17.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 189/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 676/2008

tas-16 ta’ Lulju 2008

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ail de la Drôme (IĠP), Všestarská cibule (DPO), Slovenská bryndza (IĠP), Ajo Morado de Las Pedroñeras (IĠP), Gamoneu ou Gamonedo (DPO), Alheira de Vinhais (IĠP), Presunto de Vinhais ou Presunto Bísaro de Vinhais (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Ail de la Drôme” imressqa minn Franza, it-talba għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Všestarská cibule” imressqa mir-Repubblika Ċeka, it-talba għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Slovenská bryndza” imressqa mis-Slovakkja, it-talbiet għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Ajo Morado de Las Pedroñeras” u “Gamoneu” jew “Gamonedo” imressqa minn Spanja u t-talbiet għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Alheira de Vinhais” u “Presunto de Vinhais” jew “Presunto Bísaro de Vinhais” imressqa mill-Portugall ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma kienet notifikata bl-ebda dikarazzjoni ta' oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma rreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).

(2)  ĠU C 227, 27.9.2007, p. 20 (Ail de la Drôme), ĠU C 228, 28.9.2007, p. 18 (Všestarská cibule), ĠU C 232, 4.10.2007, p. 17 (Slovenská bryndza), ĠU C 233, 5.10.2007, p. 10 (Ajo Morado de Las Pedroñeras), ĠU C 236, 9.10.2007, p. 13 (Gamoneu jew Gamonedo), ĠU C 236, 9.10.2007, p. 18 (Alheira de Vinhais), ĠU C 236, 9.10.2007, p. 10 (Presunto de Vinhais jew Presunto Bísaro de Vinhais).


ANNESS

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2   Prodotti abbażi tal-laħam (imsajjar, immellaħ, iffumigat, eċċ.)

IL-PORTUGALL

Alheira de Vinhais (IĠP)

Presunto de Vinhais ou Presunto Bísaro de Vinhais (IĠP)

Klassi 1.3   Ġobnijiet

SPANJA

Gamoneu jew Gamonedo (DPO)

IS-SLOVAKKJA

Slovenská bryndza (IĠP)

Klassi 1.6   Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Všestarská cibule (DPO)

SPANJA

Ajo Morado de Las Pedroñeras (IĠP)

FRANZA

Ail de la Drôme (IĠP)