.707(a)2a.”

(24)

Il-punt M.A.708 (b) huwa mibdul b’li ġej:

“2.

Tippreżenta l-programm ta’ manutenzjoni ta’ inġenju tal-ajru u l-emendi tiegħu lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni, sakemm ma tkunx koperta minn proċedura ta’ approvazzjoni indiretta skond il-punt M.A.302(c), u tipprovdi kopja tal-programm lis-sid tal-inġenju tal-ajru li mhux involut fi trasport kummerċjali bl-ajru,”.

(25)

Il-punt M.A.709 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.709   Dokumentazzjoni

(a)

L-organizzazzjoni approvata għall-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata għandha żżomm u tuża dejta attwali tal-manutenzjoni skond il-punt M.A.401 applikabbli fit-twettiq tal-ħidmiet dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata msemmija fil-punt M.A.708. Din id-dejta għandha tkun ipprovduta mis-sid jew mill-operatur, sakemm kuntratt xieraq ikun stabbilit ma’ dan is-sid jew operatur. F’każ bħal dan, l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata biss għandha bżonn iżżomm din id-dejta għat-tul tal-kuntratt, minbarra meta mitlub mill-punt M.A.714.

(b)

Għall-inġenji tal-ajru mhux involuti fit-trasport kummerċhali bl-ajru, l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata approvata tista’ tiżviluppa programmi ta’ manutenzjoni “linji bażi” u/jew “ġeneriċi” biex tippermetti l-approvazzjoni inizjali u/jew l-estenzjoni tal-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ approvazzjoni mingħajr ma jkollha l-kuntratti msemmija fl-Appendiċi I għal dan l-Anness (Parti M). Mandankollu, dawn il-programmi ta’ manutenzjoni ‘linji bażi’ u/jew ‘ġeneriċi’ ma jeskludux il-bżonn li jkun stabbilit Programm ta’ Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru adegwat f’konformità mal-punt M.A.302 fi żmien xieraq qabel l-eżerċizzju tal-privileġġi msemmija fil-punt M.A.711.”

(26)

Il-punt M.A.711 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.711   Privileġġi tal-organizzazzjoni

(a)

L-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta’ dan l-Anness (Parti M), tista’:

1.

tmexxi l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru tat-trasport mhux kummerċjali bl-ajru kif elenkat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

2.

tmexxi l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru tat-trasport kummerċjali bl-ajru meta elenkata kemm fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tagħha kif ukoll fuq iċ-Ċertifikat tal-Operatur bl-Ajru tagħha (AOC);

3.

tirranġa biex twettaq ħidmiet tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata limitati ma’ kwalunkwe organizzazzjoni subappaltata, li tkun qiegħda taħdem skond is-sistema tal-kwalità tagħha, kif elekat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni;

4.

testendi, skond il-kundizzjonijiet tal-punt M.A.901(f), ċertifikat tar-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni li kien maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni oħra tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta’ dan l-Anness (Parti M);

(b)

Organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata approvata reġistrata f’wieħed mill-Istati Membri tista’ barra minn hekk, tkun approvata biex twettaq reviżjonijet tal-adegwatezza għall-avjazzjoni msemmija fil-punt M.A.710 u;

1.

toħroġ iċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni relatat u fi żmien adegwat testendih skond il-kundizzjonijiet tal-punti M.A.901(c)2 jew M.A.901(e)2, u,

2.

tagħmel rakkomandazzjoni għal reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.”

(27)

Fil-punt M.A.712, il-paragrafu (f) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(f)

Fil-każ ta’ organizzazzjoni żgħira li m’għandhiex il-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, reviżjonijiet organizzazzjonali soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti jistgħu jieħdu post is-sistema ta’ kwalità, minbarra meta l-organizzazzjoni toħroġ ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni għall-inġenji tal-ajru ta’ aktar minn 2 730 kg MTOM barra l-blalen. Fil-każ fejn m’hemmx sistema ta’ kwalità, l-organizzazzjoni m’għandhiex tagħmel kuntratti ta’ ħidmiet ta’ ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata lill-partijiet oħra.”

(28)

Il-punt M.A.714, paragrafu (b) huwa mibdul b’li ġej:

“(b)

Jekk l-organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt M.A.711(b), hija għandha żżomm kopja ta’ kull ċertifikat u rakkomandazzjoni ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni maħruġ jew, jekk ikun applikabbli, estiż, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn kollha. Barra minn dan, l-organizzazzjoni għandha żżomm kopja ta’ kwalunkwe ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni li tkun estendiet skond il-privileġġ imsemmi fil-punt M.A.711(a)4.”

(29)

Il-punt M.A.801 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.801   Ċertifikat għall-inġenji tal-ajru sabiex jinħarġu għall-użu

(a)

Minbarra għall-inġenji tal-ajru li nħarġu għall-użu minn organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skond l-Anness II (Parti 145), iċ-ċertifikat sabiex jinħarġu għall-użu għandu jinħareġ skond din is-Sottoparti.

(b)

Ebda inġenju tal-ajru ma jista’ jinħareġ sakemm ma jkunx maħruġ ċertifikat sabiex jinħareġ għall-użu mat-tlestija tal-manutenzjoni, meta jkun sodisfatt li l-manutenzjoni meħtieġa kollha twettqet b’mod adattat, billi:

1.

personal li jiċċertifika xieraq għan-nom tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M); jew

2.

personal li jiċċertifika f’konformità mar-rekwiżiti stabbliti fl-Anness II (Parti 66), minbarra x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni kumplessi elenkati fl-Appendiċi VII għal dan l-Anness li għalih japplika l-punt 1; jew

3.

mill-polita-sid f’konformità mal-punt M.A.803;

(ċ)

B’deroga mill-punt M.A.801(b)2 għal inġenji tal-ajru ELA1 mhux użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, xogħlijiet ta’ manutenzjoni kumplessi tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Appendiċi VII jistgħu jinħarġu mill-personal li jiċċertifika msemmi fil-punt M.A.801(b)2.

