28.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 168/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 619/2008

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 164(2)(b) u l-Artikolu 170 flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fil-kummerċ dinji u fil-Komunità tista' tkun koperta għal ċerti prodotti tal-ħalib b'rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni safejn ikun meħtieġ ħalli jagħmluha possibbli li dawk il-prodotti jkunu esportati fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehimiet milħuqa skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 (2) stipula r-regoli għall-proċedura ta’ l-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat kopert bil-kodiċi ex ex 0402 10 19 9000, il-butir naturali fi blokki kopert bil-kodiċi ex ex 0405 10 19 9700, iż-żejt tal-butir fil-kontenituri kopert bil-kodiċi ex ex 0405 90 10 9000. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula r-regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta li tiffissa r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 580/2004 mill-1 ta’ Lulju 2008.

(3)

Skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007 għandha tinfetaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-prodotti koperti bl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament. Billi r-Regolament (KE) Nru 1454/2007 ma jelenkax ir-regoli speċifiċi kollha għas-settur tal-ħalib inklużi s'issa fir-Regolament (KE) Nru 580/2004, huwa meħtieġ li dawk ir-regoli jkunu stipulati mid-data tar-revoka ta’ dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ prattiċità u fl-interess taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni, huwa xieraq li jiġi pprovdut Regolament uniku li jkun fih ukoll id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ sejħa għall-offerti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ sejħa għall-offerti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna trab tal-ħalib xkumat (5).

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli speċjali ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [traduzzjoni mhux uffiċjali] (6) japplika għal-liċenzji kollha ta’ l-esportazzjoni u għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib. Ġaladarba l-liċenzji maħruġa fil-kuntest ta’ l-offerta li għandha tinfetaħ b'dan ir-Regolament huma għal prodotti speċifiċi, huwa xieraq li jkunu stabbiliti regoli speċifiċi ta’ deroga mir-regoli ġenerali tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1282/2006. L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007 jipprovdi li l-liċenzji għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissa r-rifużjoni massima u jistipula li l-liċenzja għandha ssir valida fl-istess jum li tinħareġ. Huwa xieraq għalhekk li jkun stipulat perjodu ta’ validità differenti minn dak li jipprovdi l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 biex ikun żgurat perjodu ugwali għal-liċenzji kollha maħruġa.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ambitu

Sejħa permanenti għall-offerti hija miftuħa sabiex tiddetermina r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal dawn il-prodotti tal-ħalib imsemmija fis-Sezzjoni 9 ta’ l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3864/87 (7), li tiżgura aċċess ugwali għall-persuni kollha stabbiliti fil-Komunità:

(a)

il-butir naturali fi blokki ta’ mhux anqas minn 20 kilogramma piż nett kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 10 19 9700;

(b)

iż-żejt tal-butir f'kontenituri ta’ mhux anqas minn 20 kilogramma piż nett kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 90 10 9000;

(c)

it-trab tal-ħalib xkumat fi xkejjer ta’ mhux anqas minn 25 kilogramma piż nett u li jkun fih mhux iktar minn 0.5 % tal-piż magħmul minn materjal mhux lattiku miżjud kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000.

Artikolu 2

Destinazzjonijiet

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 huma intenzjonati għall-esportazzjoni fid-destinazzjonijiet kollha bl-eċċezzjoni ta':

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u s-Santa Sede (L-Istat tal-Belt tal-Vatikan);

(b)

it-territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Lokalitajiet ta’ Livigno u Campione fl-Italja, u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(c)

it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom huwa responsabbli Stat Membru u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

Artikolu 3

Regoli applikabbli

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (8), (KE) Nru 1282/2006 u (KE) Nru 1454/2007 għandhom japplikaw, għajr meta jipprovdi xort'oħra dan ir-Regolament.

Artikolu 4

It-tressiq ta’ l-offerti

1.   L-offerti jistgħu jitressqu biss matul il-perjodi ta’ l-offerti u għandhom ikunu validi biss għall-perjodu ta’ l-offerti li fih ikunu mressqa.

2.   Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

f’Awwissu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta;

(b)

f’Diċembru għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) ta’ l-ewwel Tlieta.

Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol li jkun imiss.

Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jagħlaq fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

f’Awwissu għandu jintemm fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tar-raba’ Tlieta;

(b)

f’Diċembru għandu jintemm fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tieni Tlieta.

Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jagħlaq fil-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol preċedenti.

3.   Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jkun innumerat f'serje li tibda bl-ewwel perjodu li hemm provvediment għalih.

