25.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 197/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 711/2008

ta' l-24 ta’ Lulju 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mill-25 ta’ Lulju 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

18,91  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

18,91  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

18,91  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

18,91  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2056

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

20,56

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

20,56

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

20,56

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2056

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.