30.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 260/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 957/2008
tad-29 ta’ Settembru 2008
li jidderoga għall-perjodu tal-kwoti 2008/2009 mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Uniku) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/360/KE tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet fil-forma ta’ minuti maqbula rigward l-emenda tal-konċessjonijiet previsti għal-laħam tat-tjur, bejn il-Komunità Ewropea u, rispettivament, ir-Repubblika Federali tal-Brażil u r-Renju tat-Tajlandja, skond it-Titolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ (GATT 1994) (2), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta' Awwissu 2008 l-Brażil ippubblika Direttiva (3) relatata mal-proċedura taċ-ċertifikati tal-oriġini b'seħħ mill-1 ta' Ottubru 2008. |
(2) |
Minħabba l-inċertezza dwar il-kondizzjonijiet marbuta mal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-oriġini għall-prodotti li joriġinaw fil-Brażil, f'dan l-istadju ta' rappurtar f'dak li għandu x'jaqsam mal-importazzjonijiet tal-oriġini l-perjodu tal-applikazzjoni għas-subperjodu tal-importazzjonijiet mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009, li konformi mal-Artikolu 5 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (4), ġie ffissat għall-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2008. |
(3) |
B'konsegwenza għall-perjodu tal-kwoti 2008/2009 għanda ssir deroga, għal din l-oriġini, skond id-dispożizzjonijiet, mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament KE Nru 616/2007. |
(4) |
Fid-dawl tal-fatt li l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għas-subperjodu li jmiss għandu jibda fl-1 ta' Ottubru 2008, huwa essenzjali li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 5(1), tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu tal-kwoti li jibda mill-ewwel 1 ta’ Jannar 2009, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat għall-prodotti relatati mal-gruppi 1, 4 u 7 ma tistax tiġi ppreżentata biss fl-ewwel sebat ijiem ta' Novembru 2008.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 138, 30.5.2007, p. 10.
(3) Portaria (Ordni Ministerjali) Nru 16, tal-1 ta’ Awwissu 2008, Diario Oficial da Uniao, 5.8.2008.