4.   L-offerti għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness II.

5.   L-offerti għandhom jitressqu separatament, skond id-destinazzjoni, għal wieħed mill-kodiċi tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 1.

6.   Minbarra r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 3(5)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007, offerta għandha tindika f'Sezzjoni 16 ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja l-kodiċi tal-prodott għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni u qablu “ex” kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Kwantitajiet ta’ l-applikazzjoni

Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 kull offerta għandha tkopri kwantità minima ta’ mhux anqas minn 10 tunnellati.

Artikolu 6

Garanziji

Il-garanzija ta’ l-offerti għandha tkun ta’ 15 % ta’ l-ammont massimu l-iktar riċenti ta’ rifużjoni ta’ l-offerta stabbilit għall-istess kodiċi ta’ prodott u għall-istess destinazzjoni. Madankollu, il-garanzija ta’ l-offerta ma tistax tkun ta’ inqas minn EUR 5 għal kull 100 kg.

Artikolu 7

Notifika ta’ l-offerti lill-Kummissjoni

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2007, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fi żmien tliet sigħat mill-għeluq ta’ kull perjodu ta’ offerti kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament, separatament l-offerti validi kollha kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni

1.   L-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 ma għandux japplika.

2.   B’deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 il-perjodu tal-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandu jibda fl-istess jum li jinħarġu u għandu jagħlaq fl-aħħar tar-raba' xahar li jiġi wara x-xahar li fih jagħlaq il-perjodu ta’ l-offerti skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 581/2004 u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 huma revokati.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.

(4)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 62).

(5)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007.

(6)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

(7)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.

(8)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.


ANNESS I

L-ISTAT MEMBRU:

Persuna ta' kuntatt:

Telefown:

Feks:

Posta elettronikal:

A.   82 % Butir

L-Istat Membru:

Jagħti rifużjoni għall-butir 82 % kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 10 19 9700 għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi (ir-Regolament (KE) Nru 619/2008) In-Numru ta' l-Offerta: …/R/200. Id-data ta' l-għeluq tal-perjodu ta' l-offerti:


1

2

3

4

5

Offerta Nru

L-offerent Nru (1)

Il-kwantità (tunnellati)

Destinazzjoni

Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg)

(f’ordni axxendenti)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


B.   Iż-żejt tal-butir:

L-Istat Membru:

Għotja ta' rifużjoni għaż-żejt tal-butir kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 90 10 9000 għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi (ir-Regolament (KE) Nru 619/2008) In-Numru ta' l-Offerta: …/R/200. Id-data ta' l-għeluq tal-perjodu ta' l-offerti:


1

2

3

4

5

Offerta Nru

L-offerent Nru (2)

Il-kwantità (tunnellati)

Destinazzjoni

Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg)

(f’ordni axxendenti)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


C.   It-trab tal-ħalib xkumat

L-Istat Membru:

Għotja ta' rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat kopert bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000 għall-esportazzjoni lejn ċerti pajjiżi terzi (Ir-Regolament (KE) Nru 619/2008) In-Numru ta' l-Offerta: …/R/200. Id-data ta' l-għeluq tal-perjodu ta' l-offerti:


1

2

3

4

5

Offerta Nru

L-offerent Nru (3)

Il-kwantità (tunnellati)

Destinazzjoni

Ir-rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni (€/100 kg)

(f’ordni axxendenti)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.

(2)  Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.

(3)  Kull offerent għandu jingħata numru għal kull perjodu ta' offerta.


ANNESS II

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1454/2007 u fir-Regolament preżenti fejn għandhom jitressqu l-offerti:

BE

Bureau d'intervention et de restitution belge

Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

Rue de Trèves 82/Trierstraat 82

B-1040 Bruxelles/Brussel

Tél./Tel. (32-2) 287 24 11

Télécopieur/Fax (32-2) 287 25 24

BG

State fund „Agriculture“ — Paying Agency

136, Tsar Boris III Blvd.

