1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 205/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 759/2008

tal-31 ta’ Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), ir-raba' subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 huma stabbiliti, mill-25 ta’ Lulju 2008, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2008 (2).

(2)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni għandha f'idejha, partikularment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil li sar fir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tas-suq intern u dawk tas-suq dinji, huwa f'loku li r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni li bħalissa qegħdin fis-seħħ jiġu addattati kif xieraq.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ illi r-Regolament (KE) Nru 712/2008 jiġi emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 712/2008 huwa ssostitwit bit-test imniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 32.


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mill-1 ta’ Awwissu 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

18,29

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

18,29

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1829

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

18,29

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1829

1702 90 95 9100

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1829

1702 90 95 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1829  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

18,29

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1829

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).