(d)

B’deroga minn M.A.801(b), fil-każ ta’ sitwazzjonijiet mhux previsti, fejn inġenju tal-ajru jinżamm milli jtir f’post fejn ma jkunx hemm organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skond dan l-Anness jew l-Anness II (Parti 145) u lanqas ma jkun hemm personal adegwat li jiċċertifika disponibbli, is-sid jista’ jawtorizza kwalunkwe persuna, b’mhux inqas minn 3 snin esperjenza adegwata fil-manutenzjoni u li jkollha l-kwalifiki adegwati, biex twettaq il-manutenzjoni skond l-istandards stipulati fis-Sottoparti D ta’ dan l-Anness u toħroġ għall-użu l-inġenju tal-ajru. Is-sid f’dak il-każ ghandu:

1.

jikseb u jżomm fl-inġenju tal-ajru, id-dettalji tar-reġistri tax-xogħol kollu mwettaq u tal-kwalifiki ta’ dik il-persuna li ħarġet iċ-ċertifikazzjoni, u

2.

jiżgura li kwalunkwe manutenzjoni bħal din tiġi eżaminata mill-ġdid u maħruġa minn persuna awtorizzata b’mod xieraq kif imsemmi fil-punt M.A.801(b) jew organizzazzjoni approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M), jew l-Anness II (Parti 145) mal-ewwel opprtunità iżda fi żmien perjodu ta’ mhux aktar minn 7 ijiem, u

3.

jinnotifika l-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata meta subappaltata skond il-punt M.A.201(e), jew l-awtorità kompetenti fin-nuqqas ta’ dan il-kuntratt, fi żmien 7 ijiem mill-ħruġ ta’ din iċ-ċertifikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni.

(e)

Fil-każ ta’ ħruġ għall-użu skond il-punt M.A.801(b)2 jew il-punt M.A.801(c), il-personal li jiċċertifika jista’ jkun megħjun fit-twettiq tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni minn persuna jew persuni taħt il-kontroll dirett u kontinwu tal-personal li jiċċertifika.

(f)

Ċertifikat ta’ ħruġ għall-użu għandu jkun fih mill-inqas:

1.

id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni mwettqa; u

2.

Id-data meta tlestiet din il-manutenzjoni; u

3.

l-identità tal-organizzazzjoni u/jew il-persuna li ħarġet dan il-ħruġ għall-użu, inklużi:

(i)

ir-referenza approvata tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M) u l-personal li jiċċertifika li ħareġ dan iċ-ċertifikat; jew

(ii)

fil-każ ta’ ċertifikat tal-punt M.A.801(b)2 jew M.A.801(c) ta’ ħruġ għall-użu, l-identità u n-numru tal-liċenzja jekk ikun applikabbli, tal-personal li jiċċertifika li ħareġ dan iċ-ċertifikat.

4.

il-limitazzjonijiet tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew tal-operazzjoni, jekk hemm.

(g)

B’deroga mill-paragrafu (b) u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (h), fil-każ ta’ manutenzjoni li ma setgħatx titlesta, ċertifkat tal-ħruġ għall-użu jista’ jkun maħruġ fil-limiti approvati tal-inġenju tal-ajru. Dan il-fatt, flimkien ma’ limitazzjonijiet tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew tal-operazzjoni, jekk hemm, għandhom ikunu miktuba fiċ-ċertifikat tal-ħruġ għall-użu tal-inġenju tal-ajru qabel il-ħruġ tiegħu bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu (f)4.

(h)

M’għandux jinħareġ ċertifikat ta’ ħruġ għall-użu fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jkun magħruf li tipperikola s-sikurezza tat-titjira.”

(30)

Il-punt M.A.802 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.802   Ċertifikat għall-kompenenti sabiex jinħarġu għall-użu

(a)

Għandu jinħareġ ċertifikat ta’ ħruġ għall-użu meta titlesta kwalunkwe manutenzjoni mwettqa fuq komponent ta’ inġenju tal-ajru skond il-punt M.A.502.

(b)

Iċ-ċertifikat ta’ ħruġ awtorizzat, identifikat bħala l-Formola 1 tal-EASA, jikkostitwixxi ċ-ċertifikat ta’ ħruġ għall-użu ta’ komponent ta’ inġenju tal-ajru, minbarra meta din il-manutenzjoni fuq komponent ta’ inġenju tal-ajru tkun twettqet skond il-punt M.A.502(b) jew il-punt M.A.502(d), fejn f’dak il-każ il-manutenzjoni se tkun suġġetta għall-proċeduri ta’ ħruġ ta’ inġenju tal-ajru skond il-punt M.A.801.”

(31)

Il-punt M.A.803 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.803   Awtorizzazzjoni għall-pilota-sid

(a)

Biex persuna tikkwalifika bħala pilota-sid, għandha:

1.

ikollha liċenzja ta’ pilota valida (jew l-ekwivalenti) maħruġa u vvalidata minn Stat Membru għat-tip jew rata tal-klassi tal-inġenju tal-ajru u;

2.

tkun proprjetarja ta’ inġenju tal-ajru, waħedha jew ma ħadd ieħor; dan is-sid għandu jkun:

(i)

wieħed mill-persuni fiżiċi fil-formola tar-reġistrazzjoni, jew

(ii)

membru ta’ entità ġuridika rikreattiva mingħajr skop ta’ lukru, fejn l-entità ġuridika tkun speċifikata fid-dokument tar-reġistrazzjoni bħala s-sid jew l-operatur, u dak il-membru jkun involut direttament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-entità ġuridika u nnominat minn dik l-entità ġuridika biex iwettaq il-manutenzjoni tal-pilota-sid.

(b)

Għal kwalunkwe inġenju tal-ajru mhux kumpless imħaddem b’magna ta’ 2 730 kg MTOM u inqas operat privatament, sailplane jew sailplane bil-magna u ballun, il-pilota-sid jista’ joħroġ iċ-ċertifikat ta’ ħruġ għall-użu wara manutenzjoni limitata mill-pilota-sid speċifikata fl-Appendiċi VIII.

(ċ)

L-ambitu tal-applikazzjoni tal-manutenzjoni limitata mill-pilota-sid għandu jkun speċifikat fil-programm ta’ manutenzjoni għal inġenju tal-ajru kif imsemmi fil-punt M.A.302.

(d)

Iċ-ċertifikat ta’ ħruġ għall-użu jrid jiddaħħal fil-ġurnali u jkun fih d-dettalji bażiċi dwar il-manutenzjoni mwettqa, id-dejta użata fil-manutenzjoni, id-data meta tlestiet din il-manutenzjoni u l-identità, il-firma u n-numru tal-liċenzja tal-pilota, tal-pilota-sid li ħareġ tali ċertifikat.”

(32)

Il-punt M.A.901 huwa mibdul b’li ġej:

“M.A.901   Reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni

Biex tkun żgurata l-validità ta’ ċertifikat dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni, minn żmien għall-ieħor trid titwettaq reviżjoni tal-inġenju tal-ajru u tad-dokumentazzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata tiegħu.

(a)

Ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jinħareġ skond l-Appendiċi III (Formola 15a jew 15b tal-EASA) meta titlesta reviżjoni sodisfaċenti dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni. Iċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jibqa’ validu għal sena.

(b)

Inġenju tal-ajru f’ambjent ikkontrollat huwa inġenju tal-ajru (i) ta’ ġestjoni kontinwa matul l-aħħar 12-il xahar minn organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni unika approvata skond is-Sezzjoni A, Sottopart G, ta’ dan l-Anness (Parti M), u (ii) li kellu manutenzjoni matul l-aħħar 12-il xahar minn organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni approvati skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M), jew l-Anness II (Parti 145). Dan jinkludi x-xogħdolijiet ta’ manutenzjoni msemmija fil-punt M.A.803(b) imwettqa u l-ħruġ għall-użu skond il-punt M.A.801(b)2 jew il-punt M.A.801(b)3.

(ċ)

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u l-inġenji tal-ajru ta’ aktar minn 2 730 kg MTOM, barra l-blalen, li huma f’ambjent ikkontrollat, l-organizzazzjoni msemmija f’(b) ta’ ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata tista’, jekk tkun approvata b’mod xieraq, u suġġetta għall-konformità mal-paragrafu (k)

1.

toħroġ iċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni skond il-punt M.A.710, u;

2.

għaċ-ċertifikati ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni li tkun ħarġet, meta l-inġenju tal-ajru jkun baqa’ f’ambjent ikkontrollat, testendi darbtejn il-validità taċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni għal perjodu ta’ sena kull darba;

(d)

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u l-inġenji tal-ajru ta’ aktar minn 2 730 kg MTOM, barra l-blalen, li (i) mhumiex f’ambjent ikkontrollat, jew (ii) li l-ġestljoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata qegħdha għand organizzazzjoni li m’għandhiex il-privileġġ li twettaq revizjonijiet tal-adegwatezza għall-avjazzjoni, iċ-ċertifikat tal-adegwatezza għall-avjazzjoni għandu jkun maħruġ mill-awtorità kompetenti fuq valutazzjoni sodisfaċenti bbażata fuq rakkomandazzjoni magħmula minn organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata approvata b’mod xieraq, skond is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta’ dan l-Anness (Parti M) mibgħuta flimkien mal-applikazzjoni mis-sid jew mill-operatur. Din ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ibbażata fuq reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni mwettqa skond il-punt M.A.710.

(e)

Għall-inġenji tal-ajru ta’ 2 730 kg MTOM jew anqas li ma jintużawx fit-trasport kummerċjali bl-ajru u l-blalen, kull organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta’ dan l-Anness (Parti M) u magħżula mis-sid jew mill-operatur tista’, jekk tkun approvata b’mod xieraq, u suġġetta għall-konformità mal-paragrafu (k).

1.

toħroġ iċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni skond il-punt M.A.710, u;

2.

għaċ-ċertifikati ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni li tkun ħarġet, meta l-inġenju tal-ajru jkun baqa’ f’ambjent ikkontrollat fil-ġestjoni tagħha, testendi darbtejn il-validità taċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni għal perjodu ta’ sena kull darba;

(f)

B’deroga mill-punti M.A.901(c)2 u M.A.901(e)2 għall-inġenji tal-ajru f’ambjent ikkontrollat, l-organizzazzjoni msemmija f’(b) li tmexxi l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, suġġetta għall-konformità mal-paragrafu (k), tista’ testendi darbtejn għal perjodu ta’ sena kull darba l-validità taċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni li kien inħareġ mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata oħra approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta’ dan l-Anness (Parti M).

(g)

B’deroga mill-punti M.A.901(e) u M.A.901(h)2, għal inġenji tal-ajru ELA1 mhux użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru u mhux affettwati minn M.A.201(i), iċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jista’ jinħareġ ukoll mill-awtorità kompetenti li ssegwi valutazzjoni sodisfaċenti bbażata fuq rakkomandazzjoni, magħmula minn personal li jiċċertifika approvati mill-awtorità kompetenti u li jkun jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III (Parti 66) kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt M.A.707(a)2(a), mibgħuta flimkien mal-applikazzjoni mis-sid jew l-operatur. Ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni mwettqa skond il-punt M.A.710 u m’għandhiex tkun maħruġa għal aktar minn sentejn wara xulxin.

(h)

Kull fejn iċ-ċirkustanzi juru l-eżistenza ta’ theddida potenzjali għas-sikurezza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni u toħroġ iċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni hija stess.

(i)

Minbarra l-paragrafu (h), l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni u hija stess toħroġ iċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

1.

għal inġenju tal-ajru li mhux involut fit-trasport kummerċjali bl-ajru meta l-inġenju tal-ajru qiegħed f’idejn organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta’ dan l-Anness (Parti M) li qiegħed f’pajjiż terz.

2.

għall-blalen u inġenji tal-ajru oħra ta’ 2 730 kg MTOM jew inqas, jekk dan ikun mitlub mis-sid.

(j)

Meta l-awtorità kompetenti twettaq reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni u/jew hija stess toħroġ iċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni, is-sid jew l-operatur għandu jipprovdi dawn lill-awtorità kompetenti:

1.

id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-awtorità kompetenti; u

2.

akkomodazzjoni xierqa għall-personal tagħha fil-post xieraq; u

3.

meta jkun meħtieġ l-appoġġ ta’ personal ikkwalifikat b’mod xieraq skont l-Anness III (Parti 66) jew ir-rekwiżiti tal-persunal ekwivalenti stabbiliti fil-punt 145.A.30(j)(1) u (2) tal-Anness II (Parti 145).

(k)

Ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni ma jistax ikun maħruġ jew estiż jekk l-organizzazzjoni tagħraf jew ikollha raġuni biex temmen li l-inġenju tal-ajru ma jkollux l-adegwatezza għall-avjazzjoni.”

(33)

Fil-punt M.A. 904, il-paragrafi (a) u (b) huma mibdula b’dan li ġej:

“(a)

Meta ssir l-importazzjoni ta’ inġenju tal-ajru għal ġor-reġistru ta’ Stat Membru minn pajjiż terz, l-applikant għandu:

1.

jitlob lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-adegwatezza għall-avjazzjoni ġdid skond l-Anness (Parti 21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003; u

2.

għall-inġenji tal-ajru li mhumiex ġodda, għandha ssir reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni sodisfaċenti skond il-punt M.A.901; u

3.

Titwettaq il-manutenzjoni kollha biex ikun konformi mal-program ta’ manutenzjoni approvat skond il-punt M.A.302.

(b)

Meta tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru huwa konformi mar-rekwiżiti rilevanti, l-organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, jekk japplika, għandha tibgħat rakkomandazzjoni ddokumentata għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.”

(34)

Il-punt M.B. 703 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu (b) “M..A.302(e)” tinbidel bil-“punt M.A.302(c)”;

(ii)

fil-paragrafu (d) “M.A.302(c) u (d)” jinbidlu bil-“punti M.A.302(d), (e) u (f)”.

(35)

Fil-punt M.B.302, “l-Artikolu 10(3)” huwa mibdul bl-“Artikolu 14(4)”.

(36)

Fil-punt M.B.303, il-paragrafu (a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a)

L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa programm ta' stħarriġ sabiex tagħmel monitoraġġ tal-istat tal-kapaċità li jintużaw fl-ajru tal-flotta tal-inġenji tal-ajru fuq ir-reġistru tagħha.”

(37)

Fil-punt M.B.303, jiżdied il-paragrafu (i) li ġej:

“(i)

Biex titħaffef l-azzjoni ta’ infurzar xierqa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lil xulxin tagħrif dwar in-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati skond il-paragrafu (h).”

(38)

Il-punt M.A.606 huwa mibdul b’li ġej:

“M.B.606   Bidliet

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tkun konformi mal-elementi applikabbli tal-proċess inizjali għal kull bidla fl-organizzazzjoni nnotifikata skond il-punt M.A.617.

(b)

L-awtorità kompetenti tista’ tippreskrivi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata tista’ topera matul dawn il-bidliet sakemm ma tiddeċidix li l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża minħabba n-natura u l-firxa tal-bidliet.

(ċ)

Għal kwalunkwe bidla fil-manwal tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni:

1.

Fil-każ ta’ approvazzjoni diretta tal-bidliet skond il-punt M.A.6041(b), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-proċeduri speċifikati fil-manwal huma konformi ma’ dan l-Anness (Parti M) qabel ma tinnotifika formalment lill-organizzazzjoni approvata dwar l-approvazzjoni.

2.

Fil-każ li proċedura ta’ approvazzjoni indiretta tintuża għall-approvazzjoni tal-bidliet skond il-punt M.A.604(c), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura (i) li l-bidliet jibqgħu żgħar u (ii) li għandha kontroll adegwat fuq l-approvazzjoni tal-bidliet biex tiżgura li jibqgħu f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness (Parti M).”

(39)

Il-punt M.A.706 huwa mibdul b’li ġej:

“M.B.706   Bidliet

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tkun konformi mal-elementi applikabbli tal-proċess inizjali għal kull bidla fl-organizzazzjoni nnotifikata skond il-punt M.A.713.

(b)

L-awtorità kompetenti tista’ tippreskrivi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata approvata tista’ topera matul dawn il-bidliet sakemm ma tiddeċidix li l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża minħabba n-natura u l-firxa tal-bidliet.

(ċ)

Għal kwalunkwe bidla fl-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata:

1.

Fil-każ ta’ approvazzjoni diretta tal-bidliet skond il-punt M.A.7041(b), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-proċeduri speċifikati fl-espożizzjoni huma konformi ma’ dan l-Anness (Parti M) qabel ma tinnotifika formalment lill-organizzazzjoni approvata dwar l-approvazzjoni.

2.

Fil-każ li proċedura ta’ approvazzjoni indiretta tintuża għall-approvazzjoni tal-bidliet skond il-punt M.A.704(c), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura (i) li l-bidliet jibqgħu żgħar u (ii) li għandha kontroll adegwat fuq l-approvazzjoni tal-bidliet biex tiżgura li jibqgħu f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness (Parti M).”

(40)

Fil-punt M.B.901, “M.A.902(d)” huwa mibdul b'“M.A.901”.

(41)

Il-punt M.A.902 huwa mibdul b’li ġej:

“M.B.902   Reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni mill-awtorità kompetenti

(a)

Meta awtorità kompetenti twettaq reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoniu toħroġ il-Formola 15a tal-EASA (Appendiċi III), l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni f’konformità mal-punt M.A.710.

(b)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha personal adattat għar-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni biex twettaq ir-reviżjonijiet tal-adegwatezza għall-avjazzjoni.

1.

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u l-inġenji tal-ajru ta’ aktar minn 2 730 kg MTOM, barra blalen, dan il-personal għandu jkollu:

a.

mill-inqas ħames snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, u:

b.

liċenzja adegwata f’konformità mal-Anness III (Parti 66) jew kwalifika adegwata tal-personal ta’ manutenzjoni rikonoxxuta f’livell nazzjonali għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Anness III (Parti 66) tirreferi għar-regolamenti nazzjonali) jew grad ajrunawtiku jew l-ekwivalenti, u;

c.

taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika, u;

d.

pożizzjoni b’responsabilitajiet xierqa.

Minbarra l-punti ‘a’ u ‘d’ hawn fuq, ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.B.902(b)1b jista’ jinbidel ma’ ħames snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata b’żieda ma’ dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.902(a)1a.

2.

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru ta’ 2 730 kg MTOM jew inqas, u blalen, dan il-personal għandu jkollu:

a.

mill-inqas tliet snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, u:

b.

liċenzja adegwata f’konformità mal-Anness III (Parti 66) jew kwalifika adegwata tal-personal ta’ manutenzjoni rikonoxxuta f’livell nazzjonali għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Anness III (Parti 66) tirreferi għar-regolamenti nazzjonali) jew grad ajrunawtiku jew l-ekwivalenti, u;

c.

taħriġ adattat fil-manutenzjoni ajrunawtika, u;

d.

pożizzjoni b’responsabilitajiet xierqa.

Minbarra l-punti ‘a’ u ‘d’ hawn fuq, ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.B.902(b)2b jista’ jinbidel ma’ ħames snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata b’żieda ma’ dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.902(b)2a.

(ċ)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-personal kollu tar-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni, li għandu jinkludi d-dettalji ta’ kwalunkwe kwalifika adegwata li jkollu l-personal flimkien ma’ sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata.

(d)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-dejta applikabbli kif speċifikat fil-punti M.A.305, M.A.306 u M.A.401 fit-twettiq tar-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni.

(e)

Il-personal li jwettaq ir-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni għandu joħroġ il-Formola 15a wara t-tlestija sodisfaċenti tar-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni.”

(42)

Il-punti 5.1 u 5.2 tal-Appendiċi I “Arranġament tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata” jinbidlu b’li ġej:

“5.1.

L-obbligi tal-organizzazzjoni approvata:

1.

ikollha t-tip ta’ inġenju tal-ajru fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tagħha;

2.

tirrispetta l-kundizzjonijiet li twettaq il-manutenzjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata tal-inġenji tal-ajru elenkati hawn taħt:

(a)

tiżviluppa programm ta’ manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru, inkluż kwalunkwe programm ta’ affidabbilità żviluppat jekk ikun applikabbli,

(b)

Tiddikjara x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni (fil-programm ta’ manutenzjoni) li jistgħu jitwettqu mill-pilota-sid skond il-punt M.A.803 (c),

(ċ)

torganizza l-approvazzjoni tal-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru,

(d)

meta jkun approvat, tagħti kopja tal-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru lis-sid,

(e)

torganizza spezzjoni li timla l-vojt mill-programm ta’ manutenzjoni ta’ qabel tal-inġenju tal-ajru,

(f)

torganizza l-manutenzjoni kollha li trid titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata,

(g)

torganizza l-applikazzjoni tad-direttivi kollha dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni li japplikaw,

(h)

torganizza biex id-difetti kollha li jkunu nkixfu matul manutenzjoni skedata, reviżjonijiet tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew irrappurtati mis-sid jiġu kkorreġuti minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata,

(i)

tikkoordina l-manutenzjoni skedata, l-applikazzjoni tad-direttivi dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni, il-bdil ta’ partijiet li jistgħu jintużaw għal żmien limitat, u r-rekwiżiti ta’ spezzjonijiet tal-komponenti,

(j)

tinforma lis-sid kull meta l-inġenju tal-ajru jkollu jinġieb għand organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata,

(k)

twettaq il-ġestjoni tad-dokumentazzjoni teknika kollha,

(l)

tarkivja d-dokumentazzjoni teknika kollha;

3.

torganizza l-approvazzjoni ta’ kull bidla għal-inġenju tal-ajru skond l-Anness (Parti 21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, qabel iseħħ;

4.

torganizzza l-approvazzjoni ta’ kull tiswija għal-inġenju tal-ajru skond l-Anness (Parti 21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, qabel iseħħ;

5.

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-inġenju tal-ajru ma jkunx ippreżentat mis-sid lil organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif mitlub mill-organizzazzjoni approvata;

6.

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-arranġament attwali ma jiġix irrispettat;

7.

twettaq ir-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni meta tkun meħtieġa u toħroġ iċ-ċertifikat jew ir-rakkomandazzjoni tar-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

8.

tibgħat fi żmien 10 ijiem kopja ta’ kull ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni maħruġ jew estiż lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

9.

twettaq ir-rapport ta’ kull avveniment kif ordnat bis-saħħa ta’ mandat mir-regolamenti applikabbli;

10.

jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-arranġament attwali jiġi ddenunċjat minn xi waħda mill-partijiet.

5.2.

L-obbligi tas-sid:

1.

ikollu għarfien ġenerali tal-programm ta’ manutenzjoni approvat;

2.

ikollu għarfien ġenerali ta’ dan l-Anness (Parti M);

3.

jippreżenta l-inġenju tal-ajru lill-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata bi qbil mal-organizzazzjoni approvata fi żmien xieraq indikat mit-talba tal-organizzazzjoni approvata;

4.

ma jagħmilx tibdiliet fl-inġenju tal-ajru mingħajr ma jikkonsulta minn qabel mal-organizzazzjoni approvata;

5.

jinforma lill-organizzazzjoni approvata dwar il-manutenzjoni kollha mwettqa bħala eċċezzjoni mingħajr l-għarfien u l-kontroll tal-organizzazzjoni approvata;

6.

jirrapporta lill-organizzazzjoni approvata permezz tal-ġurnal id-difetti kollha misjuba matul l-operazzjonijiet;

7.

jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-arranġament attwali jiġi ddenunċjat minn xi waħda mill-partijiet.

8.

jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u l-organizzazzjoni approvata kull meta jinbiegħ l-inġenju tal-ajru.

9.

iwettaq ir-rapport ta’ kull avvenimnet kif ordnat bis-saħħa ta’ mandat mir-regolamenti applikabbli.

10.

jinforma fuq bażi regolari lill-organizzazzjoni approvata dwar is-sigħat ta’ titjir tal-inġenju tal-ajru u kwalunkwe dejta oħra dwar l-utilizzazzjoni, kif miftiehem mal-organizzazzjoni approvata.

11.

idaħħal iċ-ċertifikat tal-ħruġ għall-użu fil-ġurnali kif jissemma fil-punt M.A.803(d) meta jwettaq manutenzjoni tal-pilota-sid mingħaj ma jaqbeż il-limiti tal-lista tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni kif iddikjarati fil-programm ta’ manutenzjoni approvat kif stabbilit fil-punt M.A.803(c).

12.

jinforma lill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata responsabbli għall-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta’ kull xogħol ta’ manutenzjoni magħmul mill-Pilota-sid skond il-punt M.A. 305(a).”

(43)

L-Appendiċi II, sezzjoni 2, “MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ ĦRUĠ GĦALL-UŻU MILL-ORIĠINATUR” huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-blokk 13, ir-raba’ subparagrafu, it-tmien inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

“–

L-istqarrija ta’ ċertifkazzjoni ta’ ħruġ għall-użu msemmi fil-punt M.A.613”;

(b)

Il-blokk 19 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-blokk 19 Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjonijiet ta’ manutenzjoni approvati skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F tal-Anness I (Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, il-kaxxa ‘regolazzjoni oħra speċifikata fil-blokk 13’ għandha tiġi mmarkata u l-isqtarrija ta' ċertifikazzjoni ta' ħruġ għall-użu ssir fil-blokk 13.

L-istqarrija ta' ċertifikazzjoni ta' ħruġ għall-użu tal-komponent li ġej imsemmi fil-punt M.A. 613 għandu jkun inkluż fil-blokk 13:

‘Jiċċertifika li, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-blokk, ix-xogħol identifikat fil-blokk 12 u deskritt f'dan il-blokk ġie imwettaq skond ir-rekwiżiti tas-Sezzjoni A, Sottoparti F tal-Anness I (Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, u fir-rigward ta' dak ix-xogħol, l-oġġett jitqies bħala lest biex jinħareġ għall-użu. DAN MHUX ĦRUĠ GĦALL-UŻU SKOND L-ANNESS II (PARTI 145) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 2042/2003.’

L-istqarrija ta' ċertifikazzjoni ‘sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-blokk’ hija maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:

(i)

Fejn il-manutenzjoni ma setgħetx titlesta.

(ii)

Fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub minn dan l-Anness (Parti M).

(iii)

Fejn il-manutenzjoni twettqet skond rekwiżit differenti minn dak speċifikat f'dan l-Anness (Parti M). F'dan il-każ il-blokk 13 għandu jispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari.

Liema każ jew kombinazzjoni ta' każijiet għandhom jiġu speċifikati fil-blokk 13.”

(44)

Appendiċi III huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Anness III

Ċertifikati ta’ revizjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(45)

Fl-Appendiċi IV, il-paragrafi 4 u 5 huma mibdula b’dan li ġej:

“4.

Klassifikazzjoni ta’ kategorija A tfisser li l-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M) tista’ twettaq manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru u kull komponent (inklużi magni u/jew ġeneratur awżiljari (APUs)) skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-komponenti sakemm dawn il-komponenti huma mwaħħla fl-inġenju tal-ajru biss. Madankollu, din l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kklassifikata A tista’ temporanjament tneħħi komponent għall-manutenzjoni, biex ittejjeb l-aċċess għal dak il-komponent, ħlief meta din it-tneħħija tiġġenera l-ħtieġa għal manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Dan se jkun suġġett għal proċedura ta’ kontroll fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni aċċettabbli għall-Istat Membru. It-taqsima ta’ limitazzjoni se tispeċifika l-ambitu tal-applikazzjoni ta’ din il-manutenzjoni biex b’hekk tindika l-firxa tal-approvazzjoni.

5.

Klassifikazzjoni ta’ kategorija B tfisser li l-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M) tista’ twettaq manutenzjoni fuq il-magna mhux imwaħħla u/jew APU u komponenti tal-magna u/jew tal-APU, skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-magna u/jew tal-APU jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-komponenti sakemm dawn il-komponenti huma mwaħħla mal-magna u/jew APU. Madankollu, din l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kklassifikata B tista’ temporanjament tneħħi komponent għall-manutenzjoni, biex ittejjeb l-aċċess għal dak il-komponent, ħlief meta din it-tneħħija tiġġenera l-ħtieġa għal manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. It-taqsima ta’ limitazzjoni se tispeċifika l-ambitu tal-applikazzjoni ta’ din il-manutenzjoni biex b’hekk tindika l-firxa tal-approvazzjoni. Organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skond is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta’ dan l-Anness (Parti M) kklassifikata f’kategorija B tista’ wkoll twettaq manutenzjoni fuq magna mwaħħla waqt manutenzjoni tal-‘bażi’ u tal-‘linja’ suġġetta għal proċedura ta’ kontroll fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni. L-ambitu tal-applikazzjoni tax-xogħol tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni għandu jirrifletti din l-attività fejn dan ikun permess mill-Istat Membru.”

(46)

Appendiċi VI huwa mibdul b’dan li ġej:

“L-Appendiċi VI

Ċertifikat ta’ Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata msemmija fl-Anness I (Parti M), Sottoparti G

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(47)

L-appendiċi VII huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel sentenza hija mibdula b’dan li ġej: “Dan li ġej jikkostitwixxi x-xogħlijiet kumplessi ta’ manutenzjoni msemmija fil-punti M.A.502(d)3, M.A.801(b)2 u M.A.801(c):”

(b)

Il-punti li ġejjin 3, 4 u 5 huma miżjuda:

“3.

It-twettiq tal-manutenzjoni li ġejja fuq magna bil-pistuni:

(a)

żarmar u armar mill-ġdid sussegwenti ta’ magna bil-pistuni ħlief (a) biex jinkiseb aċċess għall-immontaturi tal-pistuni/ċilindri; jew (b) biex jitneħħa l-għatu tal-aċċessorji ta’ wara għal spezzjoni u/jew il-bdil tal-immontaturi tal-pompa taż-żejt, fejn xogħol bħal dan ma jinvolvix it-tneħħija u t-twaħħil mill-ġdid ta’ gerijiet interni;

(b)

żarmar u armar mill-ġdid sussegwenti ta’ gerijiet ta’ tnaqqis;

(ċ)

iwweldjar u bbrejżjar ta’ ġonot, barra minn tiswijiet minuri bil-welding f’unitajiet tal-egżost imwettqa minn welder approvat jew awtorizzat kif jixraq imma mhux it-tibdil ta’ komponenti;

(d)

it-taħwid ta’ partijiet individwali ta’ unitajiet li huma fornuti bħala unitajiet ittestjati fuq il-bank tax-xogħol, minbarra t-tibdil jew l-aġġustament ta’ oġġetti li normalment jinbidlu jew ikunu aġġustati waqt l-użu.

4.

L-ibbilanċjar tal-iskrun, ħlief

(a)

għaċ-ċertifikazzjoni ta’ bbilanċjar statiku fejn meħtieġ mill-manwal tal-manutenzjoni;

(b)

ibbilanċjar dinamiku fuq skrejjen imwaħħla bl-użu ta’ tagħmir għall-ibbilanċjar elettroniku fejn ikun permess mill-manwal tal-manutenzjoni jew dejta oħra tal-adegwatezza għall-avjazzjoni approvata;

5.

Kwalunkwe xogħol addizzjonali li jeħtieġ:

(a)

għodda, tagħmir jew faċilitajiet speċjalizzati, jew

(b)

proċeduri ta’ koordinament sinifikanti minħabba ż-żmien imtawwal tax-xogħlijiet u l-involviment ta’ diversi persuni.”

(48)

Appendiċi VIII huwa mibdul b’dan li ġej:

“L-Appendiċi VIII

Manutenzjoni Limitata tal-pilota-sid

B’żieda mar-rekwiżiti stabbilit fl-Anness I (Parti M), il-prinċipji bażiċi li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti qabel jitwettaq kull xogħol ta’ manutenzjoni skond il-kundizzjonijiet tal-manutenzjoni tal-pilota-sid:

(a)

Kompetenza u responsabbiltà

(1)

Il-pilota-sid huwa dejjem responsabbli għal kull manutenzjoni li jwettaq.

(2)

Qabel iwettaq kull xogħol ta’ manutenzjoni pilota-sid, il-pilota-sid għandu jissodisfa lilu nnifsu li huwa kompetenti biex iwettaq ix-xogħol. Hija r-responsabbiltà tal-piloti-sidien li jiffamiljarizzaw ruħhom mal-prattiki standard ta’ manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru tagħhom u mal-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru. Jekk il-pilota-sid ma jkunx kompetenti għax-xogħlijiet li jridu jitwettqu, ix-xogħlijiet ma jistgħux jinħarġu mill-pilota-sid.

(3)

Il-pilota-sid (jew l-organizzazzjoni tal-ġestjoni kontinwata tal-adegwatezza għall-avjazzjoni li għandu kuntratt magħha msemmija fis-sottoparti G, Sezzjoni A ta’ dan l-anness) huwa responsabbli biex jidentifika x-xogħlijiet tal-pilota-sid skond dawn il-prinċipji bażiċi fil-programm ta’ manutenzjoni u biex jiżgura li d-dokument jiġi aġġornat fil-ħin.

(4)

L-approvazzjoni tal-programm ta’ manutenzjoni għandha titwettaq skond il-punt M.A.302.

(b)

Xogħlijiet

Il-pilota-sid jista’ jwettaq spezzjonijiet jew operazzjonijiet viżivi sempliċi biex jikkontrolla l-kundizzjoni ġenerali u għal ħsara evidenti u l-operat normali tal-qafas tal-ajruplan, il-magni, is-sistemi u l-komponenti.

Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni m’għandhomx jitwettqu mill-pilota-sid meta x-xogħol:

(1)

ikun relatat b’mod kruċjali mas-sikurezza, li t-twettiq ħażin tiegħu jolqot drastikament l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata jew ikun xogħol ta’ manutenzjoni sensittiv li jolqot is-sikurezza tat-titjira kif speċifikat fil-punt M.A.402(a) u/jew;

(2)

jeħtieġ t-tneħħija ta’ komponenti ewlenin jew armar ewlieni u/jew;

(3)

jitwettaq f’konformità mad-Direttiva dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni jew Oġġett ta’ Limitazzjoni l-adegwatezza għall-avjazzjoni, ħlief meta permess b’mod speċifiku fl-AD jew l-ALI u/jew;

(4)

jeħtieġ l-użu ta’ għodda speċjali, għodda kkalibrati (minbarra t-torque wrench u crimping tool) u/jew;

(5)

jeħtieġ l-użu ta’ tagħmir għat-testijiet jew testijiet speċjali (per eżempju NDT, testijiet tas-sistema jew testijiet operattivi ta’ tagħmir avjoniku) u/jew;

(6)

ikun kompost minn xi spezzjonijiet speċjali mhux skedati (per eżempju test ta’ nżul f’daqqa) u/jew;

(7)

qed jolqot sistemi essenzjali għall-operazzjonijiet IFR u/jew;

(8)

ikun elenkat fl-Appendiċi VII jew ikun xogħol ta’ manutenzjoni ta’ komponenti skond il-punt M.A.502.

Il-kriterji 1 sa 8 elenkati fuq ma jistgħux jingħelbu minn struzzjonijiet anqas ristrettivi maħruġa skond “il-Programm ta’ Manutenzjoni M.A.302(d)”.

Kull xogħol deskritt fil-manwal tat-titjir ta’ inġenju tal-ajru li jħejji l-inġenju tal-ajru għat-titjir (Eżempju: it-twaħħil tal-ġwienaħ tal-sailplane jew ix-xogħol ta’ qabel it-titjir), jitqies bħala xogħol tal-pilota u mhux meqjus bħala xogħol ta’ manutenzjoni ta’ pilota-sid u għaldaqstant ma jirrikjedix Ċertifikat ta’ Ħruġ għall-Użu.

(ċ)

Twettiq tax-xogħlijiet u r-reġistrazzjoni tal-manutenzjoni ta’ pilota-sid

Id-dejta tal-manutenzjoni kif speċifikata fil-punt M.A.401 trid tkun dejjem disponibbli matul it-twettiq tal-manutenzjoni tal-pilota-sid u trid tkun sodisfatta. Id-dettalji tad-dejta msemmija fit-twettiq ta’ manutenzjoni ta’ pilota-sid iridu jkunu inklużi fiċ-Ċertifikat ta’ Ħruġ għall-Użu skond il-punt M.A.803(d).

Il-pilota-sid għandu jinforma lill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata approvata responsabbli għall-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta’ kull xogħol ta’ manutenzjoni magħmul mill-Pilota-sid skond il-punt M.A. 305(a).”

2.

L-Anness II, (parti-145) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-paragrafu 145.A50, il-paragrafu (a) hu mibdul b’dan li ġej:

“(a)

Ċertifikat ta’ ħurġ għall-użu għandu jkun maħruġ minn personal li jiċċertifika awtoriżżat għan-nom tal-organizzazzjoni meta dawn ikunu ċċekkjaw li l-manutenzjoni kollha mitluba twettqet sew mill-organizzazzjoni skond il-proċedura speċifikati fil-punt 145.A.70, u b’kunsiderazzjoni għad-dejta tal-manutenzjoni disponibbli u l-użu tagħha kif speċifikat fil-punt 145.A.45 u li m’hemm ebda nuqqas ta’ konformità li hu magħruf li jpoġġi s-sikurezza tat-titjira fil-periklu.”

(2)

F’Appendiċi II “Klassi ta’ Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet u Sistema ta’ Rati”, il-paragrafi 4 u 5 huma mibdula b’dan li ġej:

“4.

Klassifikazzjoni ta’ kategorija A tfisser li l-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skond l-Anness II (Parti 145) tista’ twettaq manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru u kull komponent (inklużi magni u/jew ġeneratur awżiljari (APUs)) skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-komponenti sakemm dawn il-komponenti huma mwaħħla fl-inġenju tal-ajru biss. Madankollu, din l-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ kategorija A approvata skond l-Anness II (Parti 145) tista’ temporanjament tneħħi komponent għall-manutenzjoni, biex ittejjeb l-aċċess għal dak il-komponent, ħlief meta tali tneħħija tiġġenera l-ħtieġa għal manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Dan se jkun suġġett għal proċedura ta’ kontroll fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni aċċettabbli għall-Istat Membru. It-taqsima ta’ limitazzjoni se tispeċifika l-ambitu tal-applikazzjoni ta’ din il-manutenzjoni biex b’hekk tindika l-firxa tal-approvazzjoni.

5.

Klassifikazzjoni ta’ kategorija B tfisser li organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skond il-Parti 145 tista’ twettaq manutenzjoni fuq magni u/jew APU u komponenti tal-magna/APU mhux imwaħħla, skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-magna/APU jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skond id-dejta tal-manutenzjoni tal-komponenti, sakemm dawn komponenti jkunu mwaħħla mal-magni/APU biss. Madankollu, din l-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ kategorija B approvata skond l-Anness II (Parti-145) tista’ temporanjament tneħħi komponent għall-manutenzjoni, biex ittejjeb l-aċċess għal dak il-komponent, ħlief meta tali tneħħija tiġġenera l-ħtieġa għal manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. It-taqsima ta’ limitazzjoni se tispeċifika l-ambitu tal-applikazzjoni ta’ din il-manutenzjoni biex b’hekk tindika l-firxa tal-approvazzjoni. Organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skond l-Anness II (Parti 145) kklassifikata f’kategorija B tista’ wkoll twettaq manutenzjoni fuq magna mwaħħla waqt manutenzjoni tal-‘bażi’ u tal-‘linja’ suġġetta għal proċedura ta’ kontroll fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni. L-ambitu tal-applikazzjoni tax-xogħol tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta’ manutenzjoni għandu jirrifletti din l-attività fejn dan ikun permess mill-Istat Membru.”