1618 Sofia

Bulgaria

Tel.: + 359 2 81 87 100

Tel./fax: + 359 2 81 87 167

CZ

Státní zemědělský intervenční fond (SZIF)

Ve Smečkách 33

110 00, Praha 1

Czech Republic

Tel: (420) 222 871 431

Fax: (420) 0 222 871 769

E-mail: licence@szif.cz

DK

Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri

Direktoratet for FødevareErhverv

Eksportstøttekontoret

Nyropsgade 30

DK-1780 København V

Tlf. (45) 33 95 80 00

Fax (45) 33 95 80 18

DE

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE)

D-53168 Bonn

oder

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

Tel. (0049 228) 6845-3732, 3718, 3884

Fax (0049 228) 6845-3874, 3792

EE

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

Narva mnt 3

Tartu 51009

Eesti

Tel: (+ 372) 737 1200

Fax: (+ 372) 737 1201

EL

ΟΠΕΚΕΠΕ — Διεύθυνση μηχανισμών αγοράς

Αχαρνών 364 & Γλαράκη 10β

GR-111 45 Αθήνα

Tηλ.: (30-210) 212 48 93

Φαξ: (30-210) 202 06 08

ES

Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino

Fondo Español de Garantía Agraria

Subdireccion General de Regulación de Mercados

Almagro, 33

E-28010

Tel. (34) 913 47 49 17-18

Fax (34) 913 47 47 07

FR

Office de l’élevage

12, rue Henri-Rol-Tanguy

TSA 30003

F-93555 Montreuil-sous-Bois

Tél. (33-1) 73 30 30 00

Fax (33-1) 73 30 30 38

IE

Department of Agriculture, Fisheries and Food

Johnstown Castle Estate

Wexford

Ireland

Tel. (353) 53 63 400

Fax (353) 53 42 843

IT

Ministero del commercio internazionale

Direzione generale per la politica commerciale

DIV. II

Viale Boston 25

I-00142 Roma

Tel: + 39 06 59 93 22 04

Fax: + 39 06 59 93 21 41

CY

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

Import & Export Licensing Unit

1421 Lefkosia (Nicosia)

Cyprus

Tel: + 357 22867 100

Fax: + 357 22375 120

LV

Lauku atbalsta dienests (LAD)

Republikas laukums 2

Rīga, LV-1981

Latvija

Tālr.: (371) 702 75 42

Fakss: (371) 702 71 20

LT

Nacionalinė mokėjimo agentūra prie Žemės ūkio ministerijos

Blindžių g. 17

08111 Vilnius

Lietuva

Tel. + 370 5 25 26 703

Faksas + 370 5 25 26 945

LU

Office des licences

21, Rue Philippe II

L-2011 Luxembourg

Tél.: 352 24782370

Télécopieur: 352 466138

HU

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal (MVH)

Soroksári út 22–24.

H-1095 Budapest

Hungary

Tel.: (36-1) 37 43 603

Fax: (36-1) 47 52 114

MT

Ministry for Rural Affairs and Environment

Barriera Wharf

Valletta — CMR 02

Tel: + 356 2295 2228

NL

Productschap zuivel

Louis Braillelaan 80

NL-2719 EK Zoetermeer

Nederland

Tel.: (31-79) 368 1534

Fax: (31-79) 368 1955

E-mail: mr@pz.agro.nl

AT

Agrarmarkt Austria

Dresdner Straße 70

A-1200 Wien

Tel.: (43-1) 331 51 0

Fax: (43-1) 331 51 303

E-Mail: lizenzen@ama.gv.at

PL

Agencja Rynku Rolnego

Nowy Świat 6/12

00-400 Warszawa

Poland

Tel. (48) 22 661-75-90

Faks (48) 22 661-76-04

PT

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Direcção de Serviços de Licenciamento

Rua Terreiro do Trigo — Edifício da Alfândega

P-1149-060 Lisboa

Tel.: (351) 218 81 42 62

Fax.: (351) 218 81 42 61

RO

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură

Bd. Carol I nr. 17, sector 2

030161 București

România

Tel.: (40-21) 305 48 02

Tel.: (40-21) 305 48 42

Fax: (40-21) 305 48 03

SL

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska cesta 160

1000 Ljubljana

Slovenija

Telefon: + 386 1 478 9228

Telefaks: + 386 1 478 9297

SK

Pôdohospodárska platobná agentúra (Agricultural Paying Agency)

Dobrovičova 12

815 26 Bratislava

Slovenská republika

Tel.: (421-2) 57 51 26 13

Fax: (421-2) 53 41 21 80

FI

Maaseutuvirasto, Markkinatukiosasto

P.O. Box 256

FI-00101 Helsinki

Puhelin: (358-20) 772 007

Faksi (358-20) 772 55 09

SV

Statens jordbruksverk

Vallgatan 8

S-511 82 Jönköping

Tfn (46-36) 15 50 00

Fax (46-36) 19 05 46

UK

Rural Payments Agency (RPA)

Lancaster House, Hampshire Court

UK — Newcastle upon Tyne NE4 7YE

Tel. 44 0 191 226 5262

Fax 44 0 191 226